|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3110 |
18.12.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/3110 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie adottat fil-kuntest tas-suq intern, sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u biex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ fil-prodotti għall-bini bejn l-Istati Membri. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, sabiex prodott għall-bini kopert bi speċifikazzjoni teknika armonizzata jitqiegħed fis-suq, il-manifattur huwa obbligat li jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għal tali prodott. Il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ tali prestazzjoni ddikjarata u mar-rekwiżiti applikabbli. Il-manifatturi huma eżentati minn dan l-obbligu għal ċerti prodotti. |
|
(3) |
L-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-2019, kif ukoll ir-rapport dwar l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Valutazzjoni Teknika wrew prestazzjoni agħar minn dik mistennija tal-qafas dwar il-prodotti għall-bini f’diversi aspetti, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp ta’ standards u s-sorveljanza tas-suq. Barra minn hekk, ir-rispons li wasal matul l-evalwazzjoni indika l-ħtieġa li jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet, li jitneħħew il-kontradizzjonijiet u r-rekwiżiti ripetittivi, inkluż b’rabta ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, sabiex tiġi pprovduta aktar ċarezza legali u jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li l-obbligi legali tal-operaturi ekonomiċi jiġu aġġornati u allinjati ma’ dawk previsti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, kif ukoll li jiżdiedu dispożizzjonijiet ġodda, inkluż fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti flussi ta’ informazzjoni li jiffunzjonaw tajjeb, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi u bl-użu ta’ format li jinqara mill-magni, biex jiġi żgurat li informazzjoni koerenti u trasparenti dwar il-prestazzjonijiet tal-prodotti għall-bini tkun disponibbli tul il-katina tal-provvista. Dan huwa mistenni li jżid it-trasparenza u li jtejjeb l-effiċjenza f’termini ta’ trasferiment ta’ informazzjoni. L-iżgurar tal-aċċess diġitali għal informazzjoni komprensiva dwar il-prodotti għall-bini jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni b’mod sħiħ, u b’hekk jagħmel il-qafas adattat għall-era diġitali. Barra minn hekk, l-għoti ta’ aċċess għal informazzjoni affidabbli u dejjiema jfisser ukoll li l-operaturi ekonomiċi u atturi oħrajn ma jikkontribwixxux għan-nuqqas ta’ konformità ta’ xulxin mar-rekwiżiti. |
|
(5) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini) (4) laqgħet l-objettiv tal-Kummissjoni li tagħmel is-settur tal-kostruzzjoni aktar sostenibbli billi tindirizza l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini fir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari. Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva”. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ekonomija Ċirkolari fis-Settur tal-Kostruzzjoni tat-28 ta’ Novembru 2019 ħeġġew lill-Kummissjoni biex tiffaċilita ċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini meta tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 305/2011. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini u enfasizzat li ambjent mibni b’mod aktar sostenibbli huwa essenzjali għat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn in-newtralità klimatika. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa”, il-Kummissjoni identifikat il-kostruzzjoni bħala waħda mill-ekosistemi ta’ prijorità li jiffaċċjaw l-aktar sfidi importanti biex jissodisfaw il-miri tal-klima u tas-sostenibbiltà u biex iħaddnu t-trasformazzjoni diġitali, u li fuqhom tiddependi l-kompetittività tas-settur tal-kostruzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini, inkluża l-possibbiltà li jiġu stabbiliti livelli limitu u klassijiet rilevanti. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti jenħtieġ li jirriflettu b’mod preċiż id-diversità tal-prodotti u l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tagħhom u jenħtieġ li jippermettu li l-prodotti l-aktar ekoloġiċi jiġu identifikati b’mod preċiż. Barra minn hekk, meta ssir referenza għall-impatti ambjentali, tali klassijiet ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jkunu jinftiehmu, jenħtieġ li ma jkunux qarrieqa, u lanqas ma jippermettu t-trasferiment tal-piż. |
|
(6) |
Bl-istess mod, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni tal-2022 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2022, bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni: L-istabbiliment ta’ standards globali b’appoġġ għal suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali” identifikat il-kostruzzjoni bħala wieħed mill-aktar oqsma pertinenti fejn l-istandards armonizzati jistgħu jtejbu l-kompetittività u jnaqqsu l-ostakli għas-suq. |
|
(7) |
Il-kisba tal-għanijiet ambjentali, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jagħmilha neċessarja li, mingħajr ma jiżdiedu b’mod sproporzjonat il-burokrazija u l-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”), jiġu stabbiliti obbligi ambjentali ġodda u li tiġi stabbilita l-bażi għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ valutazzjoni għall-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini. Il-kalkoli jenħtieġ li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott bl-użu tal-metodi stabbiliti permezz tal-istandardizzazzjoni. Għal prodotti ġodda ċ-ċikli tal-ħajja kkalkulati jenħtieġ li jinkludu l-istadji kollha tal-ħajja ta’ prodott, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali, sar-rimi finali tiegħu, inklużi l-benefiċċji u l-piżijiet potenzjali barra l-limiti tal-konfini. Għall-prodotti użati u manifatturati mill-ġdid, iċ-ċiklu tal-ħajja kkalkulat jenħtieġ li jibda bid-deinstallazzjoni minn xogħol ta’ kostruzzjoni u jenħtieġ li jinkludi l-istadji kollha li ġejjin sar-rimi finali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli software biex jitwettaq il-kalkolu, b’mod partikolari l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni applikabbli f’konformità mal-istandard Ewropew EN 15804 jew mal-istandards applikabbli futuri. Kwalunkwe aġġornament ta’ dan is-software jenħtieġ li jiġi kkomunikat u jenħtieġ li jiskatta l-aġġornament għall-kalkoli rilevanti fi żmien sena. |
|
(8) |
Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-funzjonalità tal-prodotti għall-bini u, b’estensjoni, tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, kif ukoll is-sikurezza tal-ħaddiema u tal-utenti, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li ċerti fornituri ta’ servizzi, bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ eżekuzzjoni, swieq online u atturi li jipprovdu servizzi intermedjarji, ma jikkontribwixxux għan-nuqqasijiet ta’ konformità ta’ atturi oħrajn. Għalhekk, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti jsiru applikabbli wkoll għal dawn is-servizzi u għall-fornituri tagħhom. |
|
(9) |
Sabiex tinħoloq ir-rabta meħtieġa bejn il-prodotti għall-bini u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, inklużi l-binjiet li fihom jistgħu jiġu inkorporati, il-kunċett ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jenħtieġ li jiġi definit biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri li jiddefinixxu u jirregolaw ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-bini. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat li jintużaw mudelli ta’ distribuzzjoni innovattivi biex jiġu evitati l-obbligi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kwalunkwe provvista ta’ prodott matul attività kummerċjali, inkluż meta s-sjieda jew il-pussess tal-prodotti jiġi trasferit bħala parti mill-forniment ta’ servizz, titqies bħala li l-prodott ikun qed isir disponibbli fis-suq. |
|
(11) |
L-iżgurar tal-moviment liberu tal-kitts għall-prodotti tal-kostruzzjoni fis-suq intern ikun ta’ appoġġ għall-kompetittività tal-industrija. Dan l-approċċ se jespandi l-ilħuq tas-suq, jissimplifika l-proċessi tal-produzzjoni għall-kumpaniji, u jtejjeb il-konvenjenza kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. |
|
(12) |
Il-konformità tal-prodotti għall-bini mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni spiss tiddependi fuq il-konformità tal-partijiet ewlenin tagħhom ma’ dik il-leġiżlazzjoni. Madankollu, billi l-partijiet ewlenin spiss jiġu integrati f’diversi prodotti għall-bini, l-iżgurar tas-sikurezza u l-protezzjoni tal-ambjent, inkluża l-klima, tkun tinkiseb aħjar kieku dawk il-partijiet ewlenin ġew ivvalutati upstream, jiġifieri kieku l-prestazzjoni u l-konformità tagħhom ġew ivvalutati minn qabel u indipendentement mill-valutazzjoni tal-prodott finali għall-bini finali li fih jiġu integrati. Bl-istess mod, is-sorveljanza tas-suq tkun aktar effiċjenti kieku l-partijiet ewlenin mhux konformi jkunu jistgħu jiġu identifikati u mmirati. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli obbligatorji applikabbli għall-partijiet ewlenin tal-prodotti għall-bini. L-istess approċċ jenħtieġ li jintuża għal partijiet jew materjali intiżi biex jintużaw għal prodotti għall-bini li jibbenefikaw mill-applikazzjoni volontarja tar-Regolament. |
|
(13) |
Oġġetti, bħal prodotti għall-bini, il-partijiet ewlenin tagħhom jew partijiet jew materjali oħra, jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali jew bħala sett ta’ komponenti separati intiżi biex jintużaw flimkien u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati ddedikati. Sabiex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-oġġetti u l-komponenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġu identifikati b’mod ċar. Madankollu, tali identifikazzjoni jenħtieġ li ma tipprekludix il-possibbiltà li l-komponenti jiġu kkummerċjalizzati bħala prodotti għall-bini meta dawn il-komponenti jitqiegħdu fis-suq separatament, bħala partijiet ewlenin jew mod ieħor. |
|
(14) |
Filwaqt li jinżamm kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ għall-applikazzjoni possibbli ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għal ċerti prodotti diġà armonizzati b’atti legali oħra tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi eskluża biex tiġi evitata d-duplikazzjoni regolatorja. Għall-istess fini, huwa importanti wkoll li ssir distinzjoni bejn dawk l-aspetti tal-istess prodotti li huma koperti minn dan ir-Regolament u dawk l-aspetti li huma rregolati minn leġiżlazzjoni settorjali oħra. Dan ikun il-każ, pereżempju, għal prodotti tad-dawl u prodotti elettriċi u elettroniċi, li huma soġġetti għad-Direttivi 2014/35/UE (5), 2014/30/UE (6), 2014/53/UE (7) u 2001/95/KE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ta’ dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala intenzjoni li jiġu armonizzati l-prodotti kollha li jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-inkorporazzjoni f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Il-prodotti li mhumiex adattati għall-armonizzazzjoni, pereżempju minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-wirt kulturali, l-użu tagħhom ta’ materjali speċifiċi li jistgħu jinkisbu biss f’ċerti lokalitajiet jew minħabba kundizzjonijiet eteroġeni bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-effett ta’ armonizzazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-għażla attiva li ma tiġix segwita l-kopertura tagħhom permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. |
|
(15) |
Il-prodotti użati soġġetti għal dan ir-Regolament importati minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li, fin-nuqqas ta’ regoli ddedikati għall-prodotti użati, ikunu soġġetti għall-istess regoli bħall-prodotti għall-bini ġodda. |
|
(16) |
Il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni spiss jiġu importati minn pajjiżi ġirien u, għalhekk, ma humiex soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fid-dritt tal-Unjoni. Is-soġġettar ta’ dawk il-prodotti għall-bini għal tali rekwiżiti jkun għali b’mod sproporzjonat. Fl-istess ħin, il-prodotti għall-bini manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi bilkemm jiċċirkolaw fi Stati Membri oħrajn. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw il-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni minn dawk ir-rekwiżiti. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li tinżamm rabta b’saħħitha bejn l-istandards u l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri, jenħtieġ li grupp ta’ esperti jappoġġa lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni u speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati oħra. Il-ħidma tal-grupp ta’ esperti jenħtieġ li ssegwi pjan ta’ ħidma stabbilit abbażi ta’ kontributi mill-Istati Membri flimkien mal-prijoritajiet ġenerali tal-Unjoni bħall-għanijiet tal-UE dwar il-klima u l-ekonomija ċirkolari. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lis-sostituzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħarraf lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, inkluża informazzjoni dwar it-talbiet għall-istandardizzazzjoni maħruġa, l-għadd ta’ standards proposti mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iż-żmien medju meħtieġ għall-valutazzjoni tal-istandards mill-Kummissjoni, u l-proporzjon bejn l-istandards aċċettati u dawk irrifjutati mill-Kummissjoni. |
|
(18) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq għall-kisba tal-objettiv bażiku tal-armonizzazzjoni tas-suq intern għall-prodotti għall-bini, li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri billi jiġu definiti biss il-karatteristiċi essenzjali meħtieġa biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-prodott. Id-definizzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni applikabbli għalihom jenħtieġ li jipprovdu approċċ inqas oneruż b’affidabbiltà suffiċjenti u jevitaw duplikazzjonijiet u inkonsistenzi. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). |
|
(19) |
Sabiex jistinka għal massimu ta’ koerenza regolatorja, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni, sa fejn ikun possibbli, fuq il-qafas legali orizzontali, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Dan isegwi x-xejra reċenti fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti biex tiġi żviluppata soluzzjoni ta’ riżerva fejn l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni ma jipprovdux standards armonizzati validi. Meta organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tipprovdi standard armonizzat f’konformità mat-talba għall-istandardizzazzjoni li jinkludi elementi li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri, jew li ma jkunux allinjati mal-objettivi tal-Unjoni dwar is-sikurezza, l-ambjent, iċ-ċirkolarità u l-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi t-talba għall-istandardizzazzjoni jew tagħmel l-istandard armonizzat obbligatorju b’restrizzjonijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi applikata soluzzjoni ta’ riżerva għal standards armonizzati li ma jkunux konformi mat-talba għall-istandardizzazzjoni u li jindirizzaw familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti li jew ma jkunux koperti qabel minn standard armonizzat, jew li diġà jkunu koperti minn standard armonizzat applikabbli għal aktar minn 5 snin, jew ikunu koperti minn standard armonizzat applikabbli b’restrizzjonijiet. |
|
(20) |
Fejn l-istandards armonizzati jistabbilixxu r-regoli għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali rilevanti għall-kodiċijiet tal-kostruzzjoni tal-Istati Membri, dawk l-istandards jenħtieġ li jsiru obbligatorji għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bħala standards armonizzati tal-prestazzjoni, billi huma biss tali standards obbligatorji li jilħqu l-għan li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, filwaqt li jiżguraw il-kapaċità tal-Istati Membri li jitolbu karatteristiċi tal-prodott relatati mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’kostruzzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom, bħad-differenzi fil-klima, fil-ġeoloġija u fil-ġeografija u kundizzjonijiet oħra. Meta jiġu segwiti flimkien, dawn iż-żewġ għanijiet jirrikjedu li l-prodotti jiġu vvalutati b’metodu ta’ valutazzjoni uniku, għalhekk, jeħtieġ li l-metodu jkun obbligatorju. Madankollu, jistgħu jintużaw standards volontarji sabiex ir-rekwiżiti tal-prodott, speċifikati għall-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti rilevanti permezz ta’ atti delegati, isiru saħansitra aktar konkreti, filwaqt li jsegwu t-triq li ħadet id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, jenħtieġ li dawk l-istandards volontarji jkunu jistgħu jipprovdu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti koperti minnhom. |
|
(21) |
Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tista’ teħtieġ l-istabbiliment ta’ livelli limitu. Il-livelli limitu volontarji għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ ċerti applikazzjonijiet. Il-livelli limitu obbligatorji jridu jiġu ssodisfati bħala kundizzjoni għat-tqegħid tal-prodott fis-suq intern irrispettivament mill-applikazzjoni tiegħu. |
|
(22) |
Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd. Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, u sabiex jiġu żgurati prodotti għall-bini sikuri, bis-sikurezza bħala wieħed mill-għanijiet li għandhom jiġu segwiti fil-leġiżlazzjoni abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huma meħtieġa rekwiżiti tal-prodotti relatati mal-funzjonalità, mas-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima. Meta tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza r-riskji tas-sikurezza u tqis il-kontribut potenzjali tal-prodotti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti ma humiex relatati mal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini. Għall-kuntrarju tad-Direttiva tal-Kunsill predeċessur tiegħu 89/106/KEE (11), ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu stabbiliti tali rekwiżiti tal-prodotti. Madankollu, ċerti standards armonizzati għall-prodotti għall-bini fihom tali rekwiżiti tal-prodott. Dawk l-istandards juru li hemm ħtieġa prattika għal tali rekwiżiti dwar il-funzjonalità, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent. L-Artikolu 114 tat-TFUE, bħala l-bażi ġuridika ta’ dan ir-Regolament, jimponi wkoll l-insegwiment ta’ livell għoli ta’ saħħa, sikurezza u protezzjoni tal-ambjent. B’hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi mill-ġdid jew jivvalida r-rekwiżiti tal-prodott. B’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tispeċifika dawk ir-rekwiżiti għall-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti rispettiva. |
|
(23) |
Il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodotti għall-bini jsiru dejjem aktar kumplessi, u dan iwassal għall-ħolqien ta’ operaturi speċjalizzati ġodda, bħal fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ċerti obbligi ġeneriċi, inkluż dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet, jenħtieġ li jkunu applikabbli għal dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista. |
|
(24) |
Sabiex trawwem prattiki armonizzati fost l-Istati Membri, anki fejn ma jkunx jista’ jinstab kunsens dwar dawn il-prattiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, fir-rigward ta’ firxa limitata ta’ kwistjonijiet, atti ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li s-setgħat rispettivi jikkonċernaw l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi u l-obbligi tal-korpi notifikati. |
|
(25) |
Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali u tittaffa l-frammentazzjoni tas-suq tal-Unjoni għal prodotti għall-bini, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita b’mod ċar iż-żona regolata fil-livell tal-Unjoni, l-hekk imsejħa “żona armonizzata”, għall-kuntrarju tal-elementi li jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, inkluż dwar id-disinn u d-dimensjonar tagħhom. L-istabbiliment taż-żona armonizzata jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti nazzjonali dwar xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u jenħtieġ li ma jnaqqasx il-livell ta’ protezzjoni diġà eżistenti u ġġustifikat fl-Istati Membri. Il-politiki ambjentali nazzjonali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala projbizzjonijiet jew ostakli għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prodotti fis-suq sakemm dawn jirrispettaw iż-żona armonizzata. |
|
(26) |
L-Istati Membri jistabbilixxu l-livell ta’ sikurezza għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni abbażi tar-responsabbiltajiet tagħhom lejn iċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li l-Unjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ qafas għas-suq intern. Il-kompetenza għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxu r-rabtiet mal-prodotti għall-bini li huma teknikament meħtieġa, u jservu bħala bażi għall-ħruġ ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-prodotti għall-bini, ta’ atti delegati korrispondenti kif ukoll għall-iżvilupp ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. |
|
(27) |
Iż-żona armonizzata jenħtieġ li tapplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi, l-għotjiet jew għal inċentivi pożittivi oħrajn, bl-eċċezzjoni tal-inċentivi fiskali. |
|
(28) |
Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq u l-interessi leġittimi tal-Istati Membri biex jirregolaw ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu biex jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu addizzjonali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ saħħa u sikurezza ta’ persuni jew ta’ ħarsien tal-ambjent, rekwiżiti għajr dawk stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti koperti miż-żona armonizzata. Dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li, filwaqt li jistennew speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati aġġornati li jindirizzaw il-ħtiġijiet regolatorji tagħhom, jinnotifikaw u jfittxu awtorizzazzjoni għal miżuri nazzjonali li jaffettwaw il-prestazzjoni ta’ karatteristika essenzjali mhux indirizzata mill-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata. Jenħtieġ li dan il-mekkaniżmu jkun komplementari għall-possibbiltà ta’ Stat Membru li jinnotifika lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 114 tat-TFUE, meta jqis li jkun meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida relatata mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol abbażi ta’ problema speċifika għal dak l-Istat Membru f’kontradizzjoni mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri nazzjonali awtorizzati jibqgħu biss bħala devjazzjonijiet temporanji miż-żona armonizzata, huwa importanti li jkunu jistgħu jsiru konsultazzjonijiet rapidi dwar il-ħtieġa li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati fid-dawl ta’ dawk il-ħtiġijiet regolatorji, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni bi skadenzi speċifikament stabbiliti biex tiġi indirizzata l-urġenza inkwistjoni. |
|
(29) |
Ekonomija ċirkolari, l-element ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, tista’ tiġi promossa minn sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożiti u l-obbligu tal-manifatturi li jeħdu lura s-sjieda tal-prodotti ġodda, surplus jew mhux użati u mhux magħmula skont l-ordni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu tali miżuri u jistabbilixxu obbligi rigward il-ġbir u t-trattament tal-prodotti għall-iskart. Is-sid tal-prodott jenħtieġ li jkun inkarigat mit-trasport lura lejn id-distributur, l-importatur jew il-manifattur. |
|
(30) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza legali u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-prodotti għall-bini jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet multipli rigward l-istess aspett tas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni jew il-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima, skont atti ġuridiċi differentital-Unjoni. Dan ġie kkonfermat mill-pjattaforma REFIT, stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)3261, li tirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-indirizzar tal-problemi ta’ rekwiżiti sovrapposti u repetittivi. Filwaqt li ma tnaqqasx jew tinvadi fuq il-livell ta’ protezzjoni diġà eżistenti u ġġustifikat fl-Istati Membri fil-livell tal-kostruzzjoni, għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi previsti f’atti ġuridiċi oħra tal-Unjoni jissodisfa wkoll ċerti obbligi ta’ dan ir-Regolament, fejn inkella l-istess aspett tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persuni jew tal-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-klima, jiġi vvalutat b’mod parallel skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. |
|
(31) |
Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati prattiki diverġenti tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE biex tiddetermina jekk ċerti oġġetti jaqgħux fid-definizzjoni ta’ prodott. |
|
(32) |
Peress li dan ir-Regolament huwa żviluppat f’konformità mal-qafas tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) iżda bid-dispożizzjonijiet tiegħu adattati għall-ispeċifiċitajiet settorjali tal-prodotti għall-bini, dan se jkun, b’eċċezzjonijiet limitati, l-att legali użat għall-armonizzazzjoni tal-aspetti rilevanti kollha tal-prodotti għall-bini, inklużi l-aspetti ta’ sostenibbiltà minkejja li dawn jistgħu jiġu indirizzati wkoll permezz tar-Regolament (UE) 2024/1781. Jekk tiġi identifikata orizzontalment ħtieġa ta’ politika fil-qafas tar-Regolament (UE) 2024/1781, il-Kummissjoni jenħtieġ li primarjament tuża dan ir-Regolament biex tindirizza din il-ħtieġa fir-rigward tal-prodotti għall-bini. F’każijiet eċċezzjonali biss fejn ir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament ma jkunux biżżejjed u ma jkunux jistgħu jiġu emendati jew ikkomplementati fi żmien raġonevoli, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi applikat ir-Regolament (UE) 2024/1781 -b’mod komplementari għall-prodotti għall-bini, dment li jintwera li l-kost amministrattiv involut, inkluż b’riżultat ta’ operaturi ekonomiċi li potenzjalment isiru soġġetti għal żewġ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, ikun raġonevoli. Bħala eċċezzjoni, fil-każ ta’ prodotti relatati mal-enerġija inklużi fil-pjanijiet ta’ ħidma dwar l-ekodisinn li huma wkoll prodotti għall-bini u għal prodotti intermedji fis-sens tar--Regolament (UE) 2024/1781, bl-eċċezzjoni tas-siment, se tingħata prijorità għall-iffissar tar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà lil dan ir-Regolament. Dan se jkun il-każ, pereżempju, għal ħiters, bojlers, pompi tas-sħana, apparat li jsaħħan l-ilma u l-ispazju, fannijiet, sistemi ta’ tkessiħ u ta’ ventilazzjoni u prodotti fotovoltajċi, minbarra pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini. Dan ir-Regolament se japplika xorta b’mod komplementari fejn meħtieġ, prinċipalment b’rabta mal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparat tal-gass, vultaġġ baxx, u makkinarju. F’każ ta’ kunflitt mair-Regolament (UE) 2024/1781, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevalu. Għal prodotti oħrajn, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, tista’ tinħoloq il-ħtieġa li jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom it-twettiq tal-obbligi skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jissodisfa wkoll ċerti obbligi skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina tali kondizzjonijiet. |
|
(33) |
Sabiex jinħoloq inċentiv għall-konformità, jenħtieġ li l-manifattur tal-prodotti għall-bini jkun responsabbli għal dikjarazzjonijiet skorretti tal-prestazzjoni u tal-konformità. |
|
(34) |
Iż-żieda fl-użu mill-ġdid ta’ prodotti għall-bini hija parti minn bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari u tnaqqis tal-impronta ambjentali u tal-karbonju tal-kostruzzjoni. Is-suq tal-oġġetti użati għall-prodotti għall-bini bħalissa mhuwiex żviluppat ħafna u r-rekwiżiti għall-prodotti għall-bini li kienu diġà ntużaw qabel ivarjaw ħafna fost l-Istati Membri. Għalhekk, il-prodotti għall-bini użati, inklużi oġġetti użati oħra soġġetti għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal armonizzazzjoni fit-tul billi tiġi stabbilita l-possibbiltà li jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati ddedikati skont dan ir-Regolament. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti użati u sakemm il-prodott użat ma jkunx skart jew ma jibqax skart. L-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati ddedikati għall-prodotti użati jenħtieġ li ma tippreġudikax il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjoni tal-iskart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Madankollu, il-prodotti użati mill-ġdid direttament f’xogħol ta’ kostruzzjoni jenħtieġ li ma jitqisux li tqiegħdu fis-suq mill-ġdid u għalhekk ma jkunu soġġetti għal ebda’ miżura skont dan ir-Regolament. |
|
(35) |
Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar il-firxa taż-żona armonizzata, huwa importanti li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kollha jkunu espliċiti dwar jekk jkoprux jew jeskludux prodotti użati mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Madankollu, l-esklużjoni ta’ prodotti użati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ speċifikazzjoni teknika armonizzata jenħtieġ li ma żżommx lill-operaturi ekonomiċi milli jagħżlu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament daqslikieku l-prodott użat kien ġdid. |
|
(36) |
Skont id-definizzjoni ta’ prodotti użati, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jinkludu b’mod espliċitu l-prodotti użati fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li japplikaw ukoll għal prodotti użati li jkunu għaddew minn proċess trasformattiv li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet ta’ kontroll, tindif jew tiswija definiti mill-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata bħala proċessi trasformattivi mhux essenzjali għall-prestazzjoni tal-prodott. Jenħtieġ li l-prodotti manifatturati mill-ġdid, irrispettivament mill-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata, jibbenefikaw mill-fatt li ma jkollhomx għalfejn jinkludu l-eventi qabel l-aħħar deinstallazzjoni tal-prodott meta jiġi kkalkulat l-impatt ambjentali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Il-prodotti manifatturati mill-ġdid jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn rekwiżiti jew inċentivi li jippromwovu kontenut riċiklat għoli. |
|
(37) |
Sabiex jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni faċilment disponibbli u komprensiva dwar il-prodotti għall-bini, biex b’hekk jingħata kontribut għas-sikurezza, il-funzjonalità u s-sostenibbiltà tagħhom, jenħtieġ li jiġi żgurat li d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-utenti u għall-awtoritajiet. Fid-dawl tal-utilità tagħha għall-utenti, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu jistgħu jinkludu f’dik id-dikjarazzjoni informazzjoni addizzjonali, sakemm id-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità jibqgħu uniformi u faċli biex jinqraw u li ma jiġux abbużati bħala reklamar. |
|
(38) |
Sabiex jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi, u b’mod partikolari l-manifatturi, l-operaturi ekonomiċi li joħorġu dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità jenħtieġ li jitħallew jipprovdu kopji ta’dawk id-dikjarazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, u jkunu awtorizzati li jagħmluhom disponibbli fuq siti web bil-kundizzjoni li ma jkunux jistgħu jiġu emendati, li jkunu jistgħu jinqraw mill-bniedem u mill-magni, u li jkunu disponibbli, aċċessibbli u marbuta b’mod inekwivoku mal-prodott. Sabiex tiġi ssimplifikata l-komunikazzjoni tal-katina tal-provvista, id-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità jenħtieġ li jippermettu lill-utent – permezz ta’ applikazzjoni tal-IT - li jivverifika, permezz ta’ app, il-konformità mar-regoli tal-applikazzjoni tal-Istat Membru fejn jintuża l-prodott. Prerekwiżit importanti għad-dikjarazzjonijiet li jinqraw minn magna huwa format tal-IT standardizzat, li huwa meħtieġ għal kull speċifikazzjoni teknika armonizzata. |
|
(39) |
Sabiex il-manifatturi juru li l-prodotti għall-bini li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni, huwa meħtieġ li tintalab dikjarazzjoni tal-konformità li tikkomplementa d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni, sabiex b’hekk is-sistema regolatorja għall-prodotti għall-bini titqarreb ukoll lejn ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Madankollu, sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv potenzjali, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jiġu kkombinati. Jenħtieġ li l-piż amministrattiv fuq l-SMEs jiġi minimizzat aktar permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ simplifikazzjoni mmirati, inklużi l-kondiviżjoni tar-riżultati tat-testijiet, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati, l-użu kaskata tad-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni mingħajr valutazzjoni, li jippermettu lill-mikrointrapriżi jużaw is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika aktar klementi u jnaqqsu r-rekwiżiti għal prodotti mhux f’serje magħmula skont l-ordni. Meta tali prodotti jiġu installati f’xogħol ta’ kostruzzjoni wieħed identifikat, jenħtieġ li jkun possibbli li jsiru eżenzjonijiet mill-obbligu li titfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità. F’każijiet fejn manifattur jissodisfa l-kriterji kemm għall-applikazzjoni ta’ proċedura simplifikata kif ukoll għal eżenzjoni mill-obbligu li jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jagħżel waħda minnhom, jew li jipprovdi dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità mingħajr ma japplika l-proċedura simplifikata, sabiex jadatta aħjar l-offerta tiegħu għall-ħtiġijiet ta’ klijenti potenzjali. |
|
(40) |
Sabiex jintlaħaq allinjament ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti u soġġett għall-prinċipji ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jenħtieġ li l-markatura CE titwaħħal biss mal-prodotti għall-bini li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità. B’hekk, il-manifattur jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata u mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott. |
|
(41) |
Id-drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jaġixxu f’isimhom fir-rigward tal-miżuri, id-deċiżjonijiet jew l-ordnijiet meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn jeħtieġ li jiġu żgurati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Huwa neċessarju li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ appell adegwati kontra tali miżuri, deċiżjonijiet jew ordnijiet. |
|
(42) |
Sabiex jiġu żgurati l-funzjonalità, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini, u permezz ta’ estensjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli, jew jappoġġjaw li jkun hemm disponibbli fis-suq biss prodotti għall-bini li jkunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti tal-Unjoni. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod espliċitu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. |
|
(43) |
Huwa meħtieġ li l-manifatturi tal-prodotti għall-bini jiddeterminaw it-tip ta’ prodott b’mod preċiż u inekwivoku sabiex tiġi żgurata bażi preċiża għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali prodott mar-rekwiżiti tal-Unjoni. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli, jenħtieġ li l-manifatturi jiġu pprojbiti milli joħolqu tipi ta’ prodotti dejjem ġodda fejn il-prodotti inkwistjoni jkunu identiċi, fid-dawl tal-karatteristiċi kruċjali. |
|
(44) |
Fis-suq intern, jenħtieġ li l-markatura CE tkun l-unika marka li turi l-konformità mal-metodi ta’ valutazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali koperti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni tas-suq u l-affermazzjonijiet qarrieqa li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ metodi ta’ valutazzjoni differenti, jenħtieġ li l-markatura CE tkun l-unika marka permessa fuq il-prodotti koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata li tindika li l-prodott inkwistjoni jkun ġie vvalutat fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali koperti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott. Is-suq għall-prodotti għall-bini qed jiffaċċja proliferazzjoni ta’ markaturi li spiss joħolqu konfużjoni u nuqqas ta’ fiduċja fost l-atturi tas-suq iżda wkoll iqarrqu bil-konsumaturi. L-użu ta’ markaturi addizzjonali għandu impatt negattiv fuq il-valur probatorju tal-markatura CE meta jkun ibbażat fuq metodi ta’ valutazzjoni li jkunu differenti minn dawk definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti. Barra minn hekk, il-SMEs mhux dejjem jistgħu jibbenefikaw minn tali markaturi, li joħolqu distorsjoni fost l-atturi tas-suq u potenzjalment ifixklu l-aċċess għas-suq. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-markaturi addizzjonali ma jitwaħħlux mal-prodotti flimkien mal-markatura CE. Madankollu, din il-projbizzjoni ma żżommx prodotti li jkollhom markaturi oħra milli jitqiegħdu fis-suq uniku, sakemm tali markaturi ma jqarrqux bil-konsumatur jew joħolqu konfużjoni mal-markatura CE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-markaturi ma jfixklux il-viżibbiltà, il-leġibbiltà jew it-tifsira tal-markatura CE. Bħala tali, jenħtieġ li dawk il-markaturi ma juru l-ebda informazzjoni, test jew affermazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-prodott. |
|
(45) |
Sabiex jiġu evitati affermazzjonijiet qarrieqa, kwalunkwe affermazzjoni li ssir mill-manifatturi tal-prodotti għall-bini jenħtieġ li tkun ibbażata fuq metodu ta’ valutazzjoni li jinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, fejn disponibbli. |
|
(46) |
Id-dokumentazzjoni teknika dwar il-prodotti għall-bini, imfassla mill-manifattur, tiffaċilita l-verifika ta’ dawk il-prodotti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mill-korpi notifikati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Unjoni. Sabiex jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni komprensiva, jenħtieġ li dik id-dokumentazzjoni teknika tkun tinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalidat il-kalkolu li jissostanzja l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodott għall-bini. |
|
(47) |
Sabiex tinħoloq trasparenza għall-utenti tal-prodotti għall-bini u jiġi evitat użu mhux xieraq ta’ dawk il-prodotti, jenħtieġ li l-prodotti għall-bini u l-użu intiż tagħhom jiġu identifikati b’mod preċiż mill-manifattur. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-manifattur jagħmilha ċara jekk il-prodotti għall-bini jkunux intiżi għall-użu professjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti għall-bini jkunu jistgħu jiġu traċċati lura, jenħtieġ li l-manifatturi jindikaw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott speċifiku għall-manifattur fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, eż. minħabba d-daqs jew il-wiċċ tal-prodott, fuq tikketta mwaħħla, fuq l-imballaġġ, jew, fejn dan ma jkunx possibbli lanqas, f’dokument li jakkumpanja l-prodottd. |
|
(48) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-manifatturi jfittxu, jaħżnu u jevalwaw b’mod attiv l-informazzjoni u jieħdu miżuri xierqa fejn ikunu ġew ikkonfermati nuqqas ta’ konformità jew prestazzjoni ħażina, jew fejn ikun hemm riskju. |
|
(49) |
Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tispeċifika livelli limitu minimi għall-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti għall-bini u r-rekwiżiti ambjentali tal-prodotti li jipprevjenu u jnaqqsu l-impatt li l-prodotti għall-bini jkollhom fuq l-ambjent. Madankollu, il-prinċipju ta’ “is-sikurezza l-ewwel”, applikabbli kemm għall-prodott għall-bini kif ukoll għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jenħtieġ li fil-każijiet kollha jiġi rrispettat, u jenħtieġ li jinkludi l-protezzjoni tas-saħħa. |
|
(50) |
Bl-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u d-durabbiltà tal-prodotti għall-bini, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti jkunu jistgħu jintużaw għall-itwal żmien possibbli. Tali użu twil jirrikjedi disinn adegwat, l-użu ta’ partijiet affidabbli, il-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u aċċess għal spare parts. Fil-każ li l-ispare parts ma jkunux disponibbli b’mod komuni fis-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob mill-manifattur li jiżgura d-disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju għal perjodu ta’ 10 snin li jista’ jiġi estiż jekk id-disponibbiltà għal perjodu itwal ta’ żmien tkun mistennija li żżid it-tul tal-ħajja tal-prodott. |
|
(51) |
Fid-dawl tat-titjib taċ-ċirkolarità tal-prodotti għall-bini, f’konformità mal-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-prodotti jkunu jistgħu wkoll jtejbu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, jipprijoritizzaw it-tiswija, l-użu mill-ġdid u l-manifattura mill-ġdid, jiffavorixxu l-użu ta’ materjali sekondarji u jindirizzaw ir-riċiklabbiltà tal-prodott u l-produzzjoni ta’ prodotti sekondarji. Il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ jeħtieġu ċertu disinn, jiġifieri billi tiġi ffaċilitata s-separazzjoni tal-prodotti, tal-komponenti u tal-materjali waqt id-deinstallazzjoni, id-dekostruzzjoni u d-demolizzjoni u fl-istadju aktar tard tar-riċiklaġġ u, meta jkun possibbli, jevitaw materjali mħallta jew kumplessi u sustanzi ta’ tħassib. Billi l-istruzzjonijiet tas-soltu għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza mhux bilfors jaslu għand l-operaturi ekonomiċi inkarigati mill-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-informazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward jenħtieġ li ssir disponibbli fil-passaporti diġitali tal-prodotti aċċessibbli permezz tal-mezzi tad-data u fuq is-siti web tal-manifattur. |
|
(52) |
L-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza huma għodda vitali biex tiġi pprovduta informazzjoni li tkun biżżejjed biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, iż-żarmar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodott lil grupp wiesa’ ta’ persuni li potenzjalment jeħtieġu l-informazzjoni. L-elementi li għandhom jiġu koperti mill-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza jenħtieġ li għalhekk jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament u jenħtieġ li tkun possibbli li gwida dwar kif tipikament jiġu koperti dawn l-elementi fir-rigward ta’ ċertu prodott tiġi inkluża fl-istandards armonizzati tal-prestazzjoni. Madankollu, tali gwida jenħtieġ li la tespandi u lanqas tirrestrinġi r-responsabbiltà tal-manifattur li jipprovdi informazzjoni kif stabbilit fir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiżgura implimentazzjoni adegwata u omoġenja tal-obbligu li jiġu pprovduti informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza għal familji speċifiċi ta’ prodotti jew kategoriji speċifiċi ta’ prodotti meta l-istandards armonizzati tal-prestazzjoni ma jkunux jistgħu jagħmlu dan. |
|
(53) |
Xi prodotti għall-bini jsiru skart minkejja li qatt ma jkunu ntużaw. Sabiex tiġi evitata din il-ħela ta’ riżorsi, jenħtieġ li r-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri jobbligaw lill-manifatturi jaċċettaw li jerġgħu jiksbu, direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tagħhom, is-sjieda ta’ prodotti li, wara li jiġu kkionsenjati f’sit tal-kostruzzjoni jew lill-utent, ma jkunux intużaw u jkunu fi stat ekwivalenti għal dak li fih ikunu tqiegħdu fis-suq. |
|
(54) |
Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet informati, jenħtieġ li l-utenti tal-prodotti għall-bini jkunu infurmati tajjeb biżżejjed dwar il-prestazzjonijiet ambjentali tal-prodotti, dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ambjentali u dwar il-grad ta’ twettiq tal-obbligi ambjentali tal-manifattur f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar. |
|
(55) |
Ir-rappreżentanti awtorizzati spiss ikunu l-uniċi persuni aċċessibbli fil-każ ta’ prodotti importati, filwaqt li l-manifatturi spiss jattribwixxu lilhom kompiti limitati ħafna u ma jipprovdulhomx l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jirrappreżentaw b’mod effettiv lill-manifatturi. B’hekk, jenħtieġ li r-rwol u r-responsabbiltajiet tar-rappreżentanti awtorizzati jissaħħu u jiġu stabbiliti b’mod ċar f’dan ir-Regolament, bħall-kompiti jenħtieġ li jiġu inklużi fil-mandat tal-manifattur. Il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat jenħtieġ li ma jinkludix it-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika. Minkejja dan, il-manifatturi jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu kuntratt separat mar-rappreżentant awtorizzat tagħhom għal dan l-għan, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat. |
|
(56) |
Jenħtieġ li dejjem ikun hemm manifattur meta r-Regolament jistabbilixxi obbligi fir-rigward tat-tqegħid ta’ prodott fis-suq. Meta b’xi mod ieħor ma jkun hemm l-ebda manifattur fis-sens ta’ dan ir-Regolament, id-distributur jew l-importatur jenħtieġ li jaġixxi bħala l-manifattur u jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu. |
|
(57) |
Operatur ekonomiku li jimmodifika prodott jew li jaħżnu b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-prestazzjoni jew is-sikurezza tiegħu jenħtieġ li jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi, biex tiġi żgurata l-verifika ta’ jekk il-prestazzjoni jew is-sikurezza tal-prodott għadhomx l-istess. Madankollu, jenħtieġ li dan l-obbligu ma jiġix impost fuq operatur ekonomiku li jippakkja mill-ġdid il-prodotti, minħabba li, inkella, il-kummerċ sekondarju u, b’hekk, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti jiġu mxekkla u, fil-prinċipju, jenħtieġ li l-imballaġġ mill-ġdid ma jaffettwax il-prestazzjoni jew is-sikurezza tal-prodott għall-bini. Madankollu, u bil-għan li jiġu ppreservati l-prestazzjoni u s-sikurezza tal-prodotti, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku li jwettaq l-imballaġġ mill-ġdid ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni korretta ta’ dawn l-operazzjonijiet biex jiżgura li l-prodott ma jkunx danneġġat u li l-utenti jkunu għadhom informati b’mod korrett bil-lingwa stabbilita mill-Istat Membru fejn il-prodotti jsiru disponibbli. |
|
(58) |
Minħabba l-effetti ambjentali tiegħu, il-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ prodott għall-bini jenħtieġ li jkopri wkoll l-imballaġġ użat jew li x’aktarx jintuża. L-imballaġġ ta’ prodott jista’ jkun vitali wkoll biex tiġi ppreservata l-prestazzjoni tiegħu permezz tal-katina tad-distribuzzjoni għall-utent. Anki jekk l-imballaġġ fih innifsu mhuwiex inkluż f’valutazzjonijiet oħra tal-prestazzjoni ta’ prodott, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi kollha, bħala parti mill-obbligu tagħhom li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità kontinwa tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament, ikunu responsabbli għall-użu tal-imballaġġ xieraq għall-preservazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-prodotti. L-imballaġġ fih innifsu jista’ joħloq riskju għall-utenti u l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-użu tal-prodott jenħtieġ li jqis dan. |
|
(59) |
Sabiex tiżdied il-konformità tal-manifatturi mal-obbligi skont dan ir-Regolament u sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati u għat-titjib tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni, is-swieq online u atturi oħra tas-suq jikkontribwixxu b’mod attiv biex jiġi żgurat li l-prodotti konformi biss jaslu għand l-utenti. |
|
(60) |
Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligi skont dan ir-Regolament meta t-teknoloġija tal-produzzjoni tinvolvi diversi atturi differenti li jikkontribwixxu għad-disinn u l-manifattura ta’ prodott għall-bini, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit rwol ta’ manifattur definit b’mod ċar fejn meta il-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel il-produzzjoni attwali ta’ prodott għall-bini tassumi r-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-prodott kollu, sakemm ma jkunx hemm persuna oħra li jew tqiegħed il-prodott fis-suq taħt isimha jew bit-trademark tagħha, jew tassumi r-responsabbiltà għall-prodott billi tfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità. Dan huwa ta’ importanza partikolari fir-rigward tal-istampar 3D, fejn persuna fiżika jew ġuridika tistampa 3D il-prodotti għall-bini u tqegħidhom fis-suq. Dik il-persuna jenħtieġ li tissodisfa l-obbligi li għandhom il-manifatturi inkluż fir-rigward tal-użu tas-settijiet tad-data 3D xierqa u tal-materjali li jkunu għaddew mill-proċeduri applikabbli għall-prodotti kif ukoll fir-rigward tal-korrispondenza tal-informazzjoni li għandha jenħtieġ tiġi pprovduta mill-manifattur tas-sett tad-data 3D għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifattur tal-materjal tal-istampar. |
|
(61) |
F’każijiet fejn il-prodott ma jkunx intiż biex jintuża għall-kostruzzjoni iżda d-dehra tiegħu x’aktarx twassal lill-konsumaturi biex jużaw il-prodott fil-kostruzzjoni, il-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza skont ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jew regolament applikabbli ieħor li jindika li minkejja d-dehra tiegħu ma kienx iddisinjat bħala prodott għall-bini. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, inkluża l-possibbiltà li jirtiraw il-prodott mis-suq, jekk id-dehra tiegħu tista’ twassal għal konfużjoni għall-konsumatur jew għal użu ħażin. |
|
(62) |
Sabiex tiġi ċċarata l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għall-bejgħ online u għal bejgħ mill-bogħod ieħor, jenħtieġ li jiġi definit taħt liema kondizzjonijiet prodott partikolari jitqies li jiġi offrut lill-klijenti fl-Unjoni. Billi l-kummerċ online għandu probabbiltà ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforz speċjali biex jaħtru awtorità waħda ta’ sorveljanza tas-suq biex tindividwa offerti ta’ bejgħ mill-bogħod immirati lejn il-klijenti fit-territorju tagħhom, sabiex l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa. L-offerti li jużaw il-munita tal-Istati Membri, disponibbli permezz ta’ isem ta’ dominju tal-Internet li jkun irreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri jew li jirreferi għall-Unjoni jew għal wieħed mill-Istati Membri, u mibgħuta lejn kwalunkwe Stat Membru, jenħtieġ li jitqiesu li jkunu mmirati lejn il-konsumaturi fl-Unjoni. Elementi oħra bħall-użu ta’ lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru jistgħu jitqiesu wkoll bħala indikazzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar jekk l-offerta hijiex immirata lejn konsumaturi fl-Unjoni. |
|
(63) |
It-teknoloġiji diġitali, li jipprovdu potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet, filwaqt li jrawmu wkoll opportunitajiet u mudelli ta’ negozju innovattivi u ġodda, qed jevolvu b’pass rapidu. L-użu tat-teknoloġiji diġitali se jikkontribwixxi wkoll b’mod sinifikanti lejn il-kisba tal-objettivi tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, inklużi l-effiċjenza enerġetika, il-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-monitoraġġ tal-istokk tal-bini. |
|
(64) |
Sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni f’waqtha tal-istandards armonizzati u tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tagħmilhom obbligatorji b’restrizzjonijiet tal-effetti legali tagħhom skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali restrizzjonijiet ikopru, pereżempju, referenzi skaduti għal standards jew dokumenti oħra, dispożizzjonijiet li jikkontradixxu dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, dispożizzjonijiet li jikkontradixxu standards armonizzati oħra, jew dispożizzjonijiet li mhumiex konformi mat-talbiet li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-prinċipji bażiċi u l-punti ta’ referenza stabbiliti f’talba għall-istandardizzazzjoni. |
|
(65) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni fuq il-qafas legali orizzontali għall-istandardizzazzjoni. B’hekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 japplika wkoll sa fejn ikun possibbli għall-istandards li jkunu saru obbligatorji f’konformità ma’ dan ir-Regolament. B’hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jenħtieġ li jipprevedi, fost l-oħrajn, proċedura għal oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jikkonformawx kompletament mar-rekwiżiti legali applikabbli jew ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti stabbiliti fit-talba għall-istandardizzazzjoni rilevanti jew rekwiżiti oħrajn ta’ dan ir-Regolament. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw linji gwida li jistabbilixxu sett ta’ regoli ċari u stabbli għall-proċess tal-istandardizzazzjoni kollu, inklużi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, il-kompetenzi u l-iskadenzi proċedurali ġenerali għall-partijiet ikkonċernati involuti kollha kif ukoll il-mudelli li għandhom jintużaw. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti appoġġ ukoll biex tiżgura l-koerenza u l-konformità tal-istandards mar-rekwiżiti legali u jenħtieġ li tipparteċipa fid-diskussjonijiet informali u formali tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li jiżviluppaw l-istrumenti tal-istandardizzazzjoni Ewropea mitluba, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konformità tar-riżultati tal-istandardizzazzjoni ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jibbenefikaw mill-ħidma orizzontali żviluppata fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(67) |
Meta l-Kummissjoni tapprova permezz ta’ atti delegati proposti tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni relatati mal-livelli ta’ limitu volontarji jew obbligatorji u l-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali u dawk il-karatteristiċi essenzjali li dejjem iridu jiġu ddikjarati mill-manifatturi, jenħtieġ li dawn ikunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt fejn meħtieġ f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (17). |
|
(68) |
Minħabba li ma humiex atti ta’ applikabbiltà ġenerali, iżda l-ewwel pass ta’ proċedura amministrattiva b’żewġ passi li twassal għall-markatura CE, jenħtieġ li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ma jikkwalifikawx bħala speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Madankollu, il-prinċipji bażiċi tal-elaborazzjoni ta’ standards armonizzati, bħat-trasparenza għall-kompetituri, jistgħu u jenħtieġ li japplikaw ukoll għad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ssir referenza għalihom fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika bl-istess mod bħall-istandards armonizzati. Sabiex tinħoloq trasparenza għall-kompetituri, jenħtieġ li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku u jenħtieġ li r-referenzi tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni kollha jiġu ppubblikati f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(69) |
Bħalissa, l-għadd dejjem jiżdied ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni li ftit li xejn ikunu jintgħarfu u li ħafna drabi jkollhom ftit valur miżjud meta mqabbla ma’ oħrajn jew ma’ standards armonizzati eżistenti, jirriskjaw li jnaqqsu r-ritmu tal-pubblikazzjoni tagħhom. Sabiex dan ir-riskju jiġi ttrattat b’mod kosteffettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti jew isiru aktar konkreti ċerti prinċipji għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħaħ il-kontroll mill-Kummissjoni. |
|
(70) |
Meta l-organizzazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni teknika (Korpi VT) tqis l-iżvilupp ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bħala utli anke mingħajr ebda talba minn manifattur, l-organizzazzjoni tal-korpi VT jenħtieġ li tressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiddeċiedi dwar it-talba għall-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni filwaqt li tqis il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-organizzazzjoni tal-korpi VT u l-ħtiġijiet tas-suq. |
|
(71) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għall-awtoritajiet tal-ħatra tal-korpi VT ma jaqgħux taħt dawk applikabbli għall-awtoritajiet tan-notifika minħabba s-similaritajiet bejn ir-rwoli rispettivi tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-korpi VT ikollhom l-istess grad ta’ indipendenza u kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet bħall-korpi notifikati. |
|
(72) |
Sabiex jingħata rispons għal persentaġġ notevoli ta’ notifiki li kienu bbażati fuq valutazzjonijiet mhux kompluti jew żbaljati, b’mod partikolari fejn ikunu ġew innotifikati korpi legali mingħajr kompetenza teknika interna tagħhom, huwa meħtieġ li r-rekwiżiti għall-korpi notifikati jsiru aktar preċiżi, jiġifieri fir-rigward tal-indipendenza tagħhom, id-delega lil entitajiet legali oħrajn u l-kapaċità tagħhom li joperaw; li jkun meħtieġ persunal kwalifikat adegwat suffiċjenti ta’ korpi notifikati u li tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-persunal, li għalih matriċi tal-kwalifiki tista’ tkun għodda effiċjenti; li jiġi żgurat u vverifikat li l-korp notifikat ikun effettivament fil-kontroll tal-persunal, l-attribuzzjoni ta’ esperti esterni, proċeduri, kriterji u teħid ta’ deċiżjonijiet, u mhux sottokuntrattur, sussidjarju jew kumpanija oħra li tappartjeni għall-istess familja ta’ kumpaniji; u li titwessa’ d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-korpi meta japplikaw għall-ħatra bħala korp notifikat sabiex jipprovdu bażi aktar profonda u komparattivament aktar ġusta għad-deċiżjoni lill-awtoritajiet tan-notifika. |
|
(73) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-korpi ta’ akkreditament jieħdu bħala bażi għall-akkreditazzjoni dan ir-Regolament u mhux l-istandards li jiddevjaw. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-korpi ta’ akkreditament jivvalutaw il-kapaċità tal-korp applikant u mhux ta’ grupp ta’ kumpaniji, billi huwa l-korp applikant innifsu li jrid ikun fil-kontroll taċ-ċertifikazzjoni futura. |
|
(74) |
Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u tiġi evitata inċertezza legali, jenħtieġ li l-obbligi tal-korpi notifikati jiġu definiti b’mod aktar ċar u jsiru espliċiti, u dan kemm għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni u verifika tagħhom, kif ukoll għall-aspetti relatati. |
|
(75) |
Sabiex jiġi evitat l-involviment bejn il-persunal tal-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li jkun possibbli li l-korpi notifikati jippermettu li ssir rotazzjoni bejn il-membri tal-persunal li jwettqu kompiti differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
|
(76) |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri jista’ jkollhom mistoqsijiet li ċertu korp notifikat biss jista’ jwieġeb. B’hekk, jenħtieġ li l-korpi notifikati jwieġbu wkoll għall-mistoqsijiet li jista’ jkollhom l-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħrajn. |
|
(77) |
Sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jidentifikaw b’mod aktar faċli l-istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità tal-korpi notifikati, tal-manifatturi u tal-prodotti, u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jenħtieġ li l-korpi notifikati jingħataw is-setgħa u, fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jintwera b’mod ċar, saħansitra jkunu obbligati li jibagħtu b’mod proattiv informazzjoni dwar istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew lill-awtoritajiet tan-notifika rilevanti. Madankollu, jenħtieġ li l-korpi notifikati ma jaqbżux l-obbligu ta’ informazzjoni billi jinvestigaw operaturi oħrajn għajr il-klijenti jew il-pari tagħhom stess. |
|
(78) |
Bil-ħsieb li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-korpi notifikati u l-manifatturi, jenħtieġ li tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost il-korpi notifikati. Minħabba li nofs il-korpi notifikati attwali biss jipparteċipaw fuq inizjattiva tagħhom stess fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi notifikati diġà eżistenti bħalissa, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni diretta fihom jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura b’hekk issir obbligatorja. |
|
(79) |
It-tentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri simplifikati għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 u b’hekk jitnaqqsu l-piż u l-kostijiet fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi ma kinux effettivi għal kollox u spiss baqgħu mifhuma ħażin jew ma ntużawx minħabba n-nuqqas ta’ għarfien jew in-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, filwaqt li wieħed jibni fuq ir-regoli stabbiliti qabel, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata u ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u b’hekk jintlaħaq l-objettiv li jiġu appoġġati l-SMEs, filwaqt li jiġu żgurati l-prestazzjoni, is-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti għall-bini. |
|
(80) |
Ir-rikonoxximent tar-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor, previst fl-Artikolu 36(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li jiġi ġeneralizzat, sabiex jitnaqqas b’mod ġenerali l-piż tal-operaturi ekonomiċi u, jiġifieri, tal-manifatturi. Tali mekkaniżmu ta’ rikonoxximent huwa partikolarment meħtieġ biex tiġi evitata valutazzjoni multipla tas-sostenibbiltà ambjentali tal-materja prima, tal-prodotti interim u tal-prodotti finali. |
|
(81) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali f’każ ta’ problemi ta’ sikurezza jew ta’ prestazzjoni, tali rikonoxximent jenħtieġ li jkun permess biss meta l-operaturi ekonomiċi vvalutati u vverifikati jaqblu li jikkooperaw bejniethom u mal-korpi notifikati involuti, inkluża l-ħtieġa li jikkondividu d-data. |
|
(82) |
L-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 uriet li l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa fil-livell nazzjonali jvarjaw ħafna fil-kwalità u fl-effettività. Minbarra l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament u skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni favur sorveljanza aħjar tas-suq, jenħtieġ li l-konformità tal-operaturi ekonomiċi, tal-korpi u tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament tiġi ffaċilitata billi jiġu involuti wkoll partijiet terzi, bħal permezz tal-possibbiltà li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tissottometti informazzjoni dwar istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità permezz ta’ portal tal-ilmenti stabbilit u ġestit mill-Kummissjoni. It-trattament tal-ilmenti jirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif deskritt fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fit-trattament tal-ilmenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rilevanza u s-sostanzjar tal-ilment billi tipprijoritizza dawk l-ilmenti li jqajmu kwistjonijiet li għandhom impatti negattivi partikolarment estensivi għaċ-ċittadini jew għas-suq intern. Biex ilment jitqies sostanzjat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivverifika b’mod partikolari jekk l-ilment jirnexxilux jistabbilixxi motiv ta’ lment jew jekk il-motiv ta’ lment jistabbilixxix kwistjoni fejn il-Kummissjoni tkun adottat pożizzjoni ċara, pubblika u konsistenti li tkun ġiet ikkomunikata lill-ilmentatur. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twieġeb lill-ilmentatur mingħajr dewmien żejjed u tibgħat l-ilmenti b’mod effiċjenti lill-Istati Membri rilevanti li jenħtieġ li jittrattaw dawn l-ilmenti minnufih u b’mod effettiv, f’konformità mal-oqfsa legali u l-obbligi tagħhom. |
|
(83) |
Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih aktar setgħat ġustifikati għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-Kummissjoni li jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet jaġixxu fiċ-ċirkostanzi problematiċi potenzjali kollha. |
|
(84) |
Il-prattika tas-sorveljanza tas-suq uriet li meta jiġu evalwati l-prodotti, f’ċertu mument, hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità iżda l-ebda inċidenza ta’ nuqqas ta’ konformità, filwaqt li, aktar tard, jenħtieġ li jiġi ddikjarat l-oppost. Barra minn hekk, hemm sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità għajr wieħed formali li ma jikkawżax riskju. Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jaġixxu fil-każijiet kollha ta’ suspett ta’ nuqqas ta’ konformità jew riskju, filwaqt li d-definizzjoni ta’ “prodott li jippreżenta riskju” għandha tiġi estiża biex tinkludi r-riskju għall-ambjent. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiġu offruti biżżejjed flessibbiltà proċedurali biex issir distinzjoni bejn każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prijorità għolja u baxxa, filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jiġu informati wkoll dwar każijiet inqas importanti. |
|
(85) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv tar-rekwiżiti u tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq, inklużi, pereżempju, elementi bħal għadd rakkomandat u tip ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq kategorija jew familja ta’ prodotti speċifiċi jew b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi. Huwa xieraq li tali rakkomandazzjonijiet ikunu bbażati fuq prattiki tajba żviluppati fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq. |
|
(86) |
Barra minn hekk, sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet, li bħala medja huma dgħajfa, tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini tas-sorveljanza tas-suq u biex ikomplu jiġu allinjati mar-Regolament (UE) 2024/1781, jeħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ aktar dettaljat għal koordinazzjoni amministrattiva u li dawn jingħataw id-dritt li jirkupraw il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u tal-ittestjar mingħand l-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti mhux konformi. |
|
(87) |
Sabiex jinħoloq inċentiv biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini tas-sorveljanza tas-suq u jintlaħaq allinjament mar-Regolament (UE) 2024/1781, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-attivitajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-penali imposti. |
|
(88) |
Sabiex jaqdu aħjar lill-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jsiru aktar effettivi u, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu aktar riżorsi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-kompiti tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jiġu rfinati u estiżi sabiex ikunu jinkludu informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-prodotti u dwar l-atti adottati f’konformità miegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li wkoll iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar il-punti ta’ kuntatt tal-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom. |
|
(89) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni xieraq, effiċjenti u kosteffettiv biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-obbligi u r-rekwiżiti stabbiliti u biex tissaħħaħ is-sistema ġenerali, filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li jistgħu jinqalgħu mistoqsijiet interpretattivi ġodda b’rabta mas-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-prodotti u tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Billi d-deċiżjonijiet diverġenti joħolqu kondizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jikkontribwixxu sabiex il-qafas legali jsir aktar kumpless, joħolqu ostakli għall-moviment liberu tas-suq intern u piż u kostijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li tali deċiżjonijiet diverġenti jiġu evitati minn dak il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni. |
|
(90) |
B’mod partikolari, għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex jinġabru mistoqsijiet interpretattivi, jinstabu soluzzjonijiet komuni xierqa u tittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’dan ir-rigward. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li tali sistema tkun tiddependi fuq is-sistemi nazzjonali. Jenħtieġ li dawk is-sistemi nazzjonali jidentifikaw ukoll każijiet ta’ applikazzjoni irregolari ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li prattiki diverġenti ma jsirux prattika komuni u permanenti. Is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jenħtieġ li tittratta wkoll il-kwistjonijiet imqajma relatati mal-emerġenza ta’ prodotti jew mudelli ta’ negozju ġodda, sitwazzjonijiet mhux previsti u sitwazzjonijiet li fihom japplikaw ukoll dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. |
|
(91) |
Id-diġitalizzazzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prodott iżżid it-trasparenza għall-benefiċċju tas-sikurezza tal-prodotti u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-persuni, filwaqt li tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tistabbilixxi sistema ta’ passaport diġitali tal-prodotti għall-bini allinjata kemm jista’ jkun possibbli mal-passaporti diġitali tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2024/1781. |
|
(92) |
Sabiex tittejjeb il-leġġibbiltà tal-magni, jeħtieġ li jiġi stabbilit dizzjunarju komuni tad-data bbażat fuq standards Ewropej, għodda li tirregola u tippubblika l-istruttura tad-data u d-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet sinifikattivi tagħhom għall-prodotti għall-bini rilevanti kollha. Għal kull familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, id-dizzjunarju tad-data jenħtieġ li jinkludi l-karatteristiċi essenzjali kollha u proprjetajiet oħra kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa minn dan ir-Regolament. Dizzjunarju tad-data armonizzat fil-livell tal-Unjoni jippermetti l-klassifikazzjoni u l-użu ta’ definizzjonijiet strutturati kemm mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll fid-diġitalizzazzjoni ulterjuri tas-settur tal-kostruzzjoni, b’mod partikolari fl-Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini, il-logbooks tal-bini, il-passaporti diġitali u r-reġistri. |
|
(93) |
Sabiex jittejjeb il-livell ta’ kompetenza tagħhom, jiġi armonizzat it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom u jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jiġu organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, għall-punti ta’ kuntatt għall-kostruzzjoni, għall-awtoritajiet tal-ħatra, għall-awtoritajiet tan-notifika u għar-rappreżentanti tal-korpi notifikati u għall-korpi VT. Jenħtieġ li l-istess għanijiet jiġu segwiti wkoll minn skambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi notifikati ta’ żewġ Stati Membri jew aktar. |
|
(94) |
L-Istati Membri mhux dejjem ikollhom il-kompetenza teknika biex jissodisfaw l-obbligi kollha li għandhom f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod kumulattiv għas-setturi tal-prodotti kollha. Għalhekk, huma jiksbu appoġġ informali minn Stati Membri oħrajn. Billi tali appoġġ huwa inevitabbli f’xi każijiet, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli bażiċi għal tali appoġġ, jiġifieri li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet. |
|
(95) |
In-negozju ta’ prodotti għall-bini jsir bil-mod iżda b’mod kostanti aktar u aktar internazzjonali. B’hekk, jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas ta’ konformità mill-operaturi ekonomiċi bbażati barra mill-Unjoni jeħtieġ li jiġi indirizzat wkoll. Għaldaqstant jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni internazzjonali. |
|
(96) |
Ċertu għadd ta’ pajjiżi terzi japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew għall-inqas jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha, kemm jekk abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali kif ukoll jekk b’mod unilaterali, it-tnejn fl-interess tal-Unjoni. Sabiex dawn il-pajjiżi terzi jingħataw inċentiv biex ikomplu din il-prattika u pajjiżi terzi oħrajn jagħmlu l-istess, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti possibbiltajiet addizzjonali, fuq bażi ta’ każ b’każ, lil pajjiżi terzi li japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti jew li jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità magħha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu appoġġati billi jitħallew jipparteċipaw f’ċertu taħriġ u jipparteċipaw fis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini, fis-sistema ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet armonizzati u fl-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet. Barra minn hekk, għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-pajjiżi terzi partikolarment kooperattivi jiġu informati dwar prodotti mhux konformi jew riskjużi. |
|
(97) |
Sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ prodotti għall-bini sostenibbli, filwaqt li jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq u biex jibqgħu konformi mar-Regolament (UE) 2024/1781, jenħtieġ li l-inċentivi għall-użu ta’ prodotti għall-bini sostenibbli pprovduti mill-Istati Membri jimmiraw għall-aktar prodotti sostenibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tikkoordina l-inċentivi tal-Istati Membri sabiex tagħti spinta lid-domanda ta’ ċerti prodotti ambjentalment sostenibbli. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll inċentivi biex jippromwovu prodotti għall-bini sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li mhumiex koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(98) |
L-akkwist pubbliku jammonta għal 14 % tal-PDG tal-Unjoni. Sabiex jissaħħaħ l-użu ta’ prodotti għall-bini sostenibbli, li jservi ta’ kontribut għall-objettivi li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u fl-użu tar-riżorsi u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, u sabiex jintlaħaq allinjament mar-Regolament (UE) 2024/1781,jenħtieġ li l-prattiki tal-akkwist pubbliku tal-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni obbligatorji dwar is-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti għall-bini stabbiliti b’atti delegati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddeċiedi l-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu indirizzati u l-implimentazzjoni tagħhom fil-forma ta’ waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji tal-għażla, klawżoli dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew kriterji għall-għoti ta’ kuntratt. Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni obbligatorji dwar is-sostenibbiltà ambjentali jittrattaw il-karatteristiċi essenzjali biss u ma jippreġudikawx il-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu aktar ambizzjużi fil-kuntratti tagħhom billi jitolbu prestazzjonijiet aħjar għall-karatteristiċi essenzjali rilevanti filwaqt li jirrispettaw iż-żona armonizzata. |
|
(99) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, fejn xieraq, ikunu meħtieġa jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ kriterji speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament. Il-kriterji għal familji speċifiċi ta’ prodotti jew kategoriji speċifiċi ta’ prodotti jenħtieġ li jiġu rrispettati meta l-kuntratti jirrikjedu prestazzjoni minima obbligatorja tas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti għall-bini fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom koperti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jkunu stabbiliti f’konformita’ ma’ kriterji trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji. Meta tiżviluppa atti delegati relatati mal-akkwist pubbliku ekoloġiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi differenti tal-Istati Membri. Meta tikkunsidra l-effett fuq is-sitwazzjoni tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, fost l-oħrajn, l-effetti tar-rekwiżiti fuq il-kompetizzjoni, l-SMEs u l-aħjar prodotti u soluzzjonijiet ambjentali disponibbli fis-suq. Meta tikkunsidra l-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis li awtoritajiet kontraenti differenti fi Stati Membri differenti jista’ jkollhom kapaċitajiet baġitarji differenti. F’każijiet debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kontraenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti bħal meta jkun hemm fornitur wieħed biss, ma jkunx hemm offerti xierqa jew l-applikazzjoni tagħhom twassal għal spiża sproporzjonata. |
|
(100) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fil-każ ta’ emerġenza tas-suq intern kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/2748 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), għar-raġunijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu previsti regoli dwar il-prodotti għall-bini ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, il-prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni u l-verifika ta’ dawk il-prodotti, il-valutazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni kif ukoll dwar il-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet, fil-każ ta’ modalità ta’ emerġenza attiva fis-suq intern skont dak ir-Regolament. |
|
(101) |
Sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-għarfien ta’ evidenza xjentifika ġdida, jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni u tiġi żgurata implimentazzjoni omoġenja tar-regoli, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-emendar tal-Annessi II, III, IV, V, VI, VII, IX u X u l-emendar ta’ dan ir-Regolament biex tispeċifika aktar, iżżid u tneħħi ċerti funzjonalitajiet u tirrevedi ċerti dispożizzjonijiet bil-ħsieb li tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà mar-Regolament (UE) 2024/1781.Għall-istess raġunijiet jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 279 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi: tiddetermina l-livelli ta’ limitu volontarji jew obbligatorji fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, u l-karatteristiċi essenzjali li dejjem iridu jiġu ddikjarati mill-manifatturi; tiddetermina l-elementi tat-talbiet għall-istandardizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom prodott jenħtieġ li jitqies li jissodisfa ċertu livell jew livell limitu jew li jikkwalifika għal klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr ittestjar ulterjuri; tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-prodott skont l-Anness III; tistabbilixxi regoli dwar l-għoti ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza għall-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti rispettivi; tiddetermina, għal kull familja jew kategorija ta’ prodotti, is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli fost dawk stabbiliti fl-Anness IX; tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-obbligi relatati mal-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott jew l-issodisfar ta’ ċerti rekwiżiti tal-prodott jistgħu jiġu ssodisfati billi jiġu ssodisfati l-obbligi skont atti ġuridiċi oħra tal-Unjoni; timponi fir-rigward ta’ ċerti familji ta’ prodotti u kategoriji ta’ prodotti obbligu fuq il-manifatturi biex jagħmlu disponibbli fis-suq spare parts speċifiċi li ma jkunux disponibbli b’mod komuni għall-prodotti li jqiegħdu fis-suq; tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar tas-sostenibbiltà ambjentali għal familji u kategoriji ta’ prodotti partikolari; twaqqaf sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini; u billi tispeċifika r-rekwiżiti minimi obbligatorji ta’ sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti għall-bini. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Meta tiżviluppa dawk l-atti, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs. |
|
(102) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). |
|
(103) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew mal-ħarsien tal-ambjent, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan. |
|
(104) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 jistabbilixxi regoli dwar qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti skont dan ir-Regolament, li qed jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni, jissodisfaw rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-ħarsien tal-ambjent, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura jew effett f’dan ir-Regolament. |
|
(105) |
Sabiex l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament issir aktar effiċjenti u jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet isiru fuq il-karta jew f’format elettroniku użat b’mod komuni. Sabiex tinkiseb iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu validi biss meta l-firma elettronika tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u meta l-persuna li tiffirma tkun fdata biex tirrappreżenta lill-korp jew lill-operatur ekonomiku, f’konformità mal-liġi tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni, rispettivament. |
|
(106) |
Sabiex ikompli jitnaqqas il-piż fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta dokumentazzjoni f’format elettroniku użat b’mod komuni, u li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jiġu ssodisfati b’mod elettroniku u b’mod awtomatiku. |
|
(107) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(108) |
Sabiex tinħoloq ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi speċifikat jekk id-deżinjazzjonijiet tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini, tal-korpi VT, jew tal-korpi notifikati u l-istandards armonizzati, tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, tal-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej u taċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet tal-korpi notifikati adottati jew maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhomx effetti legali skont dan ir-Regolament u, jekk iva, għal kemm żmien. Jenħtieġ li l-perjodi ta’ tranżizzjoni rispettivi jkunu twal biżżejjed biex jiġu evitati l-konġestjonijiet fir-rigward tal-ħatra tal-korpi notifikati u tal-korpi VT u tal-adozzjoni jew il-ħruġ ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, valutazzjonijiet tekniċi Ewropej, u ċertifikati jew rapporti tat-testijiet tal-korp notifikat. |
|
(109) |
Sabiex tinħoloq ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat għal kemm żmien il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa f’konformità mad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jistgħu jitqiegħdu fis-suq. |
|
(110) |
Kemm il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini kif ukoll il-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom jistgħu jiġu ddeterminati biss permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li għandhom jiġu żviluppati għad-diversi familji ta’ prodotti u kategoriji ta’ prodotti, jew mid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rekwiżiti u l-obbligi li għandhom l-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti partikolari japplikaw biss b’mod obbligatorju minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ speċifikazzjoni teknika armonizzata li tkopri l-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti rispettivi sakemm ma tiġix speċifikata data ta’ applikazzjoni aktar tard fil-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(111) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni gradwali bla xkiel ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati futuri u filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jitħallew jagħżlu li japplikaw b’mod volontarju dan ir-Regolament mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. |
|
(112) |
Huwa meħtieġ li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jevitaw b’mod permanenti l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirtira minn il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi għall-istandards armonizzati u d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ppubblikati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li jkopru familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti partikolari sad-dħul fl-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata adottata skont dan ir-Regolament li tkopri dik il-familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti rispettivi. |
|
(113) |
Filwaqt li l-kunċett ta’ rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jinżamm bħala r-rabta teknikament meħtieġa bejn ix-xogħlijiet għall-bini u l-prodotti għall-bini, jenħtieġ li jkun espliċitu li dawn ma jikkostitwixxux obbligi li jaqgħu fuq l-operaturi ekonomiċi jew l-Istati Membri li jqisu li d-dritt li jirregolaw ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni huwa kompetenza tal-Istati Membri. Sabiex tiġi koperta l-valutazzjoni ambjentali tal-prodotti għall-bini kif ukoll ir-rekwiżiti tal-prodott li jeżistu anki fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati attwali, jenħtieġ li jiġi żviluppat Anness I aktar komprensiv, inkluża wkoll lista dettaljata ta’ karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati relatati mal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u qafas għar-rekwiżiti tal-prodott. F’dik l-okkażjoni, jenħtieġ li jiġu eliminati d-duplikazzjonijiet bejn ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u jenħtieġ li jitressqu kjarifiki. |
|
(114) |
Sabiex tintlaħaq intensità minima ta’ kontroll tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-manifatturi mill-korpi notifikati u sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni kemm għall-manifatturi kif ukoll għall-korpi notifikati, jenħtieġ li l-Anness IX dwar is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika jiddetermina b’mod aktar preċiż u komprensiv il-kompiti tal-manifatturi u tal-korpi notifikati taħt sistemi differenti possibbli ta’ valutazzjoni u verifika. Barra minn hekk, jenħtieġ li dak l-Anness jiddetermina l-valutazzjonijiet u l-verifiki li għandhom jitwettqu biex tiġi vverifikata s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, f’termini tal-prestazzjoni tal-prodott u tar-rekwiżiti tal-prodott. Meta l-Kummissjoni tiddefinixxi s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għal familja ta’ prodottin jew kategorija ta’ prodotti, il-kontinwità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u l-koerenza fost il-familji ta’ prodotti jenħtieġ li jkunu l-prinċipji gwida. |
|
(115) |
Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti għall-bini fis-suq intern li huna siguri u sostenibbli, li jikkontribwixxi għar-tranżizzjoni ekoloġika u fiġitali u li jipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba li l-Istati Membri għandhom it-tendenza li jistabbilixxu rekwiżiti diverġenti ħafna għall-prodotti għall-bini, b’livell irregolari ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-ambjent, iżda jistgħu pjuttost, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġu stabbiliti qafas ta’ valutazzjoni armonizzat għall-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini u ċerti rekwiżiti tal-prodott għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u għall-ħarsien tal-ambjent, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u objettivi
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għad-dħul u għat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti għall-bini, irrispettivament minn jekk jitwettqux fil-qafas ta’ servizz jew le, billi jistabbilixxi:
|
(a) |
regoli armonizzati dwar kif għandha tiġi espressa l-prestazzjoni ambjentali u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom, inkluż dawr il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti ambjentali, funzjonali u tas-sikurezza tal-prodotti għall-bini. |
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll:
|
(a) |
id-drittijiet u l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi li jittrattaw prodotti għall-bini jew il-komponenti tagħhom; u |
|
(b) |
l-obbligi għal atturi oħra li jipprovdu servizzi marbuta mal-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament. |
3. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jiżgura l-moviment liberu ta’ prodotti għall-bini sikuri u sostenibbli fl-Unjoni. Għandu wkoll l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali billi jipprevjeni u jnaqqas l-impatt li l-prodotti għall-bini għandhom fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti għall-bini, inklużi l-prodotti użati, u għall-oġġetti li ġejjin:
|
(a) |
partijiet ewlenin tal-prodotti; u |
|
(b) |
partijiet jew materjali intiżi biex jintużaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, jekk il-manifattur ta’ dawk il-partijiet jew il-materjali jitlob dan; |
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
(a) |
liftijiet soġġetti għad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), skali mobbli jew il-komponenti tagħhom; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti jew il-valutazzjoni tal-prestazzjoni soġġetti għad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u koperti mill-atti delegati tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(8) ta’ dik id-Direttiva. |
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu li jitqiegħdu fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jipprovdu tali eżenzjonijiet. Huma għandhom jiżguraw li l-prodotti eżentati ma jkollhomx il-markatura CE msemmija fl-Artikolu 17. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi ta’ tali eżenzjoni ma għandhomx jitqiesu li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni fis-sens ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku fformat jew mingħajr forma, inklużi prodotti stampati 3D, jew kitt li jitqiegħed fis-suq, inkluż permezz ta’ forniment lis-sit tal-kostruzzjoni, għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew f’partijiet minnhom, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti li l-ewwel jeħtieġ li jiġu integrati f’kitt jew fi prodott għall-bini ieħor qabel ma jiġu inkorporati b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni; |
|
(2) |
“prodott” tfisser prodott għall-bini jew oġġett ieħor li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif stabbilit fl-Artikolu 2; |
|
(3) |
“permanenti” tfisser li jkun intiż biex jibqa’ fix-xogħol ta’ kostruzzjoni, jew f’partijiet minnu, wara t-tlestija tal-proċess tal-kostruzzjoni jew tar-rinnovazzjoni; |
|
(4) |
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas, irrispettivament minn jekk dan ikunx fil-qafas tal-forniment ta’ servizz jew le; |
|
(5) |
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew l-ewwel darba li prodott użat jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni wara li tali prodott jiġi deinstallat; |
|
(6) |
“prestazzjoni” tfisser il-grad sa fejn prodott għandu ċerti karatteristiċi essenzjali skalabbli; |
|
(7) |
“karatteristiċi essenzjali” tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott li huma relatati mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kif stabbiliti fl-Anness I, u dawk li huma elenkati bħala karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati fl-Anness II; |
|
(8) |
“rekwiżit tal-prodott” tfisser karatteristika, kif stabbilit fl-Anness III, li prodott irid ikollu qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq; |
|
(9) |
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, u l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun soġġetta għal dan ir-Regolament b’rabta mal-manifattura jew mal-manifattura mill-ġdid ta’ prodotti, inkluż prodotti għall-użu mill-ġdid„ jew mat-tqegħid ta’ dawk il-prodotti għad-dispożizzjoni fis-suq, f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
“manifattur” tfisser “manifattur” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(11) |
“sett ta’ data 3D” tfisser sett ta’ data numerika li tiddeskrivi l-forma ta’ oġġett bid-dimensjonijiet esterni tiegħu u l-kavitajiet tiegħu; |
|
(12) |
“xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” tfisser bini u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili, kemm fuq l-art jew taħt l-art kif ukoll fuq l-ilma jew taħt l-ilma, inklużi iżda mhux limitati għal, toroq, pontijiet, mini, piluni u faċilitajiet oħrajn għat-trasport tal-elettriku, kejbils tal-komunikazzjoni, pipelines, akwedotti, digi, ajruporti, portijiet, passaġġi fuq l-ilma, u installazzjonijiet li huma l-bażijiet għal-linji ferrovjarji; |
|
(13) |
“livell” tfisser ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, espress bħala valur numeriku; |
|
(14) |
“klassi” tfisser firxa ta’ livelli, delimitati permezz ta’ valur minimu u massimu, tal-prestazzjoni ta’ prodott; |
|
(15) |
“livell limitu” tfisser livell minimu jew massimu tal-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward ta’ ċerta karatteristika essenzjali; |
|
(16) |
“parti ewlenija” tfisser parti li tintuża bħala komponent jew bħala spare part għal prodott u li tkun ġiet speċifikata minn speċifikazzjoni teknika armonizzata bħala essenzjali għall-karatterizzazzjoni, għas-sikurezza jew għall-prestazzjoni ta’ prodott; |
|
(17) |
“kitt” tfisser prodott imqiegħed fis-suq minn operatur ekonomiku uniku bħala sett ta’ mill-inqas żewġ oġġetti separati, li l-ebda wieħed minnhom ma jeħtieġ li jkun prodott huwa stess, intiżi biex jiġu inkorporati flimkien f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni; |
|
(18) |
“dokument Ewropew ta’ valutazzjoni” jew EAD tfisser dokument adottat mill-organizzazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni teknika għall-finijiet tal-ħruġ ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej; |
|
(19) |
“valutazzjoni teknika Ewropea” jew ETA tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott, b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rispettiv; |
|
(20) |
“prodott użat” tfisser prodott li ma huwiex skart jew li ma jkunx għadu skart f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, u li jkun ġie installat mill-inqas darba f’xogħol ta’ kostruzzjoni, u li:
|
|
(21) |
“użu intiż” tfisser l-iskop ta’ prodott kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; |
|
(22) |
“użu ddikjarat” tfisser l-użu intiż mill-manifattur, inklużi l-kondizzjonijiet għall-użu, kif stabbiliti fid-dokumentazzjoni teknika, fuq it-tikketti, fl-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu, fl-informazzjoni dwar is-sikurezza, jew f’materjal ta’ pubbliċità; |
|
(23) |
“tiswija” tfisser il-proċess tat-tiswija ta’ prodott difettuż jew is-sostituzzjoni tal-komponenti difettużi tiegħu, sabiex il-prodott jerġa’ jinġieb għal kondizzjoni fejn jista’ jissodisfa l-użu ddikjarat tiegħu; |
|
(24) |
“manutenzjoni” tfisser azzjoni mwettqa biex prodott jinżamm f’kondizzjoni fejn ikun jista’ jiffunzjona kif speċifikat; |
|
(25) |
“prodott manifatturat mill-ġdid” tfisser prodott li ma huwiex skart, jew li m’għadux aktar skart f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, li ġie installat mill-inqas darba f’xogħol ta’ kostruzzjoni, u li kien soġġett għal proċess trasformattiv li jmur lil hinn mill-verifika, mit-tindif u mit-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli, huma kwalifikati bħala essenzjali għall-prestazzjoni tal-prodott; |
|
(26) |
“riskju” tfisser riskju kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(27) |
“tip ta’ prodott” tfisser il-mudell astratt ta’ prodotti individwali, iddeterminat mill-użu maħsub u minn sett ta’ karatteristiċi li jeskludu kwalunkwe varjazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni jew tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’dan ir-Regolament jew f’konformità miegħu, minkejja li prodotti identiċi ta’ manifatturi differenti jappartjenu għal tipi ta’ prodotti differenti; |
|
(28) |
“l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” tfisser mod kif tintlaħaq ċerta mira li jkun jew l-aktar effettiv u avvanzat jew qrib tiegħu, jew mod kif huwa attwalment possibbli billi jiġu applikati teknoloġiji komuni, irrelevanti jekk hix l-aktar soluzzjoni teknoloġikament avvanzata; |
|
(29) |
“riċiklaġġ” tfisser riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (17), tad-Direttiva 2008/98/KE; |
|
(30) |
“fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni” tfisser fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(31) |
“familja ta’ prodotti” tfisser it-tipi ta’ prodotti kollha li jappartjenu għal waħda mill-familji elenkati fl-Anness VII; |
|
(32) |
“kategorija ta’ prodotti” tfisser subsett tat-tipi ta’ prodotti ta’ ċerta familja ta’ prodotti li jinkludi dawk it-tipi ta’ prodotti li għandhom komuni ċertu użu maħsub kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; |
|
(33) |
“kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika” tfisser il-kontroll dokumentat, kontinwu u intern tal-produzzjoni b’mod kontinwu f’impjant ta’ manifattura fir-rigward ta’ ċerti parametri jew aspetti tal-kwalità, li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta’ familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti rispettivi u tal-proċessi tal-manifattura, u li jimmiraw lejn il-kostanza tal-prestazzjoni jew lejn l-issodisfar kontinwu tar-rekwiżiti tal-prodotti, eżegwiti f’konformità mal-Anness IX; |
|
(34) |
“importatur” tfisser importatur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(35) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq, inkluż billi toffri prodotti għall-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, jew turi prodotti lill-klijenti jew lill-installaturi matul attività kummerċjali, u inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le; |
|
(36) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f’ismu b’rabta mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament; |
|
(37) |
“manifatturat individwalment” tfisser li, minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent, ikun hemm ħtieġa li jsir riaġġustament tal-proċess tal-produzzjoni ta’ manifattura meta mqabbel mal-prodotti l-oħrajn kollha prodotti għal klijenti oħrajn mill-operatur ekonomiku inkwistjoni; |
|
(38) |
“mikrointrapriża” tfisser mikrointrapriża kif definita fl-Artikolu 2(3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (23); |
|
(39) |
“magħmula skont l-ordni” tfisser li, minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent, ikun hemm varjazzjoni f’termini tad-daqs jew tal-materjal meta mqabbla mal-prodotti l-oħrajn kollha manifatturati għal klijenti oħrajn mill-operatur ekonomiku inkwistjoni; |
|
(40) |
“permalink” tfisser link tal-Internet għal sit web li huwa stabbli kemm għall-kontenut tiegħu kif ukoll għall-indirizz (“URL”); |
|
(41) |
“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor ta’ ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat; |
|
(42) |
“speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati” tfisser standards armonizzati tal-prestazzjoni li saru obbligatorji għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 5(8), l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) u l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(2); |
|
(43) |
“organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni” tfisser organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
(44) |
“proċess mhux f’serje” tfisser proċess li la jkun awtomatizzat b’mod predominanti jew prodott b’mod predominanti bl-użu ta’ tekniki ta’ linji tal-assemblaġġ, u lanqas ripetut ħafna drabi fir-rigward tal-volum ta’ produzzjoni mill-operatur ekonomiku kkonċernat jew mill-operaturi ekonomiċi li jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji, determinat minn persuna fiżika jew ġuridika ta’ kontroll komuni, jew l-istess struttura organizzazzjonali; |
|
(45) |
“irtirar” tfisser irtirar kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 23, tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(46) |
“sejħa lura ta’ prodott mis-suq” tfisser sejħa lura ta’ prodott mis-suq kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(47) |
“suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża interfaċċja online li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti; |
|
(48) |
“interfaċċja online” tfisser interfaċċja online kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (15) tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(49) |
“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi materja prima, prodotti intermedjarji, jew prodotti użati lill-manifatturi jew lil persuni oħrajn li jipprovdu materja prima, prodotti intermedjarji, jew prodotti użati lill-manifatturi; |
|
(50) |
“fornitur ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz lil manifattur jew lil fornitur ta’ parti ewlenija, diment li s-servizz ikun rilevanti għall-manifattura ta’ prodotti, inkluż id-disinn tagħhom, jew id-deinstallazzjoni tagħhom fil-każ ta’ prodotti użati; |
|
(51) |
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(52) |
“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (4) tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(53) |
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi tal-ħajja ta’ prodott, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali, jew fil-każ ta’ prodotti li qabel kienu inkorporati f’xogħolijiet ta’ kostruzzjoni, mill-aħħar deinstallazzjoni mix-xogħol ta’ kostruzzjoni, għar-rimi finali; |
|
(54) |
“punt uniku ta’ kollegament” tfisser l-awtorità maħtura bħala l-punt fokali għall-kuntatti mal-Kummissjoni u ma’ Stati Membri oħra dwar kwistjonijiet relatati mal-prodotti għall-bini; |
|
(55) |
“korp notifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità awtorizzat biex iwettaq kompiti ta’ valutazzjoni u verifika minn parti terza skont dan ir-Regolament li jkun ġie debitament notifikat; |
|
(56) |
“awtorità tan-notifika” tfisser il-korp tal-amministrazzjoni pubblika uniku, maħtur f’konformità ma’ dan ir-Regolament, responsabbli min-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati; |
|
(57) |
“korp tal-valutazzjoni teknika” jew “korpi VT” tfisser korp, maħtur f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li joħroġ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej abbażi ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; |
|
(58) |
“awtorità tal-ħatra” tfisser il-korp tal-amministrazzjoni pubblika uniku, maħtur f’konformità ma’ dan ir-Regolament, responsabbli mill-ħatra u l-monitoraġġ tal-kopri VT fi Stat Membru; |
|
(59) |
“prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, kull meta matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu, ikollu potenzjal inerenti li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, l-ambjent jew l-issodisfar tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meta jiġi inkorporat f’dawk ix-xogħlijiet, sa grad li, filwaqt li jitqies l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, imur lil hinn minn dak li jitqies raġonevoli u aċċettabbli b’rabta mal-użu maħsub tiegħu u f’kondizzjonijiet ta’ użu normali jew raġonevolment prevedibbli; |
|
(60) |
“prodott li jippreżenta riskju serju” tfisser prodott li jippreżenta riskju serju kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(61) |
“prodott sekondarju” tfisser prodott sekondarju fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE; |
|
(62) |
“riċiklabbiltà” tfisser is-kapaċità ta’ materjal jew prodott li jiġi sseparat, miġbur, isseparat u aggregat b’mod effettiv u effiċjenti fi flussi ta’ skart speċifiċi għall-fini li jiġi riċiklat f’materja prima sekondarja filwaqt li jiġi minimizzat it-telf tal-kwalità jew tal-funzjonalità meta mqabbel mal-materja prima primarja rilevanti. |
|
(63) |
“oġġetti rilevanti għall-kriżi” tfisser “oġġetti rilevanti għall-kriżi” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6) tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24); |
|
(64) |
“modalità ta’ emerġenza tas-suq intern” tfisser “modalità emerġenza tas-suq intern” fis-sens tal-Artikolu 3, il-punt (3,) tar-Regolament (UE) 2024/2747. |
Artikolu 4
Pjan ta’ ħidma u fażi preparatorja għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun appoġġata minn grupp ta’ esperti (“il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis tar-Regolament tal-Prodotti għall-Bini” jew “il-Guipp ta’ Esperti tal-Acquis CPR”). Il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR għandu jkun kompost mill-inqas minn esperti maħturin minn Stat Membru, rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u minn organizzazzjonijiet rilevanti Ewropej tal-partijiet ikkonċernati li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR għandu jappoġġa lill-Kummissjoni fl-ipproċessar tat-talbiet tal-Istati Membri għall-armonizzazzjoni tal-Unjoni permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. B’mod partikolari, il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-istabbiliment u l-aġġornament ta’ pjan ta’ ħidma għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, fit-tħejjija tal-kontenut tekniku relatat mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, fid-deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jitnedew il-proċeduri fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jippreżentaw in-nuqqasijiet, li mhumiex disponibbli, jew li ma jistgħux ikopru l-ħtiġijiet regolatorji immedjati, u fid-determinazzjoni tal-inklużjoni ta’ prodotti użati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
2. Wara li tikkonsulta l-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-familji ta’ prodotti elenkati fl-Anness VII, inklużi r-rekwiżiti tal-prodott kif ukoll l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza, li jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ tliet snin li jmiss. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma b’metodoloġija trasparenti u bbilanċjata, li għandu jiġi ppubblikat flimkien mal-pjan ta’ ħidma. Dik il-metodoloġija għandha mill-inqas tirrifletti l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri, il-kwistjonijiet ta’ sikurezza relatati max-xogħlijiet u l-prodotti għall-bini u l-għanijiet klimatiċi u tal-ekonomija ċirkolari tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel pjan ta’ ħidma mhux aktar tard mit-8 ta’ Jannar 2026.
Il-Kummissjoni għandha ġġedded u taġġorna l-pjan ta’ ħidma mill-inqas kull tliet snin. Hija għandha tippubblika l-pjan ta’ ħidma għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ wara sena qabel l-iskadenza tal-pjan ta’ ħidma fis-seħħ.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri annwalment dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
Jekk il-Kummissjoni tqis li ma tistax tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-pjan ta’ ħidma, hija għandha temendah kif xieraq mingħajr dewmien żejjed, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri dwar ir-raġunijiet tagħha.
3. Wara l-pjan ta’ ħidma stabbilit skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR il-karatteristiċi essenzjali li jeħtieġu għal familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, u l-metodi ta’ valutazzjoni, il-livelli limitu jew il-klassijiet tal-prestazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-prodott, li huma jqisu meħtieġa.
Meta l-Istati Membri jikkomunikaw il-ħtiġijiet regolatorji tagħhom lill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tintegrahom jew tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex dan mhux possibbli.
4. Abbażi tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni stabbiliti fl-Anness I u filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet regolatorji kkomunikati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll l-objettivi tas-sikurezza, ambjentali, taċ-ċirkolarità u tal-klima tal-Unjoni, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR, għandha tidentifika l-aspetti tekniċi meħtieġa għat-tħejjija tat-talbiet ta’ standardizzazzjoni, inklużi l-karatteristiċi essenzjali rilevanti. Dawk il-karatteristiċi essenzjali u l-lista ta’ karatteristiċi essenzjali ambjentali determinati minn qabel stabbiliti fl-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija tat-talbiet għall-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) u tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1).
5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-karatteristiċi essenzjali jkunu koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati sal-punt li l-iżvilupp ta’ tali speċifikazzjonijiet ikun teknikament u ekonomikament proporzjonat.
6. Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR, għandha tidentifika r-rekwiżiti tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati oħra, u għandha tiddetermina jekk il-prodotti użati għandhomx jiġu koperti minn jew esklużi minn talba ta’ standardizzazzjoni jew speċifikazzjoni teknika armonizzata. Il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR għandu, bħala kwistjoni ta’ urġenza, jiġi kkonsultat dwar in-notifiki mill-Istati Membri li jsiru f’konformità mal-Artikolu 11(5).
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda:
|
(a) |
il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali ambjentali determinati minn qabel stabbilita fl-Anness II sabiex tiġi adattata għall-progress tekniku u għar-riskji ambjentali ġodda u biex tikkonforma mal-prijoritajiet stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi tal-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri; |
|
(b) |
il-familji ta’ prodotti elenkati fl-Anness VII, biex jiġu adattati għall-progress tekniku u għall-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri. |
Artikolu 5
Standards armonizzati li jistabbilixxu karatteristiċi essenzjali li għandhom x’jaqsmu mal-prestazzjoni
1. Il-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fi standards armonizzati li jsiru obbligatorji permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 (“standards armonizzati tal-prestazzjoni”). L-istandards armonizzati tal-prestazzjoni għandhom, meta jkun xieraq u mingħajr ma jipperikolaw l-akkuratezza, l-affidabbiltà jew l-istabbiltà tar-riżultati, jipprovdu metodi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom li huma inqas onerużi mill-ittestjar.
2. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jistabbilixxu l-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom għal familja ta’ prodotti waħda jew aktar, jew għal kategorija ta’ prodotti waħda jew aktar fi ħdan familja. It-talba għall-istandardizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-punti ta’ referenza għall-istabbiliment ta’ dawn il-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom. It-talba għall-istandardizzazzjoni għandha tiddikjara b’mod espliċitu jekk tkoprix jew teskludix prodotti użati mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba.
3. Bħala parti mit-talbiet għall-istandardizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jipprovdu d-dettalji tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika li għandha tiġi applikata f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2).
4. It-talbiet għall-istandardizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu talba biex jiġi propost wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
|
(a) |
livelli ta’ limitu volontarji jew obbligatorji fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali; |
|
(b) |
klassijiet tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali; |
|
(c) |
dawk il-karatteristiċi essenzjali li dejjem iridu jiġu ddikjarati mill-manifatturi. |
Tali talbiet għall-istandardizzazzjoni għandhom jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi u l-punti ta’ referenza għall-istabbiliment tal-elementi mitluba.
5. Meta tkun inkludiet mat-talba għall-istandardizzazzjoni tagħha talba għal proposta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina, għall-familji ta’ prodotti jew għall-kategoriji ta’ prodotti u għall-elementi koperti minn dik it-talba, l-elementi msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwl subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
Wara li tikkonsulta l-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis tas-CPR, il-Kummissjoni tista’ tiddevja mill-proposti tal-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, irrispettivament minn kwalunkwe talba għall-istandardizzazzjoni minn qabel iżda fuq il-parir tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR, f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe raggruppament ta’ karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali elenkati fl-Anness X.
6. F’każijiet fejn, abbażi tan-natura jew tal-karatteristiċi tekniċi ta’ prodott, ikun jidher li l-ittestjar ma jkunx meħtieġ jew ma jkunx meħtieġ, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li skonthom prodott għandu jitqies li jissodisfa ċertu livell, livell limitu jew li jikkwalifika għal klassi tal-prestazzjoni mingħajr ittestjar, jew mingħajr ittestjar ulterjuri.
7. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità mal-istandards armonizzati mat-talbiet għall-istandardizzazzjoni rilevanti, ma’ dan ir-Regolament u ma’ liġi tal-Unjoni oħra, inklużi l-prinċipji ġenerali tad-dritt. Il-Kummissjoni tista’ tivvaluta jekk l-istandards armonizzati jikkonformawx ma’ standards armonizzati oħra skont dan ir-Regolament jew ma’ standards armonizzati oħra li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tippreżenta r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti u lill-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR fi żmien sitt xhur wara li l-istandard armonizzat rilevanti jkun ġie trażmess lilha. Meta l-Kummissjoni tqis li standard, jew parti minnu, ma jkunx sodisfaċenti, hija għandha tispeċifika n-nuqqasijiet. Sabiex il-Kummissjoni tissodisfa dak l-obbligu f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinformaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress u l-kontenut tal-istrument tal-istandardizzazzjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
8. Meta standard armonizzat ikun konformi mar-rekwiżiti legali applikabbli u jissodisfa r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-prinċipji bażiċi u l-punti ta’ referenza stabbiliti fit-talba għall-istandardizzazzjoni, kif ukoll fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti fid-dawl tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta mingħajr dewmien att ta’ implimentazzjoni li jagħmel dak l-istandard obbligatorju. Sena wara tali adozzjoni, l-istandard armonizzat tal-prestazzjoni għandu jsir obbligatorju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm ma tkunx ġiet speċifikata data tal-applikazzjoni aktar tard fl-att ta’ implimentazzjoni. Data ta’ applikazzjoni aktar tard għandha tiġi speċifikata biss f’każijiet eċċezzjonali u l-użu tagħha għandu jkun debitament ġustifikat. Standard armonizzat tal-prestazzjoni jista’ jiġi applikat b’mod volontarju mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.
Meta l-Kummissjoni tqis li standard armonizzat jew parti minnu ma jkunx sodisfaċenti, hija tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħmel dak l-istandard armonizzat obbligatorju b’restrizzjonijiet.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 90(2).
Fejn ma jkunx possibbli li standard armonizzat isir obbligatorju b’restrizzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6.
9. Meta Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni, tal-aħħar bl-appoġġ tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR iqisu li standard armonizzat tal-prestazzjoni ma jissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti legali applikabbli jew ma jissodisfax it-talbiet li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti fid-dawl tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, għandha tapplika l-proċedura għal oġġezzjonijiet formali għal standards armonizzati kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-Anness X billi żżid gruppi addizzjonali ta’ karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali.
Artikolu 6
Speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati oħra li jistabbilixxu karatteristiċi essenzjali
1. Filwaqt li għandha tingħata prijorità lill-elaborazzjoni tal-istandards, b’deroga mill-Artikolu 5(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u jiġu segwiti l-għanijiet tal-Artikolu 114 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-karatteristiċi essenzjali, il-metodi ta’ valutazzjoni u d-dettalji tekniċi tagħhom skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għal familja ta’ prodotti waħda jew aktar jew għal kategorija ta’ prodotti waħda jew aktar fi ħdan familja.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 5(2), lil waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni biex jabbozzaw standard armonizzat u:
|
|
(b) |
fl-aħħar ħames snin ma ġie adottat l-ebda att ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu, li jagħmel obbligatorju standard armonizzat li jkopri l-karatteristiċi essenzjali, il-metodi ta’ valutazzjoni u d-dettalji tekniċi tagħhom skont l-Artikolu 5, jew tali att ta’ implimentazzjoni ġie adottat fl-aħħar ħames snin, iżda b’restrizzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
2. Qabel tħejji abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.
3. Meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti u tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kollha li jirċievu finanzjament mill-Unjoni fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4. Meta att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopri l-istess karatteristiċi essenzjali jew metodi ta’ valutazzjoni fir-rigward ta’ familja speċifika ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti bħala standard armonizzat li r-referenza għalih tkun ġiet ippubblikata referenza f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(8), il-Kummissjoni għandha tirtira minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat jew tħassar dak l-att ta’ implimentazzjoni. Meta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopri biss parzjalment l-istandard armonizzat, il-Kummissjoni għandha żżomm l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi standard armonizzat li jkun soġġett għal restrizzjonijiet.
5. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqisu li att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 1 ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti fid-dawl tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan, billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista’, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta’ implimentazzjoni inkwistjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura fl-Artikolu 5 biex titlob kwalunkwe reviżjoni jew aġġornament tal-karatteristiċi essenzjali jew tal-metodi ta’ valutazzjoni fir-rigward tal-istess familji ta’ prodotti jew kategoriji ta’ prodotti bħal dawk koperti mill-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-istandard armonizzat mogħti mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni ikun adatt biex jiġi adottat f’konformità mal-Artikolu 5(8), il-Kummissjoni għandha tħassar l-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew il-partijiet tiegħu li jkopru l-istess karatteristiċi essenzjali jew metodi ta’ valutazzjoni fir-rigward tal-istess familji ta’ prodotti jew kategoriji ta’ prodotti bħal dawk koperti mill-istandard armonizzat.
Artikolu 7
Rekwiżiti tal-prodotti u standards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità
1. Meta familja ta’ prodotti, jew kategorija ta’ prodotti waħda jew aktar fi ħdan familja ta’ prodotti, tkun koperta jew minn standard armonizzat tal-prestazzjoni jew minn att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-prodott f’konformità mal-Anness III għal dik il-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti, jew għal partijiet minnhom.
2. Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott applikabbli.
3. Il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar jabbozzaw standards armonizzati li jipprovdu l-preżunzjoni ta’ konformità (“standards armonizzati volontarji”) għar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Meta standard armonizzat volontarju mitlub f’konformità mal-paragrafu 3 jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat volontarju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
5. Meta standard armonizzat volontarju jkun konformi mar-rekwiżiti legali applikabbli u jissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fit-talba għall-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenza ta’ dak l-istandard mingħajr dewmien f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. Meta r-referenza ta’ standard armonizzat volontarju ma tkunx tista’ tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista’ tippubblika tali referenza b’restrizzjonijiet. Meta referenza ta’ standard armonizzat volontarjuma tkunx tista’ tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ma tkunx tista’ tiġi ppubblikata bħala referenza b’restrizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR.
7. Prodott soġġett għar-rekwiżiti tal-prodott li jkun konformi mal-istandards armonizzati volontarji jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-prodotti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 temenda l-Anness III sabiex tadattah għall-progress tekniku u sabiex tkopri riskji u aspetti ambjentali ġodda u biex tikkonforma mal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 4, abbażi tal-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Speċifikazzjonijiet komuni li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni li jipprovdu mezz alternattiv għall-konformità mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 7(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
(a) |
il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 7(3), lil waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni jabbozzaw standard armonizzat volontarju għar-rekwiżiti tal-prodott u;
|
|
(b) |
ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza ta’ standards armonizzati volontarji li jkopru r-rekwiżiti tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li se tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
2. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.
3. Meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti u tal-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis tas-CPR u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha li jirċievu finanzjament mill-Unjoni fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4. Prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew ma’ partijiet minnu, għandu jkunu preżunt li jkun f’konformità mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnu.
5. Il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti tal-prodott bħal dawk koperti minn standard armonizzat volontarju li r-referenza tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 7(5) jew (6).
6. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqisu li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti tal-prodott stabbilita minn atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1), huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan, billi jippreżentaw spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista’, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
Artikolu 9
Informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza
1. L-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom jiġu pprovduti fir-rigward tal-prodotti għall-bini koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew valutazzjoni teknika Ewropea. Il-kontenut tal-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza huwa stabbiliti fl-Anness IV.
2. Bħala parti mit-talba għall-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni toħroġ linji gwida, inklużi dettalji tekniċi, meħtieġa għat-tfassil ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-Anness IV.
3. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida maħruġa mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal familja speċifika ta’ prodotti jew kategorija speċifika ta’ prodotti ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata u omoġenja tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar l-għoti ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, struzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza għall-familja ta’ prodotti jew għall-kategorija ta’ prodotti rispettivi.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-Anness IV sabiex tadattah għall-progress tekniku u għall-ħtiġijiet ġodda ta’ informazzjoni.
Artikolu 10
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika
1. Il-valutazzjoni u l-verifika ta’ prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 jew fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 31, jew tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-prodott adottati f’konformità mal-Artikolu 7, għandhom jitwettqu f’konformità ma’ waħda jew aktar mis-sistemi stabbiliti fl-Anness IX.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tiddetermina, għal kull familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli fost dawk imsemmija fl-Anness IX. Dawk l-atti delegati jistgħu jiddeterminaw sistemi differenti ta’ valutazzjoni u verifika fi ħdan l-istess familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti, li jiddifferenzjaw skont il-karatteristika essenzjali jew ir-rekwiżit tal-prodott. Is-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika għandhom jiġu ddeterminati qabel ma jsiru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
3. L-atti delegati adottati f’konformità mal-paragrafu 2 għandhom iqisu l-użi maħsuba, il-ħsara potenzjali li tirriżulta minn nuqqasijiet tal-prodott, is-sensittività tal-prodott għall-varjazzjonijiet fil-prestazzjoni skont il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni, il-probabbiltà ta’ żbalji matul il-manifattura tiegħu u l-possibbiltà li jiġu identifikati faċilment l-iżbalji fil-manifattura. Dawk l-atti delegati għandhom jitfasslu skont il-familji ta’ prodotti jew il-kategoriji ta’ prodotti rispettivi u għandhom jimminimizzaw il-piż fuq il-manifatturi, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa utas-sikurezza tal-persuni u tal-ambjent.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 sabiex temenda l-Anness IX billi:
|
(a) |
tintroduċi sistemi addizzjonali ta’ valutazzjoni u verifika meta jkun meħtieġ biex jadattaw għall-progress tekniku; jew |
|
(b) |
temenda s-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika eżistenti biex tiġġieled in-nonkonformità sistematika mill-korpi notifikati jew mill-manifatturi u biex tarmonizza l-applikazzjoni tar-rekwiżiti jew l-obbligi li jinsabu fihom, mingħajr ma tali emendi jżidu jew ineħħu kwalunkwe kompitu definit f’sistema. |
Meta tadotta atti delegati skont il-punt (a), il-Kummissjoni ma tistax tintroduċi sistemi addizzjonali li jistabbilixxu obbligi aktar eżiġenti għall-operaturi ekonomiċi minn dawk previsti fis-Sistema 1+. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tintroduċi sistemi addizzjonali bħal dawn biss meta jkun evidenti li l-gwida dwar l-applikazzjoni tas-sistemi eżistenti wriet li mhijiex biżżejjed.
Artikolu 11
Żona armonizzata u miżuri nazzjonali
1. Dan ir-Regolament, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati f’konformità miegħu, flimkien, jistabbilixxu “żona armonizzata”.
Iż-żona armonizzata tkopri l-prodotti kollha soġġetti għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jitqiesu komprensivi, fl-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
l-istabbiliment tal-karatteristiċi essenzjali kollha u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom; |
|
(b) |
l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti kollha tal-prodott għajr dawk koperti minn liġi tal-Unjoni oħra; u |
|
(c) |
id-determinazzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għal prodotti ġodda għandhom japplikaw għal prodotti użati minn pajjiżi terzi sakemm l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata ma tipprovdix b’mod espliċitu regoli għal prodotti użati.
2. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw iż-żona armonizzata fil-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi nazzjonali tagħhom, u la għandhom jipprojbixxu u lanqas jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti koperti minnha meta dawk il-prodotti jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu l-karatteristiċi essenzjali u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom jew ir-rekwiżiti tal-prodott għajr dawk stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
Iż-żona armonizzata ma taffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti nazzjonali għall-użu ta’ prodotti li huma soġġetti għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. Kwalunkwe metodu ta’ valutazzjoni u sistema għall-valutazzjoni u l-verifika stabbiliti f’ tali rekwiżiti nazzjonali għandhom ikunu f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti fi ħdan iż-żona armonizzata li huma konformi ma’ dan ir-Regolament ma għandux ikun imfixkel mir-regoli jew il-kondizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew minn korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika jew korpi privati li jaġixxu bħala korp pubbliku abbażi tal-pożizzjoni ta’ monopolju jew taħt mandat pubbliku.
3. Meta jikkonformaw mal-obbligi previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
ma għandhom jiġu stabbiliti l-ebda rekwiżit għal informazzjoni jew reġistrazzjoni relatati mat-tqegħid tal-prodott fis-suq għajr dawk stipulati fiż-żona armonizzata; |
|
(b) |
ma għandha ssir obbligatorja l-ebda valutazzjoni tal-prodott għajr dawk stabbiliti fiż-żona armonizzata; |
|
(c) |
l-ebda marka li tafferma l-konformità mar-rekwiżiti jew il-prestazzjonijiet iddikjarati fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali koperti miż-żona armonizzata ma għandha tkun meħtieġa għajr il-markatura CE, u kwalunkwe dispożizzjoni eżistenti fil-miżuri nazzjonali li jeħtieġu tali marki għandha tiġi rtirata; |
|
(d) |
il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi nazzjonali għandhom jirrispettaw il-livelli ta’ limitu stabbiliti skont l-Artikolu 5(5); |
|
(e) |
il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi nazzjonali ma għandhomx ikunu bbażati fuq klassijiet, subklassijiet jew klassijiet addizzjonali għajr dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5; |
|
(f) |
il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi nazzjonali ma għandhomx jeħtieġu aktar valutazzjonijiet u verifiki minn dawk stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10(1). |
4. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw fil-Gateway Diġitali Unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi nazzjonali kollha tagħhom relatati mal-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom koperti miż-żona armonizzata.
5. Meta Stat Membru jqis li jkun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ saħħa u sikurezza tal-persuni jew protezzjoni tal-ambjent u sabiex jindirizza l-ħtiġijiet regolatorji immedjati, li jieħu miżuri applikabbli għall-prodotti fiż-żona armonizzata fir-rigward ta’ karatteristiċi mhux stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan, filwaqt li jiġġustifika l-ħtieġa għall-miżuri meħuda u jispjega l-ħtieġa regolatorja li għandu l-għan li jindirizza.
Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stabbilita bid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza għal dan il-paragrafu u jispeċifikaw liema elementi huma parti mill-miżura.
Il-Kummissjoni għandha twieġeb għan-notifika fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-proċedura stabbilita bid-Direttiva (UE) 2015/1535. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika, jew tressaq proposta għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jew tikkomunika r-raġunijiet tagħha għar-rifjut tal-miżura nazzjonali.
Malli tirċievi notifika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, irrispettivament minn jekk għandhiex l-intenzjoni li tawtorizza l-miżura, mingħajr dewmien tippreżenta l-kwistjoni lill-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR għal konsultazzjonijiet dwar jekk jeħtieġx li jintalbu aġġornamenti għall-istandards armonizzati tal-prestazzjoni eżistenti bħala prijorità.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jawtorizza l-miżura nazzjonali notifikata taħt il-paragrafu 5 fejn:
|
(a) |
il-miżura notifikata tidher debitament ġustifikata fid-dawl tar-raġunijiet imperattivi ta’ saħħa u sikurezza tal-persuni jew ħarsien tal-ambjent, inkluża l-klima; |
|
(b) |
il-ħtieġa regolatorja ma tkunx koperta minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew minn liġi tal-Unjoni oħra; |
|
(c) |
il-miżura notifikata ma tiddiskriminax kontra l-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħrajn; |
|
(d) |
il-miżura notifikata tkun tista’ tkopri l-ħtieġa regolatorja rispettiva; |
|
(e) |
il-miżura notifikata ma tikkostitwixxix ostaklu serjugħall-funzjonament tas-suq intern; u |
|
(f) |
il-miżura notifikata ma tkunx mistennija li tkun koperta minn standard armonizzat li għandu jitwassal fi żmien sena mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, wara talba ta’ standardizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 5(2), jew, fil-mument ta’ dik in-notifika, ma jkun ġie ppreżentat l-ebda att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1) lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 90(1). |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). Huma għandhom jiġu rtirati ladarba l-ħtieġa regolatorja tkun koperta minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew minn liġi tal-Unjoni oħra.
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew mal-protezzjoni tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(4).
7. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jintroduċu sistemi obbligatorji ta’ rifużjoni tad-depożitu jew li jobbligaw lill-manifatturi jaċċettaw li jerġgħu jiksbu, direttament jew permezz tal-importaturi u d-distributuri tagħhom, is-sjieda tal-prodotti ġodda, żejda jew mhux magħmula skont l-ordni tagħhom li huma fi stat ekwivalenti għal dak li fih tqiegħdu fis-suq, sakemm il-miżura ma tiddiskriminax direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi fi Stati Membri oħra.
8. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri jipprojbixxu l-qerda ta’ prodotti żejda jew mhux mibjugħa, jew li jagħmlu l-qerda tagħhom bil-kondizzjoni li qabel ikunu saru disponibbli fuq pjattaforma nazzjonali ta’ senserija għall-użu mhux kummerċjali tal-prodotti.
Artikolu 12
Ir-relazzjoni ma’ liġi tal-Unjoni oħra
1. Sabiex tiġi evitata valutazzjoni doppja tal-istess aspetti tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persuni jew tal-protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tal-prodotti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li skonthom l-obbligi relatati mal-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott jew l-issodisfar ta’ ċerti rekwiżiti tal-prodott, inkluż l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika meħtieġa skont dan ir-Regolament u l-obbligi fir-rigward tal-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar is-sikurezza, jistgħu jiġu ssodisfati billi jiġu ssodisfati l-obbligi previsti skont liġi tal-Unjoni oħra.
Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jippermettu livelli ta’ sikurezza tal-prodotti li huma inqas stretti minn dawk stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Meta jirriżulta kunflitt bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2024/1781kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
IL-PROĊEDURA, ID-DIKJARAZZJONIJIET U L-MARKI
Artikolu 13
Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità
1. Meta prodott ikun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikoli 5 jew 6, il-manifattur għandu jgħaddi mis-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbilita fl-Anness IX u jfassal dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u tal-konformità qabel ma tali prodott jitqiegħed fis-suq. Meta prodott ikun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikolu 7, il-manifattur għandu jivverifika wkoll il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott li jkunu ġew speċifikati minn atti delegati. Il-manifattur ta’ prodott li ma jkun kopert minn ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità f’konformità mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti u mal-valutazzjoni teknika Ewropea.
2. Billi joħroġ id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu u kwalunkwe rekwiżit tal-prodott applikabbli, u jsir responsabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali u mal-liġi tal-Unjoni dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet oġġettivi għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li d-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità mfassla mill-manifatturi huma preċiżi u affidabbli.
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, jew nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, meta tali dikjarazzjoni hija meħtieġa, il-prodott ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.
Artikolu 14
Eżenzjonijiet mit-tfassil ta’ dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità
B’deroga mill-Artikolu 13(1), manifattur jista’ jiddeċiedi li ma jgħaddix mill-valutazzjoni u l-verifika applikabbli tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott u li ma jfassalx -dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-prodott huwa manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni u jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
il-prodott ikun manifatturat esklużivament xieraq għall-konservazzjoni tal-wirt storiku u fi proċess mhux f’serje għar-rinnovazzjoni b’mod adegwat ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni uffiċjalment protetti bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tagħhom, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli. |
Artikolu 15
Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità
1. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha titfassal bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha tesprimi l-prestazzjoni tal-prodotti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali ta’ dawk il-prodotti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti jew mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
Meta jkunu applikabbli r-rekwiżiti tal-prodott speċifikati f’konformità mal-Artikolu 7, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha tiddikjara li jkun intwera li dawk ir-rekwiżiti ġew issodisfati.
2. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha tinkludi l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi ambjentali predeterminati essenzjali elenkati fl-Anness II għal dawk il-karatteristiċi li huma ddikjarati. Il-prestazzjoni għandha tinkludi l-imballaġġ użat jew li x’aktarx jintuża u għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-aħħar verżjoni tas-software disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
L-aġġornamenti tas-software imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru obbligatorji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament sena wara l-pubblikazzjoni tagħhom. Tali aġġornamenti tas-software jistgħu jiġu applikati volontarjament mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.
3. Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha tkopri mill-inqas il-prestazzjoni ta’ prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
karatteristiċi essenzjali elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Anness II, mit-8 ta’ Jannar 2026; |
|
(b) |
karatteristiċi essenzjali elenkati fil-punti (e) sa (m), tal-Anness II, mid-9 ta’ Jannar 2030; |
|
(c) |
karatteristiċi essenzjali elenkati fil-punti (n) sa (s), tal-Anness II, mid-9 ta’ Jannar 2032. |
Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità għandha tkopri wkoll dawk il-karatteristiċi essenzjali li dejjem iridu jiġu ddikjarati, kif determinat fl-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 5(5).
4. L-ebda marka oħra għajr il-markatura CE ma tista’ titqiegħed fuq id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jew id-dikjarazzjoni tal-konformità.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-mudell stabbilit fl-Anness V biex tadattah biex jirrifletti l-progress tekniku fir-rigward ta’ ħtiġijiet ġodda ta’ informazzjoni, biex tiffaċilita l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-Artikoli 76 u 77, u biex tiżgura l-interoperabbiltà u l-integrazzjoni korretta mas-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini f’konformità mal-Artikolu 75.
6. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 jew, skont il-każ, fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità.
Artikolu 16
Il-provvediment tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità
1. Il-manifattur għandu jipprovdi b’mezzi elettroniċi kopja tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità ta’ kull prodott li jsir disponibbli fis-suq, sakemm id-dikjarazzjoni ma tkunx inkluża f’passaport diġitali tal-prodotti li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 76 tkun disponibbli permezz tas-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini stabbilita f’konformità mal-Artikolu 75.
Madankollu, meta lott tal-istess prodott jiġi pprovdut lil utent wieħed, dan jista’ jkun akkumpanjat minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni u l-konformità..
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, manifattur jista’ jagħmel id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13(1) disponibbli fuq sit web, diment li l-manifattur jikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
jiżgura li l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jkun disponibbli fuq is-sit web f’format elettroniku li ma jistax jiġi emendat; |
|
(b) |
jipprovdi d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità f’format li jinqara mill-bniedem u mill-magni u joffri l-possibbiltà li titniżżel kopja f’format li jinqara komunement; |
|
(c) |
jiżgura li s-sit web fejn jitqiegħdu d-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità ikun immonitorjat u miżmum sabiex is-sit web u d-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità jkunu disponibbli għar-riċevituri tal-prodotti għall-bini, b’mod kontinwu; |
|
(d) |
jiżgura li r-riċevituri tal-prodotti għall-bini jkunu jistgħu jaċċessaw id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità mingħajr ħlas; |
|
(e) |
jipprovdi l-istruzzjonijiet lil min jirċievi l-prodotti għall-bini dwar kif għandu jaċċessa s-sit web u d-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità miktubin għal dawn il-prodotti disponibbli fuq dak is-sit. |
|
(f) |
jipprovdi rabta bejn il-prodott u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità relatati miegħu permezz tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott; il-manifatturi jistgħu jużaw mezz ta’ data, inkluż permalink, biex jipprovdu l-link, dment li jiġi ssodisfat il-punt (a). |
3. Bħala parti mit-talba għall-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni toħroġ linji gwida biex tiżgura l-interoperabbiltà tal-formati li jinqraw mill-bniedem u mill-magni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b) ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-manifattur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli f’passaport tal-prodott f’konformità mal-paragrafu 1, jew fuq sit web f’konformità mal-paragrafu 2, id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità bil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istati Membri fejn il-manifattur ikun biħsiebu jagħmel il-prodott disponibbli. Operatur ekonomiku ieħor li jagħmel prodott disponibbli fi Stat Membru ieħor għandu jagħmel disponibbli traduzzjoni jew traduzzjonijiet tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità bil-lingwi meħtieġa minn dak l-Istat Membru addizzjonali, flimkien mal-verżjoni oriġinali rispettiva.
Artikolu 17
Prinċipji ġenerali u l-użu tal-markatura CE
1. Il-markatura CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2. Il-markatura CE għandha titwaħħal biss ma’ dawk il-prodotti li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità f’konformità mal-Artikoli 13 u 15. Il-markatura CE għandha titwaħħal mal-partijiet ewlenin.
3. Billi jwaħħal jew wara li titwaħħal il-markatura CE, l-operatur ekonomiku jindika li huwa jerfa’ r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata u mar-rekwiżiti applikabbli tal-prodott stipulati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Billi jwaħħal il-markatura CE, l-operatur ekonomiku jsir responsabbli għall-prestazzjoni ddikjarata u l-issodisfar ta’ dawk ir-rekwiżiti f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
4. Il-markatura CE għandha tkun l-unika marka li tattesta l-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali vvalutati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll mal-konformità tal-prodott ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-markatura CE
1. Il-markatura CE għandha titwaħħal mal-prodott b’mod li tkun tidher sewwa, tista’ tinqara u ma titħassarx. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ġustifikat minħabba n-natura tal-prodott, il-markatura CE għandha titwaħħal ma’ tikketta mwaħħla mal-prodott jew mal-imballaġġ jew, meta lanqas dan ma jkun possibbli, mad-dokumenti ta’ akkumpanjament.
2. Il-markatura CE għandha tkun segwita minn:
|
(a) |
l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha tkun twaħħlet il-markatura CE għall-ewwel darba; jew, fil-każ ta’ prodotti użati, l-aħħar żewġ ċifri tas-sena meta l-prodott tneħħa mill-installazzjoni segwiti mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha twaħħlet il-markatura CE mal-prodott użat; |
|
(b) |
l-isem u l-indirizz irreġistrat, jew il-marka ta’ identifikazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni faċli u mingħajr ebda ambigwità tal-isem u tal-indirizz, tal-manifattur; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz irreġistrat tar-rappreżentant awtorizzat, jew il-marka ta’ identifikazzjoni li tippermetti identifikazzjoni faċli u mingħajr ebda ambigwità tal-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat fejn il-manifattur ma jkollux post tan-negozju fl-Unjoni jew fejn il-manifattur jagħżel li jkollu rappreżentant awtorizzat; |
|
(d) |
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott; |
|
(e) |
il-kodiċi tad-dikjarazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità; |
|
(f) |
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp jew korpi notifikati li jivverifikaw it-tip ta’ prodott u li jivvalutaw il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika, jekk applikabbli; u |
|
(g) |
mezz ta’ data konness mal-passaport diġitali tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 76 jekk tali passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli permezz tas-sistema ta’ passaport diġitali tal-prodotti għall-bini stabbilita skont l-Artikolu 75. |
L-informazzjoni elenkata fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tiġi sostitwita b’mezz ta’ data, inkluża permalink konnessa mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità skont l-Artikolu 16(2), il-punt (e), jekk id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità tkun disponibbli fuq sit web. L-informazzjoni elenkata fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ titħalla barra jekk jiġi pprovdut mezz ta’ data msemmi fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
3. Il-markatura CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq. Din tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali
Artikolu 19
Marki oħra u affermazzjonijiet dwar il-prestazzjoni
1. Marki oħrajn għajr il-markatura CE, inklużi dawk privati, jistgħu jitwaħħlu fuq prodott biss jekk ma jindikawx li l-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli kellha tiġi vvalutata b’mod differenti minn dak stabbilit b’dan ir-Regolament.
Ekotikketti tat-tip I rikonoxxuti uffiċjalment (EN ISO 14024) jistgħu jitwaħħlu ma’ prodott jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-ewwel subparagrafu.
2. Marki permessi f’konformità mal-paragrafu 1 u ma’ marki oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jistgħu jitwaħħlu fuq prodott diment li ma jfixklux il-viżibbiltà, il-leġġibbiltà u t-tifsira tal-markatura CE.
3. Meta prodott ikun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, attestazzjoni magħmula minn operatur ekonomiku dwar il-prestazzjoni tal-prodott, li tikkonċerna karatteristika essenzjali koperta b’dik l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata, għandha tikkonforma mal-metodu ta’ valutazzjoni għal dik il-karatteristika essenzjali partikolari kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
4. Meta prodott ikun kopert minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, attestazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tiegħu b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali stipulati f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jiġu pprovduti b’mod addizzjonali xi mkien ieħor minbarra fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità biss jekk diġà jkunu pprovduti fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet fejn, f’konformità mal-Artikolu 14, ma tkun tfasslet l-ebda dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità.
KAPITOLU III
L-OBBLIGI U D-DRITTIJIET TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 20
L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi kollha
1. L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi skont dan il-Kapitolu huma applikabbli biss fir-rigward ta’ prodotti koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, jew għal prodotti li ġew immarkati CE abbażi ta’ valutazzjoni teknika Ewropea.
2. Operatur ekonomiku għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura konformità kontinwa ma’ dan ir-Regolament. Fejn ikun ġie ddikjarat nuqqas ta’ konformità tal-operatur ekonomiku jew ta’ prodott u tkun intalbet azzjoni korrettiva minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq f’konformità mal-Artikolu 65(1), l-operatur ekonomiku għandu jissottometti rapporti tal-progress lil dik l-awtorità, sakemm dik l-awtorità tiddeċiedi li l-azzjoni korrettiva tista’ tingħalaq.
3. Operatur ekonomiku għandu, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali kompetenti, jidentifika lil dik l-awtorità kwalunkwe operatur ekonomiku jew attur ieħor:
|
(a) |
li fornew lil dak l-operatur ekonomiku bi prodott, inklużi komponenti jew spare parts ta’ prodotti, u l-kwantità ta’ dak il-forniment, jew min fornieh b’servizz kopert minn dan ir-Regolament; |
|
(b) |
lil min dak l-operatur ekonomiku jkun forna prodott, inklużi komponenti jew spare parts ta’ prodotti, u l-kwantità ta’ dak il-forniment, jew lil min ikun forna servizz kopert minn dan ir-Regolament. |
Meta jidentifika l-operaturi ekonomiċi jew atturi oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, operatur ekonomiku għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar, mill-inqas, dan li ġej:
|
(a) |
id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi l-indirizzi u l-indirizzi tal-email ta’ dawk l-operaturi jew l-atturi ekonomiċi; |
|
(b) |
in-numri ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa u tal-kumpaniji ta’ dawn l-operaturi; |
4. Operatur ekonomiku għandu jżomm id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal perjodu ta’ għaxar snin wara li l-operatur ekonomiku jkun forna jew ġie fornut bil-prodott jew is-servizz inkwistjoni, sakemm id-dokumenti jew l-informazzjoni ma jkunux saru disponibbli permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti msemmi fl-Artikolu 76.Operatur ekonomiku għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ talba minn awtorità nazzjonali kompetenti.
5. Operatur ekonomiku jista’ jirreġistra lilu nnifsu fis-sistema nazzjonali rispettiva tiegħu stabbilita f’konformità mal-Artikolu 71(5).
Operatur ekonomiku għandu jagħmel disponibbli għall-konsumaturi u l-utenti mezzi ta’ komunikazzjoni, inklużi n-numri tat-telefon, l-indirizzi tal-email jew taqsimiet dedikati tas-sit web tiegħu, li jippermettulu jikkomunika kwalunkwe aċċident, inċident ieħor jew kwistjoni ta’ sikurezza li jkun esperjenza bil-prodott.
6. Meta operatur ekonomiku jqis li prodott mhux konformi jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew għall-ambjent, huwa għandu jinforma b’dan minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli, billi jagħti dettalji, b’mod partikolari, tan-nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. Operatur ekonomiku jista’ jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe ksur probabbli ta’ dan ir-Regolament li jsir konxju tiegħu, b’nuqqas ta’ konformità u bi kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
7. Operatur ekonomiku għandu jkun responsabbli għall-ksur ta’ dan l-Artikolu jew tal-Artikoli f’dan il-Kapitolu relatati mal-attivitajiet tiegħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali.
Artikolu 21
Drittijiet tal-manifatturi
1. Manifattur għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornituri u lill-fornituri tas-servizzi tiegħu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-prodotti tagħhom biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
2. Jekk il-manifattur ikun soġġett għal kompiti ta’ parti terza mwettqa minn korp notifikat, il-manifattur għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornituri jew lill-fornituri tas-servizzi tiegħu li jippermettu li dak il-korp notifikat ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni tagħhom u għall-bini tagħhom sa fejn il-korp notifikat ikun jeħtieġ tali aċċess sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu.
3. Id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal manifattur li jqiegħed fis-suq prodott użat jew manifatturat mill-ġdid fir-rigward tal-fornitur tal-prodott użat, inkluż il-persuna responsabbli mid-deinstallazzjoni fejn applikabbli. L-informazzjoni meħtieġa tista’ tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni dwar l-użu preċedenti tal-prodott u dwar il-proċess ta’ deinstallazzjoni tiegħu.
4. Manifattur għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornituri u lill-fornituri tas-servizzi tiegħu d-data u l-kalkoli meħtieġa skont l-Artikolu 15(2) fir-rigward tal-provvisti jew is-servizzi pprovduti, inklużi r-rapporti ta’ validazzjoni meħtieġa maħruġa minn korp notifikat.
Artikolu 22
Obbligi tal-manifatturi
1. Meta jqiegħdu prodott fis-suq, il-manifattur għandu jiddetermina t-tip ta’ prodott, filwaqt li jirrispetta l-limiti stabbiliti għalhekk mid-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 3, il-punt (27). Il-manifattur għandu jiżgura li l-prestazzjoni tal-prodott tiġi vvalutata b’rabta kemm mal-karatteristiċi essenzjali obbligatorji kif ukoll ma’ dawk il-karatteristiċi essenzjali maħsuba biex jiġu ddikjarati. Jekk il-prodott ikun kopert mir-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1), il-manifattur għandu jiżgura li l-prodott ikun ġie ddisinjat u mibni wkoll f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.
Persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott bl-użu tal-istampar 3-D għandha tissodisfa l-obbligi tal-manifatturi meta jqegħduh fis-suq. L-obbligi għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-użu ta’ settijiet tad-data 3-D xierqa, l-użu ta’ materjali konformi mal-proċeduri applikabbli skont dan ir-l-verifika tal-kompatibbiltà tas-settijiet tad-data 3-D, il-materjal tal-istampar u t-teknoloġija tal-istampar użata.
2. Meta l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti applikabbli u l-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu ntwerew li huma f’konformità mas-sistema jew mas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli stabbiliti fl-Anness IX, il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità f’konformità mal-Artikoli 13 sa 15, iwaħħal il-markatura CE f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 u, meta applikabbli, jiżgura d-disponibbiltà tal-ispare parts li ma jkunux disponibbli b’mod komuni fis-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u jwaħħal it-tikkettar skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-manifattur għandu, bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jfassal dokumentazzjoni teknika li fiha huwa għandu jindika:
|
(a) |
l-użu ddikjarat, li għandu jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-użu maħsub applikabbli; |
|
(b) |
l-elementi rilevanti kollha meħtieġa biex juru l-prestazzjoni u l-konformità; |
|
(c) |
informazzjoni dwar il-proċeduri fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
informazzjoni dwar is-sistema jew is-sistemi applikabbli stabbiliti fl-Anness IX; |
|
(e) |
fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ proċeduri simplifikati applikati skont l-Artikoli 59 sa 61; u |
|
(f) |
il-kalkolu tal-prestazzjoni tas-sostennibiltà ambjentali fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 15(2). |
4. Il-manifattur għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex jiġi żgurat li l-prodotti jissodisfaw il-prestazzjoni ddikkjarata u jibqgħu konformi ma’ dan ir-Regolament. Id-disinn tal-prodott, inklużi s-settijiet tad-data 3-D, il-proċessi tal-produzzjoni u l-materjal użat għandu jkun xieraq. Meta l-prodott jiġi manifatturat fi produzzjoni f’serje, il-manifattur għandu jiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jiżgura li jżomm il-prestazzjoni ddikjarata tiegħu u jibqa’ konformi ma’ dan ir-Regolament. Il-bidliet fid-disinn tal-prodott, inklużi s-settijiet tad-data 3-D, il-proċess tal-produzzjoni u l-materjal użat għandhom ikunu xierqa. Il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli għandhom jitqiesu b’mod adegwat u, fejn il-prestazzjoni jew il-konformità tal-prodott jiġu affettwati, għandhom jiskattaw valutazzjoni mill-ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ valutazzjoni rilevanti.
Il-manifattur għandu, fejn jitqies xieraq fir-rigward tal-iżgurar tal-akkuratezza, l-affidabbiltà u l-istabbiltà tal-prestazzjoni ddikjarata u tal-konformità ta’ prodott, iwettaq l-ittestjar ta’ kampjuni ta’ prodotti mqiegħda jew magħmula disponibbli fis-suq, jinvestiga, u, jekk ikun meħtieġ, iżomm reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ prodotti msejħa lura mis-suq, u għandu jżomm lill-importaturi u lid-distributuri informati b’dan.
5. Il-manifattur għandu jiżgura li l-prodotti tiegħu jkollhom kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni speċifiku għall-manifattur tat-tip ta’ prodott u, meta disponibbli, numru tal-lott jew tas-serje li jkun faċilment viżibbli u leġġibbli għall-utenti. Meta dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura tal-prodott, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fuq tikketta mwaħħla, fuq l-imballaġġ jew meta lanqas dak ma jkun possibbli, f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Il-manifattur għandu, bl-istess mod kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, jittikketta prodott bħala “Għal użu professjonali biss” jekk l-għarfien espert huwa meħtieġ sabiex jintuża u għandu juri t-tikketta lill-klijenti qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod. Il-prodotti mhux ittikkettati “Għal użu professjonali biss” għandhom jitqiesu li huma maħsuba wkoll għall-utenti mhux professjonali u għall-konsumaturi skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/988.
Il-manifattur għandu juri lill-konsumaturi, qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt tal-bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li trid tiġi pprovudta skont dan ir-Regolament.
6. Meta jagħmel prodott disponibbli fis-suq, il-manifattur għandu jiżgura li huwa jkun akkumpanjat minn informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif stabbilit fl-Anness IV b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti.
7. Sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1), il-manifattur għandu jagħmel disponibbli passaport tal-prodotti msemmi fl-Artikolu 76, permezz tas-sistema ta’ passaport diġitali tal-prodotti għall-bini msemmija fl-Artikolu 75, konness ma’ mezz ta’ data msemmi fl-Artikolu 18(2), il-punt (g).
8. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ spare parts mhux disponibbli b’mod komuni fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi timponi fir-rigward ta’ ċerti familji ta’ prodotti u kategoriji ta’ prodotti obbligu fuq il-manifatturi li jagħmlu disponibbli fis-suq spare parts speċifiċi li ma jkunux disponibbli b’mod komuni għall-prodotti li jqiegħdu fis-suq.
L-obbligu stabbilit mill-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar prodott tat-tip rispettiv ikun tqiegħed fis-suq, sakemm l-att delegat ma jistabbilixxix perjodu differenti.
Il-manifatturi soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu għandhom joffru l-ispare parts f’perjodu ta’ konsenja raġonevolment qasir, bi prezz raġonevoli u mhux diskriminatorju, u għandhom jinfurmaw lill-pubbliku b’dan.
9. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza għall-utenti u jiġu promossi prodotti sostenibbli, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar tas-sostenibbiltà ambjentali għal familji ta’ prodotti u kategoriji ta’ prodotti partikolari meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-prodott tipikament jintgħażel jew jinxtara mill-konsumaturi; u |
|
(b) |
il-prodott ma jkollux prestazzjoni ambjentali ġenerali differenti b’mod sinifikanti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu skont l-installazzjoni tiegħu. |
It-tikkettar għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-prodott, kif ivvalutat skont l-Artikolu 5(1) jew l-Artikolu 6(1), u għandu jipprovdi informazzjoni faċli għall-konsumatur li tinftiehem minn dawk li mhumiex esperti.
10. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 9 għandhom jiddeterminaw il-mod li bih il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta, billi jispeċifika dan li ġej:
|
(a) |
il-kontenut tat-tikketta; |
|
(b) |
il-format tat-tikketta filwaqt li jitqiesu l-viżibbiltà u l-leġibbiltà tagħha; |
|
(c) |
il-mod li bih it-tikketta għandha tintwera lill-klijenti, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod; |
|
(d) |
fejn xieraq, il-mezzi elettroniċi li se jintużaw għall-ġenerazzjoni tat-tikketti. |
11. Il-manifattur li jqis jew li jkollu raġuni biex jemmen li prodott li jkun qiegħed fis-suq ma jkunx konformi mal-prestazzjoni ddikjarata jew ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandu minnufih jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex dak il-prodott isir konformi, jew, jekk ikun xieraq, sabiex tali prodott jiġi rtirat jew imsejjaħ lura mis-suq. Jekk il-kwistjoni tkun marbuta ma’ komponent fornut jew ma’ servizz ipprovdut esternament, il-manifattur għandu jinforma b’dan lill-fornitur jew lill-fornitur tas-servizz u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-manifattur.
12. Meta l-prodott jippreżenta riskju, il-manifattur għandu, mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol, jinforma lir-rappreżentanti awtorizzati, lill-importaturi, lid-distributuri, lill-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni, u lis-swieq online kollha involuti fid-distribuzzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-manifattur jew – sa fejn jaf – operaturi ekonomiċi oħrajn ikunu għamlu l-prodott disponibbli. Il-manifattur għandu, għal dak il-għan, jipprovdi d-dettalji utli kollha u, b’mod partikolari, jispeċifika t-tip tan-nuqqas ta’ konformità, il-frekwenza tal-aċċidenti jew tal-inċidenti u l-miżuri korrettivi meħuda jew rakkomandati. F’każ ta’ riskji kkawżati minn prodotti li jkunu diġà waslu għand utent jew konsumatur finali li ma jistgħux jiġu identifikati jew ikkuntattjati direttament, il-manifattur għandu, permezz tal-media u kanali oħra xierqa, jiżgura li jilħaq l-akbar udjenza possibbli, ixerred informazzjoni dwar miżuri xierqa biex jiġu eliminati jew, jekk ma jkunx possibbli, jitnaqqsu r-riskji. Fejn ikun hemm riskju serju, il-manifattur għandu jirtira u jsejjaħ lura l-prodott għas-spejjeż tiegħu stess.
Artikolu 23
Obbligi ta’ rappreżentanti awtorizzati
1. Manifattur stabbilit fl-Unjoni jista’ jaħtar, b’mandat bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni bħala rappreżentant awtorizzat uniku. Manifattur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat wieħed.
It-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika ma għandux jagħmel parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
2. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat riċevuti mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat iwettaq mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
iżomm id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
|
(b) |
b’segwitu għal talba mmotivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità ta’ prodott bil-prestazzjoni u l-konformità ddikjarati ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament; |
|
(c) |
itemm il-kuntratt jekk il-manifattur ikun aġixxa kontra l-obbligi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u jinforma lill-manifattur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-post tan-negozju tiegħu stess; |
|
(d) |
meta jkollu raġuni biex jemmen li prodott inkwistjoni ma jkunx konformi jew jippreżenta riskju, jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq u lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu; u |
|
(e) |
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fi kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ponuti minn prodotti koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat jew biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet ta’ konformità. |
3. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jivverifika fil-livell dokumentarju li:
|
(a) |
il-prodott ikollu l-markatura CE, u t-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 22(9); |
|
(b) |
il-prodott ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jew dik id-dikjarazzjoni tkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16(1) jew (2); u |
|
(c) |
il-manifattur ikun ikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 22(5), (6) u (7). |
4. Meta rappreżentant awtorizzat jidentifika każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jitlob lill-manifattur jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 22(11) u (12).
Artikolu 24
Obbligi tal-importaturi
1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti biss li huma konformi ma’ dan ir-Regolament.
2. Qabel ma jqiegħed prodott fis-suq, l-importatur għandu jiżgura li l-manifattur ikun wera l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli u l-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali rilevanti f’konformità mal-Artikolu 22(1) u (2).
L-importatur għandu jiżgura li:
|
(a) |
il-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 22(3); |
|
(b) |
il-prodott ikollu l-markatura CE, u t-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 22(9); |
|
(c) |
il-prodott ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jew li d-dikjarazzjoni tkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16(1) jew (2); u |
|
(d) |
il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(5), (6) u (7). |
3. L-importatur għandu jivverifika li l-użu tal-prodott ikun ġie dikjarat mill-manifattur, u għandu jiżgura li l-prodott ikun akkumpanjat minn informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu, u informazzjoni dwar is-sikurezza kif stabbilit fl-Anness IV b’lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti. L-importatur għandu, juri lill-konsumaturi, b’mod viżibbli, qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan ir-Regolament jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
4. L-importatur għandu jiżgura li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kondizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jew mal-konformità tiegħu ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament.
5. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq, qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli l-oħrajn f’dan ir-Regolament jew sakemm tiġi kkoreġuta d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
6. L-importatur għandu jindika ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tiegħu, il-post tan-negozju tiegħu, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu u, fejn disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, jew dwar il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
7. L-importatur għandu jinvestiga l-ilmenti u, jekk ikun meħtieġ, iżomm reġistru tal-ilmenti, ta’ prodotti mhux konformi u tal-irtirar jew tas-sejħiet lura ta’ prodotti, u għandu jżomm lill-manifatturi u lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.
8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott, li huma jkunu qiegħdu fuq is-suq, ma jkunx konformi mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu jew mhux konformi ma’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dan ir-Regolament, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jew, jekk ikun xieraq, jiġi rtirat jew imsejjaħ lura mis-suq. Barra minn hekk, meta l-prodott joħloq riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-prodott fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
9. L-importaturi li jbigħu lill-utenti finali għandhom jissodisfaw ukoll l-obbligi tad-distributuri.
Artikolu 25
Obbligi tad-distributuri
1. Meta jagħmlu prodotti disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament.
2. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributur għandu jivverifika li:
|
(a) |
il-prodott ikollu l-markatura CE, u t-tikkettar f’konformità mal-Artikolu 22(9), fejn meħtieġ; |
|
(b) |
il-prodott ikun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jew id-dikjarazzjoni tkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16(2); |
|
(c) |
il-prodott ikun akkumpanjat minn informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet dwar l-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-Artikolu 22(6), b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jsir disponibbli fis-suq; |
|
(d) |
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(5) u (7) u l-Artikolu 24(6) rispettivament. |
3. Id-distributur għandu juri, b’mod viżibbli, lill-klijenti qabel ma jintrabtu b’kuntratt ta’ bejgħ, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan ir-Regolament.
4. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott ma jkunx konformi mal-prestazzjoni ddikjarata jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament, id-distributur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq, qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli l-oħrajn f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta l-prodott joħloq riskju, id-distributur għandu jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli.
5. L-importatur għandu jiżgura li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kondizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata jew il-konformità tiegħu ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament.
6. Id-distributur li jqis jew li jkollu raġuni biex jemmen li prodott, li jkun qiegħed fis-suq, ma jkunx konformi mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu jew mhux konformi ma’ rekwiżiti applikabbli f’dan ir-Regolament għandu minnufih jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex dak il-prodott isir konformi, jew, jekk ikun xieraq, sabiex tali prodott jiġi rtirat jew imsejjaħ lura mis-suq. Barra minn hekk, meta l-prodott joħloq riskju, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-prodott fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
Artikolu 26
Każijiet li fihom l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri
1. Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi ta’ manifattur skont l-Artikoli 22, fejn:
|
(a) |
huwa jqiegħed prodott fis-suq f’ismu jew taħt it-trademark tiegħu; |
|
(b) |
huwa jimmodifika prodott intenzjonalment jew il-prodott jiġi mmodifikat mhux intenzjonalment b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, jew mar-rekwiżiti stabbiliti jew adottati f’konformità ma’dan ir-Regolament; |
|
(c) |
huwa jagħmel prodott disponibbli fis-suq b’użu ddikjarat li huwa differenti mill-użu ddikjarat attribwit mill-manifattur fil-proċess ta’ valutazzjoni u ta’ verifika; |
|
(d) |
huwa jiddikjara fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott li jiddevjaw mill-karatteristiċi ddikjarati mill-manifattur. |
|
(e) |
huwa jagħżel li jassumi r-rwol tal-manifattur. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq:
|
(a) |
prodott użat kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għal prodotti użati; |
|
(b) |
prodott użat mhux kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata b’dispożizzjonijiet għall-prodotti użati u mhux imqiegħed fis-suq tal-Unjoni qabel; |
|
(c) |
prodott manifatturat mill-ġdid. |
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-operatur ekonomiku:
|
(a) |
iżid traduzzjonijiet tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur; |
|
(b) |
jissostitwixxi biss l-imballaġġ ta’ barra ta’ prodott li jkun diġà tqiegħed fis-suq, inkluż meta jinbidel id-daqs tal-imballaġġ, jekk l-imballaġġ mill-ġdid isir b’tali mod li l-kondizzjoni oriġinali tal-prodott ma tkunx tista’ tiġi affettwata minnu, u li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament xorta tiġi pprovduta b’mod korrett. |
4. Operatur ekonomiku li jipprovdi l-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 3 għandu jinforma b’dan lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, irrispettivament minn jekk dak l-operatur ekonomiku ikunx sid il-prodotti jew jipprovdi servizzi. Huwa għandu jagħmel l-imballaġġ mill-ġdid b’tali mod li la l-kondizzjoni oriġinali tal-prodott u lanqas l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament ma jkunu affettwati mill-imballaġġ mill-ġdid, u b’tali mod li l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament xorta tiġi pprovduta b’mod korrett. L-operatur ekonomiku għandu jaġixxi bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 27
Obbligi tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni
1. Meta jikkontribwixxu għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodott, il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament.
2. Fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni għandu jiżgura li t-tikkettar u d-dokumenti fornuti mill-manifattur jew mill-importatur ikunu disponibbli jew jakkumpanjaw il-prodott, u b’mod partikolari:
|
(a) |
il-markatura CE u t-tikkettar imsemmija fl-Artikolu 22(9); |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità; |
|
(c) |
l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott u l-istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza imsemmija fl-Artikolu 22(6). |
3. Fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet matul il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu jew mal-konformità tiegħu ma’ rekwiżiti applikabbli oħra f’dan ir-Regolament. Il-manifatturi jew l-importaturi ta’ prodotti għall-bini għandhom jipprovdu lill-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni bl-informazzjoni dettaljata meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħżin, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ, u l-funzjonament ulterjuri tal-prodott.
4. Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jappoġġaw l-irtirar jew is-sejħiet lura ta’ prodotti mis-suq, irrispettivament minn jekk jinbdewx minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, manifatturi, rappreżentanti awtorizzati jew importaturi.
5. Meta fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq, qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni rilevanti tal-prestazzjoni u tal-konformità, u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli l-oħrajn f’dan ir-Regolament, jew sakemm tiġi kkoreġuta d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott joħloq riskju, il-fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni għandu jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli.
Artikolu 28
Obbligi tas-swieq online
1. Suq online għandu:
|
(a) |
għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), jiddisinja u jorganizza l-interfaċċja online tiegħu b’tali mod li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
jistabbilixxi punt ta’ kuntatt uniku għal komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri b’rabta ma’ konformità ma’ dan ir-Regolament, li jista’ jkun l-istess bħal punt ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 22(1)] tar-Regolament (UE) 2023/988 jew l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
(c) |
jagħti tweġiba xierqa għal avviżi relatati man-notifika ta’ aċċidenti u inċidenti oħrajn li jinvolvu prodotti riċevuti f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2022/2065; |
|
(d) |
jikkoopera biex jiżgura miżuri effettivi ta’ sorveljanza tas-suq, inkluż billi jastjeni milli jistabbilixxi ostakli għal tali miżuri; |
|
(e) |
jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe azzjoni meħuda fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità jew tan-nuqqas ta’ konformità suspettat tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; |
|
(f) |
jistabbilixxi skambju regolari u strutturat ta’ informazzjoni dwar kontenut li tneħħa mis-swieq online fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
2. Sa fejn huma kkonċernati s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, fir-rigward tal-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, li jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott mhux konformi mill-interfaċċja online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Tali ordnijiet għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065.
3. Suq online għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065 jirċievi u jipproċessa l-ordnijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-manifatturi, għall-importaturi, jew għad-distributuri li joffru prodotti online mingħajr l-involviment ta’ suq online.
Artikolu 29
Bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor
1. Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod għandhom jitqiesu li saru disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata lejn klijenti fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies li hija mmirata lejn klijenti fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jidderieġi, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru. Offerta għandha, fost l-oħrajn, titqies li hija mmirata lejn klijenti fl-Unjoni meta:
|
(a) |
l-operatur ekonomiku juża l-munita ta’ Stat Membru; |
|
(b) |
l-operatur ekonomiku jkun uża l-isem tad-dominju tal-Internet użat irreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri jew juża dominju tal-Internet li jirreferi għall-Unjoni jew għal wieħed mill-Istati Membri; jew |
|
(c) |
iż-żoni ġeografiċi li għalihom ikun disponibbli d-dispaċċ jinkludu Stat Membru. |
Il-kondizzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ekonomiku jeskludi b’mod espliċitu u effettiv is-suq tal-Unjoni.
2. Meta operatur ekonomiku jagħmel prodott disponibbli fis-suq online jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, l-offerta ta’ dak il-prodott għandha, fejn meħtieġ, tindika b’mod ċar u viżibbli l-markatura CE, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 18(2), it-tikketta skont l-Artikolu 22(9) u mezz tad-data konness ma’ passaport diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 22(7).
3. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz intermedjarju għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għandha tissodisfa l-obbligi ta’ operatur ekonomiku skont il-paragrafu 2 fir-rigward tas-servizzi pprovduti.
Artikolu 30
Atti ta’ implimentazzjoni rigward l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi
Fejn ikun meħtieġ, biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, u sal-punt biss meħtieġ biex jiġu evitati prattiki diverġenti li jifframmentaw is-suq intern għall-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu dettalji dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-obbligi u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi li jinsabu f’dan il-Kapitolu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
KAPITOLU IV
DOKUMENTI EWROPEJ TA’ VALUTAZZJONI
Artikolu 31
Dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni
1. Il-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti, inklużi l-prodotti użati, b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom jistgħu jiġu stabbiliti fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni dment li l-prodotti ma jkunux koperti minn:
|
(a) |
standard armonizzat li jsir obbligatorju permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(8); |
|
(b) |
att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1); jew |
|
(c) |
standard armonizzat li għandu jingħata f’perjodu iqsar minn sena, f’konformità ma’ talba għall-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). |
2. Prodott ma għandux jitqies bħala kopert minn standards armonizzati jew atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 meta:
|
(a) |
l-użu ddikjarat tal-prodott ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-użu intiż stabbilit fl-istandard armonizzat jew fl-att ta’ implimentazzjoni; |
|
(b) |
il-materjali użati ma jkunux identiċi għall-materjali li għandhom jintużaw f’konformità mal-istandard armonizzat jew mal-att ta’ implimentazzjoni; jew |
|
(c) |
il-metodu ta’ valutazzjoni stabbilit fl-istandard armonizzat jew fl-att ta’ implimentazzjoni ma jkunx xieraq għal dak il-prodott. |
3. Wara talba għal valutazzjoni teknika Ewropea minn manifattur, minn grupp ta’ manifatturi jew minn assoċjazzjoni tal-manifatturi, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT, bi qbil mal-Kummissjoni, tista’ tfassal u tadotta dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
Ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I u l-lista ta’ karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati stabbiliti fl-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni. L-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandhom isegwu l-prinċipji u l-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 32.
4. Id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ma għandhomx jitfasslu b’rabta ma’ karatteristika essenzjali ta’, jew metodu ta’ valutazzjoni għal, prodott meta jkun hemm dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ieħor li jkopri l-istess karatteristika essenzjali jew metodu ta’ valutazzjoni b’rabta ma’ dak il-prodott speċifiku, li r-referenza tiegħu tkun diġà ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew li jkun ġie sottomess lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(1).
5. L-organizzazzjoni tal-korpi VT u l-Kummissjoni jistgħu jgħaqqdu jew jirrifjutaw it-talbiet għall-iżvilupp ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, f’konformita mal-punt 5 tal-Anness VI.
6. Mad-data tal-applikazzjoni obbligatorja ta’ speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikolu 5(8) jew mal-Artikolu 6(1), u li tkopri l-istess prodott u l-istess użu intiż bħal dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma għandux jibqa’ jintuża għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tirtira r-referenza tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 37.
Artikolu 32
Prinċipji u proċedura għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni
1. Meta jiżviluppaw u jadottaw dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, il-korpi VT individwali u l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness VI.
2. Meta jiżviluppaw u jadottaw dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, il-korpi VT individwali u l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandhom:
|
(a) |
ikunu trasparenti għall-Istati Membri, tal-manifattur ikkonċernat u ta’ manifatturi jew partijiet ikkonċernati oħrajn li jitolbu li jiġu informati; |
|
(b) |
jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali lill-Kummissjoni biss meta jkun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni mad-dispożizzjonijiet regolatorji u jipproteġu s-segretezza kummerċjali u l-kunfidenzjalità; |
|
(c) |
jispeċifikaw limiti ta’ żmien obbligatorji xierqa sabiex jiġi evitat dewmien mhux ġustifikat; |
|
(d) |
jippermettu parteċipazzjoni adegwata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
ikunu kosteffettivi għall-manifattur; u |
|
(f) |
jiżguraw kolleġġjalità u koordinazzjoni suffiċjenti fost il-korpi VT maħtura għall-prodott inkwistjoni. |
L-ibbilanċjar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu mill-inqas jippermetti d-divulgazzjoni tal-isem tal-prodott fl-istadju tal-approvazzjoni u l-komunikazzjoni tal-programm ta’ ħidma, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness VI, u d-divulgazzjoni tal-kontenut dettaljat tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 8 tal-Anness VI.
3. Il-korpi VT għandhom, flimkien mal-organizzazzjoni tal-korpi VT, iġarrbu l-kostijiet kollha tal-iżvilupp u tal-adozzjoni tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, sakemm tali żvilupp ma jkunx inbeda mill-Kummissjoni.
4. Il-korpi VT u l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandhom jevitaw il-proliferazzjoni tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni meta ma jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni teknika għad-differenzjazzjoni bejn il-prodotti. Huma għandhom, b’mod partikolari, jagħtu preferenza lill-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni eżistenti pjuttost milli lill-ħolqien ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ġodda.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, wara konsultazzjonijiet mal-organizzazzjoni tal-korpi VT, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-Anness VI sabiex jiżdiedu regoli proċedurali addizzjonali għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, meta dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
Artikolu 33
Obbligi tal-korp VT li jirċievi talba għal valutazzjoni teknika Ewropea
1. Meta jirċievi talba għal valutazzjoni teknika Ewropea minn manifattur, minn grupp ta’ manifatturi jew minn assoċjazzjoni tal-manifatturi, il-korp VT għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
meta l-prodott ikun kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jkunx jista’ jitfassal f’konformità mal-Artikolu 31, il-korp VT għandu jinforma lill-applikant li valutazzjoni teknika Ewropea ma tistax tinħareġ; |
|
(b) |
meta l-prodott ikun kopert kompletament minn dokument Ewropew ta’ valutazzjoni li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-korp VT għandu jinforma lill-applikant li d-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rreferenzjat se jintuża bħala l-bażi għall-valutazzjoni teknika Ewropea li għandha tinħareġ; |
|
(c) |
meta l-prodott ikun eliġibbli għal dokument Ewropew ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 31, u l-ebda dokument bħal dan ma jkun fil-proċess li jiġi żviluppat, il-korp VT għandu jinforma lill-applikant li se jinbdew il-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, iżda meta standard armonizzat li jkopri l-istess prodott ikun mistenni li jingħata f’perjodu itwal minn sena kif stabbilit f’talba għall-standardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), il-korp VT għandu jinforma lill-applikant dwar il-possibbiltà li dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jibqax jintuża skont l-Artikolu 31(6).
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, il-korp VT għandu jinforma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT u lill-Kummissjoni bil-kontenut tat-talba u bir-referenza għal att delegat rilevanti li jiddetermina s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika msemmija fl-Artikolu 10(2), li l-korp VT biħsiebu japplika għal dak il-prodott, jew bin-nuqqas ta’ tali att delegat.
3. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma jeżistix att delegat xieraq li jiddetermina s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika għall-prodott, hija tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 10(2).
Artikolu 34
Pubblikazzjoni tar-referenzi
1. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-punt 9 tal-Anness VI, tivvaluta l-konformità tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jkun f’konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tippubblika referenza ta’ dak id-dokument f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta referenza għal dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista’ tippubblika tali referenza b’restrizzjonijiet.
2. Wara l-pubblikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jista’, f’konformità mal-Artikolu 37, jintuża bħala bażi għal valutazzjoni teknika Ewropea għal perjodu ta’ 10 snin, sakemm ir-referenza tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma tkunx ġiet irtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew sakemm dak id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jibqax jintuża skont l-Artikolu 31(6). L-organizzazzjoni tal-korpi VT tista’, fl-aħħar sena ta’ dak il-perjodu, tiddeċiedi li tissottometti d-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għat-tiġdid. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 35
Kontenut tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni
1. Dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-prodott jew tal-kategorija ta’ prodotti koperta u l-użu intiż tagħha; u |
|
(b) |
il-lista ta’ karatteristiċi essenzjali rilevanti għall-użu intiż tal-prodott jew tal-kategorija ta’ prodotti kif miftiehem mill-manifattur u mill-organizzazzjoni tal-korpi VT, kif ukoll il-karatteristiċi ambjentali predeterminati essenzjali kif stabbiliti fl-Anness II, u l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott jew tal-kategorija tal-prodott b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali elenkati. |
2. Id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għandu jistabbilixxi:
|
(a) |
id-dettalji tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika li għandhom jiġu applikati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(2); |
|
(b) |
il-linji gwida, inklużi d-dettalji tekniċi meħtieġa għat-tfassil tal-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza kif imsemmi fl-Anness IV; |
|
(c) |
il-linji gwida biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formati li jinqraw mill-bniedem u mill-magni għad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità, f’konformità mal-paragrafu 16(2), il-punt (b). |
3. Meta l-prestazzjoni tal-prodott tkun tista’ tiġi vvalutata kif xieraq, b’referenza għall-karatteristiċi essenzjali tiegħu, inklużi metodi u kriterji ta’ valutazzjoni, diġà stabbiliti għalihom fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew f’dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni oħra, dawk il-karatteristiċi essenzjali eżistenti u l-metodi u l-kriterji tagħhom għandhom jiġu inkorporati bħala partijiet mid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, sakemm ma jkunx teknikament meħtieġ li wieħed jiddevja minn dik ir-regola.
Meta applikabbli, dawn il-prinċipji għandhom japplikaw ukoll għal-livelli limitu u għall-klassijiet ta’ prestazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 5(5).
Artikolu 36
Oġġezzjonijiet formali kontra d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni
1. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kollu li ġej:
|
(a) |
meta jqis li dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jikkonformax kompletament mar-rekwiżiti legali applikabbli jew ma jissodisfax id-domandi li għandhom jiġu ssodisfati b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu koperti fid-dawl tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I u tal-karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati stabbiliti fl-Anness II; |
|
(b) |
meta jqis li dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jqajjem tħassib kbir għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, għall-ħarsien tal-ambjent jew għall-protezzjoni tal-konsumatur; |
|
(c) |
meta jqis li dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31(1). |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jissostanzja l-fehmiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri l-oħra dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Istat Membru kkonċernat.
2. Fid-dawl tal-fehmiet tal-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b’restrizzjoni, li żżomm, li żżomm b’restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni kkonċernati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membru u lill-organizzazzjoni tal-korpi VT bid-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn meħtieġ, titlob ir-reviżjoni tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni kkonċernat.
Artikolu 37
Valutazzjoni teknika Ewropea
1. Valutazzjoni teknika Ewropea għandha tinħareġ minn korp VT, fuq it-talba ta’ manifattur abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni stabbilit, li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 34.
Sakemm ikun hemm dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 34, valutazzjoni teknika Ewropea tista’ tinħareġ anki fil-każ fejn tkun inħarġet talba għall-standardizzazzjoni. Tali ħruġ għandu jkun possibbli sakemm id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma jibqax jintuża skont l-Artikolu 31(6).
2. Meta ssir talba għal valutazzjoni teknika Ewropea, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Anness VI.
3. Il-valutazzjoni teknika Ewropea għandha tinkludi l-prestazzjoni li għandha tiġi ddikjarata, skont il-livelli jew il-klassijiet, jew f’deskrizzjoni, ta’ dawk il-karatteristiċi essenzjali miftiehma mill-manifattur u mill-korp VT li jirċievu t-talba għall-valutazzjoni teknika Ewropea għall-użu ddikjarat, flimkien mad-dettalji tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika.
Il-valutazzjoni teknika Ewropea għandha tinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati elenkati fl-Artikolu 15(3).
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format tal-valutazzjoni teknika Ewropea.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
5. Il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa abbażi ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jibqgħu validi jew għal 5 snin wara t-tmiem tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 34(2) jew għal 5 snin wara li r-referenza tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Meta d-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti għal prodott ma jibqax jintuża skont l-Artikolu 31(6), dak il-prodott ma jistax jibqa’ jitqiegħed fis-suq abbażi ta’ valutazzjoni teknika Ewropea.
6. Il-prodotti koperti minn dokument Ewropew ta’ valutazzjoni li għalihom tkun inħarġet valutazzjoni teknika Ewropea jistgħu jiġu mmarkati CE u, b’hekk, jinkiseb l-istess status bħall-prodotti CE mmarkati abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, meta l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta dawn l-obbligi jirreferu għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, il-manifattur għandu minflok jirreferi għad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati wkoll, meta dawn ikunu wkoll rilevanti.
KAPITOLU V
KORPI TA’ VALUTAZZJONI TEKNIKA
Artikolu 38
Awtoritajiet tal-ħatra
1. L-Istati Membri li jixtiequ jaħtru korpi VT għandhom jaħtru awtorità tal-ħatra waħda li għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u għall-ħatra tal-korpi VT. L-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u fl-Artikolu 44. L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-awtorità tan-notifika msemmija fl-Artikolu 43, bħala l-awtorità tal-ħatra. L-awtorità tal-ħatra ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħatra f’konformità mal-Artikolu 39(1).
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tan-notifika u għall-proċeduri tan-notifika japplikaw ukoll għall-awtoritajiet tal-ħatra u għall-proċeduri tal-ħatra.
Artikolu 39
Ħatra, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ korpi VT
1. L-Istati Membri jistgħu, permezz tal-awtoritajiet tal-ħatra tagħhom, jaħtru korpi VT fit-territorji tagħhom għal familja ta’ prodotti waħda jew aktar elenkati fl-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu wkoll jaħtru korpi VT fit-territorji tagħhom li jkunu kompetenti għal prodotti emerġenti jew innovattivi li ma jaqgħux f’familji ta’ prodotti diġà eżistenti, elenkati fl-Anness VII.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem tal-korp VT, l-indirizz tiegħu u l-familja jew il-familji ta’ prodotti li huwa kompetenti għalihom.
2. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil kull korp VT.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-lista tal-korpi VT maħtura skont dan ir-Regolament b’mezzi elettroniċi u tindika n-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom, il-familji ta’ prodotti li għalihom jinħatru u kwalunkwe limitazzjoni bl-aktar mod preċiż possibbli.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
3. L-awtorità tal-ħatra għandha timmonitorja l-attivitajiet u l-kompetenza tal-korpi VT maħtura fl-Istat Membru rispettiv tagħhom u, meta meħtieġ, is-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, u tevalwahom b’rabta mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-awtorità tal-ħatra għandha timponi miżuri korrettivi fuq il-korpi VT kull meta jkun hemm ksur ta’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-ħatra tal-korpi VT, dwar il-monitoraġġ tal-attività u l-kompetenza tagħhom, u dwar kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni.
4. Il-korpi VT għandhom, mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn 15-il jum, jinformaw lill-awtorità tal-ħatra dwar kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
5. Il-korpi VT għandhom, fuq talba tal-awtorità tal-ħatra rilevanti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li huma meħtieġa biex dik l-awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.
6. Meta korp VT ma jibqax konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-ħatra għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra ta’ dak il-korp VT għall-familja ta’ prodotti rilevanti kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati. Meta korp VT ripetutament ma jkunx ikkonforma mal-miżuri korrettivi imposti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità tal-ħatra tista’ tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra ta’ dak il-korp VT. L-awtorità tal-ħatra għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ħatra. Għandhom japplikaw l-Artikoli 53(2) u 54.
Artikolu 40
Rekwiżiti għall-korpi VT
1. Korp VT għandu jkun kompetenti, u mgħammar, biex iwettaq il-valutazzjoni b’rabta mal-familji ta’ prodotti li għalihom ikun inħatar. Il-membri tal-persunal li jieħdu d-deċiżjonijiet u mill-inqas nofs il-membri tal-persunal tekniċi kompetenti għandhom ikunu impjegati mill-korp VT, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħatra.
2. Il-korp VT għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII, fl-ambitu tal-ħatra tiegħu. Għandhom japplikaw l-Artikolu 46(2) sa (5), l-Artikolu 46(6), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 46(7), (8), (9) u (11) u l-Artikolu 47.
3. Korp VT għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-organigramma tiegħu u l-ismijiet tal-membri tal-korpi interni tiegħu li jieħdu d-deċiżjonijiet.
4. Korp VT għandu jipparteċipa fl-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-korpi VT jew jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun infurmat dwar dawk l-attivitajiet.
Artikolu 41
Koordinazzjoni tal-korpi VT
1. Il-korpi VT għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni għal valutazzjoni teknika (“organizzazzjoni tal-korpi VT”) skont dan ir-Regolament.
2. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha twettaq mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
tipprovdi lill-Kummissjoni b’kontenut tekniku rilevanti relatat mad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni meta l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati bbażati fuq l-istess familji ta’ prodotti jkun se jseħħ f’konformità mal-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 4(2). Dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kollaborazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni rilevanti; |
|
(b) |
torganizza l-koordinazzjoni tal-korpi VT u, jekk meħtieġ, tiżgura l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra; |
|
(c) |
tiżgura li jiġu kondiviżi eżempji tal-aħjar prattika bejn il-korpi VT biex tippromwovi effiċjenza akbar u tipprovdi servizz aħjar lill-industrija; |
|
(d) |
tiżviluppa u tadotta dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; |
|
(e) |
tikkoordina l-applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 59(2), fl-Artikolu 60(2) u fl-Artikolu 61(2), kif ukoll tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għal dak l-għan; |
|
(f) |
tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kwistjoni relatata mat-tħejjija tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni u bi kwalunkwe aspett relatat mal-interpretazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 60(2) u fl-Artikolu 61(2) u tissuġġerixxi titjib lill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba; |
|
(g) |
tikkomunika kwalunkwe osservazzjoni dwar korp VT li ma jissodisfax il-kompiti tiegħu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 60(2) u fl-Artikolu 61(2) lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jkun ħatar il-korp VT; |
|
(h) |
tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar:
|
|
(i) |
tiżgura li d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni adottati u r-referenzi għall-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej jinżammu disponibbli għall-pubbliku. |
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tistabbilixxi segretarjat sabiex iwettaq dawn il-kompiti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi VT jikkontribwixxu b’mod adegwat b’riżorsi finanzjarji u umani għall-organizzazzjoni tal-korpi VT. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ta’ kull korp VT li għandha tkun proporzjonata, filwaqt li jitqies il-baġit annwali jew il-fatturat ta’ kull korp VT relatat mal-attivitajiet tiegħu bħala korp VT.
4. Il-piż fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni tal-korpi VT ma għandux jiddependi mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-korpi VT, mill-għadd ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni żviluppati jew mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa minnhom.
5. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa fil-laqgħat kollha tal-organizzazzjoni tal-korpi VT.
6. Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jingħata lill-organizzazzjoni tal-korpi VT għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-finanzjament tal-organizzazzjoni tal-korpi VT, jew permezz ta’ għotjiet jew permezz ta’ offerti pubbliċi, soġġett għall-issodisfar ta’ ċerti rekwiżiti organizzattivi u ta’ prestazzjoni stabbiliti f’dawk il-kompiti.
KAPITOLU VI
AWTORITAJIET TAN-NOTIFIKA U KORPI NOTIFIKATI
Artikolu 42
Notifika
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta’ parti terza fil-valutazzjoni u l-verifika tal-prestazzjoni u fil-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika tal-kalkoli tas-sostenibbiltà ambjentali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi li għandhom jiġu awtorizzati biex iwettqu dawn il-kompiti u għall-monitoraġġ tal-korpi notifikati, u dwar kwalunkwe bidla tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 43
Awtoritajiet tan-notifika
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi li għandhom jiġu awtorizzati biex iwettqu l-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u għall-monitoraġġ tal-korpi notifikati, inkluża l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 46 u 48.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament tagħhom fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
3. Meta l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b’xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun persuna ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 44. Barra minn hekk, huwa għandu jkollu arranġamenti biex ikopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.
4. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 44
Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet tan-notifika
1. L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’tali mod li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta’ interess ma’ korpi notifikati.
2. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u operata b’tali mod li tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta’ korp li għandu jiġi awtorizzat biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu wettqu l-valutazzjoni.
4. L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi l-ebda attività li jwettqu korpi notifikati, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5. L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba. Madankollu, hija għandha, fuq talba, tiskambja informazzjoni dwar il-korpi notifikati mal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet tan-notifika ta’ Stati Membri oħra u ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra li għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu.
6. L-awtorità tan-notifika, inkluż fil-każijiet li fihom l-awtorità tan-notifika tkun il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, għandha tivvaluta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità speċifiku li jkun qed japplika għan-notifika biss u ma għandhiex tqis il-kapaċitajiet jew il-persunal tal-kumpaniji omm jew tal-kumpaniji oħt. L-awtorità tan-notifika għandha tivvaluta dak il-korp b’rabta mar-rekwiżiti rilevanti kollha u mal-kompiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika ta’ parti terza.
7. L-awtorità tan-notifika għandu jkollha għadd suffiċjenti ta’ persunal kompetenti u finanzjament suffiċjenti disponibbli għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħha.
Artikolu 45
Koordinazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki u l-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra jiġu stabbiliti u operati fil-forma ta’ grupp ta’ koordinazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra fil-qasam tal-prodotti għall-bini. Dak il-grupp għandu jiltaqa’ fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.
L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki u l-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra skont dan ir-Regolament għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ dak il-grupp.
2. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-arranġamenti speċifiċi għall-funzjonament tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambji regolari ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifika u l-awtoritajiet tan-notifika u tal-ħatra.
Artikolu 46
Rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati
1. Għall-finijiet tan-notifika, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 12.
2. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.
3. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta’ parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.
Ma għandu jkollu l-ebda rabta kummerċjali ma’ organizzazzjonijiet li għandhom interess fil-prodotti li jivvaluta, b’mod partikolari mal-manifatturi, mas-sħab kummerċjali tagħhom u mal-investituri azzjonarji tagħhom.
Madankollu, korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni ta’ impriżi jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li hija tivvaluta, jista’ jitqies bħala tali korp, dment li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess. Dan ma għandux jipprekludi lill-korp milli jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni u verifika għall-manifatturi li jikkompetu ma’ xulxin.
4. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika ma għandhom ikunu la d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li jivvaluta, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu tal-prodotti għall-finijiet personali.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika la ma għandhom ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet li għalihom ikunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza b’rabta mal-familji ta’ prodotti li għalihom ikunu notifikati.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-kumpanija omm jew tal-kumpanija oħt tagħhom, tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni jew verifika tagħhom.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux jiddelega lil subkuntrattur jew sussidjarja l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħra, l-assenjazzjoni ta’ persunal tiegħu għal kompiti speċifiċi u d-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
5. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Huma għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe pressjoni u tentazzjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
6. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika assenjati lilu f’konformità mal-Anness IX, li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, irrispettivament minn jekk dawk il-kompiti jkunux twettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu jew jekk ikunu twettqu f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
F’kull ħin u għal kull sistema ta’ valutazzjoni u verifika u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti, il-karatteristiċi essenzjali u l-kompiti li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin għad-dispożizzjoni tiegħu:
|
(a) |
il-persunal kompetenti meħtieġ b’għarfien tekniku u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika; |
|
(b) |
id-deskrizzjoni meħtieġa tal-proċeduri li f’konformità magħhom jiġi mwettaq il-proċess ta’ valutazzjoni, u li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità li jiġu riprodotti dawk il-proċeduri, inkluż deskrizzjoni tal-kompetenza li turi kif il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti tagħhom jikkorrispondu għall-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li b’rabta magħhom il-korp ikollu l-ħsieb li jiġi nnotifikat; |
|
(c) |
il-politiki u l-proċeduri xierqa biex issir distinzjoni bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-attivitajiet tiegħu l-oħra; |
|
(d) |
il-proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, li jqisu kif xieraq id-daqs ta’ impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni. |
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet li għalihom ikollu l-ħsieb li jiġi nnotifikat b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
7. Il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet li b’rabta magħhom il-korp ikollu l-ħsieb li jiġi nnotifikat għandu jkollu dawn li ġejjin:
|
(a) |
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-kompiti kollha ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika fl-ambitu rilevanti li għalih il-korp ikun ġie nnotifikat; |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li jwettaq u awtorità adegwata biex iwettaq tali operazzjonijiet, inklużi għarfien u fehim xierqa tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli, tad-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament; |
|
(c) |
il-kapaċità meħtieġa biex ifassal iċ-ċertifikati, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet u l-verifiki jkunu twettqu. |
8. Il-persunal responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni:
|
(a) |
għandu jkun impjegat mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika; |
|
(b) |
ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess potenzjali; |
|
(c) |
għandu jkun kompetenti biex jivverifika l-valutazzjonijiet magħmula minn persunal ieħor, esperti esterni jew subkuntratturi; |
|
(d) |
għandu jkun suffiċjenti fl-għadd biex jiżgura l-kontinwità tal-operat u approċċ konsistenti għall-valutazzjonijiet tal-konformità. |
9. L-imparzjalità tal-korp u tal-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u tal-persunal tal-valutazzjoni għandha tiġi garantita.
Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell tal-maniġment u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati tagħhom.
10. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jagħmel assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili, sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx preżunta mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni jew għall-verifika mwettqa.
11. Il-persunal tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont l-Anness IX, għajr b’rabta mal-awtoritajiet tan-notifika u ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra tal-Istat Membru fejn jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
12. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont dan ir-Regolament, jew jiżguraw li l-persunal tal-valutazzjoni tagħhom ikun informat dwarhom, u għandhom japplikaw, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.
Artikolu 47
Preżunzjoni tal-konformità tal-korpi notifikati
Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandu jiġi awtorizzat biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippublikati f’il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati msemmija fl-Artikolu 5, fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, fl-istandards armonizzati volontarji għar-rekwiżiti tal-prodott li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformit mal--Artikolu 7(4), (5) jew (6) jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 8(1) jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46, sakemm id-dokumenti applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 48
Sussidjarji u subkuntratturi ta’ korpi notifikati
1. Meta korp notifikat jissubkuntratta kompiti speċifiċi konnessi mal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika jew jirrikorri għal sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subkuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46, u għandu jinforma skont kif ikun meħtieġ lill-awtorità tan-notifika.
2. Il-korp notifikat għandu jieħu responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mis-subkuntratturi jew mis-sussidjarji, kull meta dawn ikunu stabbiliti u jimmonitorja l-kompetenza tagħhom b’rabta mal-kompetenza tiegħu, kif deskritt fl-Artikolu 46(6), il-punt (b).
3. L-attivitajiet jistgħu jiġu subkuntrattati jew imwettqa minn sussidjarja biss bil-qbil tal-klijent.
4. Il-korp notifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-kwalifiki tas-subkuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom skont l-Anness IX.
Artikolu 49
Użu ta’ faċilitajiet barra mil-laboratorju tal-ittestjar tal-korp notifikat
1. Fuq talba tal-manifattur, u meta jkun ġustifikat minn raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew loġistiċi relatati man-natura tal-prodott jew mat-tagħmir għall-ittestjar, il-korpi notifikati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu t-testijiet imsemmija fl-Anness IX għas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika 1+, 1 u 3 jew jordnaw li tali testijiet jitwettqu taħt is-superviżjoni tagħhom, jew fl-impjanti tal-manifattura bl-użu tat-tagħmir għall-ittestjar tal-laboratorju intern tal-manifattur jew inkella, bil-kunsens minn qabel tal-manifattur, f’laboratorju estern, bl-użu tat-tagħmir għall-ittestjar ta’ dak il-laboratorju.
Il-korpi notifikati li jwettqu tali testijiet għandhom jinħatru speċifikament bħala kompetenti biex jaħdmu lil hinn mill-faċilitajiet tal-ittestjar tagħhom stess u, f’dak ir-rigward, għandhom ukoll ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46.
2. Qabel ma jwettqu t-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-korpi notifikati għandhom jivverifikaw jekk ir-rekwiżiti tal-metodu ta’ ttestjar ikunux ġew issodisfati u għandhom jevalwaw jekk:
|
(a) |
it-tagħmir għall-ittestjar ikollux sistema ta’ kalibrazzjoni xierqa u jekk it-traċċabbiltà tal-kejl tkunx garantita; u |
|
(b) |
il-kwalità tar-riżultati tat-testijiet tkunx żgurata. |
Il-korpi notifikati għandhom jassumu responsabbiltà sħiħa għat-testijiet fl-intier tagħhom, inklużi l-akkuratezza u t-traċċabbiltà tal-kalibrazzjoni u tal-kejl, u għall-affidabbiltà tar-riżultati tat-testijiet.
Artikolu 50
Applikazzjoni għal notifika
1. Korp, li għandu jiġi awtorizzat biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fis-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika, għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.
2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu, il-proċessi ta’ valutazzjoni u verifika li għalihom il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, id-deskrizzjoni tal-kompetenza msemmija fl-Artikolu 46(6), il-punt (b), kif ukoll ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, meta jkun jeżisti wieħed, maħruġ mill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, li jattesta li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46. Iċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni għandu jkun relatat biss mal-korp legali preċiż li japplika għan-notifika u għandu jkun ibbażat, minbarra l-istandards armonizzati rilevanti, fuq ir-rekwiżiti speċifiċi u l-kompiti previsti f’dan ir-Regolament.
3. Meta l-korp ikkonċernat ma jkunx jista’ jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, huwa għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bil-provi dokumentarji kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46.
Artikolu 51
Proċedura ta’ notifika
1. L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46.
2. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-użu tal-għodda elettronika ta’ notifika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.
Eċċezzjonalment, għall-każijiet rigward gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali, stabbiliti fl-Anness X, li għalihom l-għodda elettronika xierqa ma tkunx disponibbli, għandha tiġi aċċettata notifika f’forma elettronika oħra.
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu, referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti jew għad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u, għall-finijiet tas-sistema stabbilita fl-Anness IX, il-karatteristiċi essenzjali li għalihom il-korp huwa kompetenti u l-attestazzjoni rilevanti ta’ dik il-kompetenza.
Madankollu, ma hija meħtieġa l-ebda referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti jew għad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni fil-każijiet rigward gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali stabbiliti fl-Anness X.
4. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 50(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-provi dokumentarji kollha li jattestaw il-kompetenza tal-korp u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li dak il-korp se jiġi mmonitorjat regolarment u se jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46.
5. Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat jekk il-Kummissjoni jew l-Istati Membri l-oħra ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni fi żmien ġimagħtejn minn notifika, meta jintuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jew fi żmien xahrejn minn notifika, meta ma jintużax ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.
Tali korp biss għandu jitqies korp notifikat għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
6. In-notifiki validi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 52(2).
7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe bidla rilevanti sussegwenti fin-notifika.
Artikolu 52
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.
Hija għandha tassenja tali numru uniku anki meta l-korp jiġi notifikat b’diversi atti tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament, inkluż in-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom u l-attivitajiet li dwarhom ikunu ġew notifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 53
Bidliet fin-notifika
1. Meta awtorità tan-notifika tkun aċċertat, jew tkun ġiet informata, li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46, jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu ssodisfati. Hija għandha tinforma minnufih skont kif ikun meħtieġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
2. Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ notifika, jew meta l-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi xierqa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tan-notifika responsabbli, fuq talba tagħhom.
Artikolu 54
Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkollha jew issir taf b’xi dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat, jew jekk korp notifikat ikunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa soġġett għalihom.
2. Fuq talba, l-Istat Membru tan-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew maż-żamma tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
4. Meta l-Kummissjoni taċċerta li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tinforma skont kif ikun meħtieġ lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 55
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
1. Il-korpi notifikati għandhom, f’konformità mal-Anness IX, iwettqu l-valutazzjonijiet u l-verifiki li ġejjin:
|
(a) |
jivvalutaw il-prestazzjoni u l-konformità tal-prodotti; |
|
(b) |
jivverifikaw il-konformità tal-prodotti; |
|
(c) |
jivverifikaw il-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti; |
|
(d) |
jivvalidaw il-l-kalkoli tas-sostenibbiltà ambjentali mwettqa mill-manifattur; |
|
(e) |
jivverifikaw il-konformità tal-manifattur mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament. |
Dawk il-kompiti, minn hawn ’il quddiem, huma msemmija bħala “valutazzjonijiet u verifiki”.,
2. Il-valutazzjonijiet u l-verifiki għandhom jitwettqu b’mod trasparenti fir-rigward tal-manifattur, u b’mod proporzjonat, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera l-impriża, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess tal-produzzjoni.
Madankollu, meta jagħmlu dan, il-korpi notifikati għandhom jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità meħtieġa għall-prodotti minn dan ir-Regolament u r-rwol tal-prodott għar-rispett tar-rekwiżiti bażiċi kollha għax-xogħlijiet ta’ bini.
3. Meta, matul l-ispezzjoni inizjali tal-impjant tal-manifattura u l-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika, korp notifikat isib li l-manifattur ma jkunx żgura l-kostanza tal-prestazzjoni u l-konformità tal-prodott manifatturat, huwa għandu jitlob lill-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat jew rapport ta’ validazzjoni.
4. Meta, matul l-attività ta’ monitoraġġ li jkollha l-għan li tivverifika l-konformità u l-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott manifatturat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għad għandu l-istess prestazzjoni bħal dik tat-tip tal-prodott, huwa għandu jitlob lill-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew ir-rapport ta’ validazzjoni, jekk ikun meħtieġ.
5. Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jħallux l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jirrestrinġi, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat jew rapport ta’ validazzjoni, kif xieraq.
6. Meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ valutazzjoni, inkluż meta jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li jissospendu jew jirtiraw ċertifikat jew rapport ta’ validazzjoni fid-dawl ta’ każijiet possibbli ta’ nuqqasijiet ta’ konformità, il-korpi notifikati għandhom japplikaw kriterji ċari u predeterminati.
7. Meta jintalbu minn manifattur jew fornitur biex jagħmlu dan, il-korpi notifikati għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha mal-korpi notifikati li jkunu rrikonoxxew il-valutazzjonijiet u l-verifiki tiegħu f’konformità mal-Artikolu 62. Il-korpi notifikati għandhom jistabbilixxu ftehim għal dak l-għan.
Artikolu 56
Obbligi ta’ informazzjoni tal-korpi notifikati
1. Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dawn li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikati, rapporti ta’ validazzjoni jew rapporti tat-testijiet; |
|
(b) |
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu tan-notifika u l-kundizzjonijiet għaliha; |
|
(c) |
kwalunkwe talba għal informazzjoni dwar attivitajiet ta’ valutazzjoni u ta’ verifika mwettqa li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; u |
|
(d) |
fuq talba, il-kompiti ta’ parti terza f’konformità mas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi l-attivitajiet transfruntieri u s-subkuntrattar. |
2. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi notifikati l-oħra skont dan ir-Regolament u li jwettqu kompiti simili ta’ parti terza f’konformità mas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika u għall-prodotti koperti mill-istess speċifikazzjoni teknika armonizzata jew l-istess dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’ riżultati negattivi minn dawn il-valutazzjonijiet u l-verifiki, u b’mod partikolari kwalunkwe ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni, jew irtirar ta’ ċertifikati, rapporti ta’ validazzjoni jew ta’ rapporti tat-testijiet, u, fuq talba, ir-riżultati pożittivi minn dawn il-valutazzjonijiet.
Korp notifikat għandu, fuq talba minn korp notifikat ieħor, minn awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-Kummissjoni, jinforma lill-parti rikjedenti jekk iċ-ċertifikati, ir-rapporti ta’ validazzjoni jew ir-rapporti tat-testijiet maħruġa minnu humiex validi, ristretti, sospiżi jew irtirati.
3. Meta l-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru tissottometti talba lil korp notifikat stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor relatata ma’ valutazzjoni mwettqa minn dak il-korp notifikat, hija għandha tibgħat kopja ta’ dik it-talba lill-awtorità tan-notifika ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Il-korp notifikat ikkonċernat għandu jirrispondi għat-talba mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn 15-il jum. L-awtorità tan-notifika għandha tiżgura li tali talbiet jiġu riżolti mill-korp notifikat sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima biex dan ma jsirx.
4. Meta l-korpi notifikati jkollhom jew jirċievu evidenza li:
|
(a) |
korp notifikat ieħor ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46 jew mal-obbligi tiegħu; |
|
(b) |
prodott imqiegħed fis-suq ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
prodott imqiegħed fis-suq, minħabba l-kundizzjoni fiżika tiegħu, x’aktarx li jikkawża riskju serju, |
dawn għandhom iwissu lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew lill-awtorità tan-notifika rilevanti, u jikkondividu tali evidenza magħhom, kif xieraq.
Artikolu 57
Atti ta’ implimentazzjoni dwar l-obbligi tal-korpi notifikati
Meta dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament u meta l-grupp ta’ koordimazzjoni tan-notifika u tal-ħatra tal-awtoritajiet ma jkunx jista’ jsolvi tilwima li tikkonċerna l-prattiki diverġenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 45, u sal-punt biss meħtieġ biex jiġu evitati l-prattiki diverġenti li jifframmentaw is-suq intern għall-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu dettalji dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-obbligi tal-korpi notifikati li jinsabu fl-Artikoli 55 u 56.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Artikolu 58
Koordinazzjoni tal-korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont dan ir-Regolament u li dawn jitħaddmu kif suppost fil-forma ta’ grupp ta’ korpi notifikati.
Il-korpi notifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp.
2. Il-korpi notifikati għandhom japplikaw, bħala gwida ġenerali, kwalunkwe dokument rilevanti prodott b’riżultat tal-ħidma tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU VII
PROĊEDURI SIMPLIFIKATI
Artikolu 59
Sostituzzjoni tal-ittestjar tat-tip u tal-kalkolu tat-tip
1. Manifattur jista’ jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip b’taqsima speċifika fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 22(3) li turi li:
|
(a) |
għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, li l-manifattur iqiegħed fis-suq, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(6); jew |
|
(b) |
il-prodott, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew minn dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, li jitqiegħed fis-suq mill-manifattur ikun sistema magħmula minn komponenti, li jiġu debitament assemblati mill-manifattur skont struzzjonijiet preċiżi, li jinkludu kriterji tal-kompatibbiltà fil-każ ta’ komponenti individwali, mogħtija mill-fornitur ta’ tali sistema jew ta’ komponent tagħha, li jkun diġà ttestja dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu f’konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati u meta l-manifattur ikun ivverifika b’mod partikolari li l-kriterji preċiżi tal-kompatibbiltà tal-fornitur huma ssodisfati, il-manifattur ikun intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati kollha tat-testijiet, jew għal parti minnhom, ipprovduti lilu għas-sistema jew għall-komponent; |
|
(c) |
il-prodott, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew minn valutazzjoni teknika Ewropea, li l-manifattur iqiegħed fis-suq, jikkorrispondi għal tip ta’ prodott ta’ prodott manifatturat minn manifattur ieħor u li huwa diġà soġġett għall-ittestjar tat-tip jew għall-kalkolu tat-tip. |
Meta l-kundizzjonijiet fil-punt (c) jiġu ssodisfati, il-manifattur jista’ jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati kollha tat-testijiet ta’ dan l-prodott l-ieħor, jew għal parti minnhom. Il-manifattur għandu japplika biss din is-simplifikazzjoni wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni minn manifattur ieħor, li jibqa’ responsabbli għall-akkuratezza, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta’ dawk ir-riżultati tat-testijiet.
2. Jekk is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni minn korp notifikat kif stabbilit fl-Anness IX, korp notifikat jew korp VT għandu, minflok il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness IX, jivvaluta u jiċċertifika t-twettiq korrett tal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 60
Użu ta’ proċeduri simplifikati minn mikrointrapriżi
1. Mikrointrapriża tista’ tissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip għal karatteristika essenzjali fl-ambitu tas-sistema 3 ta’ valutazzjoni u verifika stabbilita fil-punt 5 tal-Anness IX b’taqsima speċifika fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 22(3), li tipprovdi data ekwivalenti għall-valutazzjoni meħtieġa għal din il-karatteristika essenzjali f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli jew mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
2. Minflok il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness IX, korp notifikat jew korp VT għandu jivvaluta u jiċċertifika t-twettiq korrett tal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 61
Prodotti mhux f’serje magħmula skont l-ordni
1. Bħala alternattiva għall-eżenzjoni fl-Artikolu 14, il-punt (a), manifattur ta’ prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 14, il-punt (a), jista’ jissostitwixxi l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott b’taqsima speċifika fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 22(3) li turi l-konformità ta’ dak il-prodott mar-rekwiżiti applikabbli u tipprovdi data ekwivalenti għad-data meħtieġa minn dan ir-Regolament u mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli jew mid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
2. Jekk is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni minn korp notifikat kif stabbilit fl-Anness IX, korp notifikat jew korp VT għandu, minflok il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness IX, jivvaluta u jiċċertifika t-twettiq korrett tal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 62
Rikonoxximent tal-valutazzjoni u tal-verifika minn korp notifikat ieħor
1. Meta korp notifikat ikollu l-obbligu li jivvaluta u jivverifika ċertu prodott f’konformità mal-Anness IX, huwa jista’ joqgħod lura mill-valutazzjoni u mill-verifika u jirrikonoxxi l-valutazzjoni u l-verifika mwettqa minn korp notifikat ieħor għall-istess operatur ekonomiku meta japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-prodott ikun ġie vvalutat u vverifikat b’mod korrett mill-korp notifikat l-ieħor; |
|
(b) |
l-operatur ekonomiku vvalutat jew ivverifikat jaqbel li jikkondividi d-data u d-dokumenti rilevanti kollha mal-korp notifikat li jirrikonoxxi; u |
|
(c) |
il-validità taċ-ċertifikat tkun limitata għall-validità taċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat l-ieħor. |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għar-rapporti ta’ validazzjoni u għall-valutazzjonijiet tal-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.
2. Meta korp notifikat ikollu l-obbligu li jivvaluta u jivverifika ċertu prodott f’konformità mal-Anness IX, huwa jista’ joqgħod lura mill-valutazzjoni u mill-verifika tal-partijiet jew tal-materjali tiegħu u jirrikonoxxi r-riżultati tal-valutazzjoni u tal-verifika minn korp notifikat ieħor, jekk il-fornitur ta’ dawk il-partijiet jew il-materjali jkun applika s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika meħtieġa għalihom u jkun hemm ftehim bejn il-manifattur tal-prodott u l-fornitur li jiżgura l-fluss liberu tal-informazzjoni kollha bejnhom u l-korpi notifikati bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-valutazzjonijiet tal-kalkolu tas-sostenibbiltà ambjentali mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.
KAPITOLU VIII
SORVELJANZA TAS-SUQ U PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 63
Portal tal-ilmenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-operaturi ekonomiċi skont dan ir-Regolament u għall-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tikkondividi l-ilmenti jew ir-rapporti relatati ma’ nuqqas ta’ konformità possibbli ma’ dan ir-Regolament.
2. Meta l-Kummissjoni tqis ilment jew rapport bħala rilevanti u sostanzjat abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tittrażmetti dak l-ilment jew ir-rapport lill-punt uniku ta’ kollegament tal-Istat Membru kkonċernat sabiex dak il-punt uniku ta’ kollegament ikun jista’ jsegwi mal-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti f’konformità mal-Artikolu 11(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Artikolu 64
Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u punt uniku ta’ kollegament
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru, minn fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom, awtorità waħda jew aktar li jiddisponu mill-għarfien partikolari meħtieġ biex jivvalutaw il-prodotti kemm teknikament kif ukoll legalment.
2. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt uniku ta’ kollegament biex jaġixxi bħala l-punt fokali għall-kuntatti mal-Kummissjoni u mal-punti uniċi ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħra li huma kompetenti skont dan ir-Regolament, inkluż għal talbiet skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
3. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom is-setgħat kollha elenkati fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawk is-setgħat għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi ekonomiċi kollha koperti minn dan ir-Regolament.
4. Għall-fini tas-sorveljanza tas-suq, l-investigazzjoni u l-infurzar, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu mingħand awtoritajiet jew korpi oħra informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħhom.
Artikolu 65
Proċedura biex jiġi ttrattat in-nuqqas ta’ konformità
1. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollha raġuni suffiċjenti biex temmen li ċerti prodotti koperti minn speċifikazzjoni teknika armonizzata jew li għalihom tkun inħarġet valutazzjoni teknika Ewropea, jew il-manifattur tagħhom, ma jkunux konformi, hija għandha twettaq evalwazzjoni b’rabta ma’ dawk il-prodotti u mal-manifattur ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rispettivi stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li l-prodotti jew il-manifattur tagħhom ma jkunx konformi mar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha, mingħajr dewmien, titlob lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa u proporzjonati, kif previst fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, biex itemm in-nuqqas ta’ konformità jew, jekk dak ma jkunx possibbli, biex jirtira l-prodotti mis-suq, jew isejħilhom lura, dan kollu f’perjodu raġonevoli li jkun proporzjonat man-natura tan-nuqqas ta’ konformità.
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma skont kif ikun meħtieġ lill-korpi notifikati, jekk ikunu involuti korpi notifikati.
2. Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħha, hija għandha, permezz tal-punt uniku ta’ kollegament, tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li hija tkun talbet lill-operatur ekonomiku jieħu.
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti, fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ma jiħux l-azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew meta n-nuqqas ta’ konformità jippersisti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tiżgura li l-prodott ikkonċernat jiġi rtirat jew imsejjaħ lura, jew li t-tqegħid tiegħu fis-suq ikun ipprojbit jew ristrett.
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-pubbliku u, permezz tal-punt uniku ta’ kollegament, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodotti mhux konformi, l-oriġini ta’ dawk il-prodotti, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda, kif ukoll l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex dovut għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
in-nuqqas tal-prodotti li jiksbu l-prestazzjoni ddikjarata; |
|
(b) |
in-nuqqas tal-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1); |
|
(c) |
in-nuqqas tal-manifattur li jissodisfa l-obbligi; |
|
(d) |
in-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, f’dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, fl-istandards armonizzati volontarji għar-rekwiżiti tal-prodott li r-referenzi tiegħu jkunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformutà mal-Artikolu 7(5) jew (6) jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). |
6. L-Istati Membri, minbarra l-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti kkonċernati, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
7. Meta, fi żmien xahrejn mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru b’rabta mal-prodott ikkonċernat, dik il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa mingħajr dewmien fir-rigward tal-prodott jew tal-manifattur ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodotti mis-suq tagħhom.
Artikolu 66
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
1. Meta, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65(4), (6) u (7), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Il-perjodu tal-konsultazzjoni ma għandux jaqbeż xahrejn. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni, fi żmien xahrejn addizzjonali, wara t-tmiem tal-perjodu tal-konsultazzjoni, li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 90(2).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti.
2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom, mingħajr dewmien, jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar, fir-rigward tal-prodott mhux konformi u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skont kif ikun meħtieġ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies bħala mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
3. Meta l-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jew tal-manifattur tiegħu jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, fl-istandards armonizzati volontarji jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65(5), il-punt (d), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 5(9), l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 7(6) jew l-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, kif xieraq.
Artikolu 67
Prodotti konformi li xorta jippreżentaw riskju
1. Meta, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 65(1), awtorità tas-sorveljanza tas-suq ssib li, għalkemm prodott ikun konformi ma’ dan ir-Regolament, huwa jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew, meta applikabbli, għall-ambjent jew għal aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, hija għandha titlob lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li l-prodotti kkonċernati, meta jitqiegħdu fis-suq, ma jibqgħux jippreżentaw dak ir-riskju, biex jirtira il-prodotti mis-suq jew biex isejħilhom lura f’perjodu raġonevoli, b’mod proporzjonat man-natura tar-riskju, li hija tista’ tippreskrivi.
2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed kwalunkwe azzjoni korrettiva fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati li dak l-operatur ekonomiku jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.
3. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha, permezz tal-punt uniku ta’ kollegament, tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi d-deċiżjoni tagħha dwar jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le u, meta meħtieġ, tordna miżuri xierqa.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 90(2).
5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti.
Artikolu 68
Koordinazzjoni u appoġġ tas-sorveljanza tas-suq
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 (“ADCO”) għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari u, meta meħtieġ, fuq it-talba motivata tal-Kummissjoni jew ta’ żewġ awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq parteċipanti jew aktar.
Fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-ADCO għandu jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri billi jidentifika prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq.
2. Abbażi tal-prijoritajiet identifikati f’konsultazzjoni mal-ADCO, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
torganizza proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni; |
|
(b) |
torganizza investiment konġunt fil-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, inklużi t-tagħmir u l-għodod tal-IT; |
|
(c) |
torganizza taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-korpi notifikati, inkluż dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretti ta’ dan ir-Regolament u dwar metodi u tekniki rilevanti għall-applikazzjoni jew il-verifika tal-konformità miegħu; |
|
(d) |
tfassal linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati skont dan ir-Regolament, kif ukoll prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq. |
L-Unjoni għandha, meta xieraq, tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku biex tiżgura li l-ADCO jwettaq il-kompiti tiegħu stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Artikolu 69
Irkupru tal-kostijiet
Meta prodott jinstab li ma jkunx konformi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli l-prodott fis-suq il-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodott, sakemm dawk il-kostijiet ikunu koperti b’ġustifikazzjoni.
Artikolu 70
Rapportar u valutazzjoni komparattiva
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 informazzjoni dwar in-natura u s-severità ta’ kwalunkwe penali imposta b’rabta man-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha, kull erba’ snin, tfassal rapport sat-30 ta’ Ġunju abbażi tal-informazzjoni mdaħħla mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020. L-ewwel wieħed minn dawk ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat sad-9 ta’ Jannar 2030.
Ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a) |
informazzjoni dwar in-natura u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq matul l-erba’ snin kalendarji preċedenti skont l-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(b) |
informazzjoni dwar il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati u dwar in-natura u s-severità tal-penali imposti għall-4 snin kalendarji preċedenti b’rabta ma’ prodotti koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew bil-markatura CE abbażi ta’ valutazzjoni teknika Ewropea; |
|
(c) |
parametri referenzjarji indikattivi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’rabta mal-frekwenza tal-kontrolli u n-natura u s-severità tal-penali imposti. |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tippubblika sommarju tar-rapport.
KAPITOLU IX
INFORMAZZJONI U KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 71
Sistemi ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet armonizzati
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni, f’forma strutturata, dwar kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta’ dawk ir-regoli.
Minbarra l-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-uffiċċji uniċi ta’ kollegament maħtura skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtoritajiet tan-notifika, ir-rappreżentanti tal-grupp tal-korpi notifikati u tal-organizzazzjoni tal-korpi VT u l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.
2. Il-korpi elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex iqajmu kwalunkwe mistoqsija jew kwistjoni relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament, inkluża r-relazzjoni tagħhom ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-korpi elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jqajmu mistoqsijiet jew kwistjonijiet relatati mas-suġġetti li ġejjin:
|
(a) |
l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni minn kwalunkwe korp ieħor tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament, b’mod li jiddevja mill-prattika tagħhom stess; |
|
(b) |
mistoqsijiet jew kwistjonijiet imqajma permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mas-sitwazzjoni li jkunu qed jiffaċċjaw jew mal-prattika tagħhom stess; |
|
(c) |
sitwazzjonijiet mhux previsti mir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament, meta jiġu ppubblikati jew imsemmija għall-ewwel darba f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment iżda mhux limitati għal sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien ta’ prodotti jew mudelli ta’ negozju ġodda; |
|
(d) |
jekk ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament, japplikawx għal sitwazzjoni li għaliha japplikaw ukoll dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni u l-mistoqsija li tirriżulta dwar liema regoli għandhom jipprevalu. |
4. Meta jqajjem mistoqsija jew kwistjoni, il-korp rilevanti għandu jdaħħal fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni informazzjoni dwar:
|
(a) |
kwalunkwe deċiżjoni meħuda b’rabta mal-mistoqsija jew mal-kwistjoni mqajma; |
|
(b) |
ir-raġunament wara l-approċċ meħud; |
|
(c) |
kwalunkwe approċċ alternattiv li jkun identifika u r-raġunament tiegħu. |
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ informazzjoni nazzjonali jew servizz ta’ distribuzzjoni bl-email biex jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom, lill-operaturi ekonomiċi attivi fit-territorju tagħhom, lill-korpi VT u lill-korpi notifikati bil-post tan-negozju fit-territorju tagħhom u, fuq talba, lil korpi VT u korpi notifikati oħra ukoll, dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni korretta tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament. Meta jagħmlu dan, huma għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-korpi VT u l-korpi notifikati b’post tan-negozju fl-Istat Membru rispettiv għandhom jirreġistraw lilhom infushom fis-sistema jew għas-servizz ta’ distribuzzjoni bl-email u jqisu l-informazzjoni kollha trażmessa permezz tagħhom. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirreġistraw lilhom infushom fis-sistema jew għas-servizz ta’ distribuzzjoni bl-email. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iġibu s-sistema jew is-servizz ta’ distribuzzjoni bl-email għall-attenzjoni tal-operaturi ekonomiċi.
7. Is-sistema ta’ informazzjoni nazzjonali jew is-servizz ta’ distribuzzjoni bl-email għandhom ikunu jistgħu jirċievu lmenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi korpi VT u korpi notifikati, dwar l-applikazzjoni irregolari tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament. Jekk jitqies xieraq, il-punt uniku ta’ kollegament għandu jibgħat tali lmenti lill-pari tiegħu fi Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 72
Punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lill-operaturi ekonomiċi permezz ta’ punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jżommu mill-inqas punt ta’ kuntatt wieħed għall-prodotti għall-bini fit-territorju tagħhom u għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt tagħhom għall-prodotti għall-bini jkollhom setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini jipprovdu s-servizzi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724 u li huma jikkoordinaw mal-punti ta’ kuntatt tal-prodott għar-rikonoxximent reċiproku stabbiliti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).
2. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom jipprovdu, fuq talba ta’ operatur ekonomiku jew ta’ awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, kwalunkwe informazzjoni utli relatata mal-prodott, bħal:
|
(a) |
kopji elettroniċi tar-regoli tekniċi nazzjonali u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-prodotti fit-territorju li fih huma stabbiliti l-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini, jew l-aċċess online għalihom; |
|
(b) |
informazzjoni dwar jekk dawk il-prodotti humiex soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) |
ir-regoli applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni tal-prodotti. |
Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-prodott ta’ dan ir-Regolament u tal-atti adottati f’konformità miegħu.
3. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom jipprovdu informazzjoni mingħajr ħlas fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu kwalunkwe talba skont il-paragrafu 2.
4. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod li jevita l-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri għall-kisba tal-markatura CE.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 japplikaw ukoll għal prodotti li għadhom ma ġewx koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-prodotti għall-bini.
Artikolu 73
Taħriġ u skambju tal-persunal
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini, l-awtoritajiet tal-ħatra, il-korpi VT, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi notifikati għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom:
|
(a) |
iżomm ruħu aġġornat fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu u jirċievi taħriġ addizzjonali perjodiku għal dak l-għan; u |
|
(b) |
jirċievi taħriġ perjodiku dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni armonizzati tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skont dan ir-Regolament. |
2. Il-Kummissjoni għandha, perjodikament u mill-inqas darba f’sena, torganizza avvenimenti ta’ taħriġ b’mod konġunt għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini, tal-awtoritajiet tal-ħatra, tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-korpi notifikati. Il-Kummissjoni għandha torganizza dawn l-avvenimenti ta’ taħriġ b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
L-avvenimenti ta’ taħriġ għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-persunal tal-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020, tal-uffiċċji uniċi ta’ kollegament maħtura skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 u, meta xieraq, ta’ awtoritajiet oħra tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni jew fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni tista’ torganizza, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, programmi għall-iskambju ta’ persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi notifikati ta’ żewġ Stati Membri jew aktar.
Artikolu 74
Rwoli kondiviżi u teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet
1. Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, il-ħatra u s-superviżjoni tal-korpi VT, tal-korpi notifikati u tal-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini, l-Istati Membri jistgħu jaħtru:
|
(a) |
korp jew awtorità stabbiliti b’kooperazzjoni ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ Stati Membri oħra għall-fini ta’ ħatra konġunta; |
|
(b) |
korp jew awtorità diġà maħtura minn Stat Membru ieħor għall-istess fini, b’kooperazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw b’mod konġunt li l-korpi jew l-awtoritajiet kondiviżi jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha. Huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt għalihom, filwaqt li d-deċiżjonijiet meħuda fil-konfront ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’ċertu Stat Membru għandhom ikunu legalment attribwibbli għal dak l-Istat Membru biss.
2. L-awtoritajiet ta’ Stati Membri differenti jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi individwali tagħhom skont dan ir-Regolament jew atti leġiżlattivi oħrajn, jikkondividu r-riżorsi u r-responsabbiltajiet sabiex jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata jew l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament.
Għal dak l-għan, huma jistgħu wkoll:
|
(a) |
jieħdu deċiżjonijiet konġunti, speċjalment b’rabta ma’ attivitajiet transfruntieri konġunti jew b’rabta ma’ operaturi ekonomiċi attivi fit-territorju tal-Istati Membri rilevanti; |
|
(b) |
jistabbilixxu proġetti komuni, bħal proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq jew ta’ ttestjar; |
|
(c) |
jiġbru flimkien ir-riżorsi għal finijiet speċifiċi, bħall-bini tal-kapaċità tal-ittestjar jew għas-sorveljanza fuq l-Internet; |
|
(d) |
jiddelegaw l-eżekuzzjoni tal-kompiti lil awtorità bejn il-pari ta’ Stat Membru ieħor, filwaqt li jibqgħu formalment responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda minn dik l-awtorità; |
|
(e) |
jittrasferixxu kompitu minn Stat Membru għall-ieħor, sakemm tali trasferiment jiġi kkomunikat b’mod ċar lil dawk kollha kkonċernati. |
L-Istati Membri rilevanti għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu.
KAPITOLU X
PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI
Artikolu 75
Sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
2. Is-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini għandha:
|
(a) |
tkun kompatibbli u interoperabbli mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1781 u bbażata fuqu, mingħajr ma tiġi kompromessa l-interoperabbiltà mal-Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini (BIM), u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-prodotti għall-bini; |
|
(b) |
ikollha l-funzjonalitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 76; |
|
(c) |
tiddetermina l-atturi, inklużi l-operaturi ekonomiċi, il-klijenti, il-persuni responsabbli mid-deinstallazzjoni, l-utenti u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti u għal liema informazzjoni jeħtieġ li jkollhom aċċess, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali sensittiva, u li tiġi żgurata s-sikurezza tax-xogħlijiet ta’ bini; |
|
(d) |
tiddetermina l-atturi, inklużi l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi, id-distributuri u l-fornituri ta’ servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti, li jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw l-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti, inkluż meta jkun meħtieġ il-ħolqien ta’ passaport diġitali tal-prodotti ġdid, u liema informazzjoni jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw; |
|
(e) |
tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-aġġornament tal-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti ta’ prodott eżistenti; |
|
(f) |
tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura d-disponibbiltà tal-passaporti diġitali tal-prodotti wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li ħoloq il-passaport diġitali tal-prodotti jew, jekk meħtieġ, wara l-iskadenza tal-obbligi tal-manifatturi li jiżguraw id-disponibbiltà tiegħu, inkluż l-istabbiliment ta’ sistema ta’ riżerva mill-fornituri ta’ servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti; |
|
(g) |
tistabbilixxi rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti, inkluż, jekk meħtieġ, skema ta’ ċertifikazzjoni biex jiġu vverifikati tali rekwiżiti, li għandhom ikunu bbażati fuq l-iżviluppi skont ir-Regolament (UE) 2024/1781 għall-istess fini, kemm jista’ jkun; |
|
(h) |
meta meħtieġ, tistabbilixxi regoli u proċeduri aktar dettaljati jew alternattivi relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-identifikaturi, mal-mezzi ta’ data, mal-kredenzjali diġitali u mar-reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti għal dawk stabbiliti mir-Regolament (UE) 2024/1781 għall-istess fini; |
|
(i) |
tiżgura li s-sistema tkun aċċessibbli għal perjodu ta’ 25 sena wara li l-aħħar prodott li jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott tiegħu jkun tqiegħed fis-suq u li l-operatur ekonomiku jagħmel il-passaport diġitali tal-prodotti disponibbli għal mill-inqas 10 snin, mingħajr ma, fil-każ ta’ perjodu itwal, joħloq kost u piż sproporzjonati għall-operaturi ekonomiċi; |
|
(j) |
tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-użu mill-ġdid u l-manifattura mill-ġdid tal-prodotti. |
Artikolu 76
Passaport diġitali tal-prodotti
1. L-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun akkurata, kompluta u aġġornata.
2. Passaport diġitali tal-prodotti għal prodott skont dan ir-Regolament għandu:
|
(a) |
jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
ikun konness ma’ mezz ta’ data wieħed jew aktar; |
|
(c) |
ikun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi permezz tal-mezz ta’ data muri, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (g); |
|
(d) |
jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott u għall-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tiegħu msemmi fl-Artikolu 22(5); |
|
(e) |
ikun aċċessibbli mingħajr ħlas għall-operaturi ekonomiċi, il-klijenti, l-utenti u l-awtoritajiet kollha permezz tal-mezz ta’ data; |
|
(f) |
jagħti livelli differenti ta’ aċċess għas-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini; |
|
(g) |
jippermetti lill-atturi speċifikati fis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini jintroduċu jew jaġġornaw l-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti; |
|
(h) |
ikun aċċessibbli għal perjodu stabbilit wara li l-aħħar prodott li jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott tiegħu jkun tqiegħed fis-suq. |
3. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur jistgħu jaċċessaw u jifhmu faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott li tkun rilevanti għalihom; |
|
(b) |
jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; u |
|
(c) |
itejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti tul il-katina tal-valur. |
4. Il-prodotti li fir-rigward tagħhom tiġi applikata l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 14 huma eżentati wkoll mill-obbligu li jipprovdu passaport diġitali tal-prodotti.
Artikolu 77
Rekwiżiti ġenerali għall-passaport diġitali tal-prodotti
1. Passaport diġitali tal-prodotti għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data wieħed jew aktar ma’ kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku persistenti tat-tip ta’ prodott; |
|
(b) |
il-mezz ta’ data għandu jkun imwaħħal f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (g); |
|
(c) |
il-mezz ta’ data għandu jikkonforma mal-Artikolu 79(1); |
|
(d) |
l-informazzjoni kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli u għandha, kif xieraq, tkun tista’ tinqara minn magna, tkun strutturata u tista’ titfittex, u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data miftuħa u interoperabbli, mingħajr intrappolament tal-klijentela, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 78; id-dokumenti pprovduti flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità msemmija fl-Artikolu 76(2)(a)(i) u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 76(2)(a)(iii) għandhom ikunu eżentati minn dan l-obbligu meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi; |
|
(e) |
id-data personali relatata mal-utent finali tal-prodott ma għandhiex tinħażen fil-passaport diġitali tal-prodotti mingħajr il-kunsens espliċitu tal-utent finali f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30); |
|
(f) |
l-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tinkludi referenza għat-tip ta’ prodott imsemmi fl-Artikolu 76(2), il-punt (d); |
|
(g) |
l-aċċess għall-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti diġitali għandu jkun regolat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 78 u d-drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għandhom jiġu identifikati f’konformità mal-livelli ta’ aċċess tas-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini; |
|
(h) |
id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità msemmija fl-Artikolu 76(2), il-punt (a)(i), għandha ssegwi l-linji gwida maħruġa f’konformità mal-Artikolu 16(3). |
2. Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tkun teħtieġ jew tippermetti l-inklużjoni ta’ informazzjoni speċifika fil-passaport diġitali tal-prodotti, dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1).
3. Il-manifattur li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu jipprovdi lill-atturi li jagħmlu disponibbli l-prodotti fis-suq online jew b’mezz ieħor ta’ bejgħ mill-bogħod b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data jew l-identifikatur tal-prodott biex jippermettilhom jagħmluha aċċessibbli għall-klijenti meta dawn ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott. L-operatur ekonomiku għandu jipprovdi dik il-kopja diġitali jew il-ħolqa għall-paġna web mingħajr ħlas u fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba.
Artikolu 78
Disinn tekniku u operat tal-passaport diġitali tal-prodotti
Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom ikunu kompletament interoperabbli ma’ passaporti diġitali oħra tal-prodotti fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data; |
|
(b) |
riċevitur tal-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkollu aċċess faċli u mingħajr ħlas għalih abbażi tad-dritt ta’ aċċess rispettiv tar-riċevitur fis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini; |
|
(c) |
id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tinħażen kif speċifikat fis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini msemmija fl-Artikolu 75; |
|
(d) |
jekk id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti tinħażen jew tiġi pproċessata b’mod ieħor minn operaturi jew fornituri ta’ servizzi tal-passaporti diġitali tal-prodotti awtorizzati, huma ma għandhomx ikunu jistgħu jbigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, dment li dan ma jkunx maqbul speċifikament mal-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq; |
|
(e) |
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 76(2), il-punt (h), inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li ħoloq il-passaport diġitali tal-prodotti, u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punt (f), fir-rigward tal-obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ riżerva; |
|
(f) |
id-dritt għall-aċċess u għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tal-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun ristretti għad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fis-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini; |
|
(g) |
għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informazzjoni li tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
|
(h) |
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data; |
|
(i) |
il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom jitfasslu u jkunu operati b’tali mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevita l-frodi. |
Artikolu 79
Identifikaturi uniċi u reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti
1. L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandu japplika għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ identifikaturi uniċi u ta’ mezzi ta’ data sakemm l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament ma jistabbilix regoli aktar dettaljati jew alternattivi relatati ma’ dawk l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data, kif imsemmi fl-Artikolu 75(2)(h) ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandu japplika għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti sakemm l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament ma jistabbilix regoli aktar dettaljati jew alternattivi relatati ma’ dak ir-reġistru, kif imsemmi fl-Artikolu 75(2)(h) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandu japplika għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-portal web għall-informazzjoni fil-passaport diġitali tal-prodotti.
Artikolu 80
Użu obbligatorju u adattament tekniku
1. Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1), is-sistema għandha tkun kompletament operattiva u għandha tkun qed tissodisfa l-objettivi intiżi tagħha, inklużi l-funzjonalitajiet previsti fl-Artikolu 76. L-obbligi stabbiliti skont l-Artikolu 22(7) għandhom japplikaw 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 75(1). Is-sistema tista’ tintuża mill-manifatturi b’mod volontarju fil-perjodu interim.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda dan ir-Regolament sabiex:
|
(a) |
tispeċifika, iżżid u tneħħi l-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 75(2) sabiex tadattahom għall-progress tekniku jew sabiex tadattahom għall-prinċipju ta’ darba biss b’rabta mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni; |
|
(b) |
tirrevedi l-Artikoli 77(1) u 78 ta’ dan ir-Regolament biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà mar-Regolament (UE) 2024/1781. |
KAPITOLU XI
KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 81
Kooperazzjoni internazzjonali
1. Għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent, il-Kummissjoni tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali kooperazzjoni tista’ tinkludi:
|
(a) |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ infurzar u miżuri relatati mas-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent, inkluża s-sorveljanza tas-suq; |
|
(b) |
l-iskambju ta’ data tal-operaturi ekonomiċi; |
|
(c) |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-metodi ta’ valutazzjoni u l-ittestjar tal-prodotti; |
|
(d) |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sejħiet lura ta’ prodotti mis-suq, it-talbiet għal azzjonijiet korrettivi u azzjonijiet simili oħrajn; |
|
(e) |
kooperazzjoni fi kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, bl-għan li jittejbu s-sikurezza tal-prodotti jew il-ħarsien tal-ambjent u tal-konsumaturi; |
|
(f) |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet emerġenti ta’ rilevanza sinifikanti għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza; |
|
(g) |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet relatati mal-istandardizzazzjoni; |
|
(h) |
l-iskambju ta’ uffiċjali. |
L-iskambju ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu għandu jirrispetta r-regoli tal-kunfidenzjalità u jkun konformi mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.
2. L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jieħu l-forma ta’:
|
(a) |
skambju mhux sistematiku, f’każijiet debitament ġustifikati u speċifiċi; jew |
|
(b) |
skambju sistematiku, abbażi ta’ arranġament amministrattiv li jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-modalitajiet għall-iskambju. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li twettaq skont l-ewwel subparagrafu.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jagħtu lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi magħżulin li b’mod volontarju japplikaw dan ir-Regolament, jew li għandhom sistemi regolatorji għall-prodotti għall-bini simili għal dan ir-Regolament, aċċess għal wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin jew id-dritt li jipparteċipaw bi sħiħ fih(om):
|
(a) |
is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 71(1); |
|
(b) |
is-sistema tal-passaport diġitali tal-prodotti għall-bini stabbilita f’konformità mal-Artikolu 75; |
|
(c) |
l-avvenimenti ta’ taħriġ organizzati f’konformità mal-Artikolu 73(2). |
L-aċċess għas-sistemi u għall-avvenimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jingħata bil-kundizzjoni li l-pajjiż terz ikkonċernat jimpenja ruħu li jieħu azzjoni kontra l-operaturi ekonomiċi li jiksru dan ir-Regolament mit-territorju tagħhom, u li jiżguraw il-kunfidenzjalità.
Il-parteċipazzjoni sħiħa fis-sistemi msemmija fl-Artikoli 71 u 75 tista’ tingħata biss meta l-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi jippreveduha. Tali parteċipazzjoni tista’ tiġi offruta lill-pajjiżi terzi dment li l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terzi tkun allinjata ma’ dan ir-Regolament u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-pajjiżi terzi jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi notifikati jew il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Tali parteċipazzjoni għandha tkun soġġetta għall-issodisfar tal-istess obbligi bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri skont dan ir-Regolament, inklużi obbligi ta’ notifika u ta’ segwitu.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 90(2).
4. Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu, sa fejn ikun jinvolvi data personali, għandu jitwettaq f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Jekk il-Kummissjoni ma tkun adottat l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati, l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jeskludi data personali. Jekk tkun ġiet adottata deċiżjoni ta’ adegwatezza għall-pajjiż terz jew għall-organizzazzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali jista’ jkun fih data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza iżda biss sal-punt li tali skambju jkun meħtieġ għall-iskop uniku tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent.
KAPITOLU XII
INĊENTIVI U AKKWIST PUBBLIKU
Artikolu 82
Inċentivi tal-Istati Membri għall-prodotti għall-bini
Meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal kategorija ta’ prodott li għaliha l-prestazzjoni hija espressa bħala klassi ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) jew bħala klassi inkluża fit-tikkettar tas-sostenibbiltà ambjentali msemmija fl-Artikolu 22(9), dawk l-inċentivi għandhom jiġu mmirati lejn l-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni.
Meta klassijiet ta’ prestazzjoni huma ddefiniti b’rabta ma’ aktar minn parametru ta’ sostenibbiltà wieħed, għandu jiġi indikat b’rabta ma’ liema parametru jenħtieġ li jiġi implimentat dan l-Artikolu.
Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
in-numru ta’ prodotti f’kull klassi ta’ prestazzjoni; u |
|
(b) |
il-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċessibilità economica tal-prodotti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti, bil-għan li jiġu evitati impatti negattivi sinifikanti fuq il-konsumaturi. |
Artikolu 83
Akkwist pubbliku ekoloġiku
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika rekwiżiti obbligatorji minimi relatati mas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti għall-bini.
2. Għall-proċeduri ta’ akkwist li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE (32) jew 2014/25/UE (33) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fihom il-kuntratti jirrikjedu prestazzjoni minima ta’ sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti għall-bini fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom koperti minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti obbligatorji relatati mas-sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1.
Dan ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti milli jistabbilixxu:
|
(a) |
rekwiżiti ta’ sostenibbiltà ambjentali aktar ambizzjużi relatati mal-karatteristiċi essenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu; jew |
|
(b) |
rekwiżiti ta’ sostenibbiltà ambjentali addizzjonali relatati ma’ karatteristiċi essenzjali oħrajn differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu. |
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu assistenza teknika u konsulenza lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti inkarigati mill-akkwist pubbliku dwar kif jikkonformaw mar-rekwiżiti obbligatorji minimi relatati mas-sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1.
4. Ir-rekwiżiti obbligatorji minimi relatati mas-sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti jew mill-entitajiet kontraenti jistgħu, skont kif ikun xieraq għall-familja tal-prodotti jew għall-kategorija tal- prodotti kkonċernata, jieħdu l-forma ta’:
|
(a) |
“speċifikazzjonijiet tekniċi” fis-sens tal-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE; |
|
(b) |
“kriterji ta’ għażla” fis-sens tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE; |
|
(c) |
“kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt” fis-sens tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 87 tad-Direttiva 2014/25/UE; |
|
(d) |
“kriterji għall-għoti tal-kuntratt” fis-sens tal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE. |
5. Meta tistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji minimi relatati mas-sostenibbiltà ambjentali skont il-paragrafu 1 għall-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-paragrafi 13 u 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, tagħmel valutazzjoni tal-impatt u tqis tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-valur u l-volum tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għal-familja tal-prodotti jew il-kategorija tal-prodotti kkonċernati; |
|
(b) |
il-benefiċċji ambjentali li jirriżultaw mill-użu ta’ prodotti fl-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni; |
|
(c) |
il-ħtieġa li tiġi żgurata domanda suffiċjenti għal prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali; |
|
(d) |
il-fattibbiltà ekonomika, għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti, li jixtru prodotti aktar sostenibbli mil-lat ambjentali, mingħajr ma jinvolvu kostijiet sproporzjonati, u d-disponibbiltà ta’ dawk il-prodotti fis-suq; |
|
(e) |
is-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni tal-familja tal-prodotti jew tal-kategorija tal-prodott rilevanti; |
|
(f) |
l-effetti tar-rekwiżiti fuq il-kompetizzjoni; |
|
(g) |
l-impatt fuq l-SMEs, u l-ħtiġijiet tagħhom; |
|
(h) |
il-ħtiġijiet regolatorji tal-Istati Membri u l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti. |
L-ewwel valutazzjoni tal-impatt għandha tiġi varata mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
6. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta, wara konsultazzjoni preliminari tas-suq bi qbil mal-Artikolu 40 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/25/UE, ikun instab li:
|
(a) |
il-prodott għall-bini meħtieġ jista’ jiġi fornut biss minn operatur ekonomiku speċifiku, u ma teżisti l-ebda alternattiva jew sostitut raġonevoli; |
|
(b) |
l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba xierqa għall-parteċipazzjoni ma tkun ġiet sottomessa bi tweġiba għal proċedura ta’ akkwist pubbliku preċedenti; jew |
|
(c) |
l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew l-inkorporazzjoni tal-prodott għall-bini meħtieġ f’xogħlijiet ta’ bini tobbliga lil dik l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ġġarrab kostijiet sproporzjonati, jew tirriżulta f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi. |
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jippreżumu li differenzi stmati fil-valur tal-kuntratt ta’ aktar minn 10 %, abbażi ta’ data oġġettiva u trasparenti, huma sproporzjonati.
Meta l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jużaw id-deroga f’dan il-paragrafu, il-proċedura tal-akkwist ma tistax titqies bħala ambjentalment sostenibbli fir-rigward tal-prodotti għall-bini li għalihom ġew applikati l-eċċezzjonijiet.
Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-użu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24/UE.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu esklużi offerti anormalment baxxi skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/25/UE.
7. L-Ekotikketta tal-UE u skemi nazzjonali jew reġjonali oħra ta’ ekotikkettar EN ISO 14024 tat-tip I rikonoxxuti uffiċjalment f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti minimi tas-sostenibbiltà ambjentali meta tali tikketta tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU XIII
STATUS REGOLATORJU TAL-PRODOTTI
Artikolu 84
Status regolatorju tal-prodotti
Fuq talba debitament sostanzjata ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tiddetermina jekk oġġett speċifiku, jew kategorija ta’ oġġetti, humiex prodott fis-sens ta’ dan ir-Regolament.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
KAPITOLU XIV
PROĊEDURI TA’ EMERĠENZA
Artikolu 85
Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza
1. L-Artikoli 86 sa 88 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward ta’ prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament.
2. L-Artikoli 86 sa 88 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-prodotti għall-bini, li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.
3. Dan il-Kapitolu, ħlief fir-rigward tas-setgħa tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 87(7) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq f’konformità mal-Artikoli 86 u 87. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Artikolu 86
Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni u verifika tal-prodotti għall-bini rilevanti għall-kriżi
1. Dan l-Artikolu japplika għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 85(1) li huma soġġetti għal kompiti ta’ parti terza tal-korpi notifikati relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika ta’ prodotti għall-bini, f’konformità mal-Artikolu 10(1).
2. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jipproċessaw bħala kwistjoni prijoritarja talbiet għal kompiti ta’ parti terza relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika tal-prodotti għall-bini msemmija fil-paragrafu 1„ irrispettivament minn jekk dawk it-talbiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 85.
3. Il-prijoritizzazzjoni tat-talbiet għall-kompiti ta’ parti terza relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika tal-prodotti għall-bini skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tiriżulta f’ kostijiet sproporzjonati addizzjonali għall-manifatturi, li jkunu ppreżentaw dawk it-talbiet.
4. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom ta’ valutazzjoni u ta’ verifika rigward il-prodotti għall-bini msemmija fil-paragrafu 1 li ikunu ġew innotifikati għalihom.
Artikolu 87
Valutazzjoni u dikjarazzjoni tal-prestazzjoni abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni
1. Meta l-prodotti għall-bini jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni biex ikopru l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali fil--każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn ma jkun hemm l-ebda standard armonizzat tal-prestazzjoni u l-ebda att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 6(1) li jkopri l-metodi u l-kriterji rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom u l-ebda standard jew att bħal dan ma jkun mistenni li jiġi adottat fi żmien raġonevoli; jew |
|
(b) |
fejn tfixkil serju għall-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu minn standards armonizzati tal-prestazzjoni jew atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament li jipprevedu l-metodi u l-kriterji rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. |
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet tal-għoti ta’ valutazzjoni u dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak il-għan, ir-referenzi tal-istandards Ewropej, jew ir-referenzi ta’ standards internazzjonali jew nazzjonali applikabbli rilevanti jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew, jew l-ebda standard internazzjonali jew nazzjonali applikabbli rilevanti, permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni.
3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
4. Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tkun qed tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Acquis tas-CPR u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 15, il-metodi u l-kriterji previsti fl-istandards jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni u għad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-deattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern ma għandux jibqa’ possibbli li jsiru dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità bbażata fuq l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. B’deroga mill-Artikolu 85(3) ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-prodotti għall-bini koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew jonqsu milli jiksbu l-prestazzjoni ddikjarata, id-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni u tal-konformità tal-prodotti għall-bini li jkunu tqiegħdu fis-suq f’konformità ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom jibqgħu validi wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.
7. Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux korretti f’termini tal-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, meta jkun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka jew jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
Artikolu 88
Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet
1. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 85(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
2. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul il-modalità ta’ emerġenza fis-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-prodotti għall-bini elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 85(1).
KAPITOLU XV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 89
Atti delegati
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(5), (6) u (10), fl-Artikolu 7(1) u (8), fl-Artikolu 9(3) u (4), fl-Artikolu 10(2) u (4), fl-Artikolu 12, fl-Artikolu 15(5), fl-Artikolu 22(8) u (9), fl-Artikolu 32(5), fl-Artikolu 75(1), fl-Artikolu 80(2) u fl-Artikolu 83(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-7 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(5), (6) u (10), fl-Artikolu 7(1) u (8), fl-Artikolu 9(3) u (4), fl-Artikolu 10(2) u (4), fl-Artikolu 12, fl-Artikolu 15(5), fl-Artikolu 22(8) u (9), fl-Artikolu 32(5), fl-Artikolu 75(1), fl-Artikolu 80(2) u fl-Artikolu 83(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(5), (6) jew (10), l-Artikolu 7(1) jew (8), l-Artikolu 9(3) jew (4), l-Artikolu 10(2) jew (4), l-Artikolu 12, l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 22(8) jew (9), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 75(1), l-Artikolu 80(2) jew l-Artikolu 83(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 90
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prodotti għall-Bini. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 91
Applikazzjonijiet, deċiżjonijiet, dokumentazzjoni u informazzjoni elettroniċi
1. L-applikazzjonijiet kollha minn jew lil korpi notifikati jew korpi VT u d-deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-korpi magħmula f’konformità ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu pprovduti fuq karta jew f’format elettroniku użat b’mod komuni, sakemm il-firma tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u l-persuna li tiffirma tkun ġiet fdata bil-kompitu li tirrappreżenta lill-korp jew lill-operatur ekonomiku, f’konformità mal-liġi tal-Istati Membri jew mal-liġi tal-Unjoni, rispettivament.
2. L-obbligi kollha ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament jistgħu, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, jiġu ssodisfati b’mezzi elettroniċi. Meta l-informazzjoni tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni għandha tinħareġ f’format elettroniku li jinqara b’mod komuni li jippermetti lir-riċevitur iniżżel u jistampa dik l-informazzjoni.
Meta l-obbligu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 22(7), l-operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw l-obbligi ta’ informazzjoni relatati mad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 76(2) billi jipprovdu l-passaport diġitali tal-prodotti.
Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità kif ukoll l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom jiġu pprovduti f’format stampat, mingħajr ħlas, jekk jintalbu mill-utent finali fil-ħin tax-xiri.
Artikolu 92
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sat-8 ta’ Diċembru 2026, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u minn hemm ’il quddiem għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 93
Evalwazzjoni
Mhux aktar tard mid-9 ta’ Jannar 2033 u tal-anqas kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u tax-xogħlijiet ta’ bini u l-ambjent mibni. Dik l-evalwazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tivvaluta l-korrelazzjoni ta’ dan ir-Regolament mar-Regolament (UE) 2024/1781 u l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi potenzjali u l-impatt tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi tal-manifatturi ta’ ċerti prodotti għall-bini u tat-teħid lura tas-sjieda ta’ prodotti żejda u mhux mibjugħa fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effett tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq l-istat tas-suq għal kategoriji differenti ta’ prodotti użati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-penali applikati mill-Istati Membri humiex effettivi u jekk joħolqux frammentazzjoni fis-suq intern. Il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tissuġġerixxi kif jiġu armonizzati dawk il-penali.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Meta xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 94
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Jannar 2026, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, l-Artikoli 4 sa 9, l-Artikoli 11 sa 18, l-Artikoli 27 u 28, l-Artikoli 36 sa 40, l-Artikoli 47 sa 49, l-Artikoli 52 u 53, l-Artikolu 55, l-Artikoli 60 sa 64 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u V tiegħu li huma mħassra b’effett mit-8 ta’ Jannar 2040.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 95
Derogi u dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti għall-bini maħtura skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom jitqiesu li huma maħtura skont dan ir-Regolament ukoll.
2. Il-korpi VT u l-korpi notifikati li huma maħtura jew notifikati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom jitqiesu li huma maħtura jew notifikati skont dan ir-Regolament ukoll. Madankollu, għandhom jiġu vvalutati u maħtura mill-ġdid mill-Istati Membri tal-ħatra f’konformità maċ-ċiklu ta’ valutazzjoni mill-ġdid perjodika tagħhom u mhux aktar tard mit-8 ta’ Jannar 2030. Għandha tapplika l-proċedura ta’ oġġezzjoni stabbilita fl-Artikolu 51(5) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li jkunu fis-seħħ mit-8 ta’ Jannar 2026 għandhom jibqgħu validi skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 sakemm jiġu rtirati mill-Kummissjoni jew inkella jitħassru.
4. Id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 sat-8 ta’ Jannar 2026, għandhom jibqgħu validi sad-9 ta’ Jannar 2031, sakemm ma jkunux skadew għal raġunijiet oħra. Il-prodotti ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq abbażi ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa f’konformità ma’ dawn id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni wara d-9 ta’ Jannar 2036.
5. Meta speċifikazzjoni teknika armonizzata adottata f’konformità mal-Artikolu 5(8) jew l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament tkopri l-istess prodott u l-istess użu intiż bħal dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, li r-referenza tiegħu tkun inkluża fil-lista ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ma għandux jibqa’ jintuża għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-prodotti ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq abbażi ta’ valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa f’konformità ma’ dan id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
6. Il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa skont id-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni li r-referenzi tagħhom mhumiex inklużi fil-lista ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 sat-8 ta’ Jannar 2026 għandhom jiġu ttrattati bħala talbiet għal valutazzjonijiet tekniċi Ewropej skont dan ir-Regolament. It-trasferiment amministrattiv għandu jsir mingħajr ebda kost għall-manifattur.
7. Iċ-ċertifikati, ir-rapporti tat-testijiet u l-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jistgħu jintużaw bħala l-bażi teknika biex tintwera l-konformità ta’ prodott ma’ dan ir-Regolament f’każijiet fejn it-tip ta’ prodott jikkorrispondi għal tip ta’ prodott skont dan ir-Regolament u r-rekwiżiti u l-metodi ta’ valutazzjoni jkunu validi fid-dawl tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli jew id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Ir-rikonoxximent ta’ tali dokumenti għandu jkun possibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament, applikat mutatis mutandis..
8. L-Artikolu 2, l-Artikoli 4 sa 9, l-Artikoli 11 sa 18, l-Artikoli 27 u 28, l-Artikoli 36 sa 40, l-Artikoli 47 sa 49, l-Artikoli 52 u 53, l-Artikolu 55 u l-Artikoli 60 sa 64 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom japplikaw biss għall-prodotti koperti mill-istandards imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew għall-prodotti koperti mid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament, l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u li ma ġewx irtirati għandhom jiġu ttrattati bħala standards armonizzati tal-prestazzjoni.
9. Ir-rekwiżiti u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III għandhom ikunu applikabbli biss għal ċerta familja ta’ prodott jew kategorija ta’ prodott fi ħdan tali familja minn sena wara d-data tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(8) li jagħmel standard armonizzat obbligatorju jew att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1), li jkopri dik il-familja ta’ prodotti jew il-kategorija ta’ prodotti, sakemm ma tkunx ġiet speċifikata data tal-applikazzjoni aktar tard fl-att ta’ implimentazzjoni. Madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħżlu li japplikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati mid-dħul fis-seħħ tagħhom billi jgħaddu mill-proċedura li twassal għal dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità.
10. Fi żmien sena wara d-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-obbligi fir-rigward ta’ ċerta familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti kif stabbilit fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirtira minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi tal-istandards armonizzati u d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni jew partijiet minnhom ippubblikati hemmhekk f’konformità mal-Artikoli 17(5) u 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 meta jkopru l-istess familja ta’ prodotti jew kategorija ta’ prodotti rispettiva.
Artikolu 96
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mt-8 ta’ Jannar 2026, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 1, sa 4, l-Artikolu 5(1) sa (7), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 63, l-Artikolu 89 u l-Artikolu 90 u l-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X, li għandhom japplikaw mis-7 ta’ Jannar 2025, u l-Artikolu 92, li għandu japplika mit-8 ta’ Jannar 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C 75, 28.2.2023, p. 159.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(4) ĠU C 474, 24.11.2021, p. 41.
(5) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(6) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
(7) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(8) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(10) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12).
(12) Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).
(13) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(15) Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1).
(17) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(18) Ir-Regolament (UE) 2024/2748 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 u (UE) 2023/1230 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, il-preżunzjoni tal-konformità, l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u s-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza tas-suq intern (ĠU L, 2024/2748, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2748/oj).
(19) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(21) Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).
(22) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(24) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri dwar l-emerġenza u r-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).
(25) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(26) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(27) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).
(30) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(31) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(32) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(33) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
ANNESS I
Rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ bini
Il-lista li ġejja ta’ rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ bini għandha tittieħed bħala l-bażi għall-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti u għat-tħejjija ta’ talbiet għall-istandardizzazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni.
Dawk ir-rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ bini ma jikkostitwux obbligi li għandhom l-operaturi ekonomiċi jew l-Istati Membri.
Il-ħajja intiża relatata mar-rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ bini għandha tqis l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima.
1. L-integrità strutturali tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u l-partijiet rilevanti tagħhom, għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li t-tagħbijiet rilevanti kollha u kwalunkwe kombinament tagħhom jiġu sostnuti u trażmessi fl-art b’mod sikur u mingħajr ma jikkawżaw deflessjonijiet jew deformazzjonijiet ta’ xi parti mix-xogħlijiet ta’ bini, jew moviment tal-art b’tali mod li titnaqqas id-durabbiltà, ir-reżistenza strutturali, is-servizzjar u r-robustezza tax-xogħlijiet ta’ bini.
L-istruttura u l-elementi strutturali tax-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, mibnija, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
ikunu durabbli għall-ħajja intiża tagħhom (rekwiżit tad-durabbiltà); |
|
(b) |
ikunu kapaċi jsostnu l-azzjonijiet u l-influwenzi kollha li x’aktarx iseħħu matul il-kostruzzjoni, l-użu u d-dekostruzzjoni jew it-twaqqigħ bi grad xieraq ta’ affidabbiltà u b’mod kosteffettiv (rekwiżit ta’ reżistenza strutturali) u ma għandhomx:
|
|
(c) |
jibqgħu fi ħdan ir-rekwiżiti tas-servizz speċifikati tagħhom matul il-ħajja intiża tagħhom bi gradi xierqa ta’ affidabbiltà u b’mod ekonomiku (rekwiżit ta’ servizzjar); |
|
(d) |
iżommu l-integrità tagħhom b’mod xieraq f’każ ta’ avvenimenti avversi, inklużi terremoti, splużjonijiet, nirien, impatt jew konsegwenzi ta’ żbalji umani, sa punt sproporzjonat għall-kawża oriġinali (rekwiżit ta’ robustezza). |
2. Is-sikurezza kontra n-nirien tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u l-partijiet rilevanti tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li każ ta’ nirien jiġi evitat b’mod xieraq, inkluż permezz tal-użu adegwat ta’ detectors u alarms. In-nirien u d-duħħan għandhom jitrażżnu u jiġu kkontrollati, u l-okkupanti tax-xogħlijiet ta’ bini għandhom jiġu protetti min-nirien u d-duħħan. Għandhom ikunu saru arranġamenti xierqa biex jiġu żgurati l-ħrib u l-evakwazzjoni b’mod sikur mix-xogħlijiet ta’ bini għall-okkupanti kollha tagħhom.
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati u miżmuma b’tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fil-każ ta’ nirien:
|
(a) |
il-kapaċità ta’ kemm jistgħu jġorru piż ix-xogħlijiet ta’ bini għal perjodu ta’ żmien speċifiku biex l-okkupanti jkollhom il-ħin joħorġu mill-bini; |
|
(b) |
l-aċċess għas-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ emerġenza huwa żgurat u hemm mezzi xierqa biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tagħhom; |
|
(c) |
il-ġenerazzjoni u t-tixrid tan-nirien u tad-duħħan huma kkontrollati u limitati; |
|
(d) |
it-tixrid tan-nirien u tad-duħħan għax-xogħlijiet ta’ bini kontigwi jiġi limitat; |
|
(e) |
titqies is-sikurezza tas-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ emerġenza. |
3. Il-protezzjoni mill-impatti avversi tal-iġjene u tas-saħħa relatati max-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, ma jaffettwawx avversament l-iġjene jew is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni, l-okkupanti, il-viżitaturi jew il-ġirien b’riżultat ta’ kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi, komposti organiċi volatili (VOC), gassijiet serra jew partiċelli perikolużi, inklużi mikroplastiks, fl-arja ta’ ġewwa jew ta’ barra; |
|
(b) |
l-emissjoni ta’ radjazzjoni perikoluża fl-ambjent ta’ ġewwa; |
|
(c) |
ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma tajjeb għax-xorb jew sustanzi li għandhom impatt negattiv fuq l-ilma tajjeb għax-xorb; |
|
(d) |
il-mogħdija tal-umdità lejn il-parti ta’ ġewwa tal-bini; |
|
(e) |
in-nixxija ta’ ilma mormi minħabba fi ħsara, l-emissjoni ta’ gassijiet mit-tromba ta’ ċumnija jew ir-rimi ħażin ta’ skart solidu jew likwidu fl-ambjent ta’ ġewwa. |
4. Is-sikurezza u l-aċċessibbiltà tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, ma jippreżentawx riskji inaċċettabbli ta’ aċċidenti jew ħsara fis-servizz jew waqt it-tħaddim, inkluż żliq, twaqqigħ, kolliżjoni, ħruq, xokk elettriku u korriment minn partijiet li jaqgħu jew li jibbrejkjaw ikkawżat minn fatturi esterni bħal kundizzjonijiet estremi tat-temp jew splużjonijiet.
B’mod partikolari, ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b’kont meħud tal-aċċessibbiltà u l-użu għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà jew orjentazzjoni limitati.
5. Ir-reżistenza għall-mogħdija tal-ħoss u l-proprjetajiet akustiċi tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li jipprovdu, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, protezzjoni raġonevoli kontra t-tagħbija tal-ħoss negattiva mill-arja jew minn materjali minn partijiet oħrajn tal-istess xogħol ta’ kostruzzjoni jew minn sorsi barra mill-istruttura tiegħu. Dik il-protezzjoni għandha tiżgura li dik it-tagħbija tal-ħoss:
|
(a) |
ma toħloqx riskji immedjati jew kroniċi għas-saħħa tal-bniedem; |
|
(b) |
tippermetti lill-okkupanti u lill-persuni fil-qrib jorqdu, jistrieħu u jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet normali tagħhom f’kundizzjonijiet sodisfaċenti. |
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati u miżmuma b’tali mod li jipprovdu assorbiment u riflessjoni suffiċjenti tal-ħoss fejn dawn il-proprjetajiet akustiċi jkunu meħtieġa.
6. L-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni termali tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini, inklużi l-proċessi awtomatizzati fihom, u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ, tad-dawl u tal-ventilazzjoni tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma b’tali mod li l-ammont ta’ enerġija li jeħtieġu matul il-fażi tal-użu tagħhom ikun baxx, meta jitqiesu:
|
(a) |
il-mira għal bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u għal bini b’enerġija żero fl-Unjoni; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ barra; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa. |
7. L-emissjonijiet fl-ambjent ta’ barra tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u maħduda jew mwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, ma jkunux riskju għall-ambjent ta’ barra, bħala riżultat ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, mikroplastiks, jew radjazzjoni fl-arja, fl-ilma ta’ taħt l-art, fl-ilma baħar jew tal-wiċċ jew fil-ħamrija; |
|
(b) |
in-nixxija ta’ ilma mormi minħabba ħsara, l-emissjoni ta’ gassijiet mit-tromba ta’ ċumnija jew ir-rimi ħażin ta’ skart solidu jew likwidu fl-ambjent ta’ barra; |
|
(c) |
ħsara lill-bini, inkluża ħsara permezz tat-trasport ta’ kontaminanti li jinġarru mill-ilma lejn il-pedamenti tal-bini; |
|
(d) |
ir-rilaxx ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera. |
8. L-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tax-xogħlijiet ta’ bini
Ix-xogħlijiet ta’ bini u kwalunkwe parti minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, użati, miżmuma u dekostrutti jew imwaqqgħin b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-użu tar-riżorsi naturali jkun sostenibbli u jiżgura dan li ġej:
|
(a) |
il-massimizzazzjoni tal-użu effiċjenti fir-riżorsi ta’ materja prima u ta’ materja sekondarja ta’ sostenibbiltà ambjentali għolja; |
|
(b) |
il-minimizzazzjoni tal-ammont globali ta’ materja prima użata; |
|
(c) |
il-minimizzazzjoni tal-ammont globali ta’ enerġija inkorporata; |
|
(d) |
il-minimizzazzjoni tal-iskart iġġenerat; |
|
(e) |
il-minimizzazzjoni tal-użu ġenerali tal-ilma tajjeb għax-xorb u tal-ilma għal użu ieħor; |
|
(f) |
il-massimizzazzjoni tal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta’ bini, parzjalment jew kompletament, u tal-materjali tagħhom wara d-dekostruzzjoni jew it-twaqqigħ; |
|
(g) |
il-faċilità tad-dekostruzzjoni. |
ANNESS II
Karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u d-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni għandhom ikopru l-lista li ġejja ta’ karatteristiċi essenzjali ambjentali predeterminati relatati mal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott:
|
(a) |
l-effetti tat-tibdil fil-klima – total; |
|
(b) |
l-effetti tat-tibdil fil-klima – fjuwils fossili; |
|
(c) |
l-effetti tat-tibdil fil-klima – bijoġeniċi; |
|
(d) |
l-effetti tat-tibdil fil-klima – l-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art; |
|
(e) |
it-tnaqqis tal-ożonu; |
|
(f) |
il-potenzjal għall-aċidifikazzjoni; |
|
(g) |
l-ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu; |
|
(h) |
l-ewtrofikazzjoni tal-ilma baħar; |
|
(i) |
l-ewtrofikazzjoni terrestri; |
|
(j) |
l-ożonu fotokimiku; |
|
(k) |
it-tnaqqis abijotiku – minerali, metalli; |
|
(l) |
it-tnaqqis abijotiku – fjuwils fossili; |
|
(m) |
l-użu tal-ilma; |
|
(n) |
il-materja partikolata; |
|
(o) |
ir-radjazzjoni jonizzanti, is-saħħa tal-bniedem; |
|
(p) |
l-ekotossiċità, l-ilma ħelu; |
|
(q) |
it-tossiċità għall-bniedem, l-effetti karċinoġeniċi; |
|
(r) |
it-tossiċità għall-bniedem, l-effetti mhux karċinoġeniċi; |
|
(s) |
l-impatti relatati mal-użu tal-art. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom ikopru wkoll, sa fejn ikun possibbli, il-karatteristika essenzjali ambjentali predeterminati tal-kapaċità li l-karbonju jintrabat temporanjament ma’ assorbimenti oħrajn tal-karbonju.
ANNESS III
Rekwiżiti tal-prodotti
1. Rekwiżiti tal-prodotti li jiżguraw il-funzjonament u l-prestazzjoni xierqa
|
1.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati adottati f’konformità mal-Artikolu 7(1) jistgħu, kif xieraq għall-prodotti li jkopru, jispeċifikaw li l-prodotti għandhom jiġu ddisinjati, immanifatturati u ppakkjati b’tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, wieħed jew aktar mir-rekwiżiti funzjonali u tal-prestazzjoni li ġejjin jiġu indirizzati f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u sal-punt li ma jkunux koperti minn atti legali oħrajn tal-Unjoni:
|
|
1.2. |
L-istandards armonizzati volontarji għar-rekwiżiti tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 7(3) u l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità għandhom jistabbilixxu kif kwalunkwe rekwiżit f’konformità mal-punt 1.1 jista’ jiġi ssodisfat, minn, pereżempju, dawn li ġejjin:
|
|
1.3. |
Meta jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-funzjonalità u tal-prestazzjoni tal-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jiddifferenzjawhom abbażi tal-klassijiet tagħhom ta’ prestazzjoni. |
2. Rekwiżiti għas-sikurezza tal-prodotti
Is-sikurezza tikkonċerna l-professjonisti (il-ħaddiema) u l-persuni mhux professjonisti (il-konsumaturi, l-okkupanti), waqt li dawn ikunu qed jittrasportaw, jinstallaw, imantnu, jużaw jew iżarmaw il-prodott, kif ukoll waqt li jkunu qed jittrattaw il-prodott għall-fażi ta’ tmiem il-ħajja tiegħu jew l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tiegħu.
|
2.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti minn atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) jistgħu, kif xieraq għall-prodotti li jkopru, jispeċifikaw li l-prodotti għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, u ppakkjati b’tali mod li wieħed jew iktar mir-riskji inerenti għas-sikurezza tal-prodotti li ġejjin, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, jiġu indirizzati f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u sal-punt li ma jkunux koperti minn atti legali oħrajn tal-Unjoni:
|
|
2.2. |
L-istandards armonizzati volontarji u l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità għandhom jistabbilixxu kif kwalunkwe rekwiżit f’konformità mal-punt 2.1 jista’ jiġi ssodisfat, minn, pereżempju, dawn li ġejjin:
|
|
2.3. |
Meta jiġu speċifikati r-rekwiżiti għas-sikurezza tal-prodotti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jagħmlu distinzjoni bejniethom abbażi tal-klassijiet tagħhom ta’ prestazzjoni. |
3. Rekwiżiti ambjentali tal-prodotti
L-ambjent huwa relatat mal-estrazzjoni u mal-manifattura tal-materjali, mal-manifattura tal-prodott, mat-trasport tal-materjali u l-prodotti, mal-manutenzjoni tiegħu, mal-potenzjal tiegħu li jibqa’ kemm jista’ jkun fit-tul f’ekonomija ċirkolari u l-fażi ta’ tmiem il-ħajja tiegħu.
|
3.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti minn atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) jistgħu, kif xieraq għall-prodotti li jkopru, jispeċifikaw li l-prodotti għandhom ikunu ddisinjati, immanifatturati, u ppakkjati b’tali mod li wieħed jew iktar mill-aspetti inerenti ambjentali tal-prodott li ġejjin, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, jiġu indirizzati kull meta possibbli mingħajr telf tas-sikurezza jew impatt ambjentali negattiv, u sal-punt mhux kopert minn atti legali oħrajn tal-Unjoni:
|
|
3.2. |
L-istandards armonizzati volontarji u l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità għandhom jistabbilixxu kif kwalunkwe rekwiżit f’konformità mal-punt 3.1 jista’ jiġi ssodisfat minn, pereżempju, dawn li ġejjin:
|
|
3.3. |
Meta jiġu speċifikati r-rekwiżiti ambjentali tal-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jistgħu jagħmlu distinzjoni bejniethom abbażi tal-klassijiet tagħhom ta’ prestazzjoni. |
ANNESS IV
Informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza
1. Informazzjoni ġenerali dwar il-prodott
|
1.1. |
Identifikazzjoni tal-prodott: kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tat-tip ta’ prodott: |
|
1.2. |
Deskrizzjoni tal-prodott:
|
|
1.3. |
Dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
|
|
1.4. |
Meta jkunu differenti mill-punt 1.3, id-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat li jittratta:
|
|
1.5. |
Dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt tal-prodott għall-bini fl-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni. |
2. Istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza
|
2.1. |
Is-sikurezza matul it-trasport, l-installazzjoni, id-deinstallazzjoni, il-manutenzjoni, id-dekostruzzjoni u t-twaqqigħ:
|
|
2.2. |
Kompatibbiltà u integrazzjoni f’sistemi jew f’kittijiet:
|
|
2.3. |
Il-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni bil-għan li tinżamm il-prestazzjoni tal-prodott matul il-ħajja operattiva tiegħu:
|
|
2.4. |
Sikurezza waqt l-użu:
|
|
2.5. |
Taħriġ u rekwiżiti oħrajn li neċessarjament iridu jiġu ssodisfati għal użu sikur. |
|
2.6. |
Il-possibbiltajiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju li jmorru lil hinn mill-punti 2.1 sa 2.5. |
|
2.7. |
Rakkomandazzjonijiet dwar:
|
|
2.8. |
Meta applikabbli, informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott kif imkejla f’termini tal-effetti tiegħu fuq it-tibdil fil-klima – total, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Anness II, u tossiċità għall-bniedem, effetti karċinoġeniċi, kif imsemmi fil-punt (q) tal-Anness II. |
|
3. |
L-informazzjoni pprovduta dwar l-elementi elenkati fil-punt 2 għandha, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità, tkun biżżejjed biex ix-xerrejja potenzjali jieħdu deċiżjonijiet infurmati qabel ma jipproċedu bix-xiri, inkluża informazzjoni dwar il-kwantità meħtieġa, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, iż-żarmar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodott rispettiv. Tista’ tinkludi l-illustrazzjonijiet, id-dijagrammi, id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa biex tinftiehem.
L-informazzjoni, kif xieraq, għandha tqis kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet tad-disinjaturi, tal-awtoritajiet tal-bini, tal-professjonisti tal-kostruzzjoni, tal-awtoritajiet tal-kontroll tal-bini, tal-konsumaturi u ta’ utenti oħrajn, tal-okkupanti u, tal-maniġers tal-użu, kif ukoll tal-professjonisti tal-manutenzjoni. |
|
4. |
Il-linji gwida u d-dettalji tekniċi maħruġa f’konformità mal-Artikolu 9(2) għandhom jirrakkomandaw ukoll fejn għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rispettiva. Dak il-post għandu jkun wieħed fejn ikun l-inqas probabbli li wieħed ma jindunax bl-informazzjoni. |
ANNESS V
Id-Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni u tal-Konformità msemmija fl-Artikolu 15 (1)
Isem il-Manifattur
Kodiċi tad-dikjarazzjoni … (2)
Verżjoni Nru … (3)
Data ta’ dik il-verżjoni …
1.
Deskrizzjoni tal-prodott|
(a) |
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott u, meta disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje; |
|
(b) |
il-kategorija ta’ prodott kif definita mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew mid-kokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni; |
|
(c) |
l-użi ddikjarati tal-prodott, fl-ambitu tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli jew tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni; |
|
(d) |
id-dimensjonijiet nominali jew il-klassifikazzjoni tal-prodott; |
|
(e) |
il-partijiet ewlenin tal-prodott, meta applikabbli; |
|
(f) |
it-tul medju u minimu stmat tal-ħajja tas-servizz għall-użu ddikjarat (id-durabbiltà); |
|
(g) |
varjanti, jekk ikun hemm, u d-deskrizzjonijiet tagħhom; |
|
(h) |
f’każijiet li fihom il-prodott ikun ġie installat preċedentement f’xogħol ta’ kostruzzjoni, id-data u l-post tal-aħħar deinstallazzjoni. |
2.
Permalinks jew mezzi ta’ data fir-rigward ta’ dan li ġej, sakemm l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-passaport diġitali tal-prodott skont l-Artikolu 76:|
(a) |
ir-reġistrazzjonijiet tal-prodotti tal-manifattur fil-bażijiet tad-data tal-Unjoni, jekk ikun hemm; |
|
(b) |
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta applikabbli; |
|
(c) |
informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, istruzzjonijiet għall-użu u informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-Annes s IV. |
3.
Il-manifattur:|
(a) |
l-isem; |
|
(b) |
l-isem kummerċjali rreġistrat; |
|
(c) |
il-post tan-negozju rreġistrat; |
|
(d) |
l-indirizz postali; |
|
(e) |
it-telefon; |
|
(f) |
l-indirizz tal-email; |
|
(g) |
is-sit web. |
4.
Ir-rappreżentant awtorizzat, meta applikabbli:|
(a) |
l-isem; |
|
(b) |
l-isem kummerċjali reġistrat; |
|
(c) |
il-post tan-negozju rreġistrat; |
|
(d) |
l-indirizz postali; |
|
(e) |
it-telefon; |
|
(f) |
l-indirizz tal-email; |
|
(g) |
is-sit web. |
5.
Il-korp jew il-korpi notifikati, meta applikabbli:|
(a) |
l-isem; |
|
(b) |
in-numru ta’ identifikazzjoni; |
|
(c) |
l-isem kummerċjali rreġistrat, meta disponibbli; |
|
(d) |
il-post tan-negozju rreġistrat; |
|
(e) |
l-indirizz postali; |
|
(f) |
it-telefon; |
|
(g) |
l-indirizz tal-email; |
|
(h) |
is-sit web. |
6.
Il-Korp tal-Valutazzjoni Teknika (“TAB” - Technical Assessment Body), meta applikabbli:|
(a) |
l-isem; |
|
(b) |
in-numru ta’ identifikazzjoni; |
|
(c) |
l-isem kummerċjali rreġistrat, meta disponibbli; |
|
(d) |
il-post tan-negozju; |
|
(e) |
l-indirizz postali; |
|
(f) |
it-telefon; |
|
(g) |
l-indirizz tal-email; |
|
(h) |
is-sit web. |
7.
Referenza għal ċertifikati jew rapporti ta’ validazzjoni maħruġa minn korpi notifikati u korpi VT.
8.
Dokumentazzjoni ta’ referenza teknika:|
(a) |
l-speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li jistabbilixxu l-karatteristiċi essenzjali applikati (in-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ); jew |
|
(b) |
id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni applikat (in-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ) u l-Valutazzjoni Teknika Ewropea maħruġa (TAB, in-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ). |
9.
Prestazzjonijiet iddikjarati u karatteristiċi sostenibbli:|
(a) |
il-lista kompleta ta’ karatteristiċi essenzjali, kif determinata fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew fid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni għall-kategorija ta’ prodotti rispettiva li għaliha tiġi ddikjarata prestazzjoni u s-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għalihom; |
|
(b) |
il-prestazzjoni tal-prodott, permezz ta’ valuri, livelli jew klassijiet ikkalkolati, jew f’deskrizzjoni. Il-valuri, il-livelli jew il-klassijiet rispettivi għandhom jiġu riprodotti fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni nnifisha u għalhekk ma jistgħux jiġu espressi biss billi jiddaħħlu referenzi għal dokumenti oħrajn. Għall-karatteristiċi essenzjali fejn ma tiġi ddikjarata l-ebda prestazzjoni, il-kelma “NULL” għandha tiddaħħal fil-post għad-dikjarazzjoni tal-valur. Il-prestazzjoni tal-imġiba strutturali ta’ prodott tista’ tiġi espressa permezz ta’ referenza għad-dokumentazzjoni rispettiva tal-produzzjoni jew il-kalkoli tad-disinn strutturali; |
|
(c) |
is-sostenibbiltà ambjentali espressa, għall-karatteristiċi essenzjali applikabbli tal-moduli taċ-ċiklu tal-ħajja applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 15(2); |
|
(d) |
referenza għall-verżjoni tas-software użata, kif ipprovduta mill-Kummissjoni. |
10.
Ir-rekwiżiti applikabbli tal-prodott speċifikati mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, is-sistema ta’ valutazzjoni u verifika applikabbli għalihom u r-referenza għall-istandard armonizzat volontarju jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom applikati, inkluża d-data.Meta applikabbli, informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott imkejla f’termini tar-rekwiżiti tal-prodott tiegħu.
11.
Dikjarazzjonijiet:|
(a) |
il-prestazzjoni tal-prodott identifikat hawn fuq hija konformi mas-sett ta’ prestazzjonijiet iddikjarati msemmija fil-punt 9; |
|
(b) |
id-data dwar is-sostenibbiltà tal-prodott identifikat hawn fuq ġiet ikkalkolata b’mod korrett abbażi tar-regoli tal-kategorija ta’ prodott applikabbli għalih; |
|
(c) |
il-prodott identifikat hawn fuq huwa konformi mar-rekwiżiti elenkati taħt il-punt 10. |
Iffirmat għal u f’isem il-manifattur minn:
[l-isem, il-funzjoni (4)]
Fi [il-post]
nhar [id-data tal-ħruġ]
[il-firma]
(1) Meta Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni u tal-Konformità tinħareġ fir-rigward ta’ prodott li ma jkunx soġġett għar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti 10 u 11(c) huma omessi.
(2) Għandu jintuża kodiċi tad-dikjarazzjoni uniku u inekwivoku wieħed biss għal kull tip ta’ prodott, anki meta jkun hemm varjanti, fejn il-varjanti jkunu varjazzjonijiet tat-tip ta’ prodott li ma jinfluwenzawx il-prestazzjoni jew il-konformità tal-prodott.
(3) Jistgħu jinħarġu verżjonijiet differenti, eż. biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji jew tiżdied informazzjoni komplementari.
(4) Il-persuna li tiffirma jeħtiġilha tkun awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tirrappreżenta lill-manifattur, jew abbażi ta’ mandat, jew bis-saħħa tar-rwol tagħha bħala rappreżentant legali.
ANNESS VI
Proċedura għat-talba ta’ Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej u għall-adozzjoni ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
1. Talba għal valutazzjoni teknika Ewropea
|
1.1 |
Meta manifattur jagħmel talba għal valutazzjoni teknika Ewropea lil kwalunkwe korp VT għal prodott, u wara li l-manifattur u l-korp VT (il-“korp VT responsabbli”) ikunu ffirmaw ftehim ta’ segretezza u kunfidenzjalità kummerċjali, sakemm il-manifattur ma jiddeċidix mod ieħor, il-manifattur għandu jippreżenta lill-korp VT responsabbli fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika li l-manifattur ikun beħsiebu japplika; |
|
1.2. |
Meta grupp ta’ manifatturi jew assoċjazzjoni ta’ manifatturi (il-“Grupp”) jagħmel talba għal valutazzjoni teknika Ewropea, għandu jindirizza t-talba lill-organizzazzjoni tal-korpi VT li tipproponi lill-Grupp korp VT biex jaġixxi bħala l-korp VT responsabbli. Il-Grupp jista’ jaċċetta l-korp VT propost jew jitlob lill-organizzazzjoni tal-korpi VT biex tipproponi korp VT alternattiv. Ladarba l-Grupp ikun aċċetta l-korp VT responsabbli propost mill-organizzazzjoni tal-korpi VT, il-membri tal-Grupp għandhom jiffirmaw ftehim ta’ segretezza kummerċjali u kunfidenzjalità ma’ dak il-korp VT, sakemm il-Grupp ma jiddeċidix mod ieħor, u l-Grupp għandu jissottometti lill-korp VT responsabbli fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu kif previst mill-Grupp u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika li l-membri tal-Grupp beħsiebhom japplikaw; |
|
1.3. |
Fin-nuqqas ta’ talba għal valutazzjoni teknika Ewropea, meta l-Kummissjoni tibda l-iżvilupp ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, għandha twassal lill-organizzazzjoni tal-korpi VT fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji li għandhom isiru applikabbli. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha, flimkien mal-Kummissjoni, taqbel dwar korp VT biex jaġixxi bħala l-korp VT responsabbli. |
2. Kuntratt
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(1), il-punt (c), fi żmien xahar mill-wasla tal-fajl tekniku, fil-każijiet imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2, għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-manifattur jew il-Grupp u l-korp VT responsabbli għall-produzzjoni tal-valutazzjoni teknika Ewropea, li jispeċifika l-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni, inkluż:
|
(a) |
l-organizzazzjoni tal-ħidma fl-organizzazzjoni tal-korpi VT; |
|
(b) |
il-kompożizzjoni tal-grupp ta’ ħidma li għandu jiġi stabbilit fl-organizzazzjoni tal-korpi VT, maħtur għall-familja ta’ prodott inkwistjoni; u |
|
(c) |
il-koordinazzjoni tal-korpi VT. |
Fil-każ imsemmi fil-punt 1.3, il-korp VT responsabbli għandu jissottometti lill-Kummissjoni l-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bl-istess kontenut u sal-istess skadenza. Wara dan, il-Kummissjoni għandu jkollha 30 jum ta’ xogħol biex tikkomunika lill-korp VT responsabbli l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma, u l-korp VT responsabbli għandu jemenda dak il-programm ta’ ħidma kif xieraq.
3. Komunikazzjoni tal-programm ta’ ħidma
Fil-każijiet imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2, wara ftehim mal-manifattur u mal-Grupp rispettivament, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni u l-iskeda għall-eżekuzzjoni tiegħu, u tindika l-programm ta’ valutazzjoni. Dik il-komunikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba għall-valutazzjoni teknika Ewropea minn korp VT, u mbagħad il-korp VT għandu jibda l-proċedura stabbilita fil-punti 1.1 u 1.2.
Fil-każ imsemmi fil-punt 1.3, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni bl-istess kontenut u sal-istess skadenza kif indikat fis-subparagrafu preċedenti. Il-Kummissjoni mbagħad għandha tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korpi VT fi żmien 30 jum tax-xogħol l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma. Wara li l-korp VT responsabbli u l-organizzazzjoni tal-korpi VT ikunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, il-korp VT responsabbli għandu jemenda l-programm ta’ ħidma kif xieraq.
4. L-abbozz ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni
L-organizzazzjoni tal-korpi VT, permezz tal-grupp ta’ ħidma kkoordinat mill-korp VT responsabbli, għandha tiffinalizza abbozz ta’ dokument Ewropew ta’ valutazzjoni li għandha tikkomunikah lill-partijiet ikkonċernati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ġiet informata bil-programm ta’ ħidma fil-każijiet imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 jew mid-data li fiha l-Kummissjoni kkomunikat lill-korp VT responsabbli l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-programm ta’ ħidma fil-każ imsemmi fil-punt 1.3.
5. Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni
Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa, bħala osservatur, fil-partijiet kollha tal-eżekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjoni tal-korpi VT, fi kwalunkwe stadju, biex tabbanduna jew timmodifika l-iżvilupp ta’ ċertu dokument Ewropew ta’ valutazzjoni jekk l-iżvilupp ma jkunx bi qbil ma’ dan ir-Regolament jew jekk l-approċċ ma jkunx effiċjenti jew effettiv f’termini ta’ riżorsi u applikabbiltà finali. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjoni tal-korpi VT, fi kwalunkwe stadju, biex tgħaqqad proċessi paralleli għall-iżvilupp ta’ dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, jew biex taqsam proċess wieħed fi tnejn, sabiex tiżdied iċ-ċarezza tal-proċess ta’ żvilupp jew fl-applikazzjoni futura tad-dokument ta’ valutazzjoni li jkun qed jiġi kkunsidrat, jew biex tiġi żgurata l-effiċjenza fih.
Jekk il-korpi VT ma jaqblux dwar dokument Ewropew ta’ valutazzjoni fil-limiti ta’ żmien previsti, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tissottometti l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni, inkluż permezz ta’ istruzzjonijiet lill-organizzazzjoni tal-korpi VT dwar kif tikkompleta xogħolha.
6. Konsultazzjoni mal-Istati Membri
Fil-każ imsemmi fil-punt 1.3, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni wara l-finalizzazzjoni tal-programm ta’ ħidma għalih. Meta jintalbu, l-Istati Membri jistgħu, meta xieraq, jipparteċipaw fl-eżekuzzjoni tiegħu. L-osservazzjonijiet mill-Istati Membri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ttrattati minnha. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tiġi infurmata mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-programm ta’ ħidma, meħtieġa u maqbula mill-Kummissjoni, fil-perjodu ta’ żmien mogħti lill-Kummissjoni biex tikkummenta dwar il-programm ta’ ħidma qabel ma tibda l-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni.
7. Estensjoni u dewmien
Kwalunkwe dewmien fir-rigward tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-punti 1 sa 4 ta’ dan l-Anness għandu jiġi rrapportat mill-grupp ta’ ħidma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT u lill-Kummissjoni.
Jekk estensjoni tal-limiti ta’ żmien għall-iżvilupp tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni tista’ tkun iġġustifikata, speċjalment min-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema applikabbli ta’ vatazzjoni u verifika għall-prodott jew mill-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu ġdid ta’ ttestjar, għandu jiġi stabbilit limitu ta’ żmien estiż mill-Kummissjoni.
8. Emendi u adozzjoni tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni
|
8.1. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2, il-korp VT responsabbli għandu jikkomunika l-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni lill-manifattur jew lill-Grupp, rispettivament, li għandu jkollu 20 jum tax-xogħol biex jagħti r-reazzjonijiet tiegħu. Wara dan, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha:
|
|
8.2. |
Fil-każ imsemmi fil-punt 1.3, il-korp VT responsabbli għandu:
|
9. Valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni ppreżentat u, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċevih, tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha lill-organizzazzjoni tal-korpi VT. L-organizzazzjoni tal-korpi VT, wara li tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta, għandha temenda l-abbozz kif xieraq u terġa’ tibgħat kopji tal-abbozz tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni emendat f’konformità mal-punti 8.1(c) u 8.2(b).
10. Adozzjoni tad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni finali u pubblikazzjoni
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tadotta d-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni finali u għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien ma’ traduzzjoni tat-titolu tiegħu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien.
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tippubblika d-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni fi żmien 90 jum mid-data tal-adozzjoni, f’lingwa waħda jew aktar tal-Unjoni u, bħala minimu, tiżgura li jibqa’ aċċessibbli sakemm il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej kollha bbażati fuqu ma jibqgħux validi.
ANNESS VII
Lista ta’ familji ta’ prodotti
|
KODIĊI |
FAMILJA TA’ PRODOTTI |
|
1 |
PRODOTTI TAL-KONKRIT MOGĦTIJA L-FORMA MINN QABEL NORMALI/ĦFIEF/LI JINQASMU WAĦEDHOM U MOGĦTIJA L-ARJA. |
|
2 |
BIBIEN, TWIEQI, KONTRAPORTI, GRADI U AĊĊESSORJI RELATATI MAL-BINI. |
|
3 |
MEMBRANI, INKLUŻI DAWK APPLIKATI BĦALA LIKWIDU U KITTIJIET (GĦALL-KONTROLL TAL-ILMA U/JEW TAL-FWAR MILL-ILMA). |
|
4 |
PRODOTTI TA’ IŻOLAMENT TERMALI. KITTIJIET/SISTEMI KOMPOSTI TA’ IŻOLAMENT. |
|
5 |
KUXXINETTI STRUTTURALI. PINNIJIET GĦAL ĠONOT STRUTTURALI. |
|
6 |
ĊMIENI, TUBI TA’ ĠO FIHOM U PRODOTTI SPEĊIFIĊI. |
|
7 |
PRODOTTI TAL-ĠIBS. |
|
8 |
ĠEOTESSILI, ĠEOMEMBRANI, U PRODOTTI RELATATI. |
|
9 |
KITTIJIET TA’ ĦITAN MINN BARRA/KISI/SISTEMI TA’ GLEJŻJAR SIĠILLANT STRUTTURALI. |
|
10 |
TAGĦMIR FISS TA’ TIFI TAN-NAR (PRODOTTI TA’ TWISSIJA TAN-NAR/RILEVAMENT TAN-NAR, TA’ TIFI TAN-NAR FISS, TA’ KONTROLL TAN-NAR U D-DĦAĦEN U TA’ TRAŻŻIN TA’ SPLUŻJONIJIET). |
|
11 |
APPARAT SANITARJU. |
|
12 |
ATTREZZATURI FISSI GĦAL ĊIRKOLAZZJONI STRADALI: TAGĦMIR GĦAT-TOROQ. |
|
13 |
PRODOTTI TAL-INJAM STRUTTURALI/ELEMENTI U PRODOTTI ANĊILLARI. |
|
14 |
PANNELLI TAL-INJAM U ELEMENTI. |
|
15 |
SIMENT, ĠIR TAL-BINI U BINDERS IDRAWLIĊI OĦRAJN. |
|
16 |
ĦADID GĦAR-RINFURZAR U L-PRESTRESSING TAL-KONKOS (U PRODOTTI ANĊILLARI). KITTIJIET TAL-POST TENSIONING. |
|
17 |
BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI. UNITAJIET TA’ BINI BIL-ĠEBEL, TIKĦIL U PRODOTTI ANĊILLARI. |
|
18 |
PRODOTTI TAL-INĠINERIJA TAL-ILMA MORMI. |
|
19 |
PAVIMENTAR. |
|
20 |
PRODOTTI METALLIĊI STRUTTURALI U PRODOTTI ANĊILLARI. |
|
21 |
KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA. KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI INTERNA. |
|
22 |
KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI. KITTIJIET GĦAS-SOQFA. |
|
23 |
PRODOTTI GĦALL-BINI TAT-TOROQ. |
|
24 |
AGGREGATI. |
|
25 |
ADEŻIVI TAL-KOSTRUZZJONI. |
|
26 |
PRODOTTI RELATATI MAL-KONKRIT, TIKĦIL U ĦALIB TAT-TIKĦIL. |
|
27 |
APPARAT LI JSAĦĦAN L-AMBJENT. |
|
28 |
PAJPIJIET, TANKIJIET U PRODOTTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F’KUNTATT MA’ ILMA INTIŻ GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM. |
|
29 |
PRODOTTI GĦALL-BINI F’KUNTATT MA’ ILMA INTIŻ GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM. |
|
30 |
PRODOTTI TA’ ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ. |
|
31 |
KEJBILS TAL-ELETTRIKU, TA’ KONTROLL U TA’ KOMUNIKAZZJONI. |
|
32 |
SIĠILLANTI GĦALL-ĠONOT. |
|
33 |
FISSAĠĠI. |
|
34 |
KITTIJIET TAL-BINI, UNITAJIET U ELEMENTI PREFABBRIKATI. |
|
35 |
PRODOTTI TA’ TWAQQIF TAN-NAR, SIĠILLANTI TAN-NAR U PRODOTTI GĦAL PROTEZZJONI KONTRA N-NAR. PRODOTTI LI JITTARDJAW IN-NAR. |
|
36 |
SLIELEM IMWAĦĦLIN |
ANNESS VIII
Rekwiżiti għall-korpi VT
Il-korpi VT għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw il-kompiti u r-rekwiżiti li ġejjin:
|
Kompetenza |
Deskrizzjoni tal-kompiti |
Rekwiżit |
||||||||||||||||
|
L-identifikazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji potenzjali għall-użu ta’ prodotti għall-kostruzzjoni innovattivi fin-nuqqas ta’ informazzjoni teknika stabbilita/konsolidata fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom meta dawn ikunu installati f’xogħlijiet ta’ bini. |
Korp VT għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika. Għandu jkun indipendenti mill-partijiet ikkonċernati u minn kwalunkwe interess partikolari. Korp VT għandu jkollu persunal bi:
Ir-rimunerazzjoni tal-persunal tal-korp VT ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet li jkunu twettqu jew mir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet. |
||||||||||||||||
|
It-trasformazzjoni tal-eżitu tal-analiżi tar-riskju fi kriterji tekniċi għall-evalwazzjoni tal-imġiba u l-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tar-rispett għar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli; il-provvediment tal-informazzjoni teknika meħtieġa minn dawk li qegħdin jieħdu sehem fil-proċess tal-bini bħala utenti potenzjali tal-prodotti għall-bini (il-manifatturi, id-disinjaturi, il-kuntratturi, l-installaturi). |
|||||||||||||||||
|
Id-disinn u l-validazzjoni ta’ metodi adatti (testijiet jew kalkoli) biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta’ prodotti għall-bini, b’kont meħud tal-istat attwali tal-oġġett. |
|||||||||||||||||
|
L-intendiment u l-evalwazzjoni tal-proċess ta’ manifattura tal-prodott speċifiku sabiex jiġu identifikati miżuri adatti li jiżguraw il-kostanza tal-prodott tul il-proċess ta’ manifattura partikolari. |
Korp VT għandu jkollu persunal b’għarfien adatt tar-relazzjoni bejn il-proċessi ta’ manifattura u l-karatteristiċi tal-prodott fir-rigward tal-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika. |
||||||||||||||||
|
Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta’ prodotti għall-bini abbażi ta’ metodi armonizzati mqabblin ma’ kriterji armonizzati. |
Minbarra r-rekwiżiti elenkati fil-punti 1, 2 u 3, korp VT għandu jkollu aċċess għall-mezzi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta’ prodotti għall-bini fil-familji tal-prodott li għalihom għandu jiġi maħtur. |
||||||||||||||||
|
Tiġi żgurata konsistenza, affidabbiltà, oġġettività u traċċabbiltà permezz tal-applikazzjoni kostanti ta’ metodi adatti ta’ ġestjoni. |
Korp VT għandu jkollu:
|
ANNESS IX
Sistemi ta’ valutazzjoni u verifika (AVS)
Il-manifattur, f’konformità mal-Artikolu 22(1), għandu jiddetermina b’mod korrett it-tip ta’ prodott u japplika l-kategorija ta’ prodott korrispondenti abbażi tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli jew id-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni. Meta korp notifikat ikun involut fil-valutazzjoni u fil-verifika, il-korp notifikat, f’konformità mal-Artikolu 55(1), għandu jivverifika li t-tip ta’ prodott ġie ddeterminat b’mod korrett u l-kategorija ta’ prodott korrispondenti ġie applikat b’mod korrett.
1. Sistema 1+
Il-kontroll sħiħ tal-korp notifikat inkluż l-ittestjar tal-kampjun tal-awditjar
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Il-korp notifikat għandu jiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ kostanza tal-prestazzjoni u tal-konformità abbażi ta’:
|
2. Sistema 1:
Il-kontroll sħiħ tal-korp notifikat mingħajr ittestjar tal-kampjun tal-awditjar
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ kostanza tal-prestazzjoni u tal-konformità tal-prodott abbażi ta’:
|
3. Sistema 2+
Il-korp notifikat li jiffoka fuq il-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Il-korp notifikat għandu jiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika abbażi ta’:
|
4. Sistema 3+:
Il-kontroll tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Il-korp notifikat għandu jiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar tar-rapport ta’ validazzjoni abbażi ta’:
|
5. Sistema 3:
Il-korp notifikat li jiffoka fuq id-determinazzjoni tat-tip ta’ prodott
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Il-korp notifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni u tal-konformità tal-prodott abbażi ta’:
|
6. Sistema 4:
L-awtoverifika u l-awtoċertifikazzjoni tal-manifattur
|
(a) |
Il-manifattur għandu jwettaq:
|
|
(b) |
Ma hemm l-ebda kompitu għall-korp notifikat. |
|
7. |
Ir-regoli orizzontali li ġejjin li jappartjenu għal xi wħud mis-sistemi ta’ hawn fuq jew għas-sistemi kollha ta’ hawn fuq għandhom japplikaw:
|
ANNESS X
Karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali
Dawn li ġejjin huma gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali ta’ natura orizzontali, li ġew żviluppati abbażi tal-Annessi I u II, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
1. |
Reazzjoni għan-nar. |
|
2. |
Reżistenza għan-nar. |
|
3. |
Prestazzjoni esterna f’każ ta’ nar. |
|
4. |
Assorbiment tal-istorbju. |
|
5. |
Rilaxx u kontenut ta’ sustanzi perikolużi. |
|
6. |
Sostenibbiltà ambjentali. |
ANNESS XI
Tabelli ta’ korrelazzjoni
Tabella 1: Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 > dan ir-Regolament
|
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 |
Dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
|
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 4 (4) |
|
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 14 |
|
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 16 |
|
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 17 |
|
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 18 |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 72 |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikoli 20 u 22 |
|
L-Artikolu 12 |
L-Artikoli 20 u 23 |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikoli 20 u 24 |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikoli 20 u 25 |
|
L-Artikolu 15 |
L-Artikoli 20 u 26 |
|
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 31 |
|
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 32 |
|
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 33 |
|
L-Artikolu 22 |
L-Artikolu 34 |
|
L-Artikolu 23 |
— |
|
L-Artikolu 24 |
L-Artikolu 35 |
|
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 36 |
|
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 37 |
|
L-Artikolu 27 |
L-Artikolu 5(5) u (6) |
|
L-Artikolu 28 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 29 |
L-Artikolu 39 |
|
L-Artikolu 30 |
L-Artikolu 40 |
|
L-Artikolu 31 |
L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 32 |
L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 33 |
L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 34 |
L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 35 |
— |
|
L-Artikolu 36 |
L-Artikolu 59 |
|
L-Artikolu 37 |
L-Artikolu 60 |
|
L-Artikolu 38 |
L-Artikolu 61 |
|
L-Artikolu 38a |
L-Artikolu 85 |
|
L-Artikolu 38b |
L-Artikolu 86 |
|
L-Artikolu 38c |
L-Artikolu 87 |
|
L-Artikolu 38d |
L-Artikolu 88 |
|
L-Artikolu 39 |
L-Artikolu 42 |
|
L-Artikolu 40 |
L-Artikolu 43 |
|
L-Artikolu 41 |
L-Artikolu 44 |
|
L-Artikolu 42 |
— |
|
L-Artikolu 43 |
L-Artikolu 46 |
|
L-Artikolu 44 |
L-Artikolu 47 |
|
L-Artikolu 45 |
L-Artikolu 48 |
|
L-Artikolu 46 |
L-Artikolu 49 |
|
L-Artikolu 47 |
L-Artikolu 50 |
|
L-Artikolu 48 |
L-Artikolu 51 |
|
L-Artikolu 49 |
L-Artikolu 52 |
|
L-Artikolu 50 |
L-Artikolu 53 |
|
L-Artikolu 51 |
L-Artikolu 54 |
|
L-Artikolu 52 |
L-Artikolu 55 |
|
L-Artikolu 53 |
L-Artikolu 56 |
|
L-Artikolu 54 |
L-Artikolu 45 |
|
L-Artikolu 55 |
L-Artikolu 58 |
|
L-Artikolu 56 |
L-Artikolu 65 |
|
L-Artikolu 57 |
L-Artikolu 66 |
|
L-Artikolu 58 |
L-Artikolu 67 |
|
L-Artikolu 59 |
L-Artikolu 65 |
|
L-Artikolu 60 |
L-Artikolu 89 |
|
L-Artikolu 61 |
L-Artikolu 89 |
|
L-Artikolu 62 |
L-Artikolu 89 |
|
L-Artikolu 63 |
L-Artikolu 89 |
|
L-Artikolu 64 |
L-Artikolu 90 |
|
L-Artikolu 65 |
L-Artikolu 94 |
|
L-Artikolu 66 |
L-Artikolu 95 |
|
L-Artikolu 67 |
L-Artikolu 93 |
|
L-Artikolu 68 |
L-Artikolu 96 |
Tabella 2: dan ir-Regolament > ir-Regolament (UE) Nru 305/2011
|
Dan ir-Regolament |
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
|
L-Artikolu 2 |
— |
|
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikoli 17, 18 u 27 |
|
L-Artikolu 6 |
— |
|
L-Artikolu 7 |
— |
|
L-Artikolu 8 |
— |
|
L-Artikolu 9 |
— |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 28 |
|
L-Artikolu 11 |
— |
|
L-Artikolu 12 |
— |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 4 |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 6 |
|
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 8 |
|
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 9 |
|
L-Artikolu 19 |
— |
|
L-Artikolu 20 |
L-Artikoli 11, 12, 13, 14, 15 u 16 |
|
L-Artikolu 21 |
— |
|
L-Artikolu 22 |
L-Artikolu 11 |
|
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 12 |
|
L-Artikolu 24 |
L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 14 |
|
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikolu 27 |
— |
|
L-Artikolu 28 |
— |
|
L-Artikolu 29 |
— |
|
L-Artikolu 30 |
— |
|
L-Artikolu 31 |
L-Artikolu 19 |
|
L-Artikolu 32 |
L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 33 |
L-Artikolu 21 |
|
L-Artikolu 34 |
L-Artikolu 22 |
|
L-Artikolu 35 |
L-Artikolu 24 |
|
L-Artikolu 36 |
L-Artikolu 25 |
|
L-Artikolu 37 |
L-Artikolu 26 |
|
L-Artikolu 38 |
— |
|
L-Artikolu 39 |
L-Artikolu 29 |
|
L-Artikolu 40 |
L-Artikolu 30 |
|
L-Artikolu 41 |
L-Artikoli 31 - 34 |
|
L-Artikolu 42 |
L-Artikolu 39 |
|
L-Artikolu 43 |
L-Artikolu 40 |
|
L-Artikolu 44 |
L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 45 |
L-Artikolu 54 |
|
L-Artikolu 46 |
L-Artikolu 43 |
|
L-Artikolu 47 |
L-Artikolu 44 |
|
L-Artikolu 48 |
L-Artikolu 45 |
|
L-Artikolu 49 |
L-Artikolu 46 |
|
L-Artikolu 50 |
L-Artikolu 47 |
|
L-Artikolu 51 |
L-Artikolu 48 |
|
L-Artikolu 52 |
L-Artikolu 49 |
|
L-Artikolu 53 |
L-Artikolu 50 |
|
L-Artikolu 54 |
L-Artikolu 51 |
|
L-Artikolu 55 |
L-Artikolu 52 |
|
L-Artikolu 56 |
L-Artikolu 53 |
|
L-Artikolu 57 |
— |
|
L-Artikolu 58 |
L-Artikolu 55 |
|
L-Artikolu 59 |
L-Artikolu 36 |
|
L-Artikolu 60 |
L-Artikolu 37 |
|
L-Artikolu 61 |
L-Artikolu 38 |
|
L-Artikolu 62 |
— |
|
L-Artikolu 63 |
— |
|
L-Artikolu 64 |
— |
|
L-Artikolu 65 |
L-Artikoli 56 u 59 |
|
L-Artikolu 66 |
L-Artikolu 57 |
|
L-Artikolu 67 |
L-Artikolu 58 |
|
L-Artikolu 68 |
— |
|
L-Artikolu 69 |
— |
|
L-Artikolu 70 |
— |
|
L-Artikolu 71 |
— |
|
L-Artikolu 72 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 73 |
— |
|
L-Artikolu 74 |
— |
|
L-Artikolu 75 |
— |
|
L-Artikolu 76 |
— |
|
L-Artikolu 77 |
— |
|
L-Artikolu 78 |
— |
|
L-Artikolu 79 |
— |
|
L-Artikolu 80 |
— |
|
L-Artikolu 81 |
— |
|
L-Artikolu 82 |
— |
|
L-Artikolu 83 |
— |
|
L-Artikolu 84 |
— |
|
L-Artikolu 85 |
L-Artikolu 38a |
|
L-Artikolu 86 |
L-Artikolu 38b |
|
L-Artikolu 87 |
L-Artikolu 38c |
|
L-Artikolu 88 |
L-Artikolu 38d |
|
L-Artikolu 89 |
L-Artikoli 60-63 |
|
L-Artikolu 90 |
L-Artikolu 64 |
|
L-Artikolu 91 |
— |
|
L-Artikolu 92 |
— |
|
L-Artikolu 93 |
L-Artikolu 67 |
|
L-Artikolu 94 |
L-Artikolu 65 |
|
L-Artikolu 95 |
L-Artikolu 66 |
|
L-Artikolu 96 |
L-Artikolu 68 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)