|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1392 |
26.6.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/1392 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2026
dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (ir-Regolament dwar l-FRM)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (3) tistabbilixxi r-regoli dwar il-produzzjoni bl-għan ta’ kummerċjalizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti (“FRM”). |
|
(2) |
Il-foresti jkopru madwar 45 % tal-erja tal-art tal-Unjoni u jaqdu rwol multifunzjonali li jkopri funzjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ekoloġiċi u kulturali. Fost l-oħrajn, il-foresti għandhom funzjoni primordjali bħala bir ta’ karbonju fil-politika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Sabiex jiġu ssodisfati dawk ir-rwoli, huwa essenzjali FRM ta’ kwalità għolja, adattat għall-klima u divers, li l-identità tiegħu ġiet ippruvata. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, l-aġġornament tar-Regoli u tar-Regolamenti tal-Iskema tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (“l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti”), il-prijoritajiet ta’ politika l-ġodda tal-Unjoni fir-rigward tas-sostenibbiltà, tal-adattament għat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità u b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, kif ukoll l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi sostitwita b’att ġdid. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli l-ġodda madwar l-Unjoni, jenħtieġ li dak l-att jieħu l-forma ta’ Regolament. |
|
(4) |
L-għan tal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti huwa li tħeġġeġ il-produzzjoni u l-użu taż-żrieragħ, tal-partijiet tal-pjanti u tal-pjanti li jkunu nġabru, ġew ipproċessati u kkummerċjalizzati b’mod li jiżgura l-kwalità għolja u d-disponibbiltà tal-FRM. Minħabba ċ-ċikli veġetattivi twal tal-foresti, il-kost tal-pjantaġġuni u n-natura fit-tul tal-investimenti fil-foresti, huwa essenzjali li l-forestiera jirċievu informazzjoni affidabbli bis-sħiħ dwar l-oriġini u l-karatteristiċi ġenetiċi tal-FRM li jużaw fil-pjantaġġuni tagħhom. L-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti tissodisfa dik il-ħtieġa permezz ta’ ċertifikazzjoni u traċċabbiltà. Taqdi rwol ewlieni fl-għajnuna lill-foresti tad-dinja sabiex jadattaw għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qegħdin jinbidlu. Qed issir enfasi fuq l-iżgurar ta’ diversità ġenetika għolja fl-ispeċijiet u fuq il-preservazzjoni tad-diversità tal-ispeċijiet, inkluż permezz tad-diversifikazzjoni fl-irqajja’ ta’ art tal-foresti. B’riżultat ta’ dan, il-potenzjal ta’ adattament tal-foresti jinżamm u jittejjeb għat-tħawwil mill-ġdid futur ta’ żona bis-siġar (“riforestazzjoni”) u għall-ħolqien ta’ foresti ġodda (“tisġir”). Ir-riforestazzjoni tista’ tkun meħtieġa bħala parti mill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti jew meta partijiet minn foresta eżistenti jkunu ġew affettwati minn eventi ta’ temp estrem, nirien mhux ikkontrollati, mard, tifqigħat ta’ pesti u diżastri oħrajn. |
|
(5) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jistabbilixxi l-impenn tal-Kummissjoni li tindirizza l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima u mal-ambjent. Għandu l-għan li jittrasforma l-ekonomija tal-Unjoni biex jinħoloq futur aktar sostenibbli. Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM jeħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li jistabbilixxi l-qafas tal-Unjoni biex tinkiseb in-newtralità klimatika, u mat-tliet strateġiji ta’ implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ippreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (“Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità”), fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2021 intitolata “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” (“Strateġija ta’ Adattament tal-UE”) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2021 intitolata “Strateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030” (“Strateġija tal-UE għall-Foresti”). |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw progress kontinwu fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Għalhekk, wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE huwa li titħaffef il-kapaċità tal-Unjoni li tadatta għat-tibdil fil-klima, inkluż billi jiġu emendati r-regoli dwar l-FRM. Jenħtieġ li l-liġi tal-Unjoni tħeġġeġ il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM fl-Unjoni kollha. |
|
(7) |
L-objettivi ewlenin tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti huma t-tisġir u l-preservazzjoni u r-restawr tal-foresti effettiv fl-Unjoni. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi ser jgħin biex jiżdied l-assorbiment tas-CO2, biex titnaqqas l-inċidenza u l-firxa tan-nirien fil-foresti, u biex tiġi promossa l-bijoekonomija, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ dawk il-prinċipji ekoloġiċi li jiffavorixxu l-bijodiversità. L-iżgurar tar-restawr tal-foresti u t-tisħiħ tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti huma essenzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għar-reżiljenza tal-foresti. F’dak ir-rigward, l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tiddikjara li l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u r-restawr tal-foresti wara d-danni klimatiċi ser ikunu jeħtieġu kwantitajiet kbar ta’ FRM xieraq. Dan jimplika sforzi sabiex jiġu żgurati u jintużaw b’mod sostenibbli r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti li fuqhom tiddependi forestrija aktar reżistenti għall-klima. Huma meħtieġa wkoll sforzi sabiex jiżdiedu l-produzzjoni u d-disponibbiltà ta’ tali FRM, sabiex tiġi pprovduta informazzjoni mtejba dwar l-adegwatezza tiegħu għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi taż-żona fejn huwa maħsub li jinżera’ jew jitħawwel u sabiex jissaħħu l-produzzjoni kollaborattiva u t-trasferiment ta’ tali FRM tul il-fruntieri nazzjonali fl-Unjoni. |
|
(8) |
L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għandha l-għan li tqiegħed il-bijodiversità tal-Unjoni fit-triq lejn l-irkupru sal-2030. Skont dik l-istrateġija, il-liġi tal-Unjoni għandha tagħti prijorità lill-preservazzjoni tad-diversità tal-ispeċijiet u tiżgura diversità ġenetika għolja fl-ispeċijiet u l-lottijiet tal-FRM sabiex tiġi ffaċilitata l-provvista ta’ FRM ta’ kwalità għolja u ġenetikament divers li l-identità tiegħu tkun ippruvata, u li jkun adattat, jew adattabbli, għall-kundizzjonijiet klimatiċi attwali u dawk imbassrin. Il-konservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità tal-foresti, inkluż id-diversità ġenetika fi speċijiet ta’ siġar individwali, huma essenzjali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, u għalhekk biex jiġi sostnut l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima. |
|
(9) |
Hemm dimensjoni transfruntiera fit-tul minħabba l-fatt li l-migrazzjoni lejn it-Tramuntana taż-żoni ta’ veġetazzjoni, li diġà ġiet osservata, mistennija taċċellera b’mod sinifikanti fid-deċennji li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, ir-rekwiżit f’dan ir-Regolament li tiġi pprovduta informazzjoni dwar iż-żoni fejn l-FRM huwa adattat għall-kundizzjonijiet lokali jkun għodda utli ħafna għall-forestiera. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li jiddeżinjaw tali żoni (“żoni ta’ varar”). |
|
(10) |
Id-Direttiva 1999/105/KE tiddefinixxi l-FRM fir-rigward tal-importanza tiegħu għall-iskopijiet tal-forestrija fl-Unjoni kollha jew f’parti minnha, iżda tibqa’ vaga dwar dawk l-iskopijiet tal-forestrija. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ għalhekk li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jelenka l-iskopijiet li għalihom huwa importanti li jintuża FRM ta’ kwalità għolja. L-FRM jista’ jiġi prodott għall-użu fit-tisġir, fir-riforestazzjoni, fid-diversifikazzjoni f’roqgħa art tal-foresti u fi tħawwil ieħor tas-siġar u fiż-żrigħ dirett għal wieħed mill-iskopijiet li ġejjin jew aktar: il-forestrija multifunzjonali, il-produzzjoni tal-injam, il-bijomaterjali, il-bijomassa jew prodotti oħra tal-foresti u l-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti. |
|
(11) |
Madankollu, jenħtieġ li l-agroforestrija tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minħabba li hija meqjusa, flimkien mal-agrikoltura ta’ preċiżjoni, il-biedja organika, l-agroekoloġija u l-bwar permanenti ta’ intensità baxxa, bħala waħda mill-ħafna prattiki agrikoli li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistema u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ. Il-karatteristiċi tal-agroforestrija, u b’mod partikolari r-ringieli ta’ sġajriet, huma rikonoxxuti bħala elementi agrikoli mhux produttivi li jipproteġu l-għelieqi agrikoli, u b’hekk ikopru l-objettivi u l-iskopijiet li jmorru lil hinn minn dawk stipulati b’dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Ir-riċerka wriet l-importanza kbira li l-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-materjal bażiku jkunu bbażati fuq l-iskop speċifiku li għalih ser jintuża l-FRM. Barra minn hekk, iż-żrigħ u t-tħawwil ta’ FRM ta’ kwalità għolja fil-post it-tajjeb għandu impatt pożittiv fuq l-iskop li għalih jintuża dak l-FRM. Iż-żrigħ u t-tħawwil “fil-post it-tajjeb” ifisser li l-FRM ikun ġenetikament u fenotipikament adattat għas-sit fejn jitkabbar, inkluż il-projezzjonijiet klimatiċi rilevanti għalih. |
|
(13) |
Jenħtieġ li mal-approvazzjoni tal-materjal bażiku, l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu distinzjoni bejn sorsi taż-żrieragħ jew popolamenti forestali awtoktoni u dawk indiġeni. Jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jkollhom l-għażla li jirriflettu din id-distinzjoni fid-dokument tal-operaturi professjonisti. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ FRM b’reazzjoni għaż-żieda fid-domanda għalih, jeħtieġ li jitneħħa kwalunkwe ostaklu attwali jew potenzjali għall-kummerċ, li jista’ jxekkel il-moviment liberu tal-FRM fl-Unjoni. Dan l-għan jista’ jintlaħaq biss jekk ir-regoli rispettivi tal-Unjoni dwar l-FRM jimponu l-ogħla standards possibbli. |
|
(15) |
Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM iqisu l-ħtiġijiet prattiċi u jenħtieġ li japplikaw biss għal ċerti speċijiet u l-ibridi tagħhom li huma importanti għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk l-ispeċijiet jiġu elenkati f’dan ir-Regolament. |
|
(16) |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jgħin biex jinżammu u jiġu stabbiliti foresti reżiljenti, jiġu restawrati l-ekosistemi tal-foresti, jiġu appoġġati s-servizzi tal-ekosistema tagħhom u jiġi stabbilit tħawwil ieħor tas-siġar. Dan ser jinkiseb b’mod partikolari permezz tal-produzzjoni sostenibbli, il-kummerċjalizzazzjoni u t-traċċabbiltà ta’ FRM ta’ kwalità għolja u billi jiġi żgurat li l-utenti jiġu infurmati qabel ix-xiri tal-FRM dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi li fihom kien jinsab il-materjal bażiku rispettiv. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-FRM iċċertifikat ikun adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi taż-żona fejn ikun maħsub li jinżera’ jew jitħawwel, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tal-materjal bażiku matul il-proċedura għall-approvazzjoni tiegħu. Dawk il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà jenħtieġ li jkopru l-adattament ta’ dak il-materjal bażiku għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi, inkluż il-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza u r-reżistenza jew it-tolleranza tiegħu għall-pesti u għall-kundizzjonijiet klimatiċi avversi u tas-sit li kiber fihom. |
|
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità possibbli tal-FRM, jenħtieġ li dan jinħasad biss minn materjal bażiku rreġistrat f’reġistru nazzjonali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-ħsad u l-ġbir tal-FRM prodott mill-materjal bażiku sabiex jiġu żgurati l-kwalità għolja u t-traċċabbiltà ta’ tali FRM. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw il-ħsad u l-ġbir, l-operaturi professjonali jenħtieġ li jinnotifikawhom minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jaħsdu. |
|
(19) |
Il-materjal bażiku jenħtieġ li jiġi vvalutat u approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Il-materjal bażiku approvat jenħtieġ li jiġi rreġistrat f’reġistru nazzjonali b’referenza unika tar-reġistru u b’referenza għal unità ta’ approvazzjoni. |
|
(20) |
Madankollu, sabiex tiġi żgurata flessibbiltà akbar fir-rigward tal-FRM tal-kategorija “sorsi identifikati” fil-każ ta’ kundizzjonijiet ta’ temp u klimatiċi estremi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li mal-approvazzjoni mill-Kummissjoni, jawtorizzaw lill-operaturi professjonisti japprovaw, għal ċerti speċijiet, materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM ta’ dik il-kategorija. |
|
(21) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku u fl-istandards internazzjonali applikabbli, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi inkluż l-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari fil-proċedura għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku bħala metodu komplementari. |
|
(22) |
Sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali effettiva lejn l-FRM prodott u kkummerċjalizzat madwar l-Unjoni u t-trasparenza fir-rigward tiegħu, jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi, jippubblika u jżomm aġġornat, f’format elettroniku, reġistru nazzjonali tal-materjal bażiku tad-diversi speċijiet u tal-ibridi tagħhom approvati fit-territorju tiegħu. |
|
(23) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, f’format elettroniku, lista tal-Unjoni tal-materjal bażiku approvat għall-produzzjoni ta’ FRM, fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali pprovduti minn kull Stat Membru. Jenħtieġ li dik il-lista tal-Unjoni jkun fiha informazzjoni dwar il-materjal bażiku li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat, inkluż wieħed li jkun ġie prodott b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti joħorġu ċertifikat ewlieni għall-FRM kollu li jkun derivat, minn materjal bażiku approvat. Jenħtieġ li ċ-ċertifikat ewlieni jiżgura l-identifikazzjoni tal-FRM, ikun fih informazzjoni dwar l-oriġini tiegħu u jipprovdi l-aktar dettalji xierqa għall-utenti tiegħu u għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll uffiċjali tiegħu. Jenħtieġ li jkun possibbli li ċ-ċertifikat ewlieni jinħareġ f’forma elettronika. |
|
(25) |
Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi u jaġġorna lista nazzjonali taċ-ċertifikati ewlenin maħruġa u jpoġġi dik il-lista għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha. |
|
(26) |
L-FRM biss li nħasad minn materjal bażiku approvat jenħtieġ li jitħalla sussegwentement jiġi ċċertifikat u kkummerċjalizzat. Jenħtieġ li l-FRM jiġi ċċertifikat bħala “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” mill-awtoritajiet kompetenti u jiġi kkummerċjalizzat b’referenza għal dawk il-kategoriji. Il-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” tal-FRM jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti uniformi ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi professjonisti fl-Unjoni kollha, u biex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-suq intern. |
|
(27) |
Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti huwa differenti mill-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM għal skopijiet kummerċjali minħabba l-kriterji tal-għażla differenti applikabbli għal dawn iż-żewġ tipi ta’ materjal bażiku. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi professjonisti jiġu awtorizzati, b’ċerti kundizzjonijiet, japprovaw il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti. L-operaturi professjonisti awtorizzati jenħtieġ li japprovaw tali materjal bażiku f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’referenza għal unità ta’ approvazzjoni, u jikkomunikaw id-dettalji ta’ dik l-unità ta’ approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ dak il-materjal bażiku fir-reġistru nazzjonali jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
(28) |
Il-kategorija “minn sors identifikat” hija l-istandard minimu meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM minħabba li ftit li xejn hemm għażla fenotipika tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM ta’ dik il-kategorija. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, jenħtieġ li l-operatur professjonist jirreġistra l-lok fejn jinsab il-materjal bażiku li minnu jinġabar l-FRM, jew, fi kliem ieħor, il-provenjenza tiegħu. L-oriġini ta’ dak il-materjal bażiku jenħtieġ li tiġi ddikjarata jekk tkun magħrufa. Dan huwa konformi mal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(29) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE, u b’kont meħud tal-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tivvaluta l-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “magħżul”. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq l-osservazzjoni tal-karatteristiċi ta’ dak il-materjal bażiku u tqis l-iskop speċifiku li għalih għandu jintuża l-FRM maħsud minn dak il-materjal bażiku. Jenħtieġ li tiġi żgurata l-kwalità ġenerali ta’ dik il-kategorija. Jenħtieġ li l-popolazzjoni riproduttiva jkollha mill-inqas ċertu grad ta’ uniformità. |
|
(30) |
Sabiex jiġi prodott l-FRM tal-kategorija “kwalifikat”, jenħtieġ li l-operatur professjonisti jagħżel il-komponenti tal-materjal bażiku li jkunu ser jintużaw fid-disinn tal-inkroċjar fil-livell individwali minħabba l-karatteristiċi pendenti tagħhom fir-rigward, pereżempju, tal-produzzjoni tal-injam jew tal-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi lokali. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tapprova l-kompożizzjoni u d-disinn propost tal-inkroċjar ta’ dawk il-komponenti, it-tqassim fiżiku, il-kundizzjonijiet ta’ iżolament u l-lok fejn jinsab dak il-materjal bażiku. Dan huwa importanti sabiex jiġu allinjati mal-istandards internazzjonali applikabbli skont l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(31) |
Il-materjal bażiku li huwa maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ttestjat” jenħtieġ li jkun soġġett għall-aktar rekwiżiti stretti possibbli. Is-superjorità tal-FRM jenħtieġ li tiġi vvalutata b’referenza għal standard wieħed jew idealment aktar approvati jew magħżulin minn qabel. Jenħtieġ li dawk l-istandards jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-iskop li għalih ser jintuża l-FRM tal-kategorija “ttestjat”. Wara l-għażla tal-komponenti tal-materjal bażiku, jenħtieġ li s-superjorità tal-FRM tintwera permezz ta’ ttestjar komparattiv jew tiġi stmata billi jiġu evalwati l-komponenti ġenetiċi ta’ dak il-materjal bażiku. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun involuta f’dan il-proċess. Jenħtieġ li tapprova d-disinn sperimentali u t-testijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku, tivverifika r-rekords ipprovduti mill-operatur professjonist u tapprova jew ir-riżultati tat-testijiet li jikkonċernaw is-superjorità tal-FRM jew inkella l-evalwazzjoni ġenetika. Fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tfittex allinjament mal-istandards internazzjonali applikabbli skont l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u standards internazzjonali applikabbli oħrajn, u jenħtieġ li tqis l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(32) |
Il-valutazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ttestjat” tieħu medja ta’ 10 snin. Sabiex jiġi żgurat aċċess aktar mgħaġġel għas-suq tal-FRM f’dik il-kategorija filwaqt li l-valutazzjoni tal-materjal bażiku tkun għadha għaddejja, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li japprovaw temporanjament il-materjal bażiku għal perjodu massimu ta’ 10 snin. Jenħtieġ li dik l-approvazzjoni tingħata biss jekk ir-riżultati proviżorji tal-evalwazzjoni ġenetika jew tat-testijiet komparattivi jindikaw li dak il-materjal bażiku jkun ser jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta jitlestew it-testijiet. Sabiex jiġi żgurat li l-approvazzjoni tibqa’ xierqa, jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu rieżaminati mill-inqas kull 10 snin. |
|
(33) |
Il-konformità tal-FRM ikkummerċjalizzat mar-rekwiżiti għall-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat” jenħtieġ li tiġi attestata b’tikketta uffiċjali. Qabel ma jiġi kkummerċjalizzat jew użat direttament, u sakemm tinħareġ it-tikketta uffiċjali, jenħtieġ li l-FRM maħsud ikollu tikketta proviżorja sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
|
(34) |
Minbarra t-tikketta uffiċjali, l-operaturi professjonisti jenħtieġ li joħorġu wkoll dokument tal-operaturi professjonisti. Jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni kollha tat-tikketta uffiċjali, kif ukoll informazzjoni supplimentari. Dan huwa meħtieġ sabiex l-utent jiġi infurmat dwar l-FRM bl-aktar mod komprensiv possibbli u sabiex dik l-informazzjoni tiġi rreġistrata bl-aktar mod effettiv. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-FRM ġenetikament modifikat jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u jkun ġie awtorizzat għall-kultivazzjoni skont id-Direttiva 2001/18/KE (5) jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jekk dak l-FRM jappartjeni għall-kategorija “ttestjat”. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FRM miksub b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda jiġi kkummerċjalizzat biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2026/1388 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jekk dak l-FRM jappartjeni għall-kategorija “ttestjat”. |
|
(36) |
Jenħtieġ li t-tikketta uffiċjali jkun fiha informazzjoni dwar il-materjal bażiku li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat, inkluż wieħed li jkun ġie prodott b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda. |
|
(37) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti dwar l-obbligu tal-operaturi professjonisti li jiżguraw it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-FRM fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, u li jagħmlu lil dawk l-operaturi soġġetti għal kontrolli uffiċjali. Qabel ma jiġu fdati bit-twettiq tal-attivitajiet kollha jew ta’ ċerti attivitajiet meħtieġa għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jkunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-għoti, l-irtirar jew il-modifika ta’ tali awtorizzazzjoni u għat-twettiq tas-superviżjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(38) |
B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw lill-operaturi professjonisti joħorġu u jistampaw it-tikketta uffiċjali taħt superviżjoni uffiċjali għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ FRM. Dan jagħti aktar flessibbiltà lill-operaturi professjonisti fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ dak l-FRM. Madankollu, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jitħallew jibdew joħorġu u jistampaw it-tikketta uffiċjali biss ladarba jkun instab li l-FRM jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli. Dik l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa minħabba n-natura uffiċjali tat-tikketta uffiċjali u sabiex jiġu ggarantiti l-ogħla standards ta’ kwalità possibbli għall-utenti tal-FRM. |
|
(39) |
Sa kemm ċerti speċijiet u l-ibridi tagħhom ma jkunux soġġetti għall-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ekwivalenti jew aktar jew anqas stretti għal dawk l-ispeċijiet u l-ibridi u fir-rigward tat-territorju tagħhom. |
|
(40) |
Sabiex jiġu żgurati trasparenza u kontrolli aktar effettivi fuq il-produzzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jiġu rreġistrati fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dan huwa meħtieġ għall-funzjonament korrett tar-reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti u sabiex tiġi evitata reġistrazzjoni doppja. L-operaturi professjonisti li għalihom japplika dan ir-Regolament huma fil-biċċa l-kbira koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(41) |
Qabel it-trasferiment tal-FRM, jenħtieġ li l-operaturi professjonisti jiffaċilitaw l-aċċess tal-utenti potenzjali tal-FRM tagħhom għall-informazzjoni disponibbli eżistenti dwar l-adegwatezza tal-FRM għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar FRM xieraq għall-użu maħsub tiegħu fil-lok maħsub. |
|
(42) |
Fil-każ tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategoriji “minn sors identifikat” u “magħżul”, jenħtieġ li l-Istati Membri, għall-ispeċijiet rilevanti, jiddemarkaw ir-reġjuni ta’ provenjenza, sabiex jiġu identifikati żoni jew gruppi ta’ żoni b’kundizzjonijiet ekoloġiċi uniformi biżżejjed u li jkun fihom materjal bażiku b’karatteristiċi fenotipiċi jew ġenetiċi simili. Dan huwa meħtieġ minħabba li l-FRM prodott minn dak il-materjal bażiku għandu jiġi kkummerċjalizzat b’referenza għal dawk ir-reġjuni ta’ provenjenza. |
|
(43) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tfassil tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għal speċi waħda jew aktar ta’ siġar li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, u l-aġġornament tagħhom, sabiex jiġi żgurat li dawn jitħejjew u jkollhom il-kapaċità li jistabbilixxu provvista suffiċjenti ta’ FRM meħtieġ għar-riforestazzjoni ta’ żoni affettwati minn eventi ta’ temp estrem, nirien mhux ikkontrollati, mard, tifqigħat ta’ pesti, diżastri jew kwalunkwe event avvers ieħor. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-kontenut tal-pjanijiet ta’ kontinġenza, sabiex tiġi żgurata azzjoni proattiva u effettiva kontra tali riskji, jekk dawn jitfaċċaw. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-kontenut tal-pjanijiet ta’ kontinġenza jiġi adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi fit-territorji tal-Istati Membri. Dawk il-possibbiltajiet jenħtieġ li jirriflettu wkoll l-azzjonijiet ta’ preparatezza ġenerali li l-Istati Membri jieħdu fuq bażi volontarja skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, stabbilit bid-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(44) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu, jenħtieġ li l-FRM, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, jinżamm f’lottijiet separati b’referenza għall-unitajiet individwali ta’ approvazzjoni, u għaċ-ċertifikat ewlieni ladarba jkun inħareġ. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u traċċabbiltà, jenħtieġ li kull lott ta’ FRM jiġi identifikat mill-kodiċi tal-lott u, mal-ħruġ taċ-ċertifikat ewlieni, mill-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni. |
|
(45) |
Jenħtieġ li jiġu kkummerċjalizzati biss iż-żrieragħ li jissodisfaw ċerti standards ta’ kwalità. Jenħtieġ li dawn jiġu ttikkettati u kkummerċjalizzati biss f’pakketti magħluqa li jkunu ssiġillati, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod korrett, biex jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tagħhom, u biex tiġi evitata l-frodi. |
|
(46) |
Matul il-perjodi li fihom ikun hemm diffikultajiet temporanji fil-ħsad ta’ provvisti suffiċjenti ta’ FRM minn ċerti speċijiet, jenħtieġ li jkun possibbli li l-materjal bażiku jew l-FRM li jissodisfa rekwiżiti ta’ kwalità inqas stretti jiġi approvat temporanjament, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti inqas stretti jkopru l-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ FRM jew għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ FRM li jissodisfa rekwiżiti ta’ kwalità inqas stretti. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat approċċ flessibbli fiż-żoni affettwati minn ċirkostanzi avversi u sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq intern tal-FRM. |
|
(47) |
Sabiex jiġi armonizzat it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra fir-rigward tal-FRM madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal tali kompiti u r-rekwiżiti li jikkonċernawhom, kif ukoll dwar it-twettiq u d-delega possibbli ta’ tali kompiti. |
|
(48) |
Jenħtieġ li l-esperti tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jwettqu kontrolli, inkluż awditi, fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. |
|
(49) |
Sabiex jiġu żgurati l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u l-fiduċja pubblika, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali b’livell għoli ta’ trasparenza. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet, informazzjoni rilevanti dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, fosthom, kif rilevanti, it-tip u l-għadd ta’ kontrolli uffiċjali, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, il-miżuri meħuda u l-penali imposti. |
|
(50) |
Jenħtieġ li l-FRM jiġi importat minn pajjiżi terzi biss jekk jiġi stabbilit li jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-FRM importat jagħti l-istess livell ta’ kwalità bħall-FRM prodott fl-Unjoni. Dak l-approċċ ser jiżgura li l-FRM importat mhux biss jissodisfa l-istandards tal-Unjoni iżda wkoll jikkontribwixxi għad-diversità ġenetika u għas-sostenibbiltà. |
|
(51) |
Il-kundizzjonijiet klimatiċi u ta’ temp estremi jistgħu jikkawżaw nuqqasijiet ta’ FRM fi Stat Membru wieħed jew aktar li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew minn pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat l-ekwivalenza. Għalhekk, f’dawk il-każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jitħallew, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jimportaw temporanjament l-FRM minn pajjiżi terzi għajr dawk li għalihom tkun ingħatat l-ekwivalenza. Meta tivvaluta dawk il-kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri kkonċernati, bħall-oriġini u l-karatteristiċi ġenetiċi tal-FRM ikkonċernat. |
|
(52) |
Meta l-FRM jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiż terz, jenħtieġ li l-operatur professjonist ikkonċernat jinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar dik l-importazzjoni minn qabel permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-FRM importat ikun akkumpanjat minn ċertifikat tal-OECD jew minn ċertifikat uffiċjali ekwivalenti maħruġ mill-pajjiż terz ta’ oriġini, u rekords li jkun fihom dettalji ta’ dak l-FRM, ipprovduti mill-operatur professjonist f’dak il-pajjiż terz. Jenħtieġ li titwaħħal tikketta tal-OECD jew tikketta uffiċjali ekwivalenti ma’ dak l-FRM, peress li dan huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati għażliet informati għall-utenti ta’ dak l-FRM u sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(53) |
Sabiex jiġi mmonitorjat l-impatt ta’ dan ir-Regolament u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-miżuri introdotti, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw kull ħames snin dwar il-kwantitajiet ta’ FRM iċċertifikat skont il-kategorija fis-sena, l-għadd ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza adottati, is-siti web disponibbli u rilevanti u l-gwidi għall-persuni li jħawlu, kif ukoll il-kwantitajiet ta’ FRM għal kull ġeneru u speċi importati minn pajjiżi terzi, il-penali imposti u l-għadd ta’ operaturi professjonisti rreġistrati. |
|
(54) |
Sabiex dan ir-Regolament jiġi adattat għall-bidliet ekoloġiċi, u b’mod partikolari għall-bidla fl-ispeċijiet ta’ siġar u l-firxiet tagħhom b’riżultat tat-tibdil fil-klima, kif ukoll biex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ dan ir-Regolament billi jiżdiedu speċijiet ta’ siġar mal-lista ta’ speċijiet li huma soġġetti għal dan ir-Regolament, jew jitneħħew minnha, skont jekk jissodisfawx, jew jiqfux jissodisfaw, ċerti kriterji. |
|
(55) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku u fl-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u standards internazzjonali applikabbli oħrajn, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat”, u “ttestjat”, kif ukoll il-kategoriji li permezz tagħhom jista’ jiġi kummerċjalizzat l-FRM mit-tipi differenti ta’ materjal bażiku. |
|
(56) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw il-lottijiet tal-unitajiet taż-żrieragħ tal-ispeċijiet tas-siġar koperti minn dan ir-Regolament għajr l-ibridi tagħhom, fir-rigward ta’ partijiet ta’ pjanti ta’ tali speċijiet u l-ibridi tagħhom, fir-rigward ta’ standards ta’ kwalità esterni għall-Populus spp. ippropagati minn biċċiet taz-zkuk, bl-għeruq jew mingħajrhom, fir-rigward tal-istokk għat-tħawwil tal-ispeċijiet tas-siġar u l-ibridi tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, u fir-rigward tal-istokk għat-tħawwil li għandu jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti finali f’reġjuni b’kundizzjonijiet ekoklimatiċi partikolari. |
|
(57) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u approċċ armonizzat fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-elementi li jistgħu jiġu inklużi fi pjan ta’ kontinġenza skont dan ir-Regolament. |
|
(58) |
Sabiex tiżdied il-kredibbiltà tas-sistema għall-awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti u s-superviżjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita l-proċedura għall-applikazzjoni biex l-awtorizzazzjoni tiġi ppreżentata mill-operatur professjonist, u għall-konferma tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. |
|
(59) |
Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 intitolata “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali”, li għandha tikseb li t-trasformazzjoni għat-teknoloġiji diġitali tkun għas-servizz tan-nies u tan-negozji, u li jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti regoli dwar ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-verifika tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u l-produzzjoni tal-FRM li jwasslu għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin, tikketti uffiċjali u dokumenti tal-operaturi professjonisti u dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tgħaqqad l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni. |
|
(60) |
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha fuq atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(61) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, ma għandux ikun hemm bżonn li ċerti rekwiżiti jiġu ssodisfati meta jiġu kkummerċjalizzati kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina x’jikkostitwixxi kwantità żgħira fir-rigward ta’ speċijiet individwali, li jagħtihom id-dritt li jiġu esklużi minn ċerti rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
(62) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġi żgurat li l-operaturi professjonisti awtorizzati jwettqu l-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti b’mod korrett u koerenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-operaturi professjonisti biex jiġu awtorizzati japprovaw il-materjal bażiku u l-kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tad-dettalji tal-unità ta’ approvazzjoni. |
|
(63) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali tal-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar sabiex tippermetti temporanjament il-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM li jissodisfa, jew li jirriżulta minn materjal bażiku li jissodisfa, rekwiżiti inqas stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(64) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-użu taċ-ċertifikati ewlenin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-kontenut u tal-mudell għaċ-ċertifikat ewlenin kif ukoll fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli dwar il-mekkaniżmi u l-arranġamenti tekniċi biex jiġi żgurat il-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin preċiżi u affidabbli, u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ frodi, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ rtirar ta’ ċertifikati ewlenin u għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni, ir-regoli għall-produzzjoni ta’ kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati ewlenin, u r-regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u għall-użu ta’ firem elettroniċi. |
|
(65) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jiġi żgurat qafas armonizzat għat-tikkettar u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-format, id-daqs, il-forma u tal-kulur tat-tikketta uffiċjali u tad-dokument tal-operaturi professjonisti għall-kategoriji kollha tal-FRM jew għal dawk speċifiċi. Meta tiddefinixxi l-kulur, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-Regoli u r-Regolamenti fl-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw ir-regoli dwar il-kulur kif xieraq. |
|
(66) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi li jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-FRM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin elettroniċi, tikketti uffiċjali elettroniċi u dokumenti elettroniċi tal-operaturi professjonisti. |
|
(67) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u biex tiġi żgurata l-approvazzjoni mill-operaturi professjonisti tal-materjal bażiku tal-kategorija “minn sors identifikat”, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-għoti ta’ tali approvazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(68) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġi żgurat l-użu korrett tad-deroga dwar l-approvazzjoni proviżorja tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ttestjat”, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-għadd massimu ta’ unitajiet tal-FRM u tad-daqs massimu taż-żona li jistgħu jkunu soġġetti għal tali approvazzjoni. |
|
(69) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ esperimenti temporanji sabiex tfittex alternattivi mtejbin għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-valutazzjoni u tal-approvazzjoni tal-materjal bażiku u tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM. |
|
(70) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni ta’ approċċi nazzjonali jew reġjonali rigward il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM u bl-għan li jittejbu l-kwalità tal-FRM ikkonċernat, il-protezzjoni tal-ambjent, jew il-kontribut għall-protezzjoni tal-bijodiversità u għar-restawr tal-ekosistemi tal-foresti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri, f’ċerti kundizzjonijiet, sabiex jadottaw rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni tal-FRM, sabiex jirrestrinġu l-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “minn sors identifikat” jew sabiex jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni lill-utent finali bl-għan li jinżera’ jew jitħawwel fit-territorju kollu tiegħu jew f’parti minnu FRM speċifikat meta dak l-FRM ma jkunx xieraq għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi tal-forestrija tal-Istat Membru kkonċernat u għall-iskopijiet rilevanti. |
|
(71) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni li l-FRM ta’ ġeneri, ta’ speċijiet jew ta’ kategoriji speċifiċi, u, fejn xieraq, li jirriżulta minn tipi speċifiċi ta’ materjal bażiku jew ta’ reġjun speċifiku ta’ provenjenza, prodott f’pajjiż terz, jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. |
|
(72) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċerti regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar l-FRM. |
|
(73) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-format tekniku, inkluż fir-rigward tas-sottomissjoni u l-ipproċessar diġitali li għandhom jintużaw għar-rapporti li għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet tal-FRM iċċertifikat skont il-kategoriji fis-sena, l-għadd tal-pjanijiet ta’ kontinġenza adottati, is-siti web disponibbli u rilevanti u l-gwidi għall-persuni li jħawlu, il-kwantitajiet tal-FRM għal kull ġeneru u speċi importati minn pajjiżi terzi, il-penali, u l-għadd ta’ operaturi professjonisti rreġistrati. |
|
(74) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(75) |
Jenħtieġ li l-FRM b’saħħtu biss ikun permess għall-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-FRM ikkummerċjalizzat f’konformità ma’ dan ir-Regolament jikkonforma wkoll mar-regoli stabbiliti, jew previsti, fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni, u mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(76) |
Il-pesti li jaffettwaw il-kwalità huma pesti li mhumiex soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/2031. Dawn jistgħu jitfaċċaw matul il-produzzjoni tal-FRM, u meta l-FRM jinħażen għal perjodu twil f’kundizzjonijiet ta’ ndewwa jew ta’ umdità eċċessiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-preżenza tagħhom fuq l-FRM li jiġi kkummerċjalizzat tkun tant baxxa li ma jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq il-kwalità tiegħu. |
|
(77) |
Sabiex tittejjeb il-konsistenza tar-regoli dwar l-FRM mar-regoli tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-passaporti tal-pjanti, jenħtieġ li jkun permess li t-tikketta uffiċjali għall-FRM tiġi kkombinata mal-passaport tal-pjanti. |
|
(78) |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-FRM, huwa xieraq li dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tiegħu stess dwar il-kontrolli uffiċjali tal-FRM. Sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw l-FRM jiġu applikati b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha, biex jinħolqu sinerġiji mas-sistema ta’ kontrolli uffiċjali f’setturi simili, b’mod partikolari dik tas-saħħa tal-pjanti, u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw strumenti u għodod eżistenti bħall-IMSOC għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-FRM, jenħtieġ li jiġu applikati dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali f’dan ir-Regolament minbarra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2017/625 fejn meħtieġ. |
|
(79) |
Huwa mifhum li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fdati bit-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament jistgħu jkunu wkoll awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/625 u, għalhekk, responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f’oqsma oħra. |
|
(80) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(81) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u ta’ trasparenza, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 1999/105/KE titħassar. |
|
(82) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, pjuttost, minħabba l-effetti, il-kumplessità u l-impatt internazzjonali tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Minn din il-perspettiva, u kif ikun meħtieġ, dan ir-Regolament jintroduċi derogi jew rekwiżiti speċifiċi għal ċerti tipi ta’ FRM u ta’ operaturi professjonisti. |
|
(83) |
Bil-ħsieb taż-żmien u tar-riżorsi meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi professjonisti kkonċernati sabiex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stipulati f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mis-17 ta’ Lulju 2031. |
|
(84) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-produzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM fl-Unjoni, jenħtieġ li l-FRM prodott qabel is-17 ta’ Lulju 2031 f’konformità mad-Direttiva 1999/105/KE jew mar-regoli nazzjonali jitħalla jkompli jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet rispettivi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-FRM prodott f’konformità mad-Direttiva 1999/105/KE jitħalla jkompli jiġi kkummerċjalizzat b’ċertifikat ewlieni maħruġ skont dik id-Direttiva. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti (“FRM”) għall-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM.
B’mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-oriġini tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM, l-approvazzjoni ta’ tali materjal bażiku u r-reġistrazzjoni tiegħu, u r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-traċċabbiltà tal-FRM, il-kontrolli uffiċjali, il-kategoriji tal-FRM, l-identità u l-kwalità tal-FRM, iċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettar, l-imballaġġ, l-importazzjonijiet, l-operaturi professjonisti u l-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi
1. Dan ir-Regolament japplika għall-produzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, u għall-kummerċjalizzazzjoni, tal-FRM li jappartjeni għall-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u għall-ibridi tagħhom.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ibridi jitqiesu bħala ibridi tal-ispeċijiet ta’ siġar elenkati fl-Anness I jekk mill-inqas waħda mill-ispeċijiet ġenitur tkun elenkata fih.
2. L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma li jikkontribwixxi għaż-żamma u l-istabbiliment ta’ foresti reżiljenti, għar-restawr tal-ekosistemi tal-foresti u għall-bijodiversità tal-foresti, u li jappoġġa s-servizzi tal-ekosistema tal-foresti u tħawwil ieħor tas-siġar, b’mod partikolari permezz ta’:
|
(a) |
il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-traċċabbiltà sostenibbli ta’ FRM ta’ kwalità għolja fl-Unjoni; |
|
(b) |
il-funzjonament xieraq tas-suq intern fl-FRM; |
|
(c) |
l-appoġġ għall-produzzjoni sostenibbli tal-injam, il-bijomaterjali, il-bijomassa u prodotti oħra tal-foresta; |
|
(d) |
l-appoġġ għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti; |
|
(e) |
il-kontribut tal-FRM għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni kontra l-erożjoni tal-ħamrija. |
3. Il-Kummissjoni mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31, li jemendaw il-lista stipulata fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu:
|
(a) |
il-bidliet ekoloġiċi, inkluż il-bidliet fl-ispeċijiet ta’ siġar u l-firxiet tagħhom bħala riżultat tat-tibdil fil-klima; |
|
(b) |
kwalunkwe żvilupp fl-għarfien xjentifiku jew tekniku. |
Dawk l-atti delegati għandhom iżidu speċijiet ta’ siġar mal-lista fl-Anness I biss jekk dawk l-ispeċijiet jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
jirrappreżentaw żona sinifikanti u proporzjon sinifikanti tal-valur ekonomiku tal-produzzjoni tal-FRM fl-Unjoni; |
|
(b) |
jiġu kkummerċjalizzati bħala FRM f’mill-inqas żewġ Stati Membri; jew |
|
(c) |
jitqiesu importanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti. |
Dawk l-atti delegati għandhom ineħħu l-ispeċijiet ta’ siġar mil-lista fl-Anness I kull meta dawk l-ispeċijiet ma jibqgħux jissodisfaw xi wieħed mill-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
4. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-materjali li ġejjin:
|
(a) |
żerriegħa u materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti koperti mid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (13), 66/402/KEE (14), 68/193/KEE (15), 2002/53/KE (16), 2002/54/KE (17), 2002/55/KE (18), 2002/56/KE (19), 2002/57/KE (20), 2008/72/KE (21) u 2008/90/KE (22); |
|
(b) |
materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (23); |
|
(c) |
FRM prodott biss għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, dment li huwa identifikat bħala tali; |
|
(d) |
FRM użat biss għall-ittestjar uffiċjali, għal skopijiet xjentifiċi jew għal xogħol ta’ għażla, dment li jiġi identifikat bħala tali permezz ta’ miżuri ta’ tikkettar u ta’ traċċabbiltà; |
|
(e) |
FRM li huwa soġġett għal kuntratti ta’ servizz għall-finijiet ta’ tindif, diżinfezzjoni, trattament u trasport, dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (iv) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għall-fornituri ta’ servizzi tat-trasport.
5. Għal speċijiet ta’ siġar mhux elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tat-territorju tagħhom stess, jieħdu miżuri ekwivalenti għall-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jew aktar strinġenti jew inqas strinġenti minnhom. L-ibridi jitqiesu bħala ibridi tal-ispeċijiet ta’ siġar mhux elenkati fl-Anness I jekk l-ebda waħda mill-ispeċijiet ġenitur ma tkun elenkata fih.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“materjal riproduttiv tal-foresti” jew “FRM” tfisser l-unitajiet taż-żrieragħ, il-partijiet tal-pjanti u l-istokk għat-tħawwil li jappartjenu għall-ispeċijiet ta’ siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom u li huma maħsuba biex jintużaw għat-tisġir, għar-riforestazzjoni, għad-diversifikazzjoni f’roqgħa art tal-foresta u għal tħawwil ieħor tas-siġar u għaż-żrigħ mingħajr ħrit, għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
“unita taż-żrieragħ” tfisser il-koni, l-infruttexxenzi, il-frott u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ stokk għat-tħawwil jew għaż-żrigħ mingħajr ħrit; |
|
(3) |
“stokk għat-tħawwil” tfisser kwalunkwe pjanta jew parti minn pjanta użata fil-propagazzjoni tal-pjanti u tinkludi pjanti mtellgħin minn unitajiet taż-żrieragħ, minn partijiet ta’ pjanti jew minn pjanti minn riġenerazzjoni naturali; |
|
(4) |
“partijiet ta’ pjanti” tfisser biċċiet ta’ zkuk, bl-għeruq jew mingħajrhom, biċċiet ta’ weraq u biċċiet ta’ għeruq, espjanti jew embrijuni wżati għall-mikropropagazzjoni, għajnijiet, tarqidiet, għeruq, brokkijiet tat-taħwil u kwalunkwe parti oħra ta’ pjanta wżata għall-produzzjoni ta’ stokk għat-tħawwil; |
|
(5) |
“tisġir” tfisser l-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil jew taż-żrigħ deliberat, inkluż it-tħawwil jew iż-żrigħ deliberat ta’ speċijiet ta’ siġar adattati għar-reġjun, fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art u timplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn mhux forestali għal wieħed forestrali; |
|
(6) |
“riforestazzjoni” tfisser l-istabbiliment mill-ġdid ta’ foresta permezz tat-tħawwil, taż-żrigħ deliberat, tal-propagazzjoni veġetattiva jew tar-riġenerazzjoni naturali fuq art ikklassifikata bħala foresta; |
|
(7) |
“materjal bażiku” tfisser kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ materjal li ġejjin kif imsemmi fit-tabella stipulata fl-Anness VI: sors taż-żrieragħ, popolament, masġar taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja, klon jew taħlita klonali; |
|
(8) |
“sors taż-żrieragħ” tfisser is-siġar f’żona definita li minnha jinġabar l-FRM; |
|
(9) |
“popolament” tfisser popolazzjoni delineata ta’ siġar li hija uniformi biżżejjed fil-kompożizzjoni; |
|
(10) |
“masġar taż-żrieragħ” tfisser pjantaġġun ta’ siġar magħżula fejn kull siġra individwali tiġi identifikata minn klonu jew minn familja u dak il-pjantaġġun jiġi iżolat jew ġestit sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas id-dakkir minn sorsi esterni u jiġi ġestit biex jiġu prodotti għelejjel frekwenti, abbundanti u li jinħasdu faċilment tal-unitajiet taż-żrieragħ; |
|
(11) |
“ġenituri ta’ familja” tfisser siġar użati bħala ġenituri sabiex jinkiseb in-nisel permezz tad-dakkir kontrollat jew fil-miftuħ ta’ ġenitur identifikat wieħed użat bħala l-femminili bit-trab tad-dakra ta’ ġenitur wieħed (mill-istess ġenitur) jew għadd ta’ ġenituri identifikati jew mhux identifikati (nofs aħwa); |
|
(12) |
“klonu” tfisser individwu wieħed jew grupp ta’ individwi (rameti) oriġinarjament derivati minn individwu wieħed (orteti) permezz tal-propagazzjoni veġetattiva, pereżempju b’biċċiet tal-pjanti, b’mikropropagazzjoni, bi brokkijiet, b’tarqidiet jew b’diviżjonijiet, jew derivati oriġinarjament minn linji taċ-ċelloli; |
|
(13) |
“taħlita ta’ kloni” tfisser taħlita ta’ kloni identifikati fi proporzjonijiet definiti; |
|
(14) |
“unità ta’ approvazzjoni” tfisser iż-żona kollha tal-materjal bażiku jew individwu wieħed jew aktar tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li jkun ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(15) |
“lott” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: lott taż-żrieragħ, lott ta’ unità taż-żrieragħ, lott tal-pjanti jew parti ta’ lott tal-pjanti; |
|
(16) |
“lott taż-żrieragħ” tfisser sett taż-żrieragħ miġburin minn materjal bażiku approvat u pproċessati b’mod uniformi; |
|
(17) |
“lott tal-pjanti” tfisser sett ta’ pjanti li jkunu kibru minn lott wieħed taż-żrieragħ jew minn stokk għat-tħawwil propagat b’mod veġetattiv li jkun tkabbar f’żona delinjabbli u li jkun ġie pproċessat b’mod uniformi; |
|
(18) |
“lott ta’ unità taż-żrieragħ” tfisser sett ta’ unitajiet taż-żrieragħ miġburin minn materjal bażiku approvat u pproċessati b’mod uniformi; |
|
(19) |
“partijiet ta’ lottijiet tal-pjanti” tfisser sett ta’ partijiet ta’ pjanti miġburin u pproċessati b’mod uniformi; |
|
(20) |
“kodiċi tal-lott” tfisser il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ lott; |
|
(21) |
“provenjenza” tfisser isem il-post fejn kwalunkwe sors taż-żrieragħ jew popolament ikun qiegħed jikber; |
|
(22) |
“reġjun tal-provenjenza” tfisser iż-żona jew il-grupp ta’ żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi suffiċjentement uniformi, li fihom jinstabu popolamenti jew sorsi taż-żrieragħ li juru karatteristiċi fenotipiċi jew ġenetiċi simili, filwaqt li jittieħed kont, fejn xieraq, tal-limiti tal-altitudni; |
|
(23) |
“sors taż-żrieragħ jew popolament awtoktonu” tfisser sors taż-żrieragħ jew popolament li jkun ġie riġenerat kontinwament u b’mod naturali jew li jkun ġie riġenerat artifiċjalment minn FRM miġbur fl-istess sors taż-żrieragħ jew popolament jew f’sorsi taż-żrieragħ jew popolamenti awtoktoni oħrajn li jkunu qrib dak is-sors taż-żrieragħ jew popolament; |
|
(24) |
“sors taż-żrieragħ jew popolament indiġenu” tfisser sors taż-żrieragħ jew popolament li jkun jinsab f’reġjun speċifiku ta’ provenjenza li jkun parti mill-firxa ta’ distribuzzjoni naturali tal-ispeċi kkonċernata, imkabbar miż-żerriegħa jew ippropagat veġetattivament, li l-oriġini tiegħu tkun tinsab fl-istess reġjun ta’ provenjenza; |
|
(25) |
“oriġini” tfisser kif ġej:
|
|
(26) |
“lok fejn jinsab il-materjal bażiku” tfisser iż-żona ġeografika jew il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet ġeografiċi tal-materjal bażiku, kif xieraq għal kull kategorija ta’ FRM; |
|
(27) |
“materjal primarju” tfisser pjanta, grupp ta’ pjanti, FRM, stokk ta’ DNA jew informazzjoni ġenetika tal-klonu, jew tal-kloni fil-każ ta’ taħlita klonali, li sservi bħala materjal ta’ referenza għall-verifika tal-identità tal-klonu jew kloni kkonċernati; |
|
(28) |
“operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika professjonalment inkarigata mill-produzzjoni jew mill-kummerċjalizzazzjoni, jew mit-tnejn, tal-FRM; |
|
(29) |
“produzzjoni” tfisser l-istadji kollha fil-ġenerazzjoni tal-lottijiet tal-FRM għall-kummerċjalizzazzjoni, inkluż il-ħsad, il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, u d-dispaċċ matul dawk l-istadji, kif ukoll il-konverżjoni tal-lottijiet ta’ unità taż-żrieragħ u tal-partijiet ta’ lottijiet tal-pjanti u t-tkabbir, il-multiplikazzjoni, iż-żamma, il-ħżin u l-ħsad tal-lottijiet tal-pjanti; |
|
(30) |
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-azzjonijiet li ġejjin imwettqa minn operatur professjonist fir-rigward tal-FRM, kemm jekk bil-ħlas jew mingħajr ħlas:
|
|
(31) |
“awtorità kompetenti” tfisser:
|
|
(32) |
“korp delegat” tfisser persuna ġuridika separata, li lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra; |
|
(33) |
“kategorija” tfisser il-klassifikazzjoni tal-FRM bħala materjal minn sors identifikat, magħżul, kwalifikat jew ittestjat; |
|
(34) |
“minn sors identifikat” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jista’ jkun sors taż-żrieragħ jew popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II; |
|
(35) |
“magħżul” tfisser kategorija ta’ FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza, li jkun intgħażel fil-livell tal-popolazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness III; |
|
(36) |
“kwalifikat” tfisser kategorija tal-FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn imsaġar taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja, kloni jew taħlitiet klonali, li l-komponenti tagħhom ikunu ntgħażlu fil-livell individwali, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV; |
|
(37) |
“ittestjat” tfisser kategorija tal-FRM derivat minn materjal bażiku li jikkonsisti minn popolamenti, imsaġar taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja, kloni jew taħlitiet klonali, fejn is-superjorità ta’ dak l-FRM tkun intweriet permezz ta’ ttestjar komparattiv jew tkun ġiet ikkalkolata stima tas-superjorità tal-FRM abbażi tal-evalwazzjoni ġenetika tal-komponenti tal-materjal bażiku, u li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness V; |
|
(38) |
“ċertifikazzjoni uffiċjali” tfisser kemm il-proċedura li twassal għall-ħruġ, kif ukoll il-ħruġ innifsu, ta’ ċertifikat ewlieni jew ta’ tikketta uffiċjali, f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
|
(39) |
“kontrolli uffiċjali” tfisser attivitajiet biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet, jew mill-korpi jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati wħud minn dawk l-attivitajiet; |
|
(40) |
“attivitajiet uffiċjali oħrajn” tfisser attivitajiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-materjal bażiku u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM għajr il-kontrolli uffiċjali, imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati wħud minn dawk l-attivitajiet; |
|
(41) |
“verifika tad-dokumenti” tfisser l-eżami taċ-ċertifikati ewlenin u ta’ dokumenti oħra; |
|
(42) |
“organiżmu ġenetikament modifikat” tfisser organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2001/18/KE, eskluż l-organiżmi miksubin permezz tat-tekniki ta’ modifika ġenetika elenkati fl-Anness I B ta’ dik id-Direttiva; |
|
(43) |
“pjanta tal-NGT” tfisser pjanta tal-NGT kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2026/1388; |
|
(44) |
“żona ta’ varar” tfisser iż-żona deżinjata mill-awtoritajiet kompetenti li fiha l-FRM li jappartjeni għall-kategoriji “kwalifikat” u “ttestjat” jiġi adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi ta’ dik iż-żona; |
|
(45) |
“FOREMATIS” tfisser is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Materjal Riproduttiv tal-Foresti tal-Kummissjoni; |
|
(46) |
“riġenerazzjoni naturali” tfisser it-tiġdid tal-foresta bi proċessi naturali inkluż iż-żrigħ, il-ġelbin, iż-żarġin jew it-tirqid naturali; |
|
(47) |
“pesti li jaffettwaw il-kwalità” tfisser pesti:
|
KAPITOLU II
Materjal bażiku u FRM derivat minnu
Artikolu 4
Approvazzjoni tal-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM
1. Il-materjal bażiku approvat mill-awtoritajiet kompetenti biss għandu jintuża għall-produzzjoni tal-FRM.
2. Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “minn sors identifikat” għandu jiġi approvat jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.
Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “magħżul” għandu jiġi approvat jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness III.
Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “kwalifikat” għandu jiġi approvat jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.
Il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM li għandu jiġi ċċertifikat bħala “ttestjat” għandu jiġi approvat jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness V.
Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku stipulati fl-Annessi II sa V humiex sodisfatti għandha tinkludi, kif xieraq, spezzjonijiet viżwali, kontrolli dokumentarji, testijiet u analiżijiet. Metodi komplementari oħra, bħal tekniki bijokimiċi u molekulari, jistgħu jintużaw ukoll jekk ikunu xierqa għall-fini ta’ dik l-approvazzjoni.
Il-materjal bażiku għall-kategoriji kollha għandu jiġi vvalutat għall-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tiegħu kif stipulati fl-Annessi II sa V, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi.
L-approvazzjoni tal-materjal bażiku għandha titwettaq b’referenza għall-unità tal-approvazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 li jemendaw l-Annessi II sa V.
Dawk l-emendi għandhom jadattaw ir-regoli għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM biex jirriflettu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, inkluż l-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari, u l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali applikabbli.
4. Il-materjal bażiku approvat biss għandu jiġi inkluż fir-reġistru nazzjonali skont l-Artikolu 15. Dan għandu jiġi rreġistrat b’referenza għall-unità tal-approvazzjoni. Kull unità tal-approvazzjoni għandha tkun identifikata f’dak ir-reġistru nazzjonali minn reġistru ta’ referenza uniku.
5. Wara l-approvazzjoni, il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM skont il-kategoriji “magħżul”, “kwalifikat” u “ittestjat” għandu jiġi spezzjonat mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti f’intervalli regolari.
6. L-approvazzjoni tal-materjal bażiku għandha tiġi rtirata, jekk ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament ma jibqgħux sodisfatti.
Artikolu 5
Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM
1. L-FRM tal-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” jew “ittestjat” għandu jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni biss jekk:
|
(a) |
ikun akkumpanjat minn tikketta uffiċjali maħruġa skont l-Artikolu 20 (“tikketta uffiċċjali”) minn:
|
|
(b) |
jikkonforma mal-paragrafu 2; |
|
(c) |
ikun akkumpanjat minn dokument ta’ operatur professjonist, maħruġ skont l-Artikolu 20 (“dokument tal-operatur professjonist”); u |
|
(d) |
ikun ħieles minn pesti li jaffettwaw il-kwalità u mis-sintomi kkawżati minnhom, jew il-preżenza ta’ tali pesti fuq dak l-FRM tkun tant baxxa li dawk il-pesti ma jaffettwawx b’mod avvers il-kwalità tiegħu. |
2. L-FRM għandu jiġi kkummerċjalizzat mill-operaturi professjonisti f’konformità mar-regoli li ġejjin:
|
(a) |
l-FRM tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u tal-ibridi naturali tagħhom għandu jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun tal-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” jew “ittestjat” u jkun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4; |
|
(b) |
l-FRM tal-ibridi artifiċjali tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I għandu jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun tal-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” jew “ittestjat” u jkun ġie derivat minn materjal bażiku li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 4; |
|
(c) |
l-FRM tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom li fih jew jikkonsisti minn organiżmi ġenetikament modifikati, inkluż pjanti tal-NGT tal-kategorija 2 kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2026/1388, għandu jiġi kkummerċjalizzat biss jekk:
|
|
(d) |
l-FRM tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom li fih jew jikkonsisti minn pjanta tal-NGT tal-kategorija 1 kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2026/1388 għandu jiġi kkummerċjalizzat biss jekk:
|
|
(e) |
l-FRM ikkummerċjalizzat f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jikkonforma mar-regoli stabbiliti, jew previsti, fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni, u mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament. |
3. Fil-każ tal-lottijiet taż-żrieragħ, l-FRM tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss jekk, minbarra l-konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkun disponibbli informazzjoni fir-rigward ta’:
|
(a) |
il-purità, kif imkejla bil-perċentwal skont il-piż ta’ żerriegħa pura, żerriegħa oħra u materja inerti; |
|
(b) |
ir-rata tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura jew, f’każijiet fejn l-ittestjar tal-ġerminazzjoni jkun impossibbli jew mhux prattiku, il-perċentwal tal-vijabbiltà taż-żerriegħa pura vvalutata b’referenza għal metodu speċifikat; |
|
(c) |
il-piż ta’ 1 000 żerriegħa pura; |
|
(d) |
in-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli għal kull kilogramma jew litru tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa jew, meta n-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli ma jkunx possibbli jew imprattikabbli li jiġi vvalutat, in-numru taż-żrieragħ vijabbli għal kull kilogramma jew litru; |
|
(e) |
għall-ibridi artifiċjali, il-perċentwal ta’ ibridi. |
Fil-każ ta’ kwantitajiet żgħar, ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-punti (b), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx għalfejn jiġu sodisfatti.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina x’jikkostitwixxi kwantità żgħira, kif imsemmi fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’ speċijiet individwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
5. B’deroga mill-paragrafu 3, meta jkun meħtieġ li ż-żerriegħa tal-għelejjel tal-istaġun attwali ssir disponibbli malajr, l-FRM jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-ewwel xerrej qabel ma jiġi konkluż l-eżami fir-rigward tal-ġerminazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (d). L-operatur professjonist għandu jinforma lix-xerrej malajr kemm jista’ jkun dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (d). Operatur professjonist li jkun beħsiebu jagħmel użu mid-deroga prevista f’dan il-paragrafu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b’dik l-intenzjoni darba waħda.
6. Il-kategoriji li permezz tagħhom l-FRM mit-tipi diversi tal-materjal bażiku jista’ jiġi kkummerċjalizzat huma kif stipulati fit-tabella fl-Anness VI.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31(2), li jemendaw it-tabella fl-Anness VI.
Dawk l-emendi għandhom jadattaw il-kategoriji li taħthom l-FRM mit-tipi differenti ta’ materjal bażiku jista’ jiġi kkummerċjalizzat sabiex jirriflettu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku u l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali applikabbli.
Artikolu 6
Approvazzjoni ta’ materjal bażiku għall-finijiet tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti
1. B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi professjonisti japprovaw il-materjal bażiku għall-produzzjoni tal-FRM għall-fini tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.
Dawk l-operaturi professjonisti għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).
2. Sabiex jingħata awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, l-operatur professjonist għandu:
|
(a) |
ikollu l-għarfien meħtieġ biex jivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(2) u fl-Annessi II sa V; |
|
(b) |
ikun ikkwalifikat jew jimpjega persunal ikkwalifikat biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(2) u fl-Annessi II sa V; |
|
(c) |
ikollu l-kapaċità li jivvaluta l-livell ta’ diversità ġenetika tal-materjal bażiku kkonċernat, jimmonitorja l-punti kritiċi għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u jżomm rekords tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ. |
3. L-operaturi professjonisti awtorizzati skont il-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-materjal bażiku jkun approvat b’referenza għal unità tal-approvazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi II sa V dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti. Huma għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dik l-unità ta’ approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar l-inklużjoni tal-materjal bażiku approvat fir-reġistru nazzjonali skont l-Artikolu 15, wara verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(2) u fl-Annessi II sa V, għall-fini tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.
4. Meta l-operatur professjonist ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 12 għandu japplika għall-irtirar jew il-modifika tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-operaturi professjonisti li għandhom jiġu awtorizzati japprovaw il-materjal bażiku u l-kundizzjonijiet għall-komunikazzjoni tad-dettalji tal-unità tal-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali applikabbli. Għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni temporanja għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM li jissodisfa rekwiżiti inqas stretti jew li ġej minn materjal bażiku li jissodisfa rekwiżiti inqas stretti
1. Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista ta’ FRM li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fi Stat Membru wieħed jew aktar li ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta’provvista minn ġewwa l-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tawtorizza lil Stat Membru wieħed jew aktar biex jippermettu temporanjament il-kummerċjalizzazzjoni ta’ FRM li jissodisfa rekwiżiti inqas stretti minn dawk stipulati fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) u (b), fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 8, jew li jirriżulta minn materjal bażiku li jissodisfa rekwiżiti inqas stretti minn dawk stipulati fl-Annessi II sa V, dment li tali awtorizzazzjoni tkun neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni temporanja, jiġifieri:
|
(a) |
id-durata massima tal-awtorizzazzjoni, li ma għandhiex taqbeż it-12-il xahar; |
|
(b) |
l-obbligi fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi professjonisti li japplikaw l-awtorizzazzjoni; |
|
(c) |
l-Istati Membri li huma kkonċernati bl-awtorizzazzjoni; |
|
(d) |
iż-żoni, l-operaturi professjonisti jew l-ispeċijiet ikkonċernati għal kull Stat Membru, kif xieraq; |
|
(e) |
iż-żona li fiha l-FRM jista’ jiġi kkummerċjalizzat; |
|
(f) |
kundizzjonijiet oħra ta’ kummerċjalizzazzjoni kif meħtieġ għal kull Stat Membru; u |
|
(g) |
il-kategoriji li għalihom l-awtorizzazzjoni hija ristretta. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
2. L-FRM soġġett għal awtorizzazzjoni temporanja skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun akkumpanjat minn tikketta uffiċjali u minn dokument tal-operatur professjonist. Barra minn hekk, id-dokument ta’ dak l-operatur professjonist għandu jiddikjara li l-FRM ikkonċernat jissodisfa rekwiżiti inqas stretti minn dawk stipulati fl-Artikolu 5(2), il-punti (a) u (b), fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 8, jew ikun ġie derivat minn materjal bażiku li jissodisfa rekwiżiti inqas stretti minn dawk stipulati fl-Annessi II sa V.
Artikolu 8
Rekwiżiti speċjali għal ċerti tipi, speċijiet u kategoriji tal-FRM
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 li jissupplimentaw dan ir-Regolament kif meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti xierqa għal kull tip, speċi jew kategorija tal-FRM dwar:
|
(a) |
l-unitajiet taż-żrieragħ tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-purità tal-ispeċijiet; |
|
(b) |
il-partijiet ta’ pjanti tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom fir-rigward tal-kwalità b’rabta mal-karatteristiċi ġenerali, is-saħħa u d-daqs; |
|
(c) |
l-istandards esterni ta’ kwalità għall-Populus spp. propagata minn biċċiet taz-zkuk, bl-għeruq jew mingħajrhom, fir-rigward ta’ difetti u dimensjonijiet minimi għall-biċċiet taz-zkuk, bl-għeruq jew mingħajrhom; |
|
(d) |
l-istokk għat-tħawwil tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom fir-rigward tal-kwalità b’rabta mal-karatteristiċi ġenerali, is-saħħa, il-vitalità u l-kwalità fiżjoloġika;; |
|
(e) |
l-istokk għat-tħawwil li għandu jiġi kkummerċjalizzat lill-utenti f’reġjuni b’kundizzjonijiet ekoklimatiċi speċifiċi fir-rigward tad-difetti, id-daqs u l-età tal-pjanti u, fejn xieraq, id-daqs tal-kontenitur. |
Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti għal kull tip, speċi jew kategorija tal-FRM fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar, u l-iżolament. Huma għandhom jadattaw dawk ir-rekwiżiti biex jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards internazzjonali applikabbli, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku, jew l-iżviluppi klimatiċi u ekoloġiċi.
Artikolu 9
Pjanijiet ta’ kontinġenza
1. Kull Stat Membru jista’ jfassal pjan ta’ kontinġenza wieħed jew aktar sabiex jiżgura l-preparatezza u l-kapaċità li jistabbilixxi provvista suffiċjenti ta’ FRM għar-riforestazzjoni ta’ żoni affettwati minn avvenimenti estremi tat-temp, minn nirien mhux ikkontrollati, minn mard, minn tifqigħat ta’ pesti, minn diżastri jew minn kwalunkwe avveniment avvers ieħor, kif identifikat fil-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali żviluppati f’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.
Dawk il-pjanijiet ta’ kontinġenza jistgħu jitħejjew fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u tal-ibridi tagħhom, identifikati mill-Istat Membru bħala ekoloġikament rilevanti fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi attwali u mbassra tiegħu u kif xieraq sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati ta’ nuqqas tal-FRM.
2. Il-pjan ta’ kontinġenza jista’ jinkludi l-elementi li ġejjin, kif xieraq skont il-ħtiġijiet tal-Istati Membri kkonċernati:
|
(a) |
il-valutazzjoni tar-riskju li jkun hemm nuqqas kbir ta’ FRM u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, u fuq l-ambjent, abbażi tad-distribuzzjoni projettata tal-ispeċijiet tas-siġar imsemmija fil-paragrafu 1, u, fejn ikunu disponibbli, abbażi ta’ simulazzjonijiet tal-mudell klimatiku; |
|
(b) |
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti, mill-operaturi professjonisti u minn atturi rilevanti oħrajn sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-FRM f’każ ta’ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(c) |
il-koordinazzjoni ma’ Stati Membri ġirien u pajjiżi terzi ġirien, fejn applikabbli; |
|
(d) |
deskrizzjoni tar-riżorsi u tal-persunal li għandhom jinżammu u jintużaw f’każ ta’ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(e) |
spjegazzjoni ta’ kif ir-riżorsi u l-persunal ser jintużaw f’każ ta’ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(f) |
deskrizzjoni tal-koordinazzjoni tal-azzjonijiet bejn l-atturi involuti f’każ ta’ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(g) |
il-prinċipji li jikkonċernaw il-kompetenza xierqa tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, il-korpi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-laboratorji, l-operaturi professjonisti u persuni oħra msemmija fil-punt (b); |
|
(h) |
il-miżuri biex il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati affettwati u s-soċjetà ċivili jiġu infurmati dwar nuqqas kbir tal-FRM u l-miżuri meħudin biex jiġi indirizzat dak in-nuqqas; |
|
(i) |
l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni ta’ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(j) |
il-metodi għad-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi fejn seħħ nuqqas kbir tal-FRM; |
|
(k) |
l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fil-provvista tal-FRM, inkluż f’termini tal-impatt soċjoekonomiku, u miżuri biex jitnaqqsu dawk il-vulnerabbiltajiet. |
3. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom biex iqisu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku rigward id-distribuzzjoni tal-ispeċijiet u l-ibridi tas-siġar koperti minn dawk il-pjanijiet.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom disponibbli għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-operaturi professjonisti rilevanti kollha permezz tal-pubblikazzjoni permezz ta’ FOREMATIS.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jappoġġaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.
KAPITOLU III
Reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti u superviżjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 10
Obbligi għall-operaturi professjonisti
1. L-operaturi professjonisti għandhom:
|
(a) |
ikunu stabbiliti fl-Unjoni; |
|
(b) |
f’kull Stat Membru fejn ikollhom attivitajiet relatati mal-produzzjoni jew mal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM, jiġu rreġistrati għal dawk l-attivitajiet f’konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 65 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
ikunu disponibbli personalment, jew jaħtru persuna oħra biex tkun disponibbli personalment, biex tikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti għall-iffaċilitar tat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. |
2. L-operaturi professjonisti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti rilevanti jekk ma jibqgħux iwettqu l-attivitajiet relatati mal-produzzjoni u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni tagħhom.
3. L-operaturi professjonisti għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-FRM fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inter alia, billi jirreġistraw l-informazzjoni dwar l-operaturi professjonisti li jfornu l-FRM u dwar l-operaturi professjonisti jew l-utenti li lilhom jiġi pprovdut l-FRM, u permezz tal-informazzjoni li tinsab fit-tikketta uffiċjali u fid-dokument tal-operatur professjonist. L-operatur professjonist għandu jkollu sistema li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti għat-traċċabbiltà u għall-identifikazzjoni tal-FRM tiġi mmonitorjata għall-finijiet tal-verifiki tiegħu stess u għall-kontrolli uffiċjali.
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinħażen għal mill-inqas 10 snin b’mod li jiżgura li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ffalsifikata. Dak il-perjodu għandu jibda fl-aħħar tas-sena li fiha jkun inħoloq id-dokument tal-operatur professjonist. L-informazzjoni tista’ tinħażen f’forma li tinqara diġitalment. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw il-kontenut tar-rekords u jirrikjedu biss rekords diġitali.
5. L-operaturi professjonisti għandhom jiffaċilitaw l-aċċess tal-utenti għall-informazzjoni disponibbli eżistenti dwar l-FRM dwar l-adegwatezza tiegħu għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi, abbażi tal-għarfien u tad-data disponibbli. Qabel it-trasferiment tal-FRM ikkonċernat, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-utent potenzjali permezz ta’ siti web, gwidi għall-persuni li jħawlu jew mezzi xierqa oħrajn.
6. Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, l-operaturi professjonisti għandhom jagħtu lill-persunal, fejn dan ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, l-aċċess:
|
(a) |
għat-tagħmir, il-bini u postijiet oħra, inkluż il-materjal bażiku, taħt il-kontroll tagħhom; |
|
(b) |
għas-sistemi tal-ġestjoni tal-informazzjoni kompjuterizzata tagħhom; |
|
(c) |
għall-FRM taħt il-kontroll tagħhom; |
|
(d) |
għad-dokumenti tagħhom u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
7. Matul il-kontrolli uffiċjali, l-operaturi professjonisti għandhom jassistu u jikkooperaw mal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
8. L-obbligi tal-operaturi professjonisti stipulati fil-paragrafi 6 u 7 għandhom japplikaw ukoll f’każijiet fejn il-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra jitwettqu minn korpi delegati u minn persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra.
Artikolu 11
Awtorizzazzjoni ta’ operatur professjonist taħt superviżjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM
1. Awtorità kompetenti tista’, fuq applikazzjoni minn operatur professjonist, tawtorizza lill-operatur professjonist iwettaq l-attivitajiet kollha jew ċerti attivitajiet meħtieġa għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ dik l-awtorità kompetenti u joħroġ tikketta uffiċjali għal dak l-FRM.
Sabiex ikun eliġibbli għal dawn l-awtorizzazzjonijiet, u skont l-attivitajiet li għandhom jiġu awtorizzati, l-operatur professjonist għandu:
|
(a) |
ikollu l-għarfien meħtieġ għall-konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 5; |
|
(b) |
ikun kwalifikat, jew jimpjega persunal kwalifikat, biex iwettaq attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5:
|
|
(c) |
ikun identifika, u kapaċi jimmonitorja, il-punti kritiċi tal-proċess tal-produzzjoni li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u l-identità tal-FRM, u jżomm rekords tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ; u |
|
(d) |
ikollu fis-seħħ sistemi biex jiżguraw l-issodisfar tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-lottijiet skont l-Artikolu 19 u l-ħruġ tat-tikketta uffiċjali skont l-Artikolu 20. |
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 31 li jissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jistabbilixxi element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-proċedura għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati mill-operatur professjonist; |
|
(b) |
l-azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, sabiex tiġi kkonfermata l-konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 12
Irtirar jew modifika tal-awtorizzazzjoni tal-operatur professjonist
1. Meta operatur professjonist li jkun ingħata awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 11 ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(1), il-punt (c), l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-operatur professjonist jieħu azzjonijiet korrettivi f’perjodu speċifikat.
2. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tirtira jew timmodifika, kif xieraq, l-awtorizzazzjoni jekk l-operatur professjonist ma jiħux l-azzjonijiet korrettivi msemmijin fil-paragrafu 1 fil-perjodu speċifikat.
3. Jekk l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-awtorizzazzjoni tal-operatur professjonist tkun inkisbet b’mod frodulenti, l-awtorità kompetenti għandha timponi penali xierqa fuq l-operatur professjonist.
4. Meta, għal raġunijiet oħra għajr l-għeluq tan-negozju, l-operatur professjonist, fuq bażi temporanja jew permanenti, ma jibqax iwettaq l-attivitajiet li kienu s-suġġett tal-awtorizzazzjoni, l-operatur professjonist għandu jitlob is-sospensjoni temporanja, jew l-irtirar, tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 13
Superviżjoni uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti
1. Għall-iskopijiet tal-attivitajiet tal-operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari biex jiżguraw li l-operaturi professjonisti jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 11(1).
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu fi spezzjonijiet uffiċjali u f’kampjunar u f’ittestjar tal-FRM sabiex tiġi kkonfermata l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, kif ikun neċessarju.
Il-frekwenza ta’ dawk il-kontrolli għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità tal-FRM ma’ dawk ir-rekwiżiti.
3. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ referenza għall-verifika ġenetika tal-identità tal-FRM, bħal tekniki bijokimiċi u molekulari.
KAPITOLU IV
Reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u d-demarkazzjoni tar-reġjuni ta’ provenjenza
Artikolu 14
Demarkazzjoni tar-reġjuni ta’ provenjenza għal ċerti kategoriji
1. L-Istati Membri għandhom, għall-ispeċijiet rilevanti tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategoriji “minn sors identifikat” u “magħżul”, jiddemarkaw ir-reġjuni ta’ provenjenza.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom mapep li juru d-demarkazzjoni tar-reġjuni ta’ provenjenza. Huma għandhom jagħmlu dawk il-mapep disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn permezz ta’ FOREMATIS.
Artikolu 15
Reġistru nazzjonali ta’ materjal bażiku
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jippubblika u jżomm aġġornat f’format elettroniku reġistru nazzjonali tal-materjal bażiku tad-diversi speċijiet approvati fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli 4, 6 u 22.
Għandu jagħmel dak ir-reġistru disponibbli f’format elettroniku lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ FOREMATIS u fil-format użat minnu.
2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-format użat minn FOREMATIS għall-preżentazzjoni ta’ kull unità ta’ approvazzjoni fir-reġistru nazzjonali.
3. Ir-reġistru nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-isem xjentifiku tal-ġeneru u tal-ispeċi u, fejn xieraq, l-isem komuni f’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-kategorija ta’ FRM; |
|
(c) |
it-tip ta’ materjal bażiku; |
|
(d) |
ir-referenza tar-reġistru; |
|
(e) |
il-post tal-materjal bażiku, jiġifieri isem qasir, fejn xieraq, u wieħed mill-gruppi segwenti ta’ dettalji:
|
|
(f) |
id-daqs ta’ kull sors ta’ żrieragħ, popolament jew masġar taż-żrieragħ, indikat f’ettari jew għadd ta’ siġar; |
|
(g) |
l-oriġini:
|
|
(h) |
skop wieħed jew aktar tal-użu tal-FRM kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1); |
|
(i) |
informazzjoni oħra rilevanti għall-materjal bażiku; |
|
(j) |
fil-każ ta’ FRM tal-kategorija “ttestjat”, indikazzjoni dwar jekk:
|
|
(k) |
fil-każ ta’ FRM tal-kategoriji “kwalifikati” u “ttestjati”, informazzjoni dwar il-post tal-produzzjoni tal-wild tal-ġenituri ta’ familja, ta’ kloni jew ta’ taħlitiet klonali, li tfisser il-post jew il-pożizzjoni ġeografika eżatta fejn ġie prodott l-FRM; |
|
(l) |
meta bażi tad-data tal-awtorità kompetenti tkun aċċessibbli għall-pubbliku, ħolqa għal dik il-bażi tad-data inkluż iċ-ċertifikati ewlenin u l-kodiċijiet li jikkorrispondu għall-unitajiet rispettivi tal-approvazzjoni jew ħolqa għall-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 18(9), il-punt (b); |
|
(m) |
informazzjoni fir-rigward tal-kriterji tal-għażla li ġew applikati għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku f’konformità mal-Annessi II sa V, kif applikabbli, kif ukoll id-dokumentazzjoni jew l-evidenza użati biex tiġi ddeterminata l-oriġini tal-materjal bażiku kkonċernat. |
Il-post tal-materjal bażiku msemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi indikat bl-użu tas-sistema ta’ koordinati uniformi speċifikati minn FOREMATIS.
Għall-iskopijiet tal-punt (g)(iii) tal-ewwel subparagrafu, għall-imsaġar taż-żrieragħ li jirrappreżentaw stadju aktar avvanzat ta’ tnissil, tista’ tintuża informazzjoni minn rekords tat-tnissil minflok l-informazzjoni dwar l-oriġini u r-reġjun jew ir-reġjuni ta’ provenjenza.
4. B’deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw minnufih fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-materjal bażiku inkluż, qabel is-17 ta’ Lulju 2031, fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 1999/105/KE, mingħajr ma japplikaw il-proċedura ta’ reġistrazzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.
Artikolu 16
Lista tal-Unjoni tal-materjal bażiku approvat
Fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali stabbiliti minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista intitolata “Lista tal-Unjoni tal-Materjal Bażiku Approvat għall-Produzzjoni tal-Materjal Riproduttiv tal-Foresti”.
Dik il-lista għandha ssir disponibbli f’format elettroniku permezz ta’ FOREMATIS.
KAPITOLU V
Ċertifikat ewlieni, tikkettar u imballaġġ
Artikolu 17
Ħsad u ġbir mill-materjal bażiku
1. F’perjodu raġonevoli qabel il-ħsad, l-operatur professjonist għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni tiegħu li jaħsad l-FRM sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti torganizza kontrolli uffiċjali.
2. Meta l-FRM mill-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u mill-ibridi tagħhom jinħasad għal skopijiet għajr il-kummerċjalizzazzjoni bħala FRM fl-Unjoni, l-operatur professjonist għandu jindika li dan huwa l-każ fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Matul il-ġbir u l-ipproċessar tal-FRM qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu dirett, l-FRM maħsud għandu jkollu tikketta proviżorja maħruġa mill-operatur professjonist li jkun fiha referenza unika għall-materjal bażiku, id-data tal-ġbir, l-isem tal-operatur professjonist, u l-kwantità li tkun ġiet maħsuda. Ladarba jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti, dik it-tikketta għandha tiġi sostitwita bit-tikketta uffiċjali.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-ħsad u l-ġbir.
5. L-operatur professjonist responsabbli mill-ħsad tal-FRM għandu jiżgura li l-ħsad ma jikkompromettix ir-riġenerazzjoni tal-materjal bażiku approvat għall-iskop tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.
6. L-operatur professjonist responsabbli għall-ħsad, l-estrazzjoni, it-tindif u l-imballaġġ tal-FRM għandu, f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli, jiżgura li l-lottijiet tal-unità taż-żrieragħ u l-partijiet tal-lottijiet tal-pjanti jkunu omoġenji biżżejjed qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu.
7. Għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin, l-operaturi professjonisti għandhom iżommu u, fuq talba, jipprovdu lill-awtorità kompetenti rekords li jkun fihom id-dettalji tal-kunsinni kollha li jkunu nżammu u ġew ikkummerċjalizzati.
Artikolu 18
Ċertifikat ewlieni
1. Iċ-ċertifikat ewlieni tal-identità (“ċertifikat ewlieni”) għandu jiżgura li l-FRM jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun ġej minn unità waħda ta’ materjal bażiku approvat f’konformità mal-Artikolu 4(2), is-seba’ subparagrafu; |
|
(b) |
ikun ġej minn propagazzjoni veġetattiva sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 19(2); |
|
(c) |
ikun ġej minn taħlita ta’ lottijiet taż-żrieragħ jew minn partijiet ta’ lottijiet tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 19(3); |
|
(d) |
ikun importat u ċ-ċertifikat uffiċjali tiegħu jiġi sostitwit f’konformità mal-Artikolu 27(3), il-punt (a). |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM, li jkollu kodiċi uniku, mal-applikazzjoni ta’ operatur professjonist, mill-aktar fis possibbli wara l-ħsad tal-FRM jew l-estrazzjoni taż-żrieragħ, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-FRM, jew wara l-importazzjoni tal-FRM, u li jindika r-referenza unika tar-reġistru tal-materjal bażiku.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kontenut taċ-ċertifikat ewlieni u l-mudelli għalih, u b’mod partikolari għal:
|
(a) |
il-mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mis-sorsi taż-żrieragħ u mill-popolamenti; |
|
(b) |
il-mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mill-imsaġar taż-żrieragħ jew mill-ġenituri ta’ familja; u |
|
(c) |
il-mudell taċ-ċertifikat ewlieni għall-FRM li huwa derivat mill-kloni u mit-taħlitiet klonali. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
4. Meta, f’konformità mal-Artikolu 19(2), operatur professjonist iwettaq propagazzjoni veġetattiva sussegwenti tal-FRM, dak l-operatur professjonist għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b’dan u għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5. Meta jseħħ it-taħlit f’konformità mal-Artikolu 19(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-referenzi tar-reġistru tal-komponenti tat-taħlitiet ikunu identifikabbli, u għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-operatur professjonist għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni tiegħu li jħallat fi żmien raġonevoli qabel ma jwettaq dan. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tissorvelja l-proċess ta’ taħlit.
6. Meta l-lott imsemmi fl-Artikolu 19(1) ikun maqsum f’lottijiet iżgħar li ma jiġux ipproċessati b’mod uniformi u soġġetti għal propagazzjoni veġetattiva sussegwenti, għandu jinħareġ ċertifikat ewlieni ġdid skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandha ssir referenza għall-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni preċedenti.
7. Fuq talba mill-operatur professjonist, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat ewlieni skont il-paragrafu 2 biex jissostitwixxi ċertifikat ewlieni maħruġ skont id-Direttiva 1999/105/KE. F’dak il-każ, iċ-ċertifikat ewlieni għandu jkollu d-dikjarazzjoni: “Il-materjal bażiku huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/105/KE.”.
8. Ċertifikat ewlieni jista’ jinħareġ ukoll f’forma elettronika (“ċertifikat ewlieni elettroniku”).
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni waqt li tistabbilixxi arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin elettroniċi u għall-użu tal-firem elettroniċi sabiex tiżgura l-konformità maċ-ċertifikati ewlenin elettroniċi ma’ dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
9. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31, li jissupplimentaw dan l-Artikolu, billi jistabbilixxu regoli dwar:
|
(a) |
ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-verifika tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku li wasslu għall-ħruġ taċ-ċertifikat ewlieni; |
|
(b) |
l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita l-ipproċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom u l-użu taċ-ċertifikati ewlenin. |
10. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata lista nazzjonali taċ-ċertifikati ewlenin maħruġa u, fuq talba, jagħmel dik il-lista disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-oħra.
11. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
|
(a) |
il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi biex jiżguraw il-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin preċiżi u affidabbli, u jipprevjenu r-riskju ta’ frodi; |
|
(b) |
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ rtirar ta’ ċertifikati ewlenin u għall-ħruġ ta’ ċertifikati ewlenin ta’ sostituzzjoni; |
|
(c) |
regoli għall-produzzjoni ta’ kopji ċċertifikati ta’ ċertifikati ewlenin. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 19
Lottijiet
1. L-FRM, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, għandu jinżamm separat f’lottijiet b’referenza għall-unitajiet individwali ta’ approvazzjoni, u għaċ-ċertifikat ewlieni ladarba jkun inħareġ.
Kull lott ta’ FRM għandu jkun identifikat permezz ta’ dawn li ġejjin:
|
(a) |
kodiċi tal-lott; matul il-ħsad, il-kodiċi tal-lott jista’ jservi bħala l-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni waqt li ċ-ċertifikat ewlieni ikun mistenni li jinħareġ mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
l-iskop jew l-iskopijiet kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1); |
|
(c) |
il-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni, mal-ħruġ taċ-ċertifikat ewlieni; |
|
(d) |
l-isem xjentifiku tal-ġeneru u tal-ispeċi, u fejn xieraq, l-isem komuni b’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
|
(e) |
il-kategorija ta’ FRM; |
|
(f) |
it-tip ta’ materjal bażiku; |
|
(g) |
ir-referenza tar-reġistru; |
|
(h) |
ir-reġjun ta’ provenjenza għall-FRM tal-kategoriji “minn sors identifikat” u “magħżul” jew għal FRM ieħor, fejn applikabbli; |
|
(i) |
l-oriġini, meta applikabbli, u indikazzjoni dwar jekk il-materjal bażiku huwiex indiġenu, mhux indiġenu jew ta’ oriġini mhux magħrufa u, jekk ikun indiġenu, jekk huwiex awtoktonu jew mhux awtoktonu; |
|
(j) |
fil-każ ta’ unitajiet taż-żrieragħ, is-sena tal-maturazzjoni; |
|
(k) |
l-età u t-tip ta’ stokk għat-tħawwil taz-zkuk jew tal-biċċiet, sew jekk maqtugħin minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri; |
|
(l) |
għall-kategorija “ttestjat”, indikazzjoni ta’ jekk l-FRM:
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-operaturi professjonisti għandhom iżommu separatament kwalunkwe FRM li jkun soġġett għal propagazzjoni veġetattiva sussegwenti u għandhom jidentifikawh bħala tali. F’każijiet bħal dawn, l-FRM prodott minn dik il-propagazzjoni veġetattiva sussegwenti għandu jitqiegħed fl-istess kategorija bħall-FRM oriġinali.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, it-taħlit ta’ lottijiet ta’ żrieragħ jew lottijiet ta’ partijiet ta’ pjanti għandu jkun soġġett għal waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin, kif applikabbli:
|
(a) |
fil-kategoriji “minn sors identifikat” jew “magħżul”, it-taħlit għandu japplika għal-lottijiet taż-żrieragħ derivati minn żewġ unitajiet ta’ approvazzjoni jew aktar f’reġjun wieħed ta’ provenjenza; |
|
(b) |
it-taħlit għandu jsir biss fl-istess speċi, reġjun ta’ provenjenza u kategorija; |
|
(c) |
fil-każ tat-taħlit tal-lottijiet taż-żrieragħ minn sorsi taż-żrieragħ u popolamenti fil-kategorija “minn sors identifikat”, il-lott ikkombinat il-ġdid għandu jiġi ċċertifikat bħala “lottijiet taż-żrieragħ derivati minn sors taż-żrieragħ”; |
|
(d) |
fil-każ tat-taħlit tal-lottijiet taż-żrieragħ derivati minn materjal bażiku mhux indiġenu bil-lottijiet taż-żrieragħ minn materjal bażiku ta’ oriġini mhux magħrufa, il-lott ikkombinat il-ġdid għandu jiġi ċċertifikat bħala “ta’ oriġini mhux magħrufa”; |
|
(e) |
fil-każ tat-taħlit tal-lottijiet taż-żrieragħ derivati minn unità waħda ta’ approvazzjoni mill-istess sena jew snin diversi ta’ maturazzjoni, għandhom jiġu rreġistrati s-snin attwali ta’ maturazzjoni u l-proporzjon taż-żrieragħ minn kull sena; |
|
(f) |
fil-każ tat-taħlit tal-lottijiet ta’ partijiet ta’ pjanti derivati minn unità waħda ta’ approvazzjoni minn sena jew snin diversi ta’ ġbir, għandhom jiġu rreġistrati s-snin attwali ta’ maturazzjoni u l-proporzjon tal-partijiet tal-pjanti minn kull sena. |
Fil-każ ta’ taħlit imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (c) jew (d), il-kodiċi tal-identità għar-reġjun ta’ provenjenza jista’ jintuża minflok ir-referenza tar-reġistru msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (g). Il-lott li jirriżulta għandu jitħallat b’tali mod li jkun omoġenju.
Artikolu 20
Tikketta uffiċjali u dokument tal-operatur professjonist
1. Għandha tinħareġ u tiġi stampata tikketta uffiċjali għal kull lott tal-FRM għall-kummerċjalizzazzjoni, b’referenza għall-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni u għall-kodiċi tal-lott, minn:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti; jew |
|
(b) |
l-operatur professjonist awtorizzat jew persuna kkuntrattata minn dak l-operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. |
Dik it-tikketta uffiċjali għandha tindika l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 19 u, kif applikabbli, tal-Artikolu 8.
Ma hemmx bżonn li tinħareġ u tiġi stampata tikketta uffiċjali fil-każ ta’ lott ta’ FRM miżmum u offrut għall-fini ta’ bejgħ. Madankollu, f’dak il-każ għandha tiġi pprovduta referenza għall-kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni u għall-kodiċi tal-lott.
2. It-tikketta uffiċjali għandha tiżgura l-identifikazzjoni unika u t-traċċabbiltà tal-lott billi takkumpanja dak il-lott matul il-kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Meta jikkonsenja lottijiet tal-FRM lil utent ieħor, l-operatur professjonist, minbarra t-tikketta uffiċjali, għandu joħroġ u jistampa dokument tal-operatur professjonist għal kull lott ikkonsenjat li jista’ jiġi kkombinat ma’ nota tal-konsenja jew fattura.
4. It-tikketti uffiċjali għandhom ikunu:
|
(a) |
awtentiċi u akkurati; |
|
(b) |
jinkitbu b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u, fejn rilevanti, b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. |
5. It-tikketta uffiċjali għandu jkun fiha l-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) sa (e), (g) u (l), kif ukoll:
|
(a) |
il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-operatur professjonist fornitur li joħroġ it-tikketta uffiċjali jew li lilu tkun inħarġet it-tikketta uffiċjali mill-awtorità kompetenti; u |
|
(b) |
fil-każ ta’ FRM tal-kategorija “ttestjat”, li l-materjal bażiku tiegħu jkun approvat skont l-Artikolu 23, il-kliem “approvat b’mod proviżorju”. |
It-tikketta uffiċjali jista’ jkun fiha parti mhux uffiċjali li tinkludi element wieħed jew aktar tad-dokument tal-operatur professjonist imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
It-tikketta uffiċjali tista’ tinkludi wkoll element diġitali, bħal kodiċi QR, li jkun fih kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmija f’dan il-paragrafu.
6. It-tikketta uffiċjali għandha titwaħħal man-naħa ta’ barra tal-pakketti, mal-qatta, max-xbieki, mal-kontenituri jew mal-pjanti individwali. Meta t-tikketta uffiċjali tkun ikkombinata ma’ passaport tal-pjanti, għandu japplika l-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
7. Id-dokument tal-operatur professjonist għandu jkun fih:
|
(a) |
l-elementi kollha msemmijin fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu; |
|
(b) |
l-elementi kollha msemmijin fl-Artikolu 19(1) mhux imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz u l-isem tal-operatur professjonist; |
|
(d) |
il-kwantità ta’ FRM fornuta; |
|
(e) |
fejn applikabbli, l-Istat Membru jew l-Istati Membri tal-produzzjoni tal-FRM ikkonċernat; |
|
(f) |
fejn applikabbli, il-pajjiż terz ta’ oriġini tal-FRM ikkonċernat; |
|
(g) |
l-isem u l-indirizz tar-riċevitur tal-FRM ikkonċernat; |
|
(h) |
id-data tal-ħruġ tad-dokument tal-operatur professjonist; |
|
(i) |
il-kodiċi tad-dokument tal-operatur professjonist; |
|
(j) |
indikazzjoni dwar jekk l-FRM ikunx ġie ppropagat b’mod veġetattiv; u |
|
(k) |
l-informazzjoni addizzjonali fil-każ tal-lottijiet taż-żrieragħ stipulati fl-Artikolu 5(3); madanakollu, fil-każ ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (d) ta’ dak il-paragrafu ma għandhiex tkun meħtieġa li tiġi indikata ffid-dokument tal-operatur professjonist. |
8. Minbarra l-elementi elenkati fil-paragrafu 7, id-dokument tal-operatur professjonist jista’ jinkludi:
|
(a) |
indikazzjoni dwar jekk l-FRM huwiex derivat minn materjal bażiku awtoktonu jew mhux awtoktonu, u jekk iva jiġi rreġistrat hekk skont l-Artikolu 15(3), il-punt (g); |
|
(b) |
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-operatur professjonist iqis xierqa għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM ikkonċernat. |
9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format, id-daqs, il-forma u l-kulur tat-tikketta uffiċjali u tad-dokument tal-operatur professjonist għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi jew għal tipi oħrajn ta’ FRM.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
indikazzjoni tal-kontenut; |
|
(b) |
il-kulur tat-tikketta għal kategoriji speċifiċi jew għal tipi oħrajn ta’ FRM; |
|
(c) |
informazzjoni addizzjonali fil-każ taż-żrieragħ u ta’ kwantitajiet żgħar taż-żrieragħ; |
|
(d) |
informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ ġeneri jew ta’ speċijiet speċifiċi. |
Meta tispeċifika l-kulur tat-tikketta skont it-tieni subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti u standards internazzjonali applikabbli oħra.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu fir-rigward tal-użu tal-kulur għat-tikketta uffiċjali u d-dokument tal-operatur professjonist, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu.
10. Tikketta uffiċjali jew dokument tal-operatur professjonist jistgħu jinħarġu f’forma elettronika (“tikketta uffiċjali elettronika” jew “dokument elettroniku tal-operatur professjonist”). F’każ bħal dan, referenza stampata, bħal kodiċi QR, għandha takkumpanja l-FRM ikkonċernat.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta’ tikketti uffiċjali elettroniċi jew dokumenti elettroniċi tal-operatur professjonist sabiex tiżgura l-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
11. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31, li jissupplimentaw dan l-Artikolu billi jistabbilixxu regoli dwar:
|
(a) |
ir-reġistrazzjoni diġitali tal-azzjonijiet ewlenin għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM meħuda mill-operaturi professjonisti u mill-awtoritajiet kompetenti li jwasslu għall-ħruġ tat-tikketti uffiċjali u tad-dokumenti tal-operatur professjonist; |
|
(b) |
l-istabbiliment ta’ pjattaforma ċentralizzata li tikkollega lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, sabiex tiffaċilita l-ipproċessar ta’ dawk ir-rekords, l-aċċess għalihom u l-użu tagħhom. |
Artikolu 21
Imballaġġ ta’ unitajiet taż-żrieragħ
L-unitajiet taż-żrieragħ għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss f’pakketti magħluqa, inkluż xbieki jew kontenituri oħra, li jkunu ssiġillati. Dawk il-pakketti għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li kwalunkwe ftuħ tagħhom ikun viżibbli u traċċabbli.
Is-siġillar ma għandux ikun meħtieġ fil-każ ta’ żrieragħ rikalċitranti.
KAPITOLU VI
Derogi mill-Artikolu 4
Artikolu 22
Approvazzjoni mill-operaturi professjonisti tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “minn sors identifikat”
1. B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, mal-approvazzjoni mill-Kummissjoni, jawtorizzaw lill-operaturi professjonisti japprovaw il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “minn sors identifikat” għal speċijiet speċifiċi, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ir-reġjun ta’ provenjenza, fejn jinsab il-materjal bażiku, ikun soġġett għal kundizzjonijiet tat-temp u klimatiċi estremi; |
|
(b) |
dawk il-kundizzjonijiet estremi tat-temp u klimatiċi għandhom impatt fuq iċ-ċiklu riproduttiv tal-materjal bażiku u jnaqqsu l-frekwenza tas-snin ta’ abbundanza, filwaqt li jnaqqsu d-disponibbiltà frekwenti ta’ FRM ta’ kwalità għolja; |
|
(c) |
il-post tal-ħsad huwa remot u diffiċli ħafna għall-awtoritajiet kompetenti biex jaċċessawh matul iż-żmien tal-ħsad tal-FRM. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti l-approvazzjoni għal kull Stat Membru għal perjodu definit. L-approvazzjoni għandha tingħata fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 23
Approvazzjoni proviżorja tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ittestjat”
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu japprovaw, għal perjodu massimu ta’ 10 snin, il-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ittestjat” meta r-riżultati proviżorji tal-evalwazzjoni ġenetika jew tat-testijiet komparattivi msemmijin fl-Anness V jappoġġaw is-suppożizzjoni li, ladarba jitlestew it-testijiet, il-materjal bażiku ser ikun jissodisfa r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika l-għadd massimu ta’ unitajiet ta’ approvazzjoni u d-daqs massimu tal-erjas li jistgħu jkunu soġġetti għal tali approvazzjoni.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 24
Esperimenti temporanji biex jinsabu alternattivi aħjar għal ċerti aspetti ta’ dan ir-Regolament
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti dettaljati għall-organizzazzjoni ta’ esperimenti temporanji li jfittxu alternattivi aħjar għal ċerti aspetti ta’ dan ir-Regolament dwar l-ispeċijiet tas-siġar elenkati fl-Anness I u l-ibridi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-FRM.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Esperimenti bħal dawn għandhom jitwettqu biss jekk jipparteċipaw mill-inqas żewġ Stati Membri, fuq talba tagħhom.
Tali esperimenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ provi tekniċi jew xjentifiċi li jeżaminaw il-fattibbiltà u l-adegwatezza ta’ rekwiżiti ġodda meta mqabblin ma’ dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-ispeċi tas-siġar ikkonċernata u, jekk xieraq, il-provenjenza; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet tal-esperimenti għal kull speċi ta’ siġar jew ibridi; |
|
(c) |
id-durata tal-esperiment; |
|
(d) |
l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Istati Membri parteċipanti. |
3. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-evoluzzjoni ta’:
|
(a) |
il-metodi għad-determinazzjoni tal-oriġini tal-materjal bażiku inkluż l-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekolari; |
|
(b) |
il-metodi għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali applikabbli; |
|
(c) |
il-metodi għall-produzzjoni u r-riproduzzjoni, inkluż l-użu ta’ proċessi tal-produzzjoni innovattivi; |
|
(d) |
il-metodi għad-disinn ta’ skemi ta’ inkroċjar ta’ komponenti tal-materjal bażiku; |
|
(e) |
il-metodi għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-materjal bażiku u tal-FRM; |
|
(f) |
il-metodi għall-kontroll tal-FRM ikkonċernat. |
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jadattaw għall-evoluzzjoni tat-tekniki għall-produzzjoni tal-FRM ikkonċernat, u għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe prova u test komparattivi mwettqin mill-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-riżultati tal-esperimenti mwettqa skont dan l-Artikolu u għandha tiġborhom fil-qosor f’rapport, filwaqt li tindika, jekk ikun meħtieġ, il-ħtieġa li jiġu emendati l-Artikoli 1, 4 jew 5.
Artikolu 25
Awtorizzazzjoni għall-adozzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali
1. B’deroga mill-Artikolu 4, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jawtorizza lil Stat Membru fuq talba tiegħu biex:
|
(a) |
jadotta, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni tal-FRM, rekwiżiti tal-produzzjoni aktar stretti minn dawk imsemmijin fl-Artikolu 4 jew rekwiżiti tal-produzzjoni addizzjonali, fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat jew f’parti minnu, dment li dawk ir-rekwiżiti ma jimponux, jew ma jirriżultawx fi kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew fuq il-moviment fi ħdanu u minnu, tal-FRM li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
jirrestrinġi, fit-territorju tiegħu, l-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “sorsi identifikati”; |
|
(c) |
jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni lill-utent finali bl-għan li jinżera’ jew jitħawwel fit-territorju kollu tiegħu jew f’parti minnu FRM speċifikat meta dak l-FRM ma jkunx adattat għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi tal-forestrija tal-Istat Membru kkonċernat u għall-iskopijiet rilevanti. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
2. It-talba tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
|
(a) |
l-abbozzi tad-dispożizzjonijiet li fihom ir-rekwiżiti proposti; u |
|
(b) |
ġustifikazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ dawk ir-rekwiżiti. |
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-miżuri mitlubin jiżguraw tal-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
il-miżuri mitlubin ikunu meħtieġa u proporzjonati għall-objettiv tagħhom skont il-punt (a); u |
|
(c) |
il-miżuri jkunu ġustifikati fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi speċifiċi fl-Istat Membru kkonċernat. |
4. L-Istati Membri li jkunu adottaw rekwiżiti addizzjonali jew aktar stretti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/105/KE għandhom, sas-17 ta’ Lulju 2032, jiżguraw li dawk il-miżuri jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjonijiet meħuda biex jiżguraw dik il-konformità.
KAPITOLU VII
Importazzjonijiet tal-FRM
Artikolu 26
Importazzjonijiet abbażi tal-ekwivalenza tal-Unjoni
1. L-FRM għandu jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi biss jekk jiġi stabbilit, skont il-paragrafu 2, li jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi li l-FRM ta’ ġeneri, speċijiet, kategoriji speċifiċi u, fejn xieraq, derivat minn tipi speċifiċi ta’ materjal bażiku jew minn reġjun speċifiku ta’ provenjenza, prodott f’pajjiż terz, jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-FRM prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta biss dawk l-atti ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dan li ġej:
|
(a) |
eżami bir-reqqa tal-informazzjoni u tad-data pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat; |
|
(b) |
ir-riżultat sodisfaċenti ta’ awditu mwettaq mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat, meta dak l-awditu jkun tqies meħtieġ mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
jekk dak il-pajjiż terz jipparteċipax fl-Iskema tal-OECD dwar iż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2) u għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet tal-importazzjoni xierqa.
3. Meta tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk is-sistemi għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku u għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tal-FRM minn dak il-materjal bażiku, applikati fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprovdux l-istess garanziji bħal dawk previsti fl-Artikoli 4 u 5 u, meta applikabbli, fl-Artikolu 14, għall-kategoriji “minn sors identifikat”, “magħżul”, “kwalifikat” u “ttestjat”.
4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, fuq talba ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tippermetti temporanjament l-importazzjoni tal-FRM ta’ ċerti speċijiet minn pajjiż terz li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dawk il-paragrafi jekk:
|
(a) |
ikun hemm nuqqas ta’ FRM tal-ispeċijiet ikkonċernati fi Stat Membru wieħed jew aktar, bħal nuqqas ikkawżat minn avvenimenti estremi tat-temp, nirien fis-selvaġġ, mard, tifqigħat ta’ pesti, diżastri jew kwalunkwe avveniment avvers ieħor, u dak in-nuqqas ma jkunx jista’ jiġi indirizzat mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-pajjiżi terzi li għalihom tkun ingħatat l-ekwivalenza f’konformità mal-paragrafu 2; u |
|
(b) |
l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati jkunu ppreżentaw evidenza tal-eżistenza u tal-kawżi ta’ dak in-nuqqas ta’ FRM. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 27
Notifika u ċertifikati ta’ FRM importati minn pajjiżi terzi
1. Operatur professjonist li jimporta l-FRM fl-Unjoni għandu jinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti qabel l-importazzjoni permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. L-FRM importat għandu jkun akkumpanjat minn:
|
(a) |
ċertifikat tal-OECD jew ċertifikat uffiċjali ekwivalenti maħruġ mill-pajjiż terz ta’ oriġini; |
|
(b) |
tikketta tal-OECD jew tikketta uffiċjali ekwivalenti; u |
|
(c) |
rekords li fihom dettalji ta’ dak l-FRM ipprovduti mill-operatur professjonist f’dak il-pajjiż terz. |
3. Wara importazzjoni tal-FRM fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha:
|
(a) |
tissostitwixxi ċ-ċertifikat tal-OECD jew iċ-ċertifikat uffiċjali ekwivalenti msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), b’ċertifikat ewlieni ġdid maħruġ f’ dak l-Istat Membru; u |
|
(b) |
tissostitwixxi t-tikketta tal-OECD jew it-tikketta uffiċjali ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), b’tikketta uffiċjali ġdida, jew twaħħal tikketta uffiċjali ġdida ma’ dik it-tikketta tal-OECD jew mat-tikketta uffiċjali ekwivalenti; it-tikketta uffiċjali l-ġdida għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-operatur professjonist. |
4. Iċ-ċertifikat ewlieni l-ġdid u t-tikketta uffiċjali l-ġdida msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b), rispettivament, għandu jkun fihom referenza għad-dokumenti oriġinali korrispondenti.
KAPITOLU VIII
Kontrolli uffiċjali
Artikolu 28
Kontrolli uffiċjali fuq l-FRM
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u jagħtuhom ir-responsabbiltà li jorganizzaw jew iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu l-istess awtoritajiet bħal dawk magħżula f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw:
|
(a) |
l-effettività u l-adegwatezza tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra; |
|
(b) |
l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra; |
|
(c) |
li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess; |
|
(d) |
li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkun kwalifikat, tal-esperjenza u mħarreġ kif xieraq għat-twettiq ta’ dmirijietu; u |
|
(e) |
li l-faċilitajiet u t-tagħmir xierqa jkunu għad-dispożizzjoni tal-persunal għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-attivitajiet kummerċjali relatati mal-FRM li jitwettqu mill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti f’isem l-Istat Membru tagħhom ma għandhom jirrappreżentaw l-ebda kunflitt ta’ interess.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat legali li jwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u l-proċeduri legali fis-seħħ biex jiżguraw li l-persunal ikollu aċċess għall-bini tal-operaturi professjonisti u għad-dokumenti miżmuma minnhom.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi professjonisti kollha fuq il-bażi tar-riskju u bi frekwenza adegwata, filwaqt li jqisu:
|
(a) |
ir-riskji identifikati ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u l-evoluzzjoni ta’ dawk ir-riskji; |
|
(b) |
l-attivitajiet taħt il-kontroll tal-operaturi professjonisti; u |
|
(c) |
kwalunkwe informazzjoni li tindika l-possibbiltà li x-xerrejja ta’ FRM jistgħu ikunu mqarrqa, b’mod partikolari dwar in-natura, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, jew il-provenjenza ta’ FRM. |
5. L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru l-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu l-persunal u riżorsi oħra meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. Dan japplika wkoll fil-każ tad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali u ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra.
7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali lil korpi delegati jew lil persuni fiżiċi skont l-Artikolu 28(1) u tal-Artikoli 29 sa 31, ħlief l-Artikolu 29, il-punt (b)(iv), tar-Regolament (UE) 2017/625. L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra lil korpi delegati jew lil persuni fiżiċi għandhom jorganizzaw awditi jew spezzjonijiet ta’ dawk il-korpi jew persuni kif meħtieġ biex jiżguraw it-twettiq xieraq ta’ dawk il-kompiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevitaw id-duplikazzjoni tal-awditi u tal-ispezzjonijiet, filwaqt li jqisu kwalunkwe akkreditazzjoni tal-korpi delegati f’konformità mal-istandards rilevanti għall-kompiti delegati.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi infurmata bid-dettalji ta’ kuntatt u bi kwalunkwe bidla rigward l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli wkoll mill-Istati Membri lill-pubbliku, inkluż fuq l-Internet.
9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar l-FRM rigward:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjoni tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
obbligi speċifiċi ta’ rappurtar tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafu 7. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
10. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 66(3) u (6), l-Artikolu 137(3) jew l-Artikolu 138(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandha tkun soġġetta għad-dritt ta’ appell ta’ tali persuni f’konformità mal-liġi nazzjonali.
11. Il-metodi użati għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżijiet, it-testijiet u d-dijanjożijiet tal-laboratorju għall-fini tad-determinazzjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ, jew standards internazzjonali komparabbli oħra, li jistabbilixxu dawk il-metodi jew il-kriterji ta’ prestazzjoni għal dawk il-metodi.
Artikolu 29
Trasparenza tal-kontrolli uffiċjali
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali b’livell għoli ta’ trasparenza. Huma għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet, informazzjoni rilevanti dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali.
Artikolu 30
Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri
L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli, inkluż awditi, f’kull Stat Membru biex jivverifikaw l-applikazzjoni tar-regoli u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali koperti minn dan ir-Regolament.
Kontrolli bħal dawn għandhom jiġu organizzati b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandhom jitwettqu fuq il-bażi tar-riskju u jistgħu jinkludu verifiki fuq il-post.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta’ segwitu xierqa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas speċifiku jew sistemiku identifikat permezz tal-kontrolli skont dan l-Artikolu.
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet proċedurali
Artikolu 31
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 18(9) u l-Artikolu 20(11) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-16 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku ta’ żmien, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 18(9) u l-Artikolu 20(11) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 18(9) jew l-Artikolu 20(11) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 32
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.
KAPITOLU X
Rappurtar, penali u emendi tar-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625
Artikolu 33
Rappurtar
1. Sas-17 ta’ Lulju 2036, u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar:
|
(a) |
il-kwantitajiet ta’ FRM iċċertifikat skont il-kategorija għal kull sena; |
|
(b) |
l-għadd ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali adottati msemmija fl-Artikolu 9; |
|
(c) |
informazzjoni dwar is-siti web disponibbli u rilevanti u l-gwidi għall-persuni li jħawlu li jipprovdu pariri dwar l-aħjar użu tal-FRM; |
|
(d) |
il-kwantitajiet ta’ FRM għal kull ġeneru u speċi importati minn pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 26; |
|
(e) |
il-penali imposti skont l-Artikolu 34; u |
|
(f) |
l-għadd ta’ operaturi professjonisti rreġistrati. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tekniku, inkluż fir-rigward tas-sottomissjoni u l-ipproċessar diġitali, għar-rapport previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 34
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali finanzjarji applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, imwettaq permezz ta’ prattiki frodulenti jew qarrieqa, jirriflettu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-anqas il-vantaġġ ekonomiku għall-operatur professjonist jew, jekk xieraq, perċentwal tal-fatturat tal-operatur professjonist.
3. Fejn applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw regoli dwar il-penali stabbiliti skont l-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 35
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/2031
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 37, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, fejn meħtieġ, biex tistipula miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 36, il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom, fejn meħtieġ, jikkonċernaw l-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti fl-Unjoni u l-moviment tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-prinċipji stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 98/56/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 83, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5a. Fil-każ tal-pjanti għat-tħawwil prodotti jew ikkummerċjalizzati bħala kategoriji ‘minn sors identifikat’, ‘magħżul’, ‘kwalifikat’ jew ‘ittestjat’, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2026/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), il-passaport tal-pjanti għandu jiġi kkombinat, f’forma distinta, mat-tikketta uffiċjali prodotta f’konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dak ir-Regolament. Meta jkun japplika dan il-paragrafu,
(*1) Ir-Regolament (UE) 2026/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2026 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (ir-Regolament dwar l-FRM) (ĠU L, 2026/1392, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1392/oj).”;" |
|
(3) |
L-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 36
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/625
Ir-Regolament (UE) 2017/625 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. L-Artikoli 8, 13 u 28 sa 33 ħlief l-Artikolu 29, il-punt (b)(iv) u l-Artikolu 33, il-punt (a), l-Artikoli 43 sa 46, l-Artikoli 65 sa 68, l-Artikolu 69(1), (2) u (4), l-Artikoli 70, 71, 72, 75, 88, 89, 102 sa 108 u 120, l-Artikolu 130(1), (2), (3), (5) u (6) u l-Artikoli 131 sa 138 għandhom japplikaw, kif rilevanti, għall-kontrolli mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2026/1392 (*2); (*2) Ir-Regolament (UE) 2026/1392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2026 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (ir-Regolament dwar l-FRM) (ĠU L, 2026/1392, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1392/oj)”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, l-Artikolu 3, il-punt (3), l-Artikoli 31 u 44, l-Artikolu 45(3), l-Artikoli 65, 66, 67, 71, 88, 102, 106, 107, 108, 120, 130, 131 u 132, l-Artikolu 133(1), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 138, il-kliem “l-Artikolu 1(2)” huma sostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 1(2) u (2a)”. |
KAPITOLU XI
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 37
Tħassir tad-Direttiva 1999/105/KE
Id-Direttiva 1999/105/KE hija mħassra.
Ir-referenzi għal dik id-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Miżuri tranżizzjonali
1. L-FRM prodott qabel is-17 ta’ Lulju 2031 f’konformità mad-Direttiva 1999/105/KE jew mar-regoli nazzjonali jista’ jkompli jiġi kkummerċjalizzat sakemm l-istokkijiet ikunu ġew eżawriti.
2. L-FRM ikkummerċjalizzat f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn tikketta li tiddikjara li jikkonċerna “FRM mhux approvat skont ir-Regolament (UE) 2026/1392 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti”.
3. L-FRM prodott qabel is-17 ta’ Lulju 2031 f’konformità mad-Direttiva 1999/105/KE jista’ jkompli jiġi kkummerċjalizzat abbażi ta’ ċertifikat ewlieni maħruġ skont dik id-Direttiva.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Lulju 2031.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, l-20 ta’ Mejju 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
N. IOANNIDES
(1) ĠU C, C/2024/1583, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1583/oj.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (ĠU C, C/2025/3768, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3768/oj) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-21 ta’ April 2026 (ĠU C, C/2026/2570, 30.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2570/oj). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/105/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(5) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/18/oj).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2026/1388 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar pjanti miksuba b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 (ĠU L, 2026/1388, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1388/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj).
(9) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1966/401/oj).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1966/402/oj).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1968/193/oj).
(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/53/oj).
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/54/oj).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/55/oj).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/56/oj).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/57/oj).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/72/oj).
(22) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/90/oj).
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/56/oj).
(24) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).
ANNESS I
Lista ta’ speċijiet ta’ siġar
|
Abies alba Mill. |
Pinus cembra L. |
|
Abies cephalonica Loudon |
Pinus contorta Douglas ex Loudon |
|
Abies grandis (Douglas ex D.Don) Lindl. |
Pinus halepensis Mill. |
|
Abies nordmanniana (Steven) Spach |
Pinus heldreichii Christ |
|
Acer campestre L. |
Pinus mugo Turra |
|
Acer monspessulanum L. |
Pinus nigra J.F. Arnold |
|
Acer opalus Mill. |
Pinus peuce Griseb. |
|
Acer platanoides L. |
Pinus pinaster Aiton |
|
Acer pseudoplatanus L. |
Pinus pinea L. |
|
Alnus cordata (Loisel.) Duby |
Pinus radiata D. Don |
|
Alnus glutinosa (L.) Gaertn. |
Pinus sylvestris L. |
|
Alnus incana (L.) Moench |
Pinus taeda L. |
|
Alnus lusitanica Vít et al. |
Pinus uncinata Mill. ex Mirb. |
|
Betula pendula Roth. |
Populus spp. |
|
Betula pubescens Ehrh. |
Pyrus communis var. pyraster L. |
|
Carpinus betulus L. |
Prunus avium (L.) L. |
|
Carpinus orientalis Mill. |
Prunus padus L. |
|
Castanea sativa Mill. |
Pseudotsuga menziesii (Mirb.) Franco |
|
Cedrus atlantica (Endl.) G. Manetti ex Carrière |
Quercus cerris L. |
|
Cedrus libani A. Rich. |
Quercus frainetto Ten. |
|
Celtis australis L. |
Quercus ilex L. |
|
Ceratonia siliqua L. |
Quercus petraea (Matt.) Liebl. |
|
Chamaecyparis lawsoniana (A. Murray bis) Parl. |
Quercus pubescens Willd. |
|
Corylus colurna L. |
Quercus robur L. |
|
Cupressus sempervirens L. |
Quercus rubra L. |
|
Fagus orientalis Lipsky |
Quercus suber L. |
|
Fagus sylvatica L. |
Robinia pseudoacacia L. |
|
Fraxinus angustifolia Vahl |
Salix alba L. |
|
Fraxinus ornus L. |
Sorbus aria (L.) Crantz |
|
Fraxinus excelsior L. |
Sorbus aucuparia L. |
|
Juglans spp. |
Sorbus domestica L. |
|
Larix decidua Mill. |
Sorbus torminalis (L.) Crantz |
|
Larix kaempferi (Lamb.) Carrière. |
Taxus baccata L. |
|
Larix sibirica Ledeb. |
Thuja plicata Donn ex D.Don. |
|
Malus sylvestris (L.) Mill. |
Tilia cordata Mill. |
|
Olea europaea L. |
Tilia platyphyllos Scop. |
|
Ostrya carpinifolia Scop. |
Tilia tomentosa Moench |
|
Picea abies Karst. |
Ulmus glabra Huds. |
|
Picea sitchensis (Bong.) Carrière. |
Ulmus laevis Pall. |
|
Pinus brutia Ten. |
Ulmus minor Mill. |
ANNESS II
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “minn sors identifikat”
A. Rekwiżiti ġenerali
1. Valutazzjoni tal-materjal bażiku
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta s-sors taż-żrieragħ jew il-popolament fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom huwa maħsub li jintuża l-FRM, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1), u tiddetermina l-kriterji għall-għażla abbażi ta’ dawk l-iskopijiet. Dawk l-iskopijiet għandhom jiġu indikati fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Hija meħtieġa ftit, jew ebda, għażla fenotipika tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM ta’ din il-kategorija.
2. Oriġini
Din għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ evidenza storika (eż. bibljografija, jew dokumentazzjoni miżmuma minn awtoritajiet kompetenti, istituti tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra) jew b’mezzi xierqa oħrajn (eż. provi ta’ provenjenza), inkluż tekniki bijokimiċi u molekulari rikonoxxuti internazzjonalment, jekk is-sors taż-żrieragħ jew il-popolament huwiex indiġenu jew mhux indiġenu jew jekk l-oriġini tiegħu mhijiex magħrufa u, jekk huwa indiġenu, huwiex awtoktonu jew mhux awtoktonu. Għal materjal bażiku mhux indiġenu, l-oriġini għandha tiġi ddikjarata jekk tkun magħrufa.
3. Tip ta’ materjal bażiku u lok
Il-materjal bażiku għandu jitqies bħala sors taż-żrieragħ jew popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza.
B. Rekwiżiti speċifiċi
1. Għadd ta’ siġar li jistgħu jinqatgħu u sesswalment maturi
Is-sorsi taż-żrieragħ jew il-popolamenti, jekk ikun possibbli, għandhom jikkonsistu minn grupp wieħed jew aktar ta’ siġar sesswalment maturi. Dawk is-siġar, jekk possibbli, għandhom ikunu mifruxa sew u numerużi biżżejjed f’żona partikolari biex tinżamm id-diversità ġenetika, skont l-għarfien xjentifiku disponibbli, biex jiġu evitati l-effetti mhux mixtieqa tat-tnissil bejn siġar qraba u jiġi żgurat dakkir inkroċjat adegwat bejn dawk is-siġar. L-FRM għandu jinġabar minn għadd ottimali ta’ individwi tal-materjal bażiku approvat, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet naturali.
2. Uniformità
Jekk ikun possibbli, il-popolamenti għandhom juru livell normali ta’ varjazzjoni individwali fil-karatteristiċi morfoloġiċi. Meta jkun meħtieġ, is-siġar inferjuri għandhom jitneħħew. Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw għas-sorsi taż-żrieragħ.
3. Karatteristiċi ta’ sostenibbiltà
Is-sorsi taż-żrieragħ jew il-popolamenti għandhom, jekk ikun possibbli, jiġu adattati sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi, inkluż il-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza. Is-siġar għandhom, jekk ikun possibbli, juru reżistenza jew tolleranza għall-pesti u l-kundizzjonijiet ħżiena klimatiċi u tas-sit fil-post fejn ikunu qed jikbru.
4. Rekwiżiti speċifiċi oħrajn għal ċerti karatteristiċi u prodotti forestali oħrajn
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is-sors taż-żrieragħ jew il-popolament fir-rigward ta’ ċerti karatteristiċi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti forestali u, fejn xieraq, jadottaw rekwiżiti speċifiċi oħra għal dawk il-karatteristiċi jew il-prodotti. Meta japplikaw tali rekwiżiti, għandhom jiġu indikati f’konformità mal-Artikolu 15(3), il-punt (m).
ANNESS III
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni ta’ FRM tal-kategorija “magħżul”
A. Rekwiżiti ġenerali
1. Valutazzjoni tal-materjal bażiku
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-popolament fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom huwa maħsub li jintuża l-FRM, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1), u tiddetermina l-kriterji għall-għażla abbażi ta’ dawk l-iskopijiet. Dawk l-iskopijiet għandhom jiġu indikati fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
2. Oriġini
Din għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ evidenza storika (eż. bibljografija, jew dokumentazzjoni miżmuma minn awtoritajiet kompetenti, istituti tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra) jew b’mezzi xierqa oħrajn (eż. provi ta’ provenjenza), inkluż tekniki bijokimiċi u molekulari rikonoxxuti internazzjonalment, jekk il-popolament huwiex indiġenu jew mhux indiġenu jew jekk l-oriġini tiegħu mhijiex magħrufa u, jekk hu indiġenu, jekk huwiex awtoktonu jew mhux awtoktonu. Għal materjal bażiku mhux indiġenu, l-oriġini għandha tiġi ddikjarata jekk tkun magħrufa.
3. Età u żvilupp
L-età jew l-istadju tal-iżvilupp tas-siġar fil-popolament għandu jkun tali li jippermetti li l-kriterji mogħtija għall-għażla ta’ dawk is-siġar jiġu ġġudikati b’mod ċar.
4. Tip ta’ materjal bażiku u lok
Il-materjal bażiku għandu jitqies bħala popolament li jinsab f’reġjun wieħed ta’ provenjenza.
B. Rekwiżiti speċifiċi
1. Iżolament
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-popolamenti għandhom ikunu jinsabu, jekk possibbli, f’distanza suffiċjenti minn popolamenti ta’ kwalità baxxa tal-istess speċi jew minn popolamenti ta’ speċi relatata li tista’ tifforma ibridi mal-ispeċi inkwistjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dan ir-rekwiżit meta l-popolamenti madwar popolamenti awtoktoni/indiġeni jkunu mhux awtoktoni/mhux indiġeni jew ta’ oriġini mhux magħrufa. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Il-popolamenti għandhom ikunu jinsabu, jekk ikun possibbli, f’distanza suffiċjenti minn popolamenti tal-istess speċi jew minn popolamenti ta’ speċi relatata li tista’ tifforma ibridi mal-ispeċi inkwistjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dan ir-rekwiżit meta l-popolamenti madwar popolamenti awtoktoni/indiġeni jkunu mhux awtoktoni/mhux indiġeni jew ta’ oriġini mhux magħrufa. |
2. Għadd ta’ siġar li jistgħu jinqatgħu u sesswalment maturi
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-popolamenti għandhom jikkonsistu minn grupp wieħed jew aktar ta’ siġar sesswalment maturi. Dawk is-siġar għandhom ikunu mifruxa sew u numerużi biżżejjed f’żona partikolari biex tinżamm id-diversità ġenetika, biex jiġu evitati l-effetti ħżiena tat-tnissil bejn siġar qraba u jiġi żgurat dakkir inkroċjat adegwat bejn dawk is-siġar. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Il-popolamenti, jekk ikun possibbli, għandhom jikkonsistu minn grupp wieħed jew aktar ta’ siġar sesswalment maturi. Dawk is-siġar għandhom, jekk ikun possibbli, ikunu mifruxa sew u numerużi biżżejjed f’żona partikolari biex tinżamm id-diversità ġenetika, skont l-għarfien xjentifiku disponibbli, biex jiġu evitati l-effetti ħżiena tat-tnissil bejn siġar qraba u jiġi żgurat dakkir inkroċjat adegwat bejn dawk is-siġar. L-FRM għandu jinġabar minn għadd ottimali ta’ individwi tal-materjal bażiku approvat, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet naturali. |
3. Uniformità
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-popolamenti għandhom juru livell normali ta’ varjazzjoni individwali fil-karatteristiċi morfoloġiċi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-produzzjoni tal-bijomassa. Meta jkun meħtieġ, is-siġar inferjuri għandhom jitneħħew. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Il-popolamenti għandhom, jekk ikun possibbli, juru livell normali ta’ varjazzjoni individwali fil-karatteristiċi morfoloġiċi. Meta jkun meħtieġ, is-siġar inferjuri għandhom jitneħħew. |
4. Karatteristiċi ta’ sostenibbiltà
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-popolamenti għandhom ikunu adattati sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi, inkluż il-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza. Is-siġar għandhom juru reżistenza jew tolleranza għall-pesti u l-kundizzjonijiet ħżiena klimatiċi u tas-sit fil-post fejn ikunu qed jikbru. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Il-popolamenti, jekk ikun possibbli, għandhom ikunu adattati sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi, inkluż il-fatturi bijotiċi u abijotiċi prevalenti fir-reġjun ta’ provenjenza. Is-siġar għandhom, jekk ikun possibbli, juru reżistenza jew tolleranza għall-pesti u l-kundizzjonijiet klimatiċi u tas-sit ħżiena fil-post fejn ikunu qed jikbru. |
5. Volum tal-produzzjoni
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-volum tal-produzzjoni normalment għandu jkun superjuri għall-volum medju aċċettat prodott f’kundizzjonijiet ekoloġiċi u ta’ ġestjoni simili. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Ma japplika ebda rekwiżit ta’ volum tal-produzzjoni. |
6. Kwalità tal-injam
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Il-kwalità tal-injam normalment għandha tkun superjuri għall-kwalità medja aċċettata f’kundizzjonijiet ekoloġiċi u ta’ ġestjoni simili. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-produzzjoni ta’ bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Ma japplika ebda rekwiżit dwar il-kwalità tal-injam. |
7. Forma tal-imġiba tat-tkabbir
|
(a) |
Skopijiet “il-forestrija multifunzjonali”, “il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra”: Is-siġar għandhom juru karatteristiċi morfoloġiċi partikolarment tajbin, speċjalment li jkollhom zokk dritt u ċirkolari, tendenza favorevoli kif jiftħu l-friegħi, friegħi ċkejknin u żabra naturali tajba. Barra minn hekk, il-proporzjon tas-siġar mifruqa u dawk li juru zokk b’forma spirali għandu jkun baxx, u, fejn meħtieġ, tali siġar għandhom jitneħħew. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-produzzjoni ta’ bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra. |
|
(b) |
Skop “il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti”: Ma japplika ebda rekwiżit ta’ forma tal-imġiba tat-tkabbir. |
8. Rekwiżiti speċifiċi oħrajn għal ċerti karatteristiċi u prodotti forestali oħrajn
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-popolament fir-rigward ta’ ċerti karatteristiċi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti forestali u, fejn xieraq, jadottaw rekwiżiti speċifiċi oħra għal dawk il-karatteristiċi jew il-prodotti. Meta japplikaw tali rekwiżiti, għandhom jiġu indikati f’konformità mal-Artikolu 15(3), il-punt (m).
|
|
|
Skopijiet |
||
|
|
|
Forestrija multifunzjonali |
Il-produzzjoni ta’ injam, bijomaterjali, bijomassa jew prodotti forestali oħra |
Il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti |
|
Rekwiżiti speċifiċi |
Iżolament |
(x) |
(x) |
(x) |
|
Għadd ta’ siġar li jistgħu jinqatgħu u sesswalment maturi |
x |
x |
(x) |
|
|
Uniformità |
x |
x (ħlief għall-produzzjoni tal-bijomassa) |
(x) |
|
|
Karatteristiċi ta’ sostenibbiltà |
x |
x |
(x) |
|
|
Volum tal-produzzjoni |
x |
x |
— |
|
|
Kwalità tal-injam |
x |
x (għall-produzzjoni tal-injam biss) |
— |
|
|
Forma tal-imġiba tat-tkabbir |
x |
x (għall-produzzjoni tal-injam biss) |
— |
|
|
Rekwiżiti speċifiċi oħra (karatteristiċi jew prodotti speċifiċi) |
Meta applikabbli |
Meta applikabbli |
Meta applikabbli |
|
|
x = applikabbli; (x) = applikabbli, jekk possibbli; – = mhux applikabbli |
||||
ANNESS IV
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “kwalifikat”
I. Imsaġar taż-żrieragħ
A. Rekwiżiti ġenerali
|
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-iskopijiet tal-imsaġar taż-żrieragħ b’rabta mal-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (1). Dawk l-iskopijiet għandhom jiġu indikati fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Il-kloni komponenti jew is-siġar individwali tal-familji għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċezzjonali tagħhom skont l-iskopijiet magħżula. |
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra d-disinn tal-inkroċjar tal-kloni jew il-familji komponenti u t-tqassim tal-għelieqi, il-kloni jew il-familji komponenti u, jekk ikun xieraq, il-grad ta’ relazzjoni tal-kloni komponenti, in-numri u n-numri ta’ individwi (rameti) tagħhom għal kull klonu fil-każ ta’ msaġar taż-żrieragħ klonali, l-iżolament jew, jekk possibbli, il-limitazzjoni tal-fluss tat-trab tad-dakra, u l-post, u kwalunkwe bidla fihom. |
|
(c) |
Il-kloni jew il-familji komponenti għandhom jitħawlu jew ikunu tħawlu skont pjan li jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti u stabbilit b’mod li kull komponent ikun jista’ jiġi identifikat. Għandu jitqies il-bilanċ ottimali bejn l-għadd effettiv ta’ kloni jew familji komponenti u l-gwadann ġenetiku. |
|
(d) |
Il-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar li jsir ġewwa l-imsaġar taż-żrieragħ għandu jiġi deskritt flimkien mal-kriterji tal-għażla għal tali qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar u għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti. |
|
(e) |
L-imsaġar taż-żrieragħ għandhom jiġu ġestiti, u għandu jsir ħsad taż-żrieragħ, b’tali mod li l-iskopijiet tal-imsaġar jintlaħqu. Fil-każ ta’ masġar taż-żrieragħ maħsub għall-produzzjoni ta’ ibridi artifiċjali, il-perċentwal ta’ ibridi fl-FRM għandu jiġi ddeterminat b’tekniki molekulari. |
B. Rekwiżiti speċifiċi
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-kloni jew il-familji komponenti fir-rigward ta’ ċerti karatteristiċi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti (jiġifieri l-kriterji tal-għażla), filwaqt li tqis, kif xieraq, l-età u l-iżvilupp, il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, il-volum tal-produzzjoni, il-kwalità tal-injam, il-forma tal-imġiba tat-tkabbir u karatteristiċi speċifiċi utli oħra. Fejn japplikaw tali rekwiżiti, huma għandhom jiġu indikati f’konformità mal-Artikolu 15(3), il-punt (m).
II. Ġenituri ta’ familja
A. Rekwiżiti ġenerali
|
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-iskopijiet tal-ġenituri ta’ familja b’rabta mal-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (1). Dawk l-iskopijiet għandhom jiġu indikati fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Il-ġenituri ta’ familja għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċezzjonali tagħhom skont l-iskopijiet magħżula. |
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra d-disinn tal-inkroċjar u s-sistema ta’ dakkir, il-komponenti, l-iżolament jew, jekk possibbli, il-limitazzjoni tal-fluss tat-trab tad-dakra, u l-post, kif ukoll kwalunkwe bidla sinifikanti ta’ dawk il-karatteristiċi. |
|
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra l-identità, in-numru u l-proporzjon tal-ġenituri f’taħlita. |
|
(d) |
Fil-każ tal-ġenituri maħsuba għall-produzzjoni ta’ ibridi artifiċjali, il-perċentwal ta’ ibridi fl-FRM għandu jiġi ddeterminat b’tekniki molekulari. |
B. Rekwiżiti speċifiċi
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-ġenituri ta’ familja fir-rigward ta’ ċerti karatteristiċi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti forestali u, fejn xieraq, tadotta rekwiżiti speċifiċi għal dawk il-karatteristiċi jew prodotti (jiġifieri kriterji tal-għażla), filwaqt li tqis, kif xieraq, l-età u l-iżvilupp, il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, il-volum tal-produzzjoni, il-kwalità tal-injam, il-forma tal-imġiba tat-tkabbir u karatteristiċi speċifiċi utli oħra. Fejn japplikaw tali rekwiżiti, huma għandhom jiġu indikati f’konformità mal-Artikolu 15(3), il-punt (m).
III. Kloni
A. Rekwiżiti ġenerali
|
1. |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra kloni li jkunu identifikabbli minn karatteristiċi distinti, jew traċċabbli permezz ta’ ċikli ta’ propagazzjoni jew tekniki molekulari, skont il-każ. |
|
2. |
Il-valur tal-kloni individwali għandu jiġi stabbilit mill-osservazzjoni u mill-valutazzjoni kwalitattiva tal-karatteristiċi ta’ dawk il-kloni jew għandu jkun intwera permezz ta’ esperimentazzjoni fit-tul biżżejjed. |
|
3. |
L-orteti jew il-linji taċ-ċelloli użati għall-produzzjoni tal-kloni għandhom jintgħażlu għall-karatteristiċi eċċezzjonali tagħhom filwaqt li jitqiesu l-iskopijiet li għalihom huwa maħsub li jintuża l-FRM li jirriżulta, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1). |
|
4. |
L-awtorità kompetenti għandha tirrestrinġi l-approvazzjoni għal għadd massimu ta’ snin jew għal għadd massimu ta’ rameti prodotti. |
B. Rekwiżiti speċifiċi
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-orteti jew il-linji taċ-ċelloli fir-rigward ta’ ċerti karatteristiċi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti forestali u, fejn xieraq, tadotta rekwiżiti speċifiċi għal dawk il-karatteristiċi jew prodotti (jiġifieri kriterji tal-għażla), filwaqt li tqis, kif xieraq, l-età u l-iżvilupp, il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, il-volum tal-produzzjoni, il-kwalità tal-injam, il-forma tal-imġiba tat-tkabbir u karatteristiċi speċifiċi utli oħra. Fejn japplikaw tali rekwiżiti, huma għandhom jiġu indikati f’konformità mal-Artikolu 15(3), il-punt (m).
IV. Taħlitiet klonali
A. Rekwiżiti ġenerali
|
1. |
It-taħlitiet klonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti III, it-Taqsima A, il-punti (1), (2) u (3). |
|
2. |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tirreġistra l-identità, l-għadd u l-proporzjon tal-komponenti ta’ kloni ta’ taħlita, u l-metodu ta’ għażla u l-materjal primarju. Kull taħlita għandu jkollha biżżejjed diversità ġenetika. |
|
3. |
L-awtorità kompetenti għandha tirrestrinġi l-approvazzjoni għal għadd massimu ta’ snin jew għal għadd massimu ta’ rameti prodotti. |
B. Rekwiżiti speċifiċi
It-taħlitiet klonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti III, it-Taqsima B.
ANNESS V
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku maħsub għall-produzzjoni tal-FRM tal-kategorija “ttestjat”
1. REKWIŻITI GĦAT-TESTIJIET KOLLHA
(a) Ġenerali
Jekk il-materjal bażiku jkun popolament, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III. Jekk il-materjal bażiku jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: masġar taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja, klonu jew taħlita klonali, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness IV. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-kriterji tal-għażla fuq il-bażi tal-iskop li għalih maħsub li jintuża l-FRM.
Testijiet imħejjija għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku għandhom jiġu ppreparati, imfassla, imwettqa u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu interpretati f’konformità ma’ proċeduri rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. Għal testijiet komparattivi, l-FRM għandu jitqabbel ma’ standard approvat jew magħżul minn qabel wieħed jew preferibbilment diversi kif imsemmi fil-punt 3(b).
(b) Karatteristiċi li għandhom jiġu eżaminati
|
(i) |
It-testijiet għandhom jitfasslu biex jivvalutaw il-karatteristiċi speċifikati fil-punt (ii) u dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu indikati għal kull test fir-rekords tat-testijiet. |
|
(ii) |
Għandu jingħata piż lill-karatteristiċi meqjusa importanti fid-dawl tal-iskop li għalih maħsub li jintuża l-FRM. Dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu evalwati fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi tar-reġjun li fih isir it-test inkluż il-kundizzjonijiet klimatiċi attwali u dawk projettati. |
(c) Dokumentazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn appikabbli, l-operaturi professjonisti, għandhom iżommu rekords li jiddeskrivu l-elementi li ġejjin: is-siti tat-test, inkluż il-post, il-klima, il-ħamrija, l-użu fil-passat, l-istabbiliment, il-ġestjoni u kwalunkwe ħsara minħabba fatturi abijotiċi u bijotiċi, flimkien mar-riżultati kollha fil-ħin tal-evalwazzjoni. Meta dawk ir-rekords jinżammu mill-operaturi professjonisti, dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
(d) Stabbiliment tat-testijiet
|
(i) |
Kull kampjun tal-FRM għandu jitkabbar, jitħawwel u jiġi ġestit b’mod identiku sakemm jippermettu t-tipi ta’ materjal tal-pjanti. |
|
(ii) |
Kull test għandu jkun abbażi ta’ disinn statistikament validu sabiex il-karatteristiċi individwali ta’ kull komponent li jkun qed jiġi eżaminat jista’ jiġi evalwat. |
(e) Analiżi u validità tar-riżultati
|
(i) |
Id-data mit-testijiet għandha tiġi analizzata bl-użu ta’ metodi statistiċi rikonoxxuti fuq livell internazzjonali u għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati għal kull karatteristika eżaminata. |
|
(ii) |
Il-metodoloġija użata għat-test u, jekk possibbli, ir-riżultati dettaljati miksuba għandhom isiru aċċessibbli liberament. |
|
(iii) |
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun sar it-test tista’ tindika żona ta’ varar issuġġerita, u għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ FOREMATIS dwar kwalunkwe karatteristika tal-FRM li tista’ tillimita l-utilità tiegħu. |
|
(iv) |
Jekk, matul it-testijiet, jintwera li l-FRM ma jkollux mill-inqas il-karatteristiċi tal-materjal bażiku li minnu ġie prodott, dak l-FRM ma għandux jiġi ċċertifikat bħala “ttestjat”. |
2. REKWIŻITI GĦALL-EVALWAZZJONI ĠENETIKA TAL-KOMPONENTI TAL-MATERJAL BAŻIKU
|
(a) |
Il-komponenti tat-tipi ta’ materjal bażiku li ġejjin jistgħu jiġu evalwati ġenetikament: imsaġar taż-żrieragħ, ġenituri ta’ familja, kloni u taħlitiet klonali. |
|
(b) |
Dokumentazzjoni Hija meħtieġa dokumentazzjoni addizzjonali għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku li tipprovdi informazzjoni dwar:
|
|
(c) |
Proċeduri tat-test
|
|
(d) |
Interpretazzjoni
|
3. REKWIŻITI GĦALL-ITTESTJAR KOMPARATTIV TAL-FRM
(a) Kampjunar tal-FRM
|
(i) |
Il-kampjun tal-FRM għal ittestjar komparattiv għandu jirrappreżenta verament l-FRM derivat mill-materjal bażiku li jkun irid jiġi approvat. |
|
(ii) |
L-FRM prodott sesswalment għall-ittestjar komparattiv għandu:
|
(b) Standards
|
(i) |
Il-prestazzjoni tal-istandards użati għat-tqabbil fit-testijiet għandha, jekk ikun possibbli, tkun magħrufa matul perjodu ta’ żmien twil biżżejjed fir-reġjun li fih ikun ser isir it-test. Fil-prinċipju, l-istandards għandhom jirrappreżentaw il-materjal bażiku li jkun intwera li jkun utli għall-iskop rilevanti fil-ħin meta jibda t-test, u f’kundizzjonijiet ekoloġiċi li għalihom jiġi propost li jiġi ċċertifikat l-FRM. L-istandards użati għat-tqabbil fit-testijiet għandhom ikunu, kemm jista’ jkun:
|
|
(ii) |
Għall-ittestjar komparattiv tal-ibridi artifiċjali, iż-żewġ speċijiet tas-siġar ġenituri għandhom, jekk possibbli, jiġu inklużi fost l-istandards. |
|
(iii) |
Kull meta jkun possibbli għandhom jintużaw diversi standards. Meta jkun iġġustifikat, l-istandards jistgħu jiġu sostitwiti bl-aktar FRM xieraq li jkun qiegħed jiġi ttestjat jew il-medja tal-komponenti tat-test. |
|
(iv) |
L-istess standards għandhom jintużaw fit-testijiet kollha fuq medda kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ kundizzjonijiet tas-siti. |
(c) Interpretazzjoni
|
(i) |
Għal mill-inqas karatteristika importanti waħda, għandha tintwera superjorità statistikament sinifikanti meta mqabbla mal-istandards. |
|
(ii) |
Kwalunkwe karatteristika ta’ importanza ekonomika jew ambjentali li turi riżultati konsiderevolment inferjuri għall-istandards għandha tiġi rrappurtata, u l-effetti tagħha għandhom jiġu kkumpensati minn karatteristiċi favorevoli. |
4. APPROVAZZJONI PROVIŻORJA
Valutazzjoni preliminari ta’ provi żgħar tista’ tkun il-bażi tal-approvazzjoni proviżorja. Il-pretensjonijiet ta’ superjorità bbażata fuq valutazzjoni bikrija għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid mhux altar tard minn 10 snin.
5. TESTIJIET BIKRIN
It-testijiet magħmula fil-mixtliet, fis-serer u fil-laboratorji jistgħu jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni proviżorja jew għall-approvazzjoni finali jekk ikun jista’ jintwera li jkun hemm korrelazzjoni mill-qrib bejn il-karatteristika fil-mira u l-karatteristiċi li normalment jiġu vvalutati fit-testijiet fl-ambjent tal-foresti. Il-karatteristiċi l-oħrajn li għandhom jiġu ttestjati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 3.
ANNESS VI
Kategoriji li taħthom jista’ jiġi kkummerċjalizzat FRM mit-tipi differenti ta’ materjal bażiku
|
Tip ta’ materjal bażiku |
Kategorija ta’ FRM |
|||
|
Minn sors identifikat |
Magħżul |
Kwalifikat |
Ittestjat |
|
|
Sors taż-żrieragħ |
x |
|
|
|
|
Popolament |
x |
x |
|
x |
|
Masġar taż-żrieragħ |
|
|
x |
x |
|
Ġenituri ta’ familja |
|
|
x |
x |
|
Klonu |
|
|
x |
x |
|
Taħlita klonali |
|
|
x |
x |
ANNESS VII
Emendi tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031
Fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031, jiżdiedu l-partijiet li ġejjin:“PARTI E
Passaporti tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien mat-tikketta uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 83(5a), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)
|
(1) |
Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma’ tikketta konġunta mat-tikketta uffiċjali għall-FRM imsemmija fl-Artikolu 83(5a), għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq it-tikketta uffiċjali, u jkollu l-istess wisa’ ta’ dik it-tikketta uffiċjali. |
|
(2) |
Il-punt (2) tal-Parti A għandu japplika kif meħtieġ. |
PARTI F
Passaporti tal-pjanti għall-introduzzjoni u għall-moviment fiż-żoni protetti, flimkien mat-tikketta uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 83(5a), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)
|
(1) |
Il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u għall-moviment fiż-żoni protetti, ippreżentat fuq tikketta konġunta flimkien mat-tikketta uffiċjali għall-FRM imsemmija fl-Artikolu 83(5a), għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fuq it-tikketta konġunta, eżatt ‘il fuq mit-tikketta uffiċjali għall-FRM u jkollu l-istess wisa’ bħal dik it-tikketta uffiċjali. |
|
(2) |
Il-punt (2) tal-Parti B għandu japplika kif meħtieġ.” |
ANNESS VIII
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 1999/105/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, il-punt (a) |
Artikolu 3, il-punt (1) |
|
Artikolu 2, il-punt (b)(i) |
Artikolu 3, il-punt (2) |
|
Artikolu 2, il-punt (b)(ii) |
Artikolu 3, il-punt (4) |
|
Artikolu 2, il-punt (b)(iii) |
Artikolu 3, il-punt (3) |
|
Artikolu 2, il-punt (c) |
Artikolu 3, il-punt (7) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(i) |
Artikolu 3, il-punt (8) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(ii) |
Artikolu 3, il-punt (9) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(iii) |
Artikolu 3, il-punt (10) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(iv) |
Artikolu 3, il-punt (11) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(v) |
Artikolu 3, il-punt (12) |
|
Artikolu 2, il-punt (c)(vi) |
Artikolu 3, il-punt (13) |
|
Artikolu 2, il-punt (d)(i) |
Artikolu 3, il-punt (23) |
|
Artikolu 2, il-punt (d)(ii) |
Artikolu 3, il-punt (24) |
|
Artikolu 2, il-punt (e) |
Artikolu 3, il-punt (25) |
|
Artikolu 2, il-punt (f) |
Artikolu 3, il-punt (21) |
|
Artikolu 2, il-punt (g) |
Artikolu 3, il-punt (22) |
|
Artikolu 2, il-punt (h) |
Artikolu 3, il-punt (29) |
|
Artikolu 2, il-punt (i) |
Artikolu 3, il-punt (30) |
|
Artikolu 2, il-punt (j) |
Artikolu 3, il-punt (28) |
|
Artikolu 2, il-punt (k) |
Artikolu 3, il-punti (31) u (32) |
|
Artikolu 2, il-punt (l)(i) |
Artikolu 3, il-punt (34) |
|
Artikolu 2, il-punt (l)(ii) |
Artikolu 3, il-punt (35) |
|
Artikolu 2, il-punt (l)(iii) |
Artikolu 3, il-punt (36) |
|
Artikolu 2, il-punt (l)(iv) |
Artikolu 3, il-punt (37) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(5) |
|
Artikolu 3(3) |
— |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 2(4), il-punt (c) |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2), il-punt (a) |
Artikolu 4(2), mill-ewwel sar-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 4(2), il-punt (b) |
Artikolu 4(2), is-seba’ subparagrafu, u l-Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (a) |
Artikolu 4(6) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (b) |
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 6, Anness III, il-Parti B |
|
Artikolu 4(5) |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5(2), il-punt (c) |
|
Artikolu 6(1), il-punt (a) |
Artikolu 5(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 6(1), il-punti (b) u (c) |
Artikolu 5(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 6(1), il-punt (d) |
Artikolu 5(2), il-punt (c) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(6) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 10(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 6(5), il-punt (a) |
Artikolu 2(4), il-punt (d); Artikolu 6(1) sa (4) |
|
Artikolu 6(5), il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 6(6) |
Artikolu 6(5) |
|
Artikolu 6(7) |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 6(8) |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 25(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 25(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 15(1) |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 15(2) u (3) |
|
Artikolu 10(3) |
— |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 18(2) |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 18(4) |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 18(5) |
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 19(1) |
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 19(2) |
|
Artikolu 13(3), il-punt (a) |
Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
|
Artikolu 13(3), il-punt (b) |
Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
|
Artikolu 13(3), il-punt (c) |
Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
|
Artikolu 13(3), il-punt (d) |
Artikolu 19(3), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 13(3), il-punti (e) u (f) |
Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f) |
|
Artikolu 14(1), is-sentenza introduttorja |
Artikolu 5(1), il-punt (a); Artikolu 20(1) |
|
Artikolu 14(1), il-punt (a) |
Artikolu 20(1) |
|
Artikolu 14(1), il-punt (b) |
Artikolu 20(7), il-punt (c) |
|
Artikolu 14(1), il-punt (c) |
Artikolu 20(7), il-punt (d) |
|
Artikolu 14(1), il-punt (d) |
Artikolu 20(5), il-punt (b) |
|
Artikolu 14(1), il-punt (e) |
Artikolu 20(7), il-punt (j) |
|
Artikolu 14(2) |
Artikolu 5(3); Artikolu 20(7), il-punt (k) |
|
Artikolu 14(3) |
Artikolu 5(5) |
|
Artikolu 14(4) |
Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 5(4) |
|
Artikolu 14(5) |
— |
|
Artikolu 14(6) |
Artikolu 20(9), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u t-tielet u l-ħames subparagrafi |
|
Artikolu 14(7) |
Artikolu 19(1), il-punt (l)(i) |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 16(1) |
Artikolu 28(4) |
|
Artikolu 16(2) |
Artikolu 36, il-punt (1) |
|
Artikolu 16(3) |
Artikolu 10(3), (4) u (6) |
|
Artikolu 16(4) |
— |
|
Artikolu 16(5) |
Artikolu 28(4) |
|
Artikolu 16(6) |
Artikolu 30– |
|
Artikolu 17(1) |
— |
|
Artikolu 17(2) |
Artikolu 25(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 17(3) |
Artikolu 25(2) |
|
Artikolu 17(4) |
— |
|
Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 20 |
— |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 5(2), il-punt (e) |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 2(3); Artikolu 4(3); Artikolu 5(7) |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 5(4); Artikolu 6(5); Artikolu 7(1); Artikolu 18(3); Artikolu 18(8), it-tieni subparagrafu; Artikolu 18(11); Artikolu 20(9); Artikolu 20(10), it-tieni subparagrafu; Artikolu 22(2); Artikolu 23(2); Artikolu 24; Artikolu 25(1); Artikolu 26(2), (3) u (4); Artikolu 28(9); Artikolu 33(2) |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 2(3); Artikolu 4(3); Artikolu 5(7); Artikolu 8; Artikolu 9(5); Artikolu 11(2); Artikolu 18(9); Artikolu 20(11) |
|
Artikolu 26 |
Artikoli 31 u 32 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 28 |
— |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 31 |
— |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
Anness III |
Anness III |
|
Anness IV |
Anness IV |
|
Anness V |
Anness V |
|
Anness VI |
Anness VI |
|
Anness VII |
Artikolu 8 |
|
Anness VIII |
Artikolu 18(3) |
|
Anness IX |
Anness VIII |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1392/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)