|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2748 |
8.11.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/2748 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 u (UE) 2023/1230 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-preżunzjoni ta’ konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-suq intern
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li, matul kriżi, jiżguraw il-funzjonament normali tas-suq intern, inkluż il-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi u persuni, u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi kif definit f’dak ir-Regolament u ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi. Dak ir-Regolament japplika kemm għall-oġġetti kif ukoll għas-servizzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2747 jistabbilixxi miżuri li jridu jiġu implimentati b’mod koerenti, trasparenti, effiċjenti, proporzjonat u f’waqtu, sabiex jiġi evitat, mitigat u minimizzat l-impatt ta’ kriżi fuq il-funzjonament tas-suq intern. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2747 jistabbilixxi mekkaniżmu b’diversi saffi li jikkonsisti minn ippjanar ta’ kontinġenza u minn modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza fis-suq intern. |
|
(4) |
Sabiex tiġi kkomplementata, żgurata l-konsistenza u tkompli tissaħħaħ l-effettività tal-qafas stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/2747, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-oġġetti rilevanti għall-kriżi msemmija f’dak ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu malajr fis-suq intern sabiex jikkontribwixxu biex jiġi indirizzat u mitigat tfixkil f’dak is-suq. |
|
(5) |
Għadd ta’ atti legali settorjali tal-Unjoni jistabbilixxu regoli armonizzati rigward id-disinn, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u, kif applikabbli, il-valutazzjoni tal-konformità ta’ ċerti prodotti. Tali atti legali jinkludu r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011 (5), (UE) 2016/424 (6), (UE) 2016/425 (7), (UE) 2016/426 (8) u (UE) 2023/1230 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolamenti emendati”). Ir-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2023/1230 huma bbażati fuq il-prinċipji tal-approċċ il-ġdid għall-armonizzazzjoni teknika. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti huma allinjati wkoll mad-dispożizzjonijiet ta’ referenza stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Minħabba l-ispeċifiċità tal-prodotti għall-bini u l-fokus partikolari tas-sistema għall-valutazzjoni tagħhom, il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità previsti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, u l-moduli stabbiliti fiha, mhumiex adatti. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jistabbilixxi metodi speċifiċi għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini. |
|
(6) |
La d-dispożizzjonijiet ta’ referenza stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, u lanqas id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, ma jipprevedu proċeduri mfassla biex japplikaw matul kriżi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu introdotti aġġustamenti mmirati għar-Regolamenti emendati, biex jippermettu rispons għall-impatt tal-kriżijiet li jaffettwaw il-prodotti li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2747 u koperti mir-Regolamenti emendati. |
|
(7) |
L-esperjenza mill-kriżijiet preċedenti li affettwaw is-suq intern uriet li l-proċeduri stabbiliti fl-atti legali settorjali tal-Unjoni mhumiex imfassla biex jaqdu l-ħtiġijiet tax-xenarji ta’ rispons għall-kriżi u ma joffrux il-flessibbiltà regolatorja meħtieġa. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi prevista bażi legali għal tali proċeduri ta’ rispons għall-kriżi sabiex jiġu kkomplementati l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) 2024/2747. |
|
(8) |
Il-prodotti mhux armonizzati jistgħu jiġu ddeżinjati wkoll bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi. Għalhekk, xi wħud mill-mekkaniżmi rilevanti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali abbażi tar-rekwiżiti nazzjonali, jew tal-istandards nazzjonali jew internazzjonali, jistgħu jipprovdu mod addizzjonali biex tintwera l-preżunzjoni tas-sikurezza tal-oġġetti mhux armonizzati rilevanti għall-kriżi matul kriżi. Dan jiffaċilita t-tqegħid fis-suq ta’ dawk l-oġġetti matul kriżi. |
|
(9) |
Sabiex jingħelbu l-effetti potenzjali tat-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern f’każ ta’ kriżi u sabiex jiġi żgurat li, matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, l-oġġetti rilevanti għall-kriżi jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq malajr, huwa xieraq li jiġi previst rekwiżit għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jipprijoritizzaw l-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità għal tali oġġetti fuq kwalunkwe applikazzjoni pendenti li tikkonċerna l-prodotti, li ma jkunux ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi. Fil-kuntest ta’ tali prijoritizzazzjoni, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li ma jitħalliex jimponi kostijiet sproporzjonati addizzjonali fuq il-manifattur. Il-kostijiet addizzjonali kollha imposti minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità fuq il-manifattur jenħtieġ li jkunu strettament proporzjonati għall-isforzi addizzjonali veri implimentati mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jimplimenta l-prijoritizzazzjoni u jenħtieġ li jkunu imposti biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. It-trasferiment ta’ ċerti kostijiet addizzjonali u proporzjonati mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità fuq il-manifatturi jenħtieġ li jibqa’ eċċezzjonali u jirrifletti tqassim ġust tal-kostijiet fost il-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-isforzi biex jitrażżan it-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern. Il-kostijiet assoċjati ma’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li ma jsirux ostaklu għad-dħul fis-suq ta’ manifatturi ġodda prospettivi, b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u jenħtieġ li ma jirrestrinġux l-emerġenza ta’ prodotti innovattivi. Barra minn hekk, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont ir-Regolamenti emendati jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ emerġenza fir-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-Regolament (UE) 2023/1230. Dawk il-proċeduri jenħtieġ li jsiru applikabbli biss wara l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u biss meta oġġett speċifiku kopert minn dawk ir-Regolamenti jiġi ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2747 u l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni li jattiva dawk il-proċeduri f’konformità ma’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Barra minn hekk, f’każijiet li fihom, pereżempju, it-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern jista’ jaffettwa lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jew f’każijiet li fihom il-kapaċitajiet tal-ittestjar għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi ma jkunux suffiċjenti, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jawtorizzaw b’mod eċċezzjonali u temporanju t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ma jkunux għaddew mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità tas-soltu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni settorjali rispettiva. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti emendati u li ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, fil-kuntest ta’ emerġenza fis-suq intern li tkun għaddejja, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jidderogaw mill-obbligu li jwettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fir-Regolamenti emendati, meta l-involviment ta’ korp notifikat ikun obbligatorju. F’tali każijiet, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, u, kif applikabbli, għat-tqegħid fis-servizz, ta’ dawk il-prodotti, dment li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza applikabbli kollha. Jenħtieġ li jkun possibbli li tintwera l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti b’diversi modi, li jistgħu jinkludu l-ittestjar li jwettqu l-awtoritajiet nazzjonali tal-kampjuni pprovduti mill-manifattur li jkun applika għal awtorizzazzjoni. Il-proċeduri speċifiċi li ġew segwiti biex tintwera l-konformità u r-riżultati tagħhom jenħtieġ li jiġu deskritti b’mod ċar fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti. |
|
(13) |
Minħabba li r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza armonizzati bir-Regolamenti emendati se jibqgħu applikabbli u minħabba li jenħtieġ li jkun possibbli għal awtorità nazzjonali kompetenti li toħroġ l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu l-prodotti fis-suq mingħajr il-markatura CE b’mod eċċezzjonali u temporanju u flimkien mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti, dan ir-Regolament qiegħed ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-funzjonament tas-suq intern. Dan ir-Regolament iqis kemm il-kuntest kostitwit mir-regoli armonizzati bis-sħiħ li jirriżultaw mir-Regolamenti eżistenti kif ukoll ir-regoli komplementari li jirriżultaw mill-emendi li dan ir-Regolament jagħmlilhom. Dawk l-emendi jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jirrikonoxxu l-awtorizzazzjonijiet maħruġa fi Stati Membri oħra u jirrikjedu li l-Kummissjoni testendi l-validità ta’ tali awtorizzazzjonijiet nazzjonali mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed għat-territorju tal-Unjoni, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti emendati. Tali skema parallela ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali fi żminijiet eċċezzjonali ta’ kriżi, flimkien mal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-Unjoni, hija ġġustifikata u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu li jiġu protetti s-saħħa, il-ħajja u s-sikurezza tal-persuni. Minħabba li ma jipprevedix rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kull awtorizzazzjoni nazzjonali li tidderoga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità fi żminijiet ta’ kriżi, dan ir-Regolament għandu l-għan li jevita kwalunkwe ċirkomvenzjoni jew imminar tal-proċedura tal-markatura CE u b’hekk għandu l-għan li jżomm il-fiduċja tal-konsumatur fis-sikurezza tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni li jkollhom il-markatura CE.Għalhekk, dawk ir-regoli ta’ deroga ġodda, sa fejn jipprojbixxu t-twaħħil tal-markatura CE mal-prodotti li ġew approvati biss fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li ma jaffettwawx il-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-prodotti u l-fiduċja tal-konsumatur fil-markatura CE, li tista’ titwaħħal biss meta r-regoli sostantivi u proċedurali armonizzati kollha jkunu ġew rispettati. Minħabba li jipprovdu perkors addizzjonali u parallel biex l-oġġetti rilevanti għall-kriżi jitqiegħdu b’mod eċċezzjonali fis-suq fil-kuntest ta’ emerġenza fis-suq intern, ir-regoli ta’ deroga jippermettu lill-manifatturi ġodda jqiegħdu b’mod rapidu l-prodotti tagħhom fis-suq mingħajr ma jistennew il-finalizzazzjoni tal-proċeduri normali ta’ valutazzjoni tal-konformità. Tali tqiegħed fis-suq aċċellerat u eċċezzjonali jikkontribwixxi għaż-żieda rapida fil-provvista tal-oġġetti rilevanti għall-kriżi, u fl-istess ħin jiffaċilita xogħol il-manifatturi peress li jippermettilhom iqiegħdu lottijiet inizjali jew serje ta’ prodotti fis-suq qabel it-tlestija tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Ladarba l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu tlestew b’suċċess, jenħtieġ li l-lottijiet jew is-serje sussegwenti ta’ prodotti jkunu konformi bis-sħiħ mar-regoli rilevanti applikabbli u b’hekk jibbenefikaw mill-moviment liberu. Il-koeżistenza, matul emerġenza fis-suq intern, ta’ sett ta’ regoli ta’ deroga eċċezzjonali flimkien mar-regoli normalment applikabbli tagħmilha possibbli biex issir it-tranżizzjoni lejn ir-regoli normalment applikabbli, u dan jippermetti li l-manifatturi jkomplu jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. |
|
(14) |
Meta l-Kummissjoni tkun estendiet il-validità ta’ awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru għat-territorju tal-Unjoni kollha permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti kkonċernati stabbiliti fih jenħtieġ li japplikaw biss għal dawk l-oġġetti li tqiegħdu fis-suq wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni jista’ jipprevedi li l-benefiċċju tal-moviment liberu jingħata wkoll għall-oġġetti li diġà tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet preeżistenti. L-awtorizzazzjonijiet preeżistenti kollha maħruġa mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li jieqfu jipprovdu bażi legali għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-istess oġġetti, u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa għal dak l-għan. L-oġġetti li diġà tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjoni adottata minn Stat Membru qabel l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li ma jkollhomx għalfejn jiġu rtirati jew imsejħa lura sakemm ma jkunx ġie identifikat tħassib speċifiku dwar is-sikurezza fir-rigward ta’ tali oġġetti li jirriżulta fil-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet korrettivi jew restrittivi mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni ieħor. |
|
(15) |
Il-validità tal-awtorizzazzjonijiet kollha, maħruġa matul modalità ta’ emerġenza attiva fis-suq intern f’konformità mal-proċeduri ta’ emerġenza stabbiliti minn dan ir-Regolament, għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, jenħtieġ li tiskadi awtomatikament fid-data tal-iskadenza jew tad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jinħarġu awtorizzazzjonijiet b’validità iqsar. Ladarba awtorizzazzjoni tiskadi, l-oġġetti rilevanti għall-kriżi jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiegħdu fis-suq abbażi ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Madankollu, l-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li ma tiskattax awtomatikament obbligu ta’ rtirar jew ta’ sejħa lura ta’ oġġetti li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ dik l-awtorizzazzjoni. F’każijiet li fihom it-tqegħid fis-suq ikun seħħ bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jew meta jkun hemm raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-oġġetti koperti minn tali awtorizzazzjoni jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu intitolati li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom f’konformità mar-Regolamenti emendati u r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza settorjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi regoli rigward azzjonijiet ta’ segwitu li jridu jittieħdu u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fir-rigward tal-oġġetti li tqiegħdu fis-suq f’konformità mal-proċeduri ta’ emerġenza settorjali rilevanti. |
|
(16) |
Sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni u biex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jirreaġixxu, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jiġu infurmati minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġu awtorizzati l-oġġetti rilevanti għall-kriżi. Is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) prevista fir-Regolament (UE) 2019/1020 diġà tipprevedi l-funzjonijiet meħtieġa li jippermettu notifika rapida tad-deċiżjonijiet amministrattivi u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużawha għal dak l-għan. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi kondiviża wkoll informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi kollha. Skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, tali informazzjoni trid tkun aċċessibbli fl-ICSMS irrispettivament minn jekk dawk l-azzjonijiet iridux jiġu nnotifikati fis-Safety Gate minħabba l-prodotti li jippreżentaw riskju serju. L-entrati doppji jiġu evitati permezz ta’ interfaċċa tad-data bejn is-Safety Gate u l-ICSMS, liema interfaċċa se tiġi ġestita mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020. |
|
(17) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti rilevanti għall-kriżi maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li jkun fihom mill-inqas ċerta informazzjoni li tappoġġa l-valutazzjoni li l-oġġetti kkonċernati huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli u jenħtieġ li jkun fihom ċerti elementi li jiżguraw it-traċċabbiltà. L-elementi li jikkonċernaw it-traċċabbiltà jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżiti speċifiċi rigward it-tikkettar, id-dokumenti ta’ akkumpanjament jew kwalunkwe mezz addizzjonali li jiżgura l-identifikazzjoni tal-oġġetti kkonċernati u jippermettulhom jiġu traċċati tul il-katina ta’ provvista. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u koerenti tar-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà madwar l-Unjoni, l-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jestendu l-validità tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa minn Stat Membru jenħtieġ li jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti komuni ta’ traċċabbiltà. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu l-arranġamenti speċifiċi rigward l-indikazzjoni li l-prodott ikkonċernat huwa “oġġett rilevanti għall-kriżi”.Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kwalunkwe aġġustament meħtieġ għar-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-oġġetti rilevanti għall-kriżi li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru. |
|
(18) |
Meta emerġenza fis-suq intern tikkawża żieda esponenzjali fid-domanda għal ċerti prodotti u sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-operaturi ekonomiċi biex jissodisfaw tali domanda, huwa xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-għoti ta’ referenzi tekniċi li l-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw biex ifasslu u jipproduċu oġġetti rilevanti għall-kriżi li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli. |
|
(19) |
Għadd ta’ atti settorjali armonizzati tal-Unjoni jipprevedu l-possibbiltà li manifattur jibbenefika minn preżunzjoni ta’ konformità jekk il-prodott tiegħu jikkonforma ma’ standard armonizzat. Barra minn hekk, il-qafas tal-Unjoni dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/988 jistabbilixxi, b’ċerti kundizzjonijiet, mekkaniżmu ta’ preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali meta prodott jikkonforma mal-istandards Ewropej rilevanti, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, f’każijiet li fihom tali standards ma jeżistux jew il-konformità magħhom tista’ tkun eċċessivament diffiċli minħabba t-tfixkil ikkawżat mill-kriżi, huwa xieraq li jiġu previsti mekkaniżmi alternattivi ta’ rispons għall-kriżijiet. |
|
(20) |
Fir-rigward tar-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2023/1230, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jippreżumu li l-prodotti manifatturati f’konformità mal-istandards Ewropej, mal-istandards nazzjonali applikabbli rilevanti tal-Istati Membri, jew mal-istandards internazzjonali applikabbli rilevanti żviluppati minn korp ta’ standardizzazzjoni internazzjonali rikonoxxut, identifikati mill-Kummissjoni bħala xierqa biex tintlaħaq il-konformità u li jiżguraw livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak offrut mill-istandards armonizzati, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli u rilevanti. Il-prodotti li tqiegħdu fis-suq abbażi tal-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz tal-mekkaniżmu ta’ emerġenza stabbilit b’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux irtirati awtomatikament meta l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandards Ewropej jew l-istandards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jieqaf japplika. F’każijiet meta jkun hemm tħassib rigward il-konformità ta’ prodott armonizzat li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, u li tqiegħed fis-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern abbażi ta’ preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz ta’ tali att ta’ implimentazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha meħtieġa fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 u skont il-leġiżlazzjoni settorjali rispettiva. Wara li tali att ta’ implimentazzjoni jieqaf japplika, il-konformità mal-istandards Ewropej jew mal-istandards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jenħtieġ li ma tibqax tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti u applikabbli. |
|
(21) |
Fir-rigward tar-Regolament (UE) 2023/988, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżumu li l-prodotti manifatturati f’konformità mal-istandards Ewropej jew nazzjonali tal-Istati Membri, jew mal-istandards internazzjonali rilevanti żviluppati minn korp ta’ standardizzazzjoni internazzjonali rikonoxxut, jikkonformaw mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali. Il-prodotti li tqiegħdu fis-suq abbażi tal-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz tal-mekkaniżmu ta’ emerġenza stabbilit b’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux irtirati awtomatikament meta l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandards Ewropej jew l-istandards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jieqaf japplika. Meta jkun hemm evidenza li l-prodott li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, u li tqiegħed fis-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern abbażi tal-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz ta’ tali att ta’ implimentazzjoni, ikun perikoluż, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jitħallew jieħdu l-miżuri xierqa kollha skont ir-Regolament (UE) 2023/988. Wara li tali att ta’ implimentazzjoni jieqaf japplika, jenħtieġ li dimostrazzjoni ta’ konformità mal-istandards Ewropej jew l-istandards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti u applikabbli ma tibqax tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali. |
|
(22) |
Barra minn hekk, fir-rigward tar-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2023/1230, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tadotta, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni, li fuqhom il-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu sabiex jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. L-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi tali speċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li jibqa’ applikabbli għad-durata tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Il-prodotti li tqiegħdu fis-suq abbażi tal-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita billi tintwera l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li ma jiġux irtirati awtomatikament meta l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi tali speċifikazzjonijiet komuni jieqaf japplika. F’każijiet meta jkun hemm tħassib rigward il-konformità ta’ prodott iddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi u li tqiegħed fis-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, abbażi tal-preżunzjoni ta’ konformità stabbilita billi tintwera l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha meħtieġa fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 u skont il-leġiżlazzjoni settorjali rispettiva. Wara li l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni jieqaf japplika, jenħtieġ li dimostrazzjoni ta’ konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni ma tibqax tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti u applikabbli. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ sikurezza pprovdut mill-prodotti armonizzati u mhux armonizzati ma jiġix kompromess, huwa meħtieġ li jiġu previsti regoli għat-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oġġetti ddeżinjati bħala rilevanti għall-kriżi, inkluż billi jippermettu kooperazzjoni aktar mill-qrib u appoġġ reċiproku fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
|
(24) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti emendati, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dawk ir-Regolamenti, inkluż tad-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti minn dan ir-Regolament, mill-operaturi ekonomiċi u mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li dawk ir-regoli jiġu infurzati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi l-awtoritajiet ta’ notifika rispettivi. |
|
(25) |
F’konformità mal-prattika stabbilita tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta sistematikament lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-kuntest tal-istadji bikrija tat-tħejjija tal-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni kollha li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet komuni. |
|
(26) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 u (UE) 2023/1230 jiġu emendati skont dan. |
|
(27) |
Sabiex dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2024/2747, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiegħu tiġi differita, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 305/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(2) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu VIa Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 38a Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 38b sa 38d ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 38b sa 38d ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-prodotti għall-bini li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 38b sa 38d ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-prodotti għall-bini li tqiegħdu fis-suq f’konformità mal-Artikoli 38b u 38c. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64(2a). Artikolu 38b Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi 1. Dan l-Artikolu japplika għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) li huma soġġetti għal kompiti ta’ parti terza tal-korpi nnotifikati relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1). 2. Il-korpi nnotifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, talbiet għal kompiti ta’ parti terza relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament minn jekk dawk it-talbiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 38a. 3. Il-prijoritizzazzjoni tat-talbiet għall-kompiti ta’ parti terza relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet sproporzjonati addizzjonali għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk it-talbiet. 4. Il-korpi nnotifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom tal-valutazzjoni u tal-verifika rigward il-prodotti għall-bini msemmija fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew innotifikati. Artikolu 38c Valutazzjoni u dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni 1. Meta l-prodotti għall-bini jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni biex ikopru l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali fil-każijiet li ġejjin:
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ valutazzjoni u dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi għal standards Ewropej jew ir-referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. 3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64(2a) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perijodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. 4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew tal-korpi rilevanti stabbiliti skont dan ir-Regolament u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet interessati rilevanti kollha. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 6, il-metodi u l-kriterji previsti fl-istandards jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni u għad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. Mill-jum ta’ wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern ma għandux ikun aktar possibbli li jitfasslu dikjarazzjonijiet ta’ prestazzjoni abbażi ta’ standards jew speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 6. B’deroga mill-Artikolu 38a(3), sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-prodotti għall-bini, koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew jonqsu milli jiksbu l-prestazzjoni ddikjarata, id-dikjarazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li jkunu tqiegħdu fis-suq f’konformità ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom jibqgħu validi wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. 7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux korretti f’termini tal-metodi u tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk xieraq, temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni. Artikolu 38d Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1). (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”;" |
|
(3) |
fl-Artikolu 64, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). (*4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/424
Ir-Regolament (UE) 2016/424 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*5) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(2) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu Va Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 43a Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 43b sa 43e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tas-subsistemi u tal-komponenti ta’ sikurezza koperti minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 43b sa 43e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għas-subsistemi u għall-komponenti ta’ sikurezza li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 43b sa 43e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Madankollu, l-Artikolu 43c(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tas-subsistemi u tal-komponenti ta’ sikurezza li tqiegħdu fis-suq jew li ġew inkorporati f’installazzjoni tal-funikular f’konformità mal-Artikoli 43c u 43d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3). Artikolu 43b Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tas-subsistemi u tal-komponenti ta’ sikurezza ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi 1. Dan l-Artikolu japplika għas-subsistemi u għall-komponenti ta’ sikurezza elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) li huma soġġetti għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 18 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat. 2. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tas-subsistemi u tal-komponenti ta’ sikurezza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 43a. 3. Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tas-subsistemi u tal-komponenti ta’ sikurezza skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet sproporzjonati addizzjonali għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet. 4. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għas-subsistemi u għall-komponenti ta’ sikurezza msemmija fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati. Artikolu 43c Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat 1. B’deroga mill-Artikolu 18, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq jew l-inkorporazzjoni f’installazzjoni tal-funikular fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ subsistema jew komponent ta’ sikurezza speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1), u li għalihom il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 18 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalihom tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, stabbiliti fl-Anness II, f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni. 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom is-subsistema jew il-komponent ta’ sikurezza speċifiku jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jiġu inkorporati f’installazzjoni tal-funikular. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3). Is-subsistema jew il-komponent ta’ sikurezza soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma tqiegħdu fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tiftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. 3. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(4). 4. Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni. 5. Il-manifatturi tas-subsistemi jew tal-komponenti ta’ sikurezza soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li s-subsistema jew il-komponent ta’ sikurezza kkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness II u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. 6. Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom is-subsistema jew il-komponent ta’ sikurezza jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jiġu inkorporati f’installazzjoni tal-funikular. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dawn li ġejjin:
7. B’deroga mill-Artikoli 7, 20 u 21, is-subsistemi jew il-komponenti ta’ sikurezza li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx ikollhom il-marka CE u l-Artikolu 7 ma għandux japplika. 8. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru li fih awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali subsistemi jew komponenti ta’ sikurezza, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) u skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet. 9. L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 18 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 43d Preżunzjoni ta’ konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni 1. Meta s-subsistemi u l-komponenti ta’ sikurezza jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali subsistemi u komponenti ta’ sikurezza biex ikopru l-karatteristiċi essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ preżunzjoni ta’ konformità, f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi għal standards Ewropej jew ir-referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. 3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. 4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew tal-korpi rilevanti stabbiliti skont dan ir-Regolament u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, is-subsistemi u l-komponenti ta’ sikurezza li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II u koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 6. B’deroga mill-Artikolu 43a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li s-subsistemi jew il-komponenti ta’ sikurezza, koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, is-subsistemi jew il-komponenti ta’ sikurezza li jkunu konformi ma’ dawn l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu tqiegħdu fis-suq, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. 7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni. Artikolu 43e Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għas-subsistemi u għall-komponenti ta’ sikurezza elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020. 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għas-subsistemi jew għall-komponenti ta’ sikurezza elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1). (*6) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”." |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/425
Ir-Regolament (UE) 2016/425 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*7) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(2) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu VIa Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 41a Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 41b sa 41e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-PPE kopert minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 41b sa 41e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-PPE li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 41b sa 41e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Madankollu, l-Artikolu 41d(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-PPE li tqiegħed fis-suq f’konformità mal-Artikoli 41c sa 41d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3). Artikolu 41b Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-PPE ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi 1. Dan l-Artikolu japplika għall-PPE elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) u li huwa soġġett għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 19 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat. 2. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tal-PPE msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 41a. 3. Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tal-PPE skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet sproporzjonati addizzjonali għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet. 4. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-PPE msemmi fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati. Artikolu 41c Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat 1. B’deroga mill-Artikolu 19, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ PPE speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 19 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness II, f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni. 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li skonthom il-PPE speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3). Il-PPE soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandha tkun ċara, tiftiehem u intelliġibli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinata mill-Istat Membru kkonċernat. 3. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(4). 4. Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni. 5. Il-manifatturi ta’ PPE soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-PPE kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness II u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. 6. Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom il-PPE jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dawn li ġejjin:
7. B’deroga mill-Artikoli 7, 16 u 17, il-PPE li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 7 ma għandux japplika. 8. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru li fih awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali PPE, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet. 9. L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 19 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 41d Preżunzjoni ta’ konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni 1. Meta l-PPE jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali PPE biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ preżunzjoni ta’ konformità, f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. 3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perijodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. 4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew tal-korpi rilevanti stabbiliti skont dan ir-Regolament u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-PPE li jkun konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnu, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness II u koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 6. B’deroga mill-Artikolu 41a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-PPE kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, il-PPE li jkun konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni, u li jkun tqiegħed fis-suq, għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness II wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. 7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u jekk xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni. Artikolu 41e Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-PPE elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020. 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-PPE elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1). (*8) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”." |
Artikolu 4
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/426
Ir-Regolament (UE) 2016/426 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*9) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(2) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu Va Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 40a Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 40b sa 40e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tat-tagħmir u tal-fittings koperti minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 40b sa 40e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għat-tagħmir u l-fittings li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 40b sa 40e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Madankollu, l-Artikolu 40c(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tat-tagħmir u tal-fittings li tqiegħdu fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess f’konformità mal-Artikoli 40c u 40d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3). Artikolu 40b Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u tal-fittings iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi 1. Dan l-Artikolu japplika għat-tagħmir u għall-fittings kollha elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1) li huma soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat. 2. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u tal-fittings imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 40a. 3. Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u tal-fittings skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet sproporzjonati addizzjonali għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet. 4. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għat-tagħmir u għall-fittings imsemmija fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati. Artikolu 40c Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat 1. B’deroga mill-Artikolu 14, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq jew l-użu għall-iskopijiet tal-manifattur stess fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ tagħmir jew fitting speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 14 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat, ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, stabbiliti fl-Anness f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni. 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbilitii fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir jew il-fitting speċifiku jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3). It-tagħmir jew il-fitting soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma tqiegħdu fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tiftiehem u intelliġibli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinata mill-Istat Membru kkonċernat. 3. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4). 4. Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni. 5. Il-manifatturi tat-tagħmir jew tal-fittings soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li t-tagħmir jew il-fitting ikkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness I u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. 6. Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir jew il-fitting jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dawn li ġejjin:
7. B’deroga mill-Artikoli 6, 16 u 17, it-tagħmir jew il-fittings li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandux ikollhom il-marka CE u l-Artikolu 6 ma għandux japplika. 8. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru li fih awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir u fittings, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) u skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet. 9. L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 14 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 40d Preżunzjoni ta’ konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni 1. Meta t-tagħmir jew il-fittings ikunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali tagħmir jew fittings biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ preżunzjoni ta’ konformità, f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. 3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. 4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew tal-korpi rilevanti stabbiliti skont dan ir-Regolament u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tagħmir jew il-fittings li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnu, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I u koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 6. B’deroga mill-Artikolu 40a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li t-tagħmir jew il-fittings, koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, it-tagħmir jew il-fittings li jkunu konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu tqiegħdu fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. 7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli fl-Anness I, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u jekk xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni. Artikolu 40e Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għat-tagħmir u għall-fittings elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020. 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għat-tagħmir u għall-fittings elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1). (*10) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”." |
Artikolu 5
Emendi tar-Regolament (UE) 2023/988
Ir-Regolament (UE) 2023/988 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*11) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(3) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu IIa Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 8a Applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 8b u 8c ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 8b u 8c ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 8b u 8c ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Artikolu 8b Preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali fil-kuntest ta’ emerġenza fis-suq intern 1. Minbarra l-preżunzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, meta t-tfixkil serju għall-funzjonament tas-suq intern, li tqies meta ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu minn standards Ewropej rilevanti li r-referenzi tagħhom diġà jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 tista’ tiġi stabbilita wkoll għall-fini li l-prodotti jitqiegħdu fis-suq jekk il-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti nazzjonali, fir-rigward tar-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih jiġu introdotti fis-suq, dment li tali liġi tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni. 2. Minbarra l-każijiet li fihom il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament tapplika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li, għall-fini li l-prodotti jitqiegħdu jew jiġu introdotti fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iqisu li l-prodotti, li jikkonformaw mal-istandards Ewropej rilevanti għajr dawk li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, mal-istandards internazzjonali rilevanti żviluppati minn korp internazzjonali tal-istandardizzazzjoni rikonoxxut kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, jew mal-istandards nazzjonali rilevanti żviluppati minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, huma preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f’dan ir-Regolament sa fejn huma kkonċernati r-riskji u l-kategoriji tar-riskju koperti minn dawk l-istandards, sakemm tali standards ma jkunux adegwati fid-dawl tal-elementi l-oħra tal-Artikoli 6 u 8 ta’ dan ir-Regolament. 3. L-Artikolu 7(3) japplika għall-preżunzjoni tal-konformità stabbilita f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Artikolu 8c Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-prodotti koperti b’dan ir-Regolament u li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8a(1). 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.”. |
Artikolu 6
Emendi tar-Regolament (UE) 2023/1230
Ir-Regolament (UE) 2023/1230 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*12) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;" |
|
(2) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “Kapitolu IVa Proċeduri ta’ emerġenza Artikolu 25a Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza 1. L-Artikoli 25b sa 25e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-makkinarju u tal-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 25b sa 25e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-makkinarju u għall-prodotti relatati li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747. 3. L-Artikoli 25b sa 25e ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747. Madankollu, l-Artikolu 25c(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-makkinarju u tal-prodotti relatati meta jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz f’konformità mal-Artikoli 25c u 25d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). Artikolu 25b Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju u tal-prodotti relatati ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi 1. Dan l-Artikolu japplika għat-tipi kollha ta’ makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25a(1) li huma soġġetti għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 25 u li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat. 2. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju u tal-prodotti relatati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 25a. 3. Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju u ta’ prodotti relatati skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi, li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet. 4. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-makkinarju u għall-prodotti relatati msemmija fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati. Artikolu 25c Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat 1. B’deroga mill-Artikolu 25, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, l-introduzzjoni fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ makkinarju jew prodotti relatati speċifiċi elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25a(1) u li għalihom il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, f’konformità mal-Artikolu 25 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalihom tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness III f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni. 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi għal perjodu ta’ żmien limitat il-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-makkinarju jew prodotti relatati speċifiċi jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). Il-makkinarju jew il-prodotti relatati soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tiftiehem u intelliġibli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. 3. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(4). 4. Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni. 5. Il-manifatturi tal-makkinarju jew ta’ prodotti relatati soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-makkinarju jew il-prodotti relatati ikkonċernat jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness III u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. 6. Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom il-makkinarju jew il-prodotti relatati jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dawn li ġejjin:
7. B’deroga mill-Artikoli 4, 23 u 24, il-makkinarju jew prodotti relatati li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandux ikollhom il-markatura CE u l-Artikolu 4 ma għandux japplika. 8. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru li fih awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali makkinarju u prodotti relatati, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 u skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet. 9. L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 25 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 25d Preżunzjoni ta’ konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni 1. Meta l-makkinarju jew prodotti relatati jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali makkinarju jew prodotti relatati biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ preżunzjoni ta’ konformità, f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. 3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. 4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew tal-korpi rilevanti stabbiliti skont dan ir-Regolament u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, il-makkinarju u prodotti relatati li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnu, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III li huma koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 6. B’deroga mill-Artikolu 25a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-makkinarju u l-prodotti relatati, koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, il-makkinarju u l-prodotti relatati li jkunu konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness III wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. 7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness III, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni. Artikolu 25e Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet 1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-makkinarju u prodotti relatati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020. 2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aħjar sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-makkinarju u għall-prodotti relatati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25a(1).”. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-29 ta’ Mejju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 95.
(2) ĠU C 157, 3.5.2023, p. 82.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2024.
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).
(9) Ir-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar il-makkinarju u li jħassar id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 73/361/KEE (ĠU L 165, 29.6.2023, p. 1).
(10) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(11) Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2748/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)