Eureka 32025R0040 Sign in

produttur

as defined in Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru…, Article 3(1), point (15) (Definizzjonijiet)

(15)

“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur li lilu, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, inkluż permezz ta' kuntratti mill-bogħod, japplika wieħed minn dan li ġej:

(a)

il-manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u fuq dak l-istess territorju imballaġġ għat-trasport, imballaġġ ta' servizz, jew imballaġġ tal-produzzjoni primarja, bħala imballaġġ li jintuża darba biss jew bħala imballaġġ riutilizzabbli; jew

(b)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u fuq dak l-istess territorju prodotti ppakkjati f'imballaġġ differenti minn dawk imsemmija fil-punt (a); jew

(c)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż terz u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, direttament lill-utenti finali, imballaġġ għat-trasport, imballaġġ ta' servizz, jew imballaġġ tal-produzzjoni primarja, kemm bħala imballaġġ li jintuża darba biss jew kif ukoll bħala imballaġġ riutilizzabbli jew prodotti li jiġu ppakkjati f'imballaġġ differenti; jew

(d)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, direttament lill-utenti finali, prodotti ppakkjati fl-imballaġġ minbarra dawk imsemmija fil-punt (c); jew

(e)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jneħħi l-imballaġġ tal-prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkun utent finali, sakemm persuna oħra ma tkunx il-produttur kif definit fil-punt (a), (b), (c) jew (d);

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in