impatt negattiv sever
as defined in Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju…, Article 3(1), point (l) (Definizzjonijiet)
|
(l) |
“impatt negattiv sever” tfisser impatt negattiv li jkun speċjalment sinifikanti minħabba n-natura tiegħu, bħal impatt li jinvolvi ħsara għall-ħajja, għas-saħħa jew għal-libertà tal-bniedem, jew minħabba l-iskala, l-ambitu jew in-natura irrimedjabbli tiegħu, b’kont meħud tal-gravità tiegħu, inkluż l-għadd ta’ individwi li jkunu jew li jistgħu jkunu affettwati, il-livell tad-dannu li jkun sar jew li seta’ sar lill-ambjent jew ta’ kif ġie affettwat mod ieħor, l-irriversibbiltà tiegħu u l-limiti fuq il-kapaċità li l-individwi affettwati jew l-ambjent jiġu restawrati għal sitwazzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom qabel l-impatt f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; |