Eureka 32024R1781 Sign in

sustanza ta’ tħassib

as defined in Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju…, Article 2, point (27) (Definizzjonijiet)

(27)

“sustanza ta’ tħassib” tfisser sustanza li:

(a)

tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u tiġi identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

hija klassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f’waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin:

(i)

il-kategoriji 1 u 2 tal-karċinoġeniċità;

(ii)

il-kategoriji 1 u 2 tal-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali;

(iii)

il-kategoriji 1 u 2 tat-tossiċità riproduttiva;

(iv)

il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għas-saħħa tal-bniedem;

(v)

il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għall-ambjent;

(vi)

roprjetajiet persistenti, mobbli u tossiċi jew persistenti ħafna, mobbli ħafna;

(vii)

proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna, bijoakkumulattivi ħafna;

(viii)

sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1;

(ix)

sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1;

(x)

perikolużi għall-ambjent akkwatiku - kategoriji kronika 1 sa 4 kronika;

(xi)

perikoluż għas-saff tal-ożonu;

(xii)

tossiċità speċifika għall-organi fil-mira – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2;

(xiii)

tossiċità speċifika għall-organi speċifiċi – esponiment uniku tal-kategoriji 1 u 2;

(c)

hija regolata skont ir-Regolament (UE) 2019/1021; jew

(d)

taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fil-prodott li fih ikun preżenti;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex