Eureka 32024L1640 Sign in

kumpaniji

as defined in Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju…, Article 2(1), point (11)

(11)

“fornitur ta’ servizz ta’ trusts jew kumpaniji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, permezz tan-negozju tagħha, tipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:

(a)

il-formazzjoni ta’ kumpaniji jew ta’ persuni ġuridiċi oħrajn;

(b)

taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala direttur jew segretarju ta’ kumpanija, jew bħala sieħeb fi sħubija, jew f’xi pożizzjoni simili marbuta ma’ persuni ġuridiċi oħrajn;

(c)

il-provvista ta’ uffiċċju reġistrat, jew ta’ indirizz kummerċjali, jew ta’ indirizz ta’ korrispondenza jew amministrattiv, kif ukoll servizzi relatati oħrajn, lil xi kumpanija, sħubija jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor;

(d)

taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala trustee ta’ trust espress jew li twettaq funzjoni ekwivalenti għal arranġament ġuridiku simili ieħor;

(e)

taġixxi bħala, jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala azzjonista mandatarju għal persuna oħra;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in