|
(1)
|
“imballaġġ” tfisser oġġett, irrispettivament mill-materjal li minnu hu magħmul, li hu maħsub li jintuża minn operatur ekonomiku għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-immaniġġar, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor jew lil utent finali u li jista' jiġi differenzjat mill-format tal-imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tiegħu, inkluż:
|
(a)
|
oġġett li huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva il-prodott matul il-ħajja tiegħu mingħajr ma jkun parti integrali mill-prodott, u li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;
|
|
(b)
|
komponent ta' oġġett imsemmi fil-punt (a) li huwa integrat fl-oġġett, u element anċillari għalih;
|
|
(c)
|
element anċillari għal oġġett imsemmi fil-punt (a) li huwa mdendel direttament mal-prodott jew imwaħħal miegħu, u li jwettaq funzjoni tal-imballaġġ, mingħajr ma jkun parti integrali mill-prodott u li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;
|
|
(d)
|
oġġett li huwa ddisinjat u maħsub li jimtela fil-punt tal-bejgħ biex il-prodott jiġi distribwit, li jissejjaħ ukoll “imballaġġ ta' servizz”;
|
|
(e)
|
oġġett li jintrema wara l-użu, li jinbiegħ u jimtela jew huwa ddisinjat u maħsub biex jimtela fil-punt tal-bejgħ u li jwettaq funzjoni ta' imballaġġ;
|
|
(f)
|
borża permeabbli tat-te, tal-kafè jew ta' xorb ieħor, jew sistema li tirtab wara l-użu u unita’ ta' porzjon wieħed tat-te, tal-kafè jew xorb ieħor, u li hija maħsuba li tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;
|
|
(g)
|
unità ta' porzjon wieħed mhux permeabbli għas-sistemi tat-te, tal-kafè jew ta' xorb ieħor maħsuba għall-użu f'magna u li tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;
|
|