Eureka 32024L1760 Idħol

kumpanija

as defined in Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju…, Article 3(1), point (a) (Definizzjonijiet)

(a)

“kumpanija” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

persuna ġuridika kkostitwita bħala waħda mill-forom ġuridiċi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;

(ii)

persuna ġuridika kostitwita f’konformità mad-dritt ta’ pajjiż terz f’forma komparabbli ma’ dawk elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iii)

impriża finanzjarja regolata, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun:

—

istituzzjoni ta’ kreditu, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

ditta tal-investiment, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM), kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE, inkluż maniġer ta’ fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, maniġer ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u maniġer ta’ fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIF), kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

kumpanija tal-maniġment, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE;

—

impriża tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

impriża tar-riassigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE;

—

istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 f’konformità mal-Artikolu 2 tagħha, dment li Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dawk l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;

—

kontroparti ċentrali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

depożitorju ċentrali tat-titoli, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

strument ta’ għan speċjali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 211 tad-Direttiva 2009/138/KE;

—

entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

kumpanija holding finanzjarja, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kumpanija holding tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (h), tad-Direttiva 2009/138/KE, li tkun parti minn grupp tal-assigurazzjoni li jkun soġġett għal superviżjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 213 ta’ dik id-Direttiva u li ma jkunx eżentat mis-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

—

istituzzjoni ta’ pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

—

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in