Eureka 32024R2642 Sign in

fondi

as defined in Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri…, Article 1, point (g)

(g)

“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii)

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta’ dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, titoli obbligazzjonarji u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in