Eureka MiCA Sign in

stat membru domiċiljari

as defined in MiCA, Article 3(1), point (33) (Definizzjonijiet)

(33)

“Stat Membru domiċiljari” tfisser:

(a)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi, ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn l-offerent jew il-persuna jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom;

(b)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi ma jkollhomx uffiċċju reġistrat fl-Unjoni iżda jkollhom fergħa waħda jew aktar fl-Unjoni, l-Istat Membru magħżul minn dak l-offerent jew minn dik il-persuna minn fost dawk l-Istati Membri fejn ikollhom il-fergħat tagħhom;

(c)

meta l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi ikunu stabbiliti f’pajjiż terz u ma jkollhomx fergħa fl-Unjoni, jew l-Istat Membru fejn ikun maħsub li l-kriptoassi ser jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba inkella, skont l-għażla tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, l-Istat Membru fejn issir l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk il-kriptoassi;

(d)

fil-każ ta’ emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, l-Istat Membru fejn l-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(e)

fil-każ ta’ emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi, l-Istat Membru fejn l-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi jkun awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE;

(f)

fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in