fejn
as defined in Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill…
Terminu | Spjegazzjoni |
i | Indiċi li jikkorrispondi għat-tipi ta’ karburanti ikkonsenjati lill-bastiment fil-perjodu ta’ rappurtar |
j | Indiċi li jikkorrispondi għall-unitajiet tal-konsum tal-karburant abbord il-bastiment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-unitajiet tal-konsum tal-karburant meqjusa huma l-magna ewlenija/magni ewlenin, il-magna awżiljarja/magni awżiljarji, il-bojlers, iċ-ċelloli tal-karburant u l-inċineraturi tal-iskart |
k | Indiċi li jikkorrispondi għall-punti ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt |
n | Għadd totali ta’ tipi ta’ karburant ikkonsenjati lill-bastiment fil-perjodu ta’ rappurtar |
c | Għadd totali ta’ punti ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt |
m | Għadd totali ta’ unitajiet tal-konsum tal-karburant |
Mi,j | Massa tal-karburant i kkunsmata minn kull unità tal-konsum tal-karburant j [gFuel] |
Ek | Elettriku kkonsenjat lill-bastiment għal kull punt ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt k [MJ] |
CO2eqWtT,i | Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT tal-karburant i [gCO2eq/MJ] |
Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT assoċjat mal-elettriku kkonsenjat lill-bastiment fl-irmiġġ għal kull punt ta’ konnessjoni tal-provvista tal-enerġija mix-xatt k [gCO2eq/MJ] | |
LCVi | Valur kalorifiku aktar baxx tal-karburant i [MJ/gFuel] |
RWDi | Fejn il-karburant huwa ta’ oriġini mhux bijoloġika, jista’ jiġi applikat fattur ta’ premju ta’ 2 mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2033. Inkella RWDi = 1. |
Cslipj | Koeffiċjent ta’ karburant mhux maħruq bħala perċentwal tal-massa tal-karburant i kkunsmat mill-unità tal-konsum tal-karburant j [%]. Cslip tinkludi emissjonijiet aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati. |
Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-karburant maħruq i f’unitajiet tal-konsum tal-karburant j [gGHG/gFuel] | |
CO2eq,TtWi,j | TtW CO2 emissjonijiet ekwivalenti ta’ karburant maħruq i f’unità tal-konsum tal-karburant j [gCO2eq/gFuel] Ekwazzjoni (2) |
Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-karburant mhux ikkalkulat i fir-rigward ta’ unitajiet tal-konsum tal-karburant j [gGHG/gFuel] | |
CO2eq,TtWslipi,j | TtW CO2 emissjonijiet ekwivalenti ta’ karburant mhux ikkalkulat i f’unità tal-konsum tal-karburant j [gCO2eq/gFuel] Fejn: Csf CO2, u Csf N2O, = 0. CsfCH4j = 1. |
Il-Potenzjal tat-Tisħin Globali ta’ CO2, CH4, N2O fuq 100 sena, li huwa definit fid-Direttiva (UE) 2018/2001, il-paragrafu 4 tal-Parti C tal-Anness V |