Eureka 32024R2642 Sign in

pretensjoni

as defined in Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri…, Article 1, point (a)

(a)

“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:

(i)

pretensjoni għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni,jew b’rabta magħhom;

(ii)

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ kwalunkwe forma;

(iii)

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontropretensjoni;

(v)

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, deċiżjoni arbitrali jew ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in