Eureka 32023R1542 Sign in

produttur

as defined in Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju…, Article 3(1), point (47) (Definizzjonijiet)

(47)

“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li, irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ użata, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod, jew:

(a)

huwa stabbilit fi Stat Membru u jimmanifattura batteriji taħt ismu jew bit-trademark tiegħu, jew jordna d-disinn jew il-manifattura ta’ batteriji u jfornihom għall-ewwel darba taħt ismu jew it-trademark tiegħu, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

huwa stabbilit fi Stat Membru u jerġa’ jbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, taħt ismu jew bit-trademark tiegħu, batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, manifatturati minn oħrajn, li fuqhom ma jidhrux l-isem jew it-trademark ta’ dawk il-manifatturi l-oħra;

(c)

huwa stabbilit fi Stat Membru u jforni għall-ewwel darba f’dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz; jew

(d)

ibigħ batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, permezz ta’ kuntratti mill-bogħod direttament lill-utenti finali, kemm jekk huma unitajiet domestiċi privati kif ukoll jekk mhumiex, fi Stat Membru, u huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in