|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2108 |
19.9.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/2108 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2026
li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 952/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern huma bbażati fuq l-unjoni doganali. Fl-interess kemm tal-operaturi ekonomiċi kif ukoll tal-awtoritajiet doganali fl-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġabar f’att uniku, il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni doganali li qabel kienet tinsab f’diversi atti legali differenti. Dak ir-Regolament fih ir-regoli u l-proċeduri ġenerali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri tariffarji u miżuri oħra introdotti fil-livell tal-Unjoni b’rabta mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Unjoni u pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet relatati mal-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli permezz ta’ kompiti operazzjonali bħall-applikazzjoni ta’ proċeduri doganali, it-twettiq ta’ analiżi tar-riskju u ta’ kontrolli, u l-applikazzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 żvelat dgħufijiet f’diversi oqsma. Dawk id-dgħufijiet jinkludu: azzjoni insuffiċjenti jew ineffettiva fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha kontra riskji mhux finanzjarji applikabbli għall-merkanzija stabbilita mill-politiki tal-Unjoni minbarra l-leġiżlazzjoni doganali; il-kapaċità tal-awtoritajiet doganali li jittrattaw b’mod effettiv il-volum dejjem jikber ta’ merkanzija importata minn pajjiż terz permezz ta’ bejgħ mill-bogħod (tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku); il-kapaċità limitata tal-arkitettura tas-sistemi tal-IT maħluqa mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 sabiex tiddiġitalizza l-proċessi doganali sabiex ilaħħqu mal-pass tal-progress teknoloġiku, u b’mod partikolari t-teknoloġiji bbażati fuq l-isfruttament tad-data; u n-nuqqas ta’ strutturi effettivi ta’ governanza tal-unjoni doganali, li jirriżulta fi prattiki diverġenti u f’implimentazzjoni mhux uniformi tar-regoli dogali fl-Istati Membri. Dawk id-dgħufijiet iwasslu għall-ħolqien ta’ ostakli għall-funzjonament xieraq tal-unjoni doganali u, għalhekk tas-suq intern, minħabba r-riskji u t-theddid intern u estern. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-leġiżlazzjoni doganali tqis l-iżvilupp rapidu tax-xejriet kummerċjali globali, tat-teknoloġija, tal-mudelli tan-negozju u tal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati, inkluż in-negozji, il-konsumaturi u r-residenti. Għaldaqstant, hemm bżonn li jsir għadd kbir ta’ emendi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit. |
|
(4) |
Sabiex jiġu previsti mezzi effettivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-unjoni doganali, jenħtieġ li għadd ta’ regoli u ta’ proċeduri li jirregolaw kif il-merkanzija tiddaħħal jew tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jiġu riveduti, simplifikati u armonizzati. Jenħtieġ li jiġi previst sett modern u integrat ta’ servizzi elettroniċi interoperabbli għall-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, jiġifieri l-Pjattaform tad-Data Doganali tal-Unjoni Ewropea (il-“Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE”). Jenħtieġ li tiġi stabbilita Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea (l-“Awtorità Doganali tal-UE”) bħala korp ċentrali u operazzjonali li jipprovdi l-kapaċità għall-governanza koordinata tal-unjoni doganali f’oqsma speċifiċi. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, ir-rwol tal-awtoritajiet doganali evolva sabiex ikopri dejjem aktar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-merkanzija soġġetta għal superviżjoni doganali, b’mod partikolari r-rekwiżiti mhux finanzjarji dwar merkanzija li huma neċessarji sabiex tali merkanzija tidħol u tiċċirkola fis-suq intern. Tali kompiti mhux finanzjarji żdiedu b’mod esponenzjali matul is-snin f’konformità mal-aspettattivi dejjem akbar tan-negozji u tar-residenti tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, tas-sostenibbiltà, tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, tal-ambjent, tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u tal-valuri tal-Unjoni. Għandhom jiġu introdotti għodod ġodda, bħall-passaport diġitali tal-prodott stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), biex jiġi żgurat li leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, kif definit f’dan ir-Regolament, relatata mal-prodotti tkompli tirrispondi għal dawk l-aspettattivi. Għalhekk, jeħtieġ li l-għadd u l-kumplessità dejjem akbar ta’ riskji mhux finanzjarji jiġu riflessi billi fil-missjoni tal-awtoritajiet doganali tiġi inkluża referenza speċifika għall-protezzjoni tal-interessi pubbliċi fi ħdan il-kompetenza tagħhom u, meta jkun il-każ, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-evoluzzjoni tar-rwol tal-awtoritajiet doganali u tal-mudelli tan-negozju li joperaw fihom, u sabiex l-awtoritajiet doganali “jaġixxu bħala wieħed” u biex jikkontribwixxu għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, jeħtieġ li l-missjoni li l-awtoritajiet doganali jridu jwettqu tiġi deskritta b’mod aktar preċiż billi jiġu indikati b’mod aktar preċiż l-objettivi u l-kompiti tagħhom. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni teknoloġika rapida, b’mod partikolari tal-intelliġenza artifiċjali, ser ikollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tal-awtoritajiet doganali, inkluż fil-qasam tal-analiżi tar-riskju f’ħin reali. |
|
(7) |
Filwaqt li jistinkaw biex iwettqu l-missjoni tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jimmiraw ukoll għall-kosteffiċjenza billi jevitaw id-duplikazzjoni u jippromwovu l-effettività fil-proċessi doganali u użu effiċjenti tar-riżorsi relatati fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Jenħtieġ li jiġbru, janalizzaw u jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti biex jappoġġaw teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza. Meta l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkontribwixxu għall-fluss ta’ merkanzija rilevanti għal kriżi. |
|
(8) |
Jixraq li f’dan ir-Regolament jinżamm qafas legali għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali għall-kummerċ ta’ merkanzija tal-Unjoni bejn partijiet tat-territorju doganali li għalihom tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (6) jew (UE) 2020/262 (7) u partijiet minn dak it-territorju fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx, jew għall-kummerċ ta’ merkanzija tal-Unjoni bejn partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx. Fid-dawl tal-fatt li l-merkanzija negozjata hija merkanzija tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni għan-natura fiskali tal-miżuri rilevanti għal dak il-kummerċ intra-UE, huwa ġustifikat li jiġu introdotti simplifikazzjonijiet xierqa fil-formalitajiet doganali li għandhom jiġu applikati għal tali merkanzija. |
|
(9) |
Jenħtieġ li ċerti definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jiġu adattati sabiex jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu allinjati ma’ dawk stipulati f’atti legali oħrajn tal-Unjoni, u biex tiġi ċċarata terminoloġija b’tifsira differenti f’setturi differenti. Jenħtieġ li fil-leġiżlazzjoni doganali jiġu inklużi definizzjonijiet ġodda sabiex jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ ċerti atturi fil-proċessi doganali. Fil-każ tal-importatur u tal-esportatur, jenħtieġ li d-definizzjonijiet il-ġodda jrendu lil dawk il-persuni responsabbli lejn l-awtoritajiet doganali għall-konformità tal-merkanzija li dawk il-persuni jkollhom x’jaqsmu magħha, inkluż għal riskji finanzjarji u mhux finanzjarji, f’konformità mal-leġiżlazzjoni speċifika għall-prodott, biex tissaħħaħ is-superviżjoni doganali. Fir-rigward tal-kunċett il-ġdid ta’ “importatur għall-bejgħ mill-bogħod”, jenħtieġ li definizzjonijiet ġodda jiżguraw li f’xi każijiet, fil-kuntest ta’ bejgħ online minn barra l-Unjoni, operatur ekonomiku, bil-kontra tal-konsumatur, jitqies bħala l-importatur u huwa obbligat li jassumi r-responsabbiltajiet korrispondenti, u jenħtieġ li jiżguraw li l-operatur ekonomiku rilevanti huwa obbligat li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali rilevanti u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali meta l-merkanzija tidħol jew toħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni u jipprovdu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni, u jżommu, rekords xierqa ta’ tali konformità. Jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll definizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tad-dispożizzjonijiet tas-superviżjoni doganali, tal-ġestjoni tar-riskju u tal-kontrolli doganali. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li, fejn id-definizzjonijiet li jinsabu fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jirreferu għal dispożizzjonijiet doganali li jinsabu fi ftehimiet internazzjonali, dik tkun tinkludi l-ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti li għalihom l-Unjoni u l-Istati Membri huma parti, sa fejn dawn il-ftehimiet tal-aħħar jirregolaw il-konformità tal-merkanzija. |
|
(10) |
Lil hinn mir-rwol tradizzjonali tagħhom li jiġbru d-dazji doganali, il-VAT u d-dazju tas-sisa u li japplikaw il-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll rwol kritiku fl-infurzar ta’ atti legali oħra tal-Unjoni u, meta applikabbli, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni ta’ “leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali” sabiex jinbena qafas effettiv għar-regolamentazzjoni tal-applikazzjoni u tas-superviżjoni tar-rekwiżiti partikolari dwar il-merkanzija stabbiliti f’dawk l-att legali. Jenħtieġ li l-kunċett ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jinkludi miżuri ġustifikati fuq il-bażi tal-moralità pubblika, il-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika, il-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, il-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien ta’wirt nazzjonali b’valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku u l-ħarsien ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali u interessi pubbliċi oħra, fosthom kontrolli fuq il-prekursuri tad-drogi, merkanzija li tikser ċertu drittijiet tal-proprjetà intelletwali u flus kontanti, kif ukoll miżuri ta’ politika kummerċjali, miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd, u miżuri restrittivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Diverġenzi fil-listi nazzjonali ta’ projbizzjoni u restrizzjonijiet joħolqu diffikultajiet sinifikanti għall-importazzjonijiet f’diversi Stati Membri. Sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ u l-funzjonament tad-dwana, huwa importanti li l-Unjoni taħdem biex gradwalment tarmonizza l-listi nazzjonali ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu adottati definizzjonijiet armonizzati tat-termini legali użati fejn huma previsti projbizzjonijiet u restrizzjonijiet sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti mill-Istati Membri. |
|
(11) |
Sabiex tiżdied iċ-ċarezza legali, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti regoli dwar id-deċiżjonijiet doganali. L-ewwel nett, jixraq li jiġi ċċarat li l-awtorità doganali kompetenti għat-teħid ta’ deċiżjoni doganali hija l-awtorità doganali kompetenti għall-post fejn ikun stabbilit l-applikant, għax l-istabbiliment huwa l-prinċipju ewlieni li skontu ċerti operaturi ekonomiċi, f’ċerti kundizzjonijiet u f’perjodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel, soġġetti għal rieżami, jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament u jħallsu d-dazji doganali fejn ikunu stabbiliti. It-tieni, għall-fini ta’ kompletezza u ċarezza legali, jenħtieġ li jiġi introdott ukoll il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum sa liema applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet doganali jekk dawn iqisu li l-applikazzjoni għal deċiżjoni doganali ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-konsegwenza tan-nuqqas ta’ awtorità doganali li tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni fil-limiti ta’ żmien stabbiliti tiġi ċċarata. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll il-prinċipju li, f’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni titqies bħala li hija s-suġġett ta’ deċiżjoni negattiva u li l-applikant jista’ jippreżenta appell, f’konformità mar-regoli ġenerali dwar id-deċiżjonijiet doganali. |
|
(13) |
Kif enfasizzat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 4/2021 intitolat “Kontrolli doganali: armonizzazzjoni insuffiċjenti tfixkel l-interessi finanzjarji tal-UE” u fl-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, huwa mixtieq ukoll li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ monitoraġġ uniformi tal-issodisfar tal-kriterji u tal-konformità mal-obbligi stipulati f’deċiżjonijiet doganali billi jissaħħu d-dispożizzjonijiet rilevanti. Minn naħa waħda, jenħtieġ li d-detenturi ta’ deċiżjonijiet doganali mhux biss jikkonformaw mal-obbligi stipulati fid-deċiżjoni rilevanti iżda jimmonitorjaw ukoll fuq bażi kontinwa l-konformità tagħhom u jipprevedu organizzazzjoni interna li permezz tagħha tali attivitajiet ta’ awtomonitoraġġ jistgħu jipprevjenu, itaffu jew jirrimedjaw kwalunkwe żball possibbli fil-proċessi doganali tagħhom. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jimmonitorjaw regolarment l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet doganali mid-detenturi ta’ tali deċiżjonijiet, b’mod partikolari fejn dawk id-detenturi jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għal anqas minn tliet snin u għalhekk ikunu potenzjalment aktar suxxettibbli li toħloq riskji, sabiex jiġi żgurat li d-detentur jikkonforma mal-obbligi stabbiliti minn dik id-deċiżjoni. Meta l-awtoritajiet doganali jsiru konxji li detentur ta’ deċiżjoni doganali ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji jew jikkonforma mal-obbligi stipulati f’dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li jieħdu azzjonijiet xierqa mingħajr dewmien żejjed, f’konformità mar-regoli applikabbli. Dan huwa partikolarment rilevanti meta dawk il-persuni jibbenefikaw minn status speċifiku, bħal dak ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jew ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), u għalhekk igawdu minn ċerti faċilitazzjonijiet fi proċessi doganali. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ il-ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jinnotifikaw lill-Awtorità Doganali tal-UE bid-deċiżjonijiet doganali kollha meħudin wara applikazzjoni u jinformawha dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, sabiex dik l-informazzjoni tkun tista’ titqies għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju. |
|
(14) |
Minbarra d-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (“deċiżjonijiet BTI”) u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (“deċiżjonijiet BOI”) adottati mill-awtoritajiet doganali mal-applikazzjoni u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, id-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar il-valwazzjoni (“deċiżjonijiet BVI”) ġew introdotti fil-leġiżlazzjoni doganali permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 (8). Fl-interess tal-utenti tal-leġiżlazzjoni doganali, jixraq li fl-istess att legali jiġu stabbiliti r-regoli dwar dawk it-tliet tipi ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti. |
|
(15) |
Jenħtieġ li d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni responsabbli għall-merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni u toħroġ minnu jiġu definiti b’mod aktar ċar. Jenħtieġ li l-persuni li jkollhom operazzjonijiet doganali regolari jkomplu jiġi reġistrati mal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn ikunu stabbiliti. Jenħtieġ li reġistrazzjoni unika tkun valida għall-unjoni doganali kollha iżda jenħtieġ li tinżamm aġġornata. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkollhom l-obbligu li jinformaw lill-awtoritajiet doganali dwar kwalunkwe bidla fid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-persuni responsabbli għall-merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni u li toħroġ minnu jiżguraw li l-merkanzija tikkonforma mal-liġi applikabbli, inkluż ir-regoli li jipproteġu s-sikurezza u s-sigurtà tar-residenti, kif ukoll leġiżlazzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi, bħar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, id-Direttiva (UE) 2024/2853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti u r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti. Jenħtieġ li l-obbligi tal-importatur jiġu definiti wkoll, b’mod partikolari l-obbligu li jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni u l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu. Jenħtieġ li dawk l-obbligi jsegwu r-regoli eżistenti għad-dikjarant li għandu jkun stabbilit fl-Unjoni. B’mod simili, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-obbligi tal-esportatur. |
|
(16) |
Meta l-persuna li tforni merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew li tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija tindika li qed taġixxi bħala l-importatur, jenħtieġ li dik il-persuna tiżgura li l-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq intern tal-Unjoni. |
|
(17) |
L-operaturi ekonomiċi li jissodisfaw ċerti kriterji u kundizzjonijiet biex jitqiesu operaturi tas-suq konformi u affidabbli mill-awtoritajiet doganali jistgħu jingħataw l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u b’hekk jibbenefikaw minn faċilitazzjonijiet fil-proċessi doganali. Għalkemm tiżgura li l-operaturi tas-suq li jittrattaw mal-biċċa l-kbira tal-kummerċ tal-Unjoni jkunu affidabbli, l-iskema tal-operatur ekonomiku awtorizzat tbati minn ċerti dgħufijiet enfasizzati fl-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fis-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri. Sabiex jiġi indirizzat dak it-tħassib, b’mod partikolari dwar prattiki nazzjonali diverġenti u dwar sfidi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità tal-operatur ekonomiku awtorizzat, jenħtieġ li r-regoli rilevanti jiġu emendati sabiex jiġi introdott obbligu fuq l-awtoritajiet doganali li jimmonitorjaw dik il-konformità mill-inqas kull tliet snin. |
|
(18) |
Il-bidliet fil-proċessi doganali u fil-mod kif joperaw l-awtoritajiet doganali jeħtieġu sħubija ġdida bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi, jiġifieri l-iskema tal-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check). Jenħtieġ li l-kriterji u l-kundizzjonijiet biex wieħed isir kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jibnu fuq il-kriterji tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat iżda jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-kummerċjant jitqies trasparenti għall-awtoritajiet doganali. Jixraq, għalhekk, li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jintalbu jagħtu lill-awtoritajiet doganali aċċess għas-sistemi elettroniċi tagħhom filwaqt li jżommu rekord tal-konformità tagħhom u tal-moviment tal-merkanzija tagħhom, dment li tali aċċess ikun proporzjonat u strettament neċessarju. Jenħtieġ li tali trasparenza tkun akkumpanjata minn ċerti benefiċċji, li jistgħu jinkludu l-possibbiltà li l-merkanzija tiġi rrilaxxata għan-nom tal-awtoritajiet doganali mingħajr in-neċessità tal-intervent attiv tagħhom, ħlief meta tkun meħtieġa approvazzjoni ta’ qabel ir-rilaxx minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, u li jiġi differit il-ħlas tad-dejn doganali. Jenħtieġ li l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) ma jingħatax lil persuni li jkunu wettqu ksur ripetut jew serju ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. |
|
(19) |
Sabiex jiġu żgurati l-integrità tal-unjoni doganali u l-applikazzjoni konsistenti tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti lill-Awtorità Doganali tal-UE u lill-Kummissjoni jintervjenu f’każijiet li fihom ikun hemm indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minn kummerċjant li jkollu status ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). Jenħtieġ li tali mekkaniżmu jippermetti lill-Awtorità Doganali tal-UE, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali kompetenti, tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), b’mod partikolari meta Stat Membru għajr dak fejn ikun stabbilit il-kummerċjant ikollu dubji raġonevoli dwar il-konformità tal-kummerċjant. Dak il-mekkaniżmu huwa essenzjali għall-prevenzjoni tal-applikazzjoni illegali tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) u jiġi prevenut id-dħul mhux leġittimu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Sabiex jiġu evitati disparitajiet fl-infurzar, meta l-Istat Membru ta’ stabbiliment jonqos milli jaġixxi fil-ħin jew b’mod xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tintervjeni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jirrikjedi lil dak l-Istat Membru jissospendi jew jirrevoka l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-possibbiltà li jiġi operat maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra dwar il-bejgħ mill-bogħod u s-simplifikazzjonijiet, tinċentiva l-użu ta’ kwantitajiet bl-ingrossa aktar milli pakketti, u hekk isir aktar faċli biex l-awtoritajiet doganali jiġġestixxu l-fluss tal-pakketti individwali. Jenħtieġ li maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod jipprevedi r-rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fil-mument tal-bejgħ u’l barra mill-maħżen, li jfisser li fil-mument tat-tqegħid tal-merkanzija fil-maħżen, il-merkanzija jeħtieġ li tissodisfa l-kundizzjonijiet li jkunu applikabbli għaliha jekk titqiegħed fis-suq tal-Unjoni f’dak il-mument. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw jekk il-merkanzija miġjuba fi kwantitajiet bl-ingrossa tikkonformax mar-regoli tas-suq tal-Unjoni jew le fil-mument tad-dħul fil-maħżen doganali. Jenħtieġ li tali maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod ikun disponibbli biss għall-operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji tal-affidabbiltà tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), sabiex jiġi evitat l-użu ħażin minn operaturi ekonomiċi mhux affidabbli. |
|
(21) |
Il-bidliet fil-proċessi doganali jeħtieġu wkoll kjarifika tar-rwol tar-rappreżentanti doganali. Jenħtieġ li kemm ir-rappreżentanza diretta kif ukoll dik indiretta jibqgħu possibbli, iżda jenħtieġ li jiġi ċċarat li r-rappreżentant indirett ta’ importatur jew ta’ esportatur jassumi l-obbligi kollha ta’ dak l-importatur jew l-esportatur, jiġifieri mhux biss l-obbligu li jitħallas jew jiġi ggarantit id-dejn doganali iżda wkoll il-konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ li r-rappreżentanti doganali jkunu residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni, fejn jirrappreżentaw importaturi jew esportaturi, sabiex tiġi żgurata responsabbiltà xierqa għall-aspetti finanzjarji u mhux finanzjarji tal-obbligi tal-importaturi u tal-esportaturi. L-użu ta’ rappreżentant doganali indirett stabbilit fl-Unjoni huwa għalhekk alternattiva disponibbli u proporzjonata għall-importaturi u l-esportaturi li ma għandhomx preżenza kummerċjali fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rappreżentanti doganali stabbiliti f’pajjiżi terzi jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-Unjoni fejn jirrappreżentaw persuni li ma humiex meħtieġa li jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
(22) |
L-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (12), għandhom rwol vitali fil-kummerċ estern tal-Unjoni iżda spiss iħabbtu wiċċhom ma’ piżijiet amministrattivi u ta’ konformità proporzjonalment ogħla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti doganali. Huwa għalhekk importanti li titqies is-sitwazzjoni speċifika tagħhom u miżuri ta’ appoġġ li jiffaċilitaw il-konformità tagħhom, fosthom permezz ta’ proċeduri simplifikati, gwida ċara u rappreżentanza doganali aċċessibbli. Jenħtieġ li jiġu adottati linji gwida bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, fejn jiġu rikonoxxuti l-isfidi uniċi li jiffaċċjaw tali intrapriżi, filwaqt li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tal-proċessi tal-kummerċ estern meta jiġi applikat l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). Jenħtieġ li jsiru sforzi kontinwi biex il-proċeduri għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju jiġu simplifikati u jsiru aktar aċċessibbli, filwaqt li jiġi żgurat li r-rwol vitali tagħhom fil-kummerċ estern tal-Unjoni jiġi ffaċilitat u promoss. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat livell uniformi ta’ diġitalizzazzjoni u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha u jingħata wkoll kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jenħtieġ li tiġi stabbilita Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE bħala sett ta’ servizzi u sistemi elettroniċi ċentralizzati, siguri u reżiljenti għaċ-ċibersigurtà għal finijiet doganali. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tagħti lok għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, bħal: formalitajiet doganali; il-kontrolli doganali; il-kalkolu u n-notifika tad-dejn doganali, it-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni, id-dazju tas-sisa u l-VAT; il-ġestjoni tal-garanzija; u s-sorveljanza doganali tal-merkanzija. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li tiżgura l-kwalità, l-integrità, it-traċċabbiltà u n-nonrifjut tad-data pproċessata fiha, sabiex la l-mittent u lanqas ir-riċevitur ma jkunu jistgħu aktar tard jikkontestaw l-eżistenza tal-iskambju tad-data. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jikkonforma mar-regoli rilevanti għaċ-ċibersigurtà u l-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Awtorità Doganali tal-UE, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, ifasslu b’mod konġunt il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll il-kompitu li tiżviluppa, topera u żżomm il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u jenħtieġ li tkun tista’ tafda dak il-kompitu lill-Awtorità Doganali tal-UE. |
|
(24) |
B’kunsiderazzjoni tar-rwol tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE fl-iżgurar tal-integrità u tas-sigurtà tad-data ttrattata fl-Unjoni għal finijiet doganali, li tikkostitwixxi interess pubbliku u li tista’ titqies bħala interess fundamentali tas-soċjetà, jeħtieġ li d-data ġestita fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, inkluż data personali u data sensittiva oħra relatata mal-fluss tal-merkanzija u mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, tiġi protetta minn aċċess mhux awtorizzat u minn kwalunkwe theddida oħra għall-integrità u għas-sigurtà ta’ tali data. Jeħtieġ, għalhekk, li l-infrastruttura u s-servizzi li permezz tagħhom topera l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jkunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet sabiex tiġi żgurata s-sovranità tal-Unjoni f’dak ir-rigward. Jenħtieġ li r-rispett ta’ dawk il-kundizzjonijiet jintwera permezz ta’ evidenza u, fil-każ ta’ servizzi kritiċi, huwa importanti li dik l-evidenza tiġi kkomplementata minn skrinjar tas-sigurtà ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, kif previst skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali. Barra minn hekk, jenħteġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE kemm jista’ jkun titfassal biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ intrappolament tal-klijentela. |
|
(25) |
Sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà, l-interoperabbiltà u s-sostenibbiltà fit-tul tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, huwa importanti li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tagħha jaderixxu ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment u mal-aħjar prattiki fl-inġinerija tas-software, fl-ittestjar tas-sistemi, fil-proċeduri ta’ pilotaġġ u ta’ aċċettazzjoni. Dak jinkludi ttestjar funzjonali u mhux funzjonali komprensiv, fażijiet pilota strutturati li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rappreżentattivi, u kriterji ta’ aċċettazzjoni definiti b’mod ċar għall-validazzjoni tal-prestazzjoni, il-konformità u s-sigurtà. Dawk il-miżuri huma maħsuba biex jiżguraw li s-sistema tista’ tappoġġa formalitajiet doganali armonizzati madwar l-Unjoni u tissodisfa r-rekwiżiti operazzjonali tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi bl-istess mod. |
|
(26) |
Jenħtieġ li l-attivitajiet li jimplimentaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jinkludu miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-operat mingħajr interruzzjoni tagħha, anki fil-każ ta’ kriżi serja. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ kontinwità tal-operat jinkludu, b’mod partikolari, mekkaniżmi ta’ ridondanza u ta’ sostituzzjoni u protokolli għall-irkupru tad-data, kif ukoll proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jew ta’ falliment tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Meta l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sserraħ fuq infrastruttura fiżika, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet ridondanti f’siti ġeografikament mifruxa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat f’każ ta’ falliment ta’ sit wieħed. |
|
(27) |
Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha l-għan li tissostitwixxi s-sistemi elettroniċi eżistenti żviluppati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li wħud minnhom qed jitneħħew gradwalment matul it-tranżizzjoni. Dawk is-sistemi elettroniċi nazzjonali eżistenti mhux ser jerġgħu jingħataw il-ħajja f’każ li l-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ma jkunux disponibbli sal-iskadenzi stabbiliti. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta soluzzjoni temporanja f’każ li jiġri dan. F’konformità mal-ġuriżprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (13), jixraq li jiġi ċċarat li l-iskambju awtomatizzat ta’ informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet doganali u partijiet ikkonċernati oħra permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, u minnha, ma jeskludix ir-responsabbiltà ta’ dawk l-awtoritajiet jew ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-proċessi doganali kkonċernati. Anke meta l-involviment ta’ awtorità doganali fl-adozzjoni ta’ miżura jkun limitat għal komunikazzjoni elettronika permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, jenħtieġ li jitqies li l-miżura inkwistjoni tiġi adottata minn dik l-awtorità, daqslikieku l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE aġixxiet f’isimha. |
|
(28) |
Jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tiffaċilita l-iskambju tad-data ma’ sistemi, pjattaformi jew ambjenti oħra bl-għan li tiżdied il-kwalità tad-data użata mid-dwana fit-twettiq tal-kompiti tagħha, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data doganali rilevanti ma’ awtoritajiet oħrajn, bl-għan li tiżdied l-effettività tal-kontrolli fis-suq intern. F’konformità mal-approċċ stipulat fir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2017 bit-titlu “Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni”, jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE trawwem l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali fl-Ewropa. Jenħtieġ li tisfrutta l-potenzjal tas-sorsi eżistenti ta’ informazzjoni dwar ir-riskju disponibbli fil-livell tal-Unjoni, bħas-sistemi ta’ twissija rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF) u għall-prodotti mhux tal-ikel (Safety Gate), is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), u l-Portal tal-Infurzar tal-PI. Jenħtieġ li ssostni l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni strateġika u operazzjonali, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u l-interoperabbiltà, bejn id-dwana u awtoritajiet, korpi u servizzi oħrajn, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tipprovdi firxa wiesgħa ta’ analitika avvanzata tad-data, inkluż ukoll permezz tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali. Jenħtieġ li dik l-analiżi tad-data tiffaċilita l-analiżi tar-riskju, l-analiżi ekonomika u l-analiżi predittiva sabiex jiġu antiċipati r-riskji possibbli relatati mal-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni jew li jiċċaqilqu minnha. |
|
(29) |
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni aħjar tal-flussi tal-kummerċ u metodu simplifikat ta’ kollaborazzjoni ml-awtoritajiet kompetenti minbarra l-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tkun kapaċi tagħmel użu mill-qafas ta’ kollaborazzjoni skont l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana u, meta dak il-qafas ma jkunx jista’ jintuża, toffri lil dawk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra servizz speċifiku li permezz tiegħu jistgħu jiksbu d-data rilevanti, jipprovdu u jikkondividu l-informazzjoni mal-awtoritajiet doganali, u jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti settorjali. Dak is-servizz speċifiku jkun neċessarju f’każ li l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ma jkollhomx sistema elettronika li tista’ tiġi federata mal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
|
(30) |
Sabiex jiġu ttestjati l-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE qabel id-dħul fis-seħħ tagħha għall-operaturi ekonomiċi kollha irrispettivament mill-istatus tagħhom jew mill-proċess doganali kkonċernat, jixraq li l-Kummissjoni titħalla tiddeċiedi li tistabbilixxi fażi pilota, fuq bażi volontarja. Tali eżerċizzju pilota jittestja l-implimentazzjoni ta’ ċerti proċessi u funzjonijiet fuq bażi volontarja mingħajr obbligu legali. Għall-fini ta’ trasparenza u l-għoti ta’ informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati interessati, huwa importanti li l-Kummissjoni tippubblika l-ippjanar, l-organizzazzjoni u t-tul ta’ żmien ta’ dik il-fażi pilota u l-funzjonalitajiet li għandhom jiġu applikati u ttestjati. |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet, in-negozji, il-konsumaturi u r-residenti jkunu jistgħu jirrapportaw merkanzija li tkun ser tiġi importata fl-Unjoni jew esportata minnha li ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni applikata mill-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li l-informazzjoni rapportata dwar dik il-merkanzija tkun disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riskju. |
|
(32) |
Flimkien mal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess sabiex jużaw id-data mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet tagħhom jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà. Sabiex jitnaqqas iż-żmien għall-kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jafdaw lill-Awtorità Doganali tal-UE bil-finanzi u l-mandat biex tiżviluppa tali applikazzjonijiet. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tiżviluppa l-applikazzjonijiet għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. Dan jista’ jsir billi jinħolqu applikazzjonijiet ta’ kodiċi b’sors miftuħ mingħajr intrappolament tal-klijentela skont il-Qafas għall-Kondiviżjoni u l-Użu mill-Ġdid għas-Soluzzjonijiet tal-IT. |
|
(33) |
Jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tippermetti l-fluss tad-data. Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jittrażmettu u jipproċessaw fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE d-data rilevanti kollha meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni doganali. Jenħtieġ li dik id-data tiġi pproċessata fil-livell tal-Unjoni u tiġi arrikkita b’analiżi tar-riskju għall-Unjoni kollha. Jenħtieġ li d-data li tirriżulta tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mbagħad jipproċessaw id-data sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. Finalment, jenħtieġ li l-eżitu tal-kontrolli mwettqa wara l-ipproċessar tad-data mil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jiġi rrapportat lil dik il-Pjattaforma tad-Data. Huwa importanti li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tiffaċilita l-ipproċessar tad-data disponibbli fiha b’dewmien minimu. |
|
(34) |
Id-data mibgħuta lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE hija fil-biċċa l-kbira data mhux personali ppreżentata mill-operaturi ekonomiċi dwar il-merkanzija li jkunu qegħdin jinnegozjaw. Madankollu, dik id-data tista’ tinkludi wkoll data personali, b’mod partikolari l-ismijiet ta’ individwi li jaġixxu għal operatur ekonomiku jew awtorità. Sabiex jiġi żgurat li d-data personali u l-informazzjoni kummerċjali jkunu protetti bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regol għall-kunfidenzjalità u kundizzjonijiet għall-użu tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit liema entitajiet jistgħu jaċċessaw jew jipproċessaw id-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, minbarra l-persuni kkonċernati, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali u l-Awtorità Doganali tal-UE, fejn il-ħtiġijiet ta’ dawk l-entitajiet jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li jiġi żgurat li d-data personali u kunfidenzjali miġbura għal finijiet doganali tintuża għal skopijiet addizzjonali biss sal-minimu neċessarju. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeżinjaw, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, data speċifika li l-iżvelar tagħha tkun ta’ ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom, li għandha tiġi tteggjata teknikament fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE b’tali mod li kwalunkwe pproċessar ulterjuri ta’ tali data jkun limitat għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jawtorizzawx b’mod espress l-ipproċessar ulterjuri. Jenħtieġ li l-persuna li tittrażmetti d-data lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tistabbilixxi b’mod ċar il-limitazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ tali data li jistgħu jkunu marbuta mal-ktajjen tal-provvista speċifiċi jew mal-kategoriji tad-data. Sabiex jużaw dik il-possibbiltà, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni dwar l-interessi ta’ sigurtà essenzjali speċifiċi involuti u jispjega għaliex iqis li dawk l-interessi ma setgħux jiġu protetti biżżejjed skont il-qafas ġenerali tad-dispożizzjonijiet rigward l-ipproċessar tad-data fi ħdan il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
|
(36) |
Soġġett għall-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, speċjalment ir-regoli dwar data doganali sensittiva u data kummerċjalment sensittiva, data doganali aggregata mhux kunfidenzjali, mhux personali u mhux kummerċjalment sensittiva tista’ ssir disponibbli għal partijiet terzi għal finijiet speċifiċi fuq talba debitament ġustifikata. |
|
(37) |
Biex jiġi żgurat li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikun jista’ jeżerċita s-setgħat ta’ investigazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ attivitajiet frawdolenti li jkunu qed jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni, jixraq li jkollu aċċess għad-data mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE li jkun simili ħafna għall-aċċess mill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-OLAF ikun intitolat jipproċessa dik id-data f’konformità mal-kundizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, fosthom ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (17). |
|
(38) |
Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikun jista’, fuq talba, jikseb data li tkun disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sabiex jiżgura li jkun jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mad-dwana. |
|
(39) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tkun tista’, fuq talba, tikseb data li tkun disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE biex twettaq il-kompiti tagħha kif speċifikati fir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tkun tista’, fuq talba, tikseb data mhux personali li tkun disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
|
(40) |
Sabiex jiġu ppreżervati l-funzjonijiet li jitwettqu fis-sistemi tal-IT nazzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jipproċessaw id-data direttament fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Bħala tali, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għas-sikurezza alimentari f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 jiġu pprovduti bis-servizzi u bl-għodod it-tajba fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE biex ikunu jistgħu jużaw id-data doganali rilevanti sabiex jikkontribwixxu għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u biex jikkooperaw mal-awtoritajiet doganali biex jimminimizzaw ir-riskju li prodotti mhux konformi jidħlu fl-Unjoni. |
|
(41) |
Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (20), l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom jirrapportaw mingħajr dewmien żejjed lill-UPPE kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali kompetenti joqogħdu lura milli jieħdu miżuri li jistgħu jipperikolaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe investigazzjoni kriminali dwar l-istess fatti mwettqa mill-awtorità ġudizzjarja jew tal-infurzar tal-liġi nazzjonali kompetenti jew mill-UPPE. |
|
(42) |
Jenħtieġ li r-regoli u d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u l-iskambju ta’ informazzjoni ma jaffettwawx is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 515/97 u l-obbligi ta’ rapportar fil-kuntest tal-għarfien tas-sitwazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). |
|
(43) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu modalitajiet għall-aċċess tal-awtoritajiet ikkonċernati għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, wara li tivvaluta s-salvagwardji eżistenti li kull awtorità jew kategorija ta’ awtoritajiet ikollha fis-seħħ sabiex jiġi żgurat it-trattament korrett ta’ data personali u kummerċjalment sensittiva. |
|
(44) |
Jixraq li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE taħżen data personali għal perjodu massimu ta’ 10 snin. Dan il-perjodu huwa ġġustifikat fid-dawl tal-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jinnotifikaw id-dejn doganali sa 1 snin wara li jkunu rċevew l-informazzjoni neċessarja dwar kunsinna, kif ukoll sabiex jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Awtorità Doganali tal-UE, l-OLAF, l-UPPE, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra jkunu jistgħu jivverifikaw l-informazzjoni fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE mal-informazzjoni maħżuna f’sistemi oħrajn u skambjata magħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li dak il-perjodu jiġi allinjat mal-perjodu ta’ ħżin meħtieġ minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, meta tali leġiżlazzjoni tkun rilevanti għall-kontrolli doganali. Xieraq ukoll li kull meta tkun meħtieġa data personali għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, ta’ investigazzjonijiet u matul il-kontrolli ta’ wara l-awtorizzazzjoni, il-perjodu taż-żamma jiġi sospiż sabiex jiġi evitat li d-data personali titħassar u għalhekk ma tkunx tista’ tintuża għal dawk il-finijiet. |
|
(45) |
Jenħtieġ li l-protezzjoni ta’ data personali u ta’ data oħra fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tinkludi wkoll regoli dwar ir-restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Xieraq, għalhekk, li l-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni jew l-Awtorità Doganali tal-UE jkunu jistgħu jirrestrinġu d-dritt tas-suġġetti tad-data meta dan ikun neċessarju sabiex jiżguraw li ma jiġux ipperikolati l-attivitajiet ta’ infurzar, l-analiżi tar-riskju u l-kontrolli doganali. Barra minn hekk, tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati wkoll meta jkunu neċessarji għall-fini tal-protezzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi wara attivitajiet ta’ infurzar. Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet ikunu debitament ġustifikati kontra l-attivitajiet u l-prerogattivi tal-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni jew l-Awtorità Doganali tal-UE u limitati għaż-żmien neċessarju sabiex jiġu ppreżervati dawk il-prerogattivi. |
|
(46) |
Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament isir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 (22) jew (UE) 2018/1725 (23) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom. Kwalunkwe awtorità jew korp minbarra l-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni u l-Awtorità Doganali tal-UE li jipproċessa data personali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandu jitqies bħala kontrollur f’konformità mar-regoli applikabbli. |
|
(47) |
Sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-data ma’ ċerti sistemi mhux doganali oħra tal-Unjoni u fir-rigward tal-formalitajiet doganali msemmija fir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tintegra s-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (EU CWS-CERTEX) stabbilita b’dak ir-Regolament. Sakemm il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tintegra bis-sħiħ l-EU CWS-CERTEX, jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE twettaq it-trasformazzjoni kummerċjali u teknika tad-data biex tiffaċilita l-iskambju tad-data permezz tal-EU CWS-CERTEX. |
|
(48) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti tad-data jiġu definiti sabiex jipprovdu gwida komuni lill-operaturi ekonomiċi rigward id-data li għandhom bżonn biex jissodisfaw l-għanijiet tagħhom, relatati b’mod partikolari mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ser tkun punt uniku ta’ dħul għal tali data, u għalhekk jenħtieġ li r-regoli għall-ifformattjar u għall-kodifikazzjoni ta’ tali data jiġu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, li huma strument aktar flessibbli minn regoli legali. Madankollu, huwa meħtieġ mudell armonizzat tad-data doganali b’rekwiżiti tad-data semantiċi. |
|
(49) |
Livell ta’ ġestjoni tar-riskju doganali fil-livell tal-Unjoni huwa fundamentali sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri. Bħalissa hemm qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju li jinkludi l-possibbiltà li jiġu identifikati oqsma ta’ kontroll prijoritarji komuni u kriterji u standards tar-riskju komuni fil-qasam tar-riskju finanzjarju għat-twettiq tal-kontrolli doganali, iżda dan għandu nuqqasijiet sinifikanti. Sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali u ta’ ġestjoni armonizzata tar-riskju, li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, xieraq li jiġu rriveduti r-regoli dwar il-ġestjoni tar-riskju sabiex jiġi stabbilit approċċ ta’ ġestjoni tar-riskju aktar solidu li jindirizza kemm ir-riskji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji. Dak jinkludi l-indirizzar tal-isfidi strutturali fuq il-ġestjoni tar-riskju tar-riskji finanzjarji identifikati mill-Qorti tal-Awdituri. B’mod partikolari, xieraq li jiġi deskritt liema attivitajiet huma inklużi fil-ġestjoni tar-riskju doganali, f’approċċ ċikliku. Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, tal-Awtorità Doganali tal-UE u tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Huwa essenzjali wkoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tistabbilixxi oqsma ta’ kontroll prijoritarji komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju, u biex tidentifika oqsma speċifiċi fil-qasam ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali li jistħoqqilhom prijorità għall-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli komuni, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sigurtà. |
|
(50) |
Jixraq, għalhekk, li jiġu introdotti attivitajiet u dispożizzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat il-ġbir fil-livell tal-Unjoni ta’ data komprensiva rilevanti għall-ġestjoni tar-riskju, fosthom riżultati u evalwazzjoni tal-kontrolli kollha. Jenħtieġ li jiġu previsti analiżi tar-riskju komuni u l-kwistjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll korrispondenti tal-Unjoni għall-awtoritajiet doganali. F’konformità mal-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni”, jenħtieġ li dawk ir-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll jiġu segwiti, jew jingħataw raġunijiet konvinċenti għaliex ma ġewx segwiti. Jenħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li tinħareġ struzzjoni li l-merkanzija destinata għall-Unjoni ma għandhiex titgħabba jew tiġi trasportata. Jenħtieġ li l-analiżi tar-riskji u tat-theddid fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq data aġġornata b’mod kostanti fil-livell tal-Unjoni u jenħtieġ li din tidentifika l-miżuri u l-kontrolli li għandhom jitwettqu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul u tal-ħruġ tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(51) |
Fil-kuntest tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà b’mod partikolari, jenħtieġ li l-ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, fejn possibbli, tikkontribwixxi għal analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid imwettqa fil-livell tal-Unjoni u tibbenefika minnhom, fosthom dawk imwettqa mill-Europol u mill-Frontex biex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni effiċjenti u effettiva tal-kriminalità, u l-ġlieda kontriha. Jenħtieġ li l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jkollu impatt fuq il-profil tar-riskju tal-importaturi, inkluż l-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod, jew l-esportaturi. |
|
(52) |
Jenħtieġ li l-proċess tat-tqegħid tal-merkanzija fi proċedura doganali jiġi analizzat mill-ġdid sabiex jirrifletti r-rwoli u r-responsabbiltajiet il-ġodda tal-persuni involuti f’dik il-proċedura. Għalhekk, ir-responsabbiltà għall-għoti tal-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali għandha tittieħed mill-persuna responsabbli għall-merkanzija, jiġifieri l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, aktar milli mid-dikjarant. Jenħtieġ li l-persuna responsabbli tipprovdi d-data lid-dwana jew tqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hekk kif issir disponibbli u fi kwalunkwe każ qabel ir-rilaxx ta’ merkanzija għal proċedura doganali, sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jwettqu analiżi tar-riskju u jieħdu l-miżuri xierqa. |
|
(53) |
Madankollu, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, u filwaqt li jitqies il-volum ogħla ta’ tranżazzjonijiet b’kummerċ elettroniku, jixraq li l-persuni li jagħmlu użu mill-iskema speċjali stabbilita fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4, tad-Direttiva 2006/112/KE (“skema tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-Importazzjonijiet” jew “skema IOSS”) jenħtieġ jipprovdu data dwar il-bejgħ tagħhom ta’ merkanzija li għandha tiġi importata sa mhux aktar tard mill-jum wara l-aċċettazzjoni tal-ħlas. |
|
(54) |
F’ċirkostanzi debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jawtorizzaw lill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jimlew id-data dwar il-merkanzija rilaxxata tagħhom fi stadju aktar tard, peress li dawk l-operaturi tas-suq jikkondividu kontinwament data dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom mad-dwana u jistgħu jitqiesu affidabbli. Tali ċirkostanzi jistgħu jkunu marbuta mad-dokumenti ta’ sostenn jew mal-impossibbiltà li jiġi ddeterminat il-valur doganali finali tal-merkanzija fil-mument tar-rilaxx. |
|
(55) |
Sabiex jiġi simplifikat il-proċess doganali għad-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm persuna unika responsabbli għal dik il-merkanzija, jenħtieġ li atturi differenti fil-katina tal-provvista jipprovdu l-parti tagħhom mill-informazzjoni rilevanti dwar il-merkanzija kkonċernata u jassoċjawha ma’ kunsinna speċifika. Jenħtieġ li l-merkanzija tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni biss jekk ikun hemm importatur jew rappreżentant indirett li jaġixxi għan-nom tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li jieħu r-responsabbiltà għal dik il-merkanzija. Jenħtieġ li l-importatur jew ir-rappreżentant indirett li jaġixxi għan-nom tal-importatur jipprovdi informazzjoni dwar il-merkanzija lid-dwana u l-proċedura doganali li għandha tgħaddi minnha, u għandu jagħmel dan fl-aktar stadju bikri possibbli, jekk possibbli qabel ma tasal fiżikament il-merkanzija. Jenħtieġ li fornitur ta’ servizzi jew aġent doganali jkun jista’ jipprovdi l-informazzjoni flisem tal-importatur u f’ismu, iżda jenħtieġ li l-importatur jibqa’ responsabbli sabiex jiżgura l-konformità tal-merkanzija mar-riskji finanzjarji u mhux finanzjarji. Jenħtieġ li t-trasportaturi li effettivament iġibu l-merkanzija jipprovdu wkoll xi informazzjoni dwar il-merkanzija qabel it-tagħbija jew il-wasla (“informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija”) u jenħtieġ li jassoċjaw l-informazzjoni tagħhom mal-informazzjoni tal-importatur meta din tkun ġiet sottomessa qabel, mingħajr ma neċessarjament ikollhom aċċess għad-data kollha li l-importatur ikun ipprovda. Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ ktajjen tal-provvista u networks tat-trasport aktar kumplessi, jenħtieġ li jkun possibbli li ċerti persuni oħra jintalbu jimlew l-informazzjoni dwar il-merkanzija li tkun ser tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-importatur, it-trasportatur jew kwalunkwe persuna oħra li tissottometti informazzjoni lid-dwana tkun obbligata temendaha meta tkun taf li l-informazzjoni ma għadhiex korretta iżda qabel ma l-awtoritajiet doganali jkunu kixfu irregolaritajiet li beħsiebhom jikkontrollaw. |
|
(56) |
Jenħtieġ li l-merkanzija mhux tal-Unjoni li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni titqies li tkun f’ħażna temporanja mill-mument li t-trasportatur jinnotifika l-wasla tagħha sat-tqegħid tagħha taħt proċedura doganali, sakemm ma tkunx diġà tqiegħdet fi tranżitu. Sabiex tkun żgurata superviżjoni doganali xierqa, jenħtieġ li dik is-sitwazzjoni tkun limitata fiż-żmien u ma ddumx aktar minn 90 jum, ħlief f’każijiet eċċezzjonali. |
|
(57) |
Huwa neċessarju li jinżammu r-regoli li jiddeterminaw jekk il-merkanzija tkunx merkanzija tal-Unjoni jew mhux tal-Unjoni u jekk l-istatus tal-merkanzija tal-Unjoni jistax jiġi preżunt jew jeħtieġx jiġi muri, b’mod partikolari meta l-merkanzija tħalli temporanjament it-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
(58) |
Ladarba l-awtoritajiet doganali jkollhom l-informazzjoni neċessarja għall-proċedura rilevanti, fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, jenħtieġ li jiddeċiedu jekk għandhomx jitwettqu aktar kontrolli fuq il-merkanzija, jirrilaxxawhiex, jirrifjutawx jew jissospendux ir-rilaxx tagħha jew iħallux iż-żmien jgħaddi bir-riżultat li l-merkanzija titqies rilaxxata. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jieħdu tali deċiżjoni f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn, meta jkun neċessarju. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jirrifjutaw ir-rilaxx ta’ merkanzija meta jkollhom evidenza li l-merkanzija ma tikkonformax mar-rekwiżiti legali applikabbli. Jenħtieġ li d-determinazzjoni ta’ ksur sistematiku ripetut fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod minn operatur ekonomiku tikkostitwixxi tali evidenza għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur għall-merkanzija kollha nnotifikata għall-wasla għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dak l-operatur ekonomiku. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom bżonn jikkonsultaw awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex jiddeterminaw jekk il-merkanzija tikkonformax jew le mar-rekwiżiti legali applikabbli, jenħtieġ li jissospendu r-rilaxx ta’ dik il-merkanzija tal-anqas sakemm issir dik il-konsultazzjoni. F’tali każijiet, jenħtieġ li d-deċiżjoni sussegwenti tal-awtoritajiet doganali dwar il-merkanzija tiddependi fuq it-tweġiba tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Sabiex jiġi evitat l-imblukkar kemm tal-operaturi tas-suq kif ukoll tal-awtoritajiet f’każijiet fejn il-konklużjoni dwar il-konformità tirrikjedi ż-żmien, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkollhom il-possibbiltà li jirrilaxxaw il-merkanzija bil-kundizzjoni li l-kummerċjant ikompli jinformahom dwar il-post tal-merkanzija. |
|
(59) |
Sabiex tiġi provduta ċertezza legali lill-operaturi tas-suq li jkunu provdew l-informazzjoni fil-ħin mingħajr ma jobbligaw lill-awtoritajiet doganali jirreaġixxu għal kull kunsinna, jenħtieġ li l-merkanzija li ma tkunx intgħażlet għal kontroll wara perjodu raġonevoli titqies rilaxxata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun intitolata tiddefinixxi dak il-perjodu f’atti delegati, filwaqt li tadattah, meta jkun hemm bżonn, għat-tip ta’ traffiku jew għat-tip ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera inkwistjoni. |
|
(60) |
Peress li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jitqiesu affidabbli u jipprovdu lid-dwana f’ħin kemm teknikament possibbli reali b’data dwar il-moviment tal-merkanzija u dwar il-konformità u b’aċċess sħiħ għas-sistemi, għar-rekords u għall-operazzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li tali operaturi tas-suq jkunu jistgħu jirrilaxxaw il-merkanzija tagħhom taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet doganali mingħajr ma jistennew l-intervent tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) ikunu jistgħu jirrilaxxaw il-merkanzija f’isem l-awtoritajiet doganali malli jirċievu dik il-merkanzija fil-post tan-negozju tal-importatur, tas-sid jew tal-konsenjatarju jew malli tintbagħat mill-post tan-negozju tal-esportatur, tas-sid jew tal-ispeditur. Peress li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) suppost joperaw b’mod trasparenti, jenħtieġ li kull wasla u konsenja ta’ merkanzija tiġi reġistrati sew fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) ikunu obbligati jinformaw lill-awtoritajiet doganali meta tinqala’ problema sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni finali dwar ir-rilaxx tal-merkanzija. Meta s-sistemi ta’ kontroll interni tal-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) ikunu robusti biżżejjed, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu, f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn, jawtorizzaw lil dawk l-operaturi tas-suq iwettqu ċerti kontrolli waħedhom. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jżommu l-possibbiltà li jikkontrollaw il-merkanzija fi kwalunkwe ħin. |
|
(61) |
Xieraq li jiġu provduti miżuri sabiex tiġi rregolata t-tranżizzjoni minn sistema bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet doganali għal sistema bbażata fuq l-forniment u it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw dikjarazzjonijiet doganali sabiex jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jqiegħdu merkanzija taħt proċedura doganali matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Madankollu, malli l-kapaċitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jkunu disponibbli, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jingħataw ukoll il-possibbiltà li jipprovdu l-informazzjoni, jew jagħmluha disponibbli, lill-awtoritajiet doganali permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, u jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali ma jibqgħu jawtorizzaw lill-ebda operatur ekonomiku japplika għal simplifikazzjonijiet fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali. Fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet kollha ma jibqgħux validi, peress li d-dikjarazzjonijiet doganali mhux ser jibqgħu jeżistu. Fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija, jenħtieġ li l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali jkun limitat sakemm il-kapaċitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE li tipproċessa d-data rilevanti għall-bejgħ mill-bogħod ikunu disponibbli. |
|
(62) |
L-identifikazzjoni preċiża tal-persuna li taġixxi bħala “importatur” tiddependi mill-istadju u n-natura tal-proċess doganali inkwistjoni. Jenħtieġ li fi kwalunkwe ħin ikun hemm importatur wieħed biss. |
|
(63) |
Fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jitqies li l-persuna li tforni l-merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew li tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod tal-merkanzija hija l-persuna li tiddetermina li l-merkanzija minn pajjiż terz għandha tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni minħabba li tiddetermina l-katina tal-provvista u hija responsabbli għar-riskju ta’ telf, ħsara jew dewmien sal-konsenja tal-merkanzija lill-konsumatur. Għalhekk, għall-bejgħ mill-bogħod, sabiex il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur ikun jew il-persuna li tforni l-merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew il-persuna li tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod tal-merkanzija, skont l-arranġamenti magħmula, u jenħtieġ li l-importatur iddeterminat b’dak il-mod jiġi indikat bħala tali. |
|
(64) |
Jenħtieġ li l-persuna li tforni l-merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija li għandha tiġi importata minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni li hija l-importatur tkun responsabbli biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-bejgħ mill-bogħod lill-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija. Jenħtieġ li l-persuna hekk identifikata tissodisfa l-obbligi ta’ importatur. |
|
(65) |
Meta persuna li tforni l-merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija li għandha tiġi importata minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni ma tkunx stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali meta rappreżentant indirett li jkollu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat iqiegħed il-merkanzija f’ismu stess u għan-nom tal-importatur għall-bejgħ mill-bogħod u jassumi l-obbligi tal-importatur għall-bejgħ mill-bogħod f’dak ir-rigward. |
|
(66) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fosthom dawk relatati mal-importatur għall-bejgħ mill-bogħod, ma jammontawx, la de jure u lanqas de facto, għal obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ għall-fornituri ta’ servizzi intermedjarji. |
|
(67) |
L-Artikolu 29 TFUE jirrikjedi li l-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu f’ċirkolazzjoni libera jekk il-formalitajiet tal-importazzjoni jkunu ġew irrispettati u d-dazji doganali jew l-imposti b’effett ekwivalenti jkunu ġew imposti. Madankollu, jenħtieġ li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma jinftiehemx bħala prova ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. |
|
(68) |
Jenħtieġ li l-proċess tat-teħid ta’ merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jiġi ssimplifikat, f’konformità mal-proċess tad-dħul. Għalhekk, xieraq li jkun meħtieġ li jkun hemm persuna stabbilita fl-Unjoni li tkun responsabbli għall-merkanzija, jiġifieri l-esportatur. Jenħtieġ li l-esportatur jipprovdi jew jagħmel disponibbli għad-dwana l-informazzjoni rilevanti qabel ma joħroġ il-merkanzija mill-Unjoni, filwaqt li jindika jekk din tkunx merkanzija tal-Unjoni jew mhux tal-Unjoni li ser tiġi esportata, u jadatta l-informazzjoni kif meħtieġ. |
|
(69) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni tar-riskju xierqa tal-merkanzija maħruġa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtorità doganali responsabbli mill-esportazzjoni tkun meħtieġa twettaq analiżi tar-riskju tal-informazzjoni dwar il-merkanzija u tieħu jew titlob il-miżuri xierqa qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu t-talba li jsiru kontrolli mill-awtorità doganali responsabbli għall-post tad-dispaċċ tal-merkanzija u għall-post tal-ħruġ u, jekk ikun meħtieġ, minn awtoritajiet kompetenti oħrajn, flimkien mal-miżuri previsti għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali li jkunu applikabbli wkoll meta l-merkanzija tkun ser tiġi esportata. |
|
(70) |
Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ sospensjoni tad-dazju jkunu trasparenti wkoll, xieraq li jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet tar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjonijiet għal proċeduri speċjali. B’mod partikolari, għall-fini ta’ ċarezza u ċertezza legali, il-kundizzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat jekk opinjoni fil-livell tal-Unjoni tkunx neċessarja sabiex jiġi vvalutat jekk l-għoti ta’ awtorizzazzjoni jistax jaffettwa b’mod negattiv l-interessi tal-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-hekk imsejjaħ “eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi”, jiġu kkodifikati u rregolati f’atti delegati. Barra minn hekk, billi l-effett fuq l-interessi tal-produtturi tal-Unjoni jista’ jkun jiddependi fuq il-kwantità tal-merkanzija li tkun qed titqiegħed taħt il-proċedura speċjali, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu li taħtu jkun stmat li ma hemm l-ebda effett negattiv fuq it-tali interessi. |
|
(71) |
L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu jirreferi għal Anness (il-“Manifest tar-Renu”) li ffaċilita l-moviment ta’ merkanzija fuq ix-xmara Renu u fuq it-tributarji assoċjati tagħha billi qieshom bħala proċedura ta’ tranżitu doganali bejn il-fruntieri nazzjonali ta’ erba’ Stati Membri, jiġifieri l-Belġju, il-Ġermanja, Franza u n-Netherlands, kif ukoll l-Iżvizzera. Skont l-informazzjoni mill-amministrazzjonijiet doganali, fil-prattika l-Manifest tar-Renu ma għadux jintuża bħala proċedura ta’ tranżitu doganali fl-Istati Membri li jmissu mar-Renu. Minflok, il-merkanzija fuq ir-Renu u fuq it-tributarji tagħha issa tiġi ttrasportata bl-użu tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 952/2013, permezz tas-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata. Għalhekk, xieraq li titneħħa r-referenza għall-Manifest tar-Renu mill-każijiet li fihom moviment ta’ merkanzija jitqies bħala tranżitu estern jew intern. |
|
(72) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-persuna responsabbli għall-konformità mal-obbligi tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u mal-kontenut u r-riskji relatati mal-kunsinna, jixraq li d-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jkun mitlub jiżvela minn tal-inqas l-informazzjoni dwar l-importatur jew l-esportatur li jibda l-moviment tal-merkanzija, il-mezz tat-trasport u l-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura. Informazzjoni tali tkun tippermetti lill-awtoritajiet doganali jissorveljaw b’mod aktar effettiv il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni kkonċernata u jwettqu analiżi tar-riskju. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tkun obbligatorja ħlief jekk il-merkanzija titqiegħed taħt reġim doganali ieħor minnufih mad-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ minnu. Fil-każ li l-importatur jew l-esportatur ikun għadu mhux magħruf, jenħtieġ li d-detentur tal-merkanzija jitqies bħala l-importatur jew l-esportatur tal-merkanzija u jenħtieġ li jkun responsabbli għall-ħlas tad-dazji doganali u ta’ taxxi u imposti oħrajn. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tiġi ssostitwita b’superviżjoni doganali jekk il-merkanzija tiġi importata jew esportata minn kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). |
|
(73) |
Emenda għall-Anness 6 tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti koperti b’Carnets tat-TIR (il-Konvenzjoni TIR) (26) li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021 immodifikat in-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.49 sabiex tagħti lill-operaturi ekonomiċi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti l-possibbiltà li jsiru “speditur awtorizzat”, li tirrifletti l-faċilitazzjonijiet eżistenti mogħtija lill-operaturi ekonomiċi rikonoxxuti bħala “konsenjatarju awtorizzat”. Huwa jeħtieġ li dik il-possibbiltà l-ġdida tiġi inkluża f’dan ir-Regolament sabiex il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni tiġi allinjata ma’ dak il-ftehim internazzjonali. |
|
(74) |
L-eliminazzjoni tal-ħelsien mid-dazju fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija b’valur li ma jaqbiżx il-EUR 150 tinvolvi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-valur doganali biex jiġu imposti dazji doganali ad valorem fir-rigward ta’ merkanzija importata mixtrija fi tranżazzjonijiet ta’ kummerċ elettroniku bejn negozju u klijent, kif definit fid-Direttiva 2006/112/KE. Jenħtieġ li tali bejgħ mill-bogħod jikkostitwixxi l-bażi għad-dikjarazzjoni tal-valur doganali skont il-metodu tal-valur tat-tranżazzjoni. Dak il-prinċipju japplika wkoll f’sitwazzjonijiet li fihom il-merkanzija tinxtara f’bejgħ mill-bogħod mhux qabel tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni iżda waqt li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali. |
|
(75) |
It-tranżazzjonijiet f’bejgħ mill-bogħod ivarjaw b’mod sinifikanti minn tranżazzjonijiet tradizzjonali bejn negozju u ieħor, u dan jirriżulta f’kumplessità akbar. Dawk id-differenzi jħallu impatt fuq kif l-awtoritajiet doganali japplikaw b’mod effettiv ir-regoli dwar il-valwazzjoni fil-prattika. Sfidi partikolari jinvolvu l-iskala enormi u l-ħeffa li bihom jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, l-għadd kbir ta’ bejjiegħa u xerrejja involuti, u d-dispersjoni tal-bejgħ. Filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll ir-rwol tal-awtoritajiet doganali fil-kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jekk, fi proċedimenti doganali mmirati lejn il-verifika tal-korrettezza tal-valur iddikjarat tat-tranżazzjoni tal-merkanzija mixtrija f’bejgħ mill-bogħod, importatur ma jneħħix dubji raġonevoli li l-valur iddikjarat tat-tranżazzjoni jirrifletti l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għal dik il-merkanzija u, konsegwentement, il-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat inizjalment jiġi miċħud, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw flessibbiltà fid-determinazzjoni tal-metodu sekondarju ta’ valwazzjoni xieraq biex jiddeterminaw mill-ġdid il-valur doganali ta’ dik il-merkanzija. |
|
(76) |
Bħalissa, id-djun doganali jinġabru mill-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata id-dikjarazzjoni doganali. Hija l-għażla tal-kummerċjant jekk jagħmilx dan fil-pajjiż tal-ewwel dħul, jew jekk jużax proċedura doganali u jħallas id-dazji fi Stat Membru ieħor. Għall-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check), jixraq li jintużaw regoli differenti biex jiġi ddefinit il-post fejn iseħħ id-dejn doganali sabiex id-dazji fuq l-importazzjoni jitħallsu lill-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak il-kummerċjant. Huwa xieraq minħabba li dak huwa l-post fejn l-awtorità doganali jkolla l-aktar għarfien komplet tar-rekords, l-operazzjonijiet u l-imġiba kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi rilevanti. Madankollu, jenħtieġ li d-dejn doganali tal-operaturi ekonomiċi minbarra l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jiġġarrab fil-post fejn tkun tinsab fiżikament il-merkanzija, tal-anqas sakemm jiġi evalwat il-mudell ta’ superviżjoni. |
|
(77) |
Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ kummerċ elettroniku, l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod huwa l-persuna responsabbli għad-dejn doganali. Meta jsir użu mill-iskema IOSS, jenħtieġ li d-dejn doganali jiġġarrab fil-mument tal-aċċettazzjoni tal-ħlas tal-bejgħ online. Meta ma jsirx użu minn dik l-iskema, jenħtieġ li d-dejn doganali jirriżulta meta d-disponibbiltà tal-merkanzija tiġi nnotifikata fl-Istati Membri fejn il-merkanzija tkun ser tiġi kkonsenjata. |
|
(78) |
Sabiex jiġu koperti l-kostijiet dejjem akbar tat-trattament ta’ għadd enormi ta’ talbiet għat-tqegħid ta’ merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jenħtieġ li tiġi stabbilita tariffa ta’ trattament tal-Unjoni, proporzjonata għall-kost approssimattiv tas-servizzi marbuta mill-qrib mas-superviżjoni doganali ta’ tali merkanzija, peress li dik il-merkanzija tintbagħat direttament lill-konsumatur, u b’hekk ikun impossibbli għal awtoritajiet oħra li jivverifikawha wara l-iżdoganar doganali. Filwaqt li ser ikun f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jirkuprawx mingħand l-operaturi ekonomiċi l-kostijiet ta’ miżuri ta’ kontroll eċċezzjonali jew il-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali b’rabta mal-verifika jew mal-qerda tal-merkanzija, jenħtieġ li t-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni tkopri, b’mod partikolari, il-kost tal-kontroll tad-data u tat-twettiq ta’ analiżi tar-riskju, u tal-infrastruttura u tal-kontrolli rilevanti, fosthom is-servizzi rilevanti mogħtija mill-Awtorità Doganali tal-UE. |
|
(79) |
Jenħtieġ li tiġi prevista tariffa ta’ trattament tal-Unjoni aktar baxxa għal meta l-merkanzija tinbiegħ f’bejgħ mill-bogħod minn maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod, peress li huwa aktar faċli u aktar effettiv li l-awtoritajiet doganali jissorveljaw il-kwantitajiet bl-ingrossa ta’ merkanzija maħżuna f’maħżen milli merkanzija ppakkjata f’pakketti individwali u mibgħuta direttament lill-konsumatur. |
|
(80) |
Jenħtieġ li d-debitur tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni jkun l-istess persuna bħad-debitur tad-dejn doganali, li jenħtieġ li jkun l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod. Meta d-dispożizzjonijiet dwar l-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod ikunu għadhom ma japplikawx, jenħtieġ li d-debitur ikun id-dikjarant. Fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, id-dikjarant tipikament ikun il-persuna intitolata li tuża l-iskema IOSS, jew rappreżentant doganali indirett. Konsegwentement, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkunx debitur tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni. |
|
(81) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-ewwel att delegat li jistabbilixxi l-ammont tat-tariffa ta’ trattament jidħol fis-seħħ malajr sabiex jippermetti l-applikazzjoni prattika tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni introdotta minn dan ir-Regolament bi tweġiba għall-pressjoni dejjem akbar fuq l-awtoritajiet doganali minħabba l-volum sinifikanti ta’ pakketti li qed jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
(82) |
Peress li għal kull oġġetti japplikaw diversi miżuri bħal dazji u tariffi, jixraq li tiġi introdotta definizzjoni tagħhom. Jenħtieġ li oġġett jiġi definit bħala merkanzija waħda jew aktar f’kunsinna, li tikkondividi ċerti elementi tad-data, fosthom il-klassifikazzjoni tariffarja u l-oriġini, f’konformità mar-rekwiżiti tad-data applikabbli. Jenħtieġ li dik id-definizzjoni tkun applikabbli kemm fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet doganali fl-għodod diġitali nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti, fosthom meta l-klassifikazzjoni tariffarja għall-merkanzija kkonċernata fid-dikjarazzjoni doganali tkun biss fil-livell tas-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata, u fir-rigward tar-rekwiżiti xierqa tad-data determinati għal dak l-għan ladarba l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ssir disponibbli. |
|
(83) |
Huwa xieraq li jittejjeb il-mekkaniżmu mmirat lejn is-superviżjoni konsistenti u effiċjenti tal-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi fuq il-fluss ta’ merkanzija adottati mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE. Meta jiġu adottati tali miżuri, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tipprovdi appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex tiżgura li dawk il-miżuri ma jiġux evitati. Jenħtieġ li tipprovdi gwida għall-awtoritajiet doganali fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti, pereżempju billi tippromwovi prattiki doganali konsistenti, fi ħdan ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ tali miżuri. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jiżguraw li jieħdu l-passi meħtieġa kollha fi ħdan il-kompetenzi tagħhom biex jikkonformaw ma’ dawk il-miżuri u jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Doganali tal-UE skont dan. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tidentifika diskrepanzi potenzjali fl-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom, u tirrapporta skont dan lill-Kummissjoni. |
|
(84) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-maniġġar ta’ kriżijiet sabiex jiġu indirizzati kriżijiet potenzjali fl-unjoni doganali. In-nuqqas ta’ tali mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni kien enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2020 bit-titlu “L-Unjoni Doganali tittieħed għall-Livell li Jmiss: Pjan ta’ Azzjoni”. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jinvolvi lill-Awtorità Doganali tal-UE bħala attur ċentrali fit-tħejjija, il-koordinazzjoni u il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri u l-arranġamenti prattiċi li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tistabbilixxi meta sseħħ kriżi. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE żżomm il-prontezza ta’ rispons għall-kriżijiet matul id-durata kollha tal-kriżi. |
|
(85) |
Il-qafas ta’ governanza eżistenti tal-unjoni doganali ma għandux struttura ta’ ġestjoni operazzjonali ċara u ma jirriflettix l-evoluzzjoni tad-dwana sa mill-ħolqien tagħha fl-1968. Skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskji fil-flussi tal-kummerċ, bħall-implimentazzjoni ta’ kontrolli fuq il-post u d-deċiżjonijiet dwarhom, huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali nazzjonali. L-intensità tat-traffiku tal-merkanzija fil-fruntieri esterni ma hijiex ugwali madwar l-Unjoni. Minkejja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali li ilha teżisti mill-ħolqien tal-unjoni doganali u li wasslet għall-iskambju tal-aħjar prattiki u għarfien espert u għall-iżvilupp ta’ linji gwida komuni, din ma rriżultatx fl-iżvilupp ta’ approċċ armonizzat u ta’ qafas operazzjonali. Ma hemm l-ebda kapaċità ċentrali għall-analiżi tar-riskju, l-ebda fehma komuni dwar il-prijoritizzazzjoni tar-riskju tal-Unjoni, l-azzjoni u l-kontrolli doganali kkoordinati huma limitati, u ma hemm l-ebda oqfsa ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet differenti li jaqdu s-suq uniku. |
|
(86) |
Jenħtieġ li tali dgħufijiet jiġu indirizzati minn struttura ċentrali u operazzjonali tal-Unjoni biex jiġbor flimkien l-għarfien espert u r-riżorsi u jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-teħid flimkien tad-deċiżjonijiet. Jenħtieġ li jiffoka b’mod partikolari fuq oqsma bħall-ġestjoni tad-data u l-ġestjoni tar-riskju, u jenħtieġ li jħejji l-kontenut tat-taħriġ għall-uffiċjali doganali u għall-professjonisti doganali fl-Unjoni biex jikkomplementa u jappoġġa t-taħriġ ipprovdut mill-Istati Membri. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ sistema tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-eċċellenza tal-istituzzjonijiet edukattivi li joffru taħriġ u edukazzjoni fil-qasam doganali, filwaqt li jibni fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni intitolata “Ċertifikat Doganali ta’ Rikonoxximent tal-UE”, u jikkoordina u jappoġġa l-ħolqien volontarju ta’ ċentri ta’ eċċellenza speċjalizzati mill-Istati Membri. Dan għandu l-għan li jġiegħel lill-unjoni doganali “taġixxi bħala ħaġa waħda”, filwaqt li jirrikonoxxi li prattiki diverġenti fl-Istati Membri jistgħu jirriżultaw minn speċifiċitajiet oġġettivi, pereżempju differenzi ġeografiċi, il-mod tat-trasport użat, it-tip ta’ merkanzija jew it-tip ta’ fruntiera. Il-ħolqien ta’ awtorità ġdida, l-Awtorità Doganali tal-UE, huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u adegwat tal-unjoni doganali, tiġi kkoordinata b’mod ċentrali l-azzjoni doganali u jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-awtoritajiet doganali. |
|
(87) |
Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tiġi regolata u operata b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tal-approċċ komuni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012. |
|
(88) |
Meta jkunu qed jagħżlu s-sede tal-Awtorità Doganali tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw li, minħabba n-natura ta’ dik l-awtorità, il-post fejn tinsab jippermettilha twettaq bis-sħiħ il-kompiti u s-setgħat tagħha, tirrekluta persunal bi kwalifiki għoljin u speċjalizzat u toffri opportunitajiet ta’ taħriġ adegwati. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin għall-għażla tas-sede tal-Awtorità Doganali tal-UE: id-disponibbiltà ta’ bini tal-uffiċċju xieraq u l-kapaċità li jiġi akkomodat il-persunal rilevanti qabel ma l-Awtorità Doganali tal-UE ssir operazzjonali; l-aċċessibbiltà tal-post u l-eżistenza ta’ faċilitajiet adegwati għall-edukazzjoni għat-tfal tal-membri tal-persunal; aċċess adatt għas-suq tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi tal-membri tal-persunal; u l-bilanċ ġeografiku. Meta jitqiesu dawk il-kriterji, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tkun tinsab f’Lille, Franza. |
|
(89) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet doganali jkollhom ir-riżorsi, it-taħriġ u t-tagħmir xierqa biex ikollhom il-kapaċità li jwettqu l-missjoni tagħhom. |
|
(90) |
Huwa importanti li d-dwana tinvesti f’għadd suffiċjenti ta’ persunal imħarreġ tajjeb biex tiggarantixxi l-funzjonament tas-sistemi doganali tal-Unjoni, li qed jiffaċċjaw żieda esponenzjali fid-domanda. Mingħajr l-investimenti meħtieġa fil-persunal, is-soluzzjonijiet diġitali ma jistgħux jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-investimenti fis-sistemi diġitali jiggarantixxu finanzjament suffiċjenti għall-persunal u għat-taħriġ tiegħu, sabiex jiġu żgurati l-ħiliet meħtieġa biex juża tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u teknoloġija għall-analitika tal-big data, għall-kxif u għall-kontrolli, u b’hekk ikun garantit li l-kontrolli doganali jitwettqu b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. |
|
(91) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu rappreżentati f’Bord tat-Tmexxija, sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tal-Awtorità Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż l-għażla tal-President u tal-Viċi President tiegħu, tirrispetta l-prinċipji tal-bilanċ bejn il-ġeneri u tqis l-esperjenza u l-kwalifiki rilevanti. Minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-unjoni doganali, u r-rabta mill-qrib bejn id-dwana u oqsma oħra ta’ politika, jenħtieġ li jew il-President jew il-Viċi President jiġi elett mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija deżinjat mill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-Awtorità Doganali tal-UE, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari, jadotta dokument uniku ta’ programmazzjoni li jinkludi programmazzjoni annwali u pluriennali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE, jadotta u jippubblika rapport annwali konsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE filwaqt li jiżgura li ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni sensittiva, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità Doganali tal-UE, jaħtar Direttur Eżekuttiv, u jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv relatati mal-kompiti operazzjonali tal-Awtorità Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. |
|
(92) |
Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Doganali, li l-kompitu tiegħu jkun li jipprovdi lill-Awtorità Doganali tal-UE b’pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u deċiżjonijiet tekniċi, dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ standardizzazzjoni, fosthom attivitajiet ta’ armonizzazzjoni, dwar l-aspetti operazzjonali ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, u dwar kwalunkwe attività oħra tal-Awtorità Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-Bord Konsultattiv Doganali jagħmel ħiltu biex jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati bejn l-interessi kummerċjali u mhux kummerċjali u, fil-kategorija tal-interessi kummerċjali, fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u impriżi oħra. Jenħtieġ li l-Bord Konsultattiv Doganali jiġi kkonsultat regolarment u jenħtieġ li jkun jista’ jagħti pariri lill-Awtorità Doganali tal-UE fuq inizjattiva tiegħu stess. |
|
(93) |
Sabiex tiggarantixxi l-funzjonament effettiv tagħha, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tingħata baġit awtonomu, bi dħul li jiġi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tkun fil-pożizzjoni li tirċievi dħul addizzjonali permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew għotja u permezz ta’ imposti għal pubblikazzjonijiet u għal servizzi oħra li tipprovdi. |
|
(94) |
Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tagħmel użu mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha dwar l-isfidi fuq il-leġiżlazzjoni doganali u leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali sabiex perjodikament twettaq valutazzjoni tat-theddid. Fuq il-bażi ta’ tali valutazzjoni tat-theddid, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tħejji rakkomandazzjonijiet u tibgħathom lill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika oqsma li jeħtieġu trattament prijoritarju. Huwa importanti li l-Kunsill ikollu diskussjoni politika u strateġika dwar dawk l-oqsma li jeħtieġu trattament prijoritarju u li l-Awtorità Doganali tal-UE tipprovdi segwitu xieraq, fosthom meta tħejji l-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tagħha u meta tħejji r-rapport annwali tal-attivitajiet tagħha. |
|
(95) |
Sabiex iwettqu l-missjoni tagħhom, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali jikkooperaw mill-qrib u b’mod regolari mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-kontroll sanitarji u fitosanitarji, mal-korpi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, mal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, mal-korpi tal-protezzjoni ambjentali, mal-awtoritajiet tal-istatistika u mal-awtoritajiet tat-taxxa, ma’ esperti dwar il-proprjetà kulturali, u ma’ bosta awtoritajiet oħra inkarigati minn politiki settorjali. Meta jitqiesu l-evoluzzjoni tas-suq uniku u r-rwol li qiegħed jevolvi tad-dwana, iż-żieda fil-projbizzjonijiet u fir-restrizzjonijiet u ż-żieda fil-kummerċ elettroniku, jeħtieġ li dik il-kooperazzjoni tiġi strutturata u msaħħa fil-livell tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali. Minflok kooperazzjoni ffokata fuq kunsinni individwali jew avvenimenti speċifiċi tul il-katina tal-provvista, jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas biex jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn responsabbli għal oqsma ta’ politika rilevanti u li dan jiġi aġġornat regolarment mill-Awtorità Doganali tal-UE. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tinkludi: l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u ta’ ħtiġijiet ta’ politika f’oqsma speċifiċi; l-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni; il-bini ta’ strateġija ta’ kooperazzjoni globali fil-forma ta’ strateġiji ta’ superviżjoni konġunta; kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontrolli operazzjonali; l-iskambju ta’ ħiliet rilevanti u tal-aħjar prattiki; u attivitajiet ta’ innovazzjoni u riċerka f’oqsma rilevanti għad-dwana. |
|
(96) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita wkoll l-applikazzjoni ta’ parti mil-leġiżlazzjoni l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali billi tfassal, u taġġorna regolarment, lista ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timponi rekwiżiti fuq merkanzija soġġetta għal kontrolli doganali mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, il-konsumaturi u l-ambjent. |
|
(97) |
Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi operazzjonali konġunti biex jiġu appoġġati kontrolli doganali effettivi fil-fruntieri tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tikkoordina u tappoġġa l-koordinazzjoni operazzjonali fil-kooperazzjoni doganali, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tippjana, torganizza u tikkoordina kontrolli konġunti mwettqa mill-awtoritajiet doganali fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (27) (Napli II). Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE żżomm il-kollaborazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet rilevanti u attivitajiet kontra l-frodi, fosthom l-OLAF u l-UPPE. Huwa importanti li l-Awtorità Doganali tal-UE tikkoopera wkoll maċ-ċentru Ewropew tal-innovazzjoni għas-sigurtà interna fejn rilevanti għall-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE. |
|
(98) |
Barra minn hekk, sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki u tissaħħaħ l-effettività operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, fuq talba, jagħmlu uffiċjali doganali temporanjament disponibbli biex jaħdmu fl-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali stazzjonar temporanju jiġu determinati mill-Istati Membri kkonċernati. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE, fuq talba, tipprovdi appoġġ jew koordinazzjoni. Fejn xieraq, tista’ tiżviluppa gwida jew mudelli ta’ arranġamenti biex tiffaċilita din il-forma ta’ kooperazzjoni. |
|
(99) |
Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Europol jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni strateġika u informazzjoni mhux operazzjonali oħra bħal indikaturi tar-riskju fejn meħtieġ għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Tali informazzjoni tista’ tintuża mill-Awtorità Doganali tal-UE għal finijiet ta’ analiżi tar-riskju. |
|
(100) |
Sabiex tiżdied iċ-ċarezza u sabiex il-qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet sħab oħrajn isir aktar effiċjenti, jenħtieġ li lista ta’ servizzi offruti mill-awtoritajiet doganali tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwol possibbli tal-awtoritajiet doganali fl-applikazzjoni ta’ politiki rilevanti oħrajn fil-fruntieri tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dak il-qafas ta’ kooperazzjoni tiġi monitorjata mill-Awtorità Doganali tal-UE. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE taħdem mill-qrib u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-OLAF, ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, bħall-Europol, l-UPPE u l-Frontex, kif ukoll ma’ aġenziji u ma’ networks speċjalizzati fl-oqsma ta’ politika rilevanti għall-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE, bħan-Network tal-UE għall-Konformità tal-Prodotti. |
|
(101) |
F’dinja dejjem aktar konnessa, id-diplomazija doganali u l-kooperazzjoni internazzjonali huma aspetti importanti fil-ħidma tal-awtoritajiet doganali madwar id-dinja. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-kooperazzjoni internazzjonali tinkludi l-possibbiltà ta’ skambju ta’ data doganali fuq il-bażi ta’ ftehimiet internazzjonali jew ta’ leġiżlazzjoni awtonoma tal-Unjoni u permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa, siguri u sorveljati b’mod strett, bħall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, soġġett għar-rispett tal-informazzjoni kunfidenzjali u għall-protezzjoni tad-data personali. |
|
(102) |
Il-kooperazzjoni effettiva bejn il-pajjiżi ġirien hija essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u l-politiki tal-Unjoni. Tali kooperazzjoni hija ta’ importanza partikolari f’punti doganali kondiviżi tal-qsim tal-fruntiera, fejn il-kontrolli doganali kkoordinati jtejbu l-effiċjenza u ċ-ċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-kapaċità li jikkonkludu jew iżommu ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi ġirien dwar il-kooperazzjoni doganali f’punti kondiviżi tal-qsim tal-fruntiera, jekk tali ftehimiet ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dik il-kapaċità tinkludi ftehimiet relatati ma’ puntital-qsim tal-fruntieri kondiviżi, li jinsabu jew fit-territorju ta’ Stat Membru jew fit-territorju ta’ pajjiż terz ġar, li fihom l-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru u ta’ dak il-pajjiż terz ġar japplikaw il-leġiżlazzjoni doganali rispettiva tagħhom skont ftehim bilaterali. |
|
(103) |
F’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi stabbiliti qafas komuni li jistabbilixxi lista minima ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali soġġett għal penali u ċerti regoli għal penali mhux kriminali, li għandu jiġi implimentat mill-Istati Membri. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jagħżlu t-tip xieraq ta’ miżura biex jindirizzaw dak il-ksur. Jixraq ukoll li tiġi stabbilita lista minima ta’ ċirkostanzi li l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu sew, f’konformità mad-dritt nazzjonali, meta jkunu qed jiddeċiedu jekk jimponux penali u meta jkunu qed jiddeċiedu dwar it-tip jew is-severità tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni korretta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif xieraq. Jenħtieġ li l-penali għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(104) |
Dan ir-Regolament ma jarmonizzax ir-regoli proċedurali nazzjonali dwar il-penali amministrattivi, u lanqas ma jirregola liema awtoritajiet jimponu penali, dment li jinżamm il-prinċipju li l-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pereżempju, ir-regoli dwar il-penali jistgħu jiġu applikati b’tali mod li l-penali tiġi imposta direttament mill-awtoritajiet kompetenti, jew minn qorti nazzjonali kompetenti fuq applikazzjoni mressqa minn awtorità amministrattiva kompetenti, jew mill-awtoritajiet doganali kompetenti permezz ta’ proċedura tas-saldu, b’effett ekwivalenti. |
|
(105) |
Minħabba r-rwol ċentrali tal-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod fl-organizzazzjoni ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet ta’ valur baxx, fosthom permezz ta’ pjattaformi online u siti web, hemm bżonn li jiġi stabbilit qafas koerenti, proporzjonat u dissważiv ta’ penali li għandhom japplikaw meta l-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. B’mod partikolari għal nuqqas ta’ konformità kontinwu u sistematiku mal-leġiżlazzjoni doganali fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, jenħtieġ li l-penali jkunu dissważivi u effettivi. L-iskala, il-firxa transfruntiera u l-impatt mifrux tan-nuqqas ta’ konformità sistematiku jiġġustifikaw li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti livelli minimi u massimi severi ta’ penali pekunarji, ibbażati fuq il-valur totali tal-merkanzija importata fl-Unjoni mill-operatur ekonomiku mhux konformi, filwaqt li tiġi ppreżervata l-possibbiltà li l-Istati Membri jipprevedu penali addizzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. L-armonizzazzjoni tal-penali għal nuqqas ta’ konformità sistematiku fl-Unjoni kollha għandha l-għan li tipprevjeni l-“border-shopping” mill-operaturi ekonomiċi involuti f’bejgħ mill-bogħod. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li jinvolvu ruħhom f’nuqqas ta’ konformità sistematiku jiġu klassifikati bħala operaturi ekonomiċi b’riskju għoli u jenħtieġ li jitilfu kwalunkwe status kummerċjali fdat u miżuri ta’ faċilitazzjoni. |
|
(106) |
Fejn in-nuqqas ta’ konformità sistematiki jippersisti minkejja l-impożizzjoni ta’ imposti pekunarji progressivament severi, jenħtieġ li jiġu imposti aktar penali. Dan huwa neċessarju minħabba li jkun kompla n-nuqqas tar-rispett għall-obbligi skont dan ir-Regolament, li jimmina l-integrità tal-unjoni doganali u tas-suq intern, joħloq vantaġġi kompetittivi inġusti għall-operaturi ekonomiċi mhux konformi, u possibbilment jagħmel ħsara lill-konsumaturi. Għaldaqstant, u fid-dawl tat-twettiq tal-missjoni tal-awtoritajiet doganali, għandu jiġi stabbilit livell ieħor ta’ penali stretti biex jiskoraġġixxi kwalunkwe okkorrenza ta’ tali nuqqas ta’ konformità multisistematiku. B’reazzjoni għal tali mġiba, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija kollha importata minn operatur ekonomiku f’bejgħ mill-bogħod. Barra minn hekk, fejn ikun rilevanti u fejn ġustifikat min-natura ta’ tali ksur sistematiku ulterjuri, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu jistgħu jissospendu temporanjament l-aċċess għall-interfaċċa online tal-operatur ekonomiku li jwettaq il-ksur. Għal dak l-għan, jenħtieġ li t-trażmissjoni f’waqtha ta’ informazzjoni dwar il-ksur lill-awtoritajiet rilevanti tippermettilhom jiksbu l-istampa sħiħa dwar is-sitwazzjoni u li jiżguraw rispons koordinat. |
|
(107) |
Sabiex jiġi ffaċilitat monitoraġġ effettiv u grad xieraq ta’ trasparenza, jenħtieġ li r-rekords tal-penali mhux kriminali kollha imposti mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Dawk ir-rekords jenħtieġ li jindikaw in-natura tal-ksur u l-ammont tal-imposta pekunarja imposta jew l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe penali mhux kriminali oħra applikata. Jenħtieġ li tali sistema ċentralizzata tipprovdi d-data neċessarja għall-valutazzjoni tal-prattiki tal-infurzar u għall-identifikazzjoni ta’ distorsjonijiet potenzjali tas-suq jew prattiki ta’ “border-shopping” mill-operaturi ekonomiċi. |
|
(108) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-ksur u l-penali sabiex tiżgura l-funzjonament u l-applikazzjoni xierqa tagħhom u biex tipprevjeni l-possibbiltà ta’ frammentazzjoni tas-suq intern jew l-evitar ġuriżdizzjonali mill-operaturi ekonomiċi. Jenħtieġ li tali rieżami jsir wara valutazzjoni tad-data dwar il-penali rreġistrati fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, b’mod partikolari fejn jiġu identifikati riskji ta’ disparitajiet jew distorsjonijiet fis-suq intern. Huwa importanti li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u li tiġi indirizzata kwalunkwe lakuna regolatorja jew inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-penali. |
|
(109) |
Meta jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, jeħtieġ li dawk l-Istati Membri jikkooperaw. F’każijiet tali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-istess ksur tal-leġiżlazzjoni doganali jikkooperaw f’konformità mal-liġi applikabbli. Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE jkollha l-possibbiltà li tappoġġa u tiffaċilita dik il-kooperazzjoni. |
|
(110) |
Jenħtieġ li l-prestazzjoni tal-unjoni doganali tiġi evalwata tal-anqas fuq bażi annwali sabiex il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Istati Membri, tkun tista’ tieħu l-orjentazzjonijiet ta’ politika xierqa. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport ta’ evalwazzjoni. Jenħtieġ li l-ġbir ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet doganali jiġi formalizzat u approfondit, peress li rapportar aktar komprensiv itejjeb il-valutazzjoni komparattiva u jista’ jgħin sabiex jiġu omoġenizzati l-prattiki u sabiex jiġi vvalutat l-impatt tad-deċiżjonijiet dwar il-politika doganali. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi introdott qafas legali għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-unjoni doganali. Sabiex jingħata lok għal granularità suffiċjenti tal-analiżi, jenħtieġ li l-kejl tal-prestazzjoni tal-attivitajiet doganali jsir mhux biss fil-livell nazzjonali iżda fil-livell lokali wkoll. |
|
(111) |
Jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tappoġġa lill-Kummissjoni fil-proċess ta’ evalwazzjoni billi tiġbor u tanalizza d-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u tidentifika kif l-attivitajiet u l-operazzjonijiet doganali jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi strateġiċi u l-prijoritajiet tal-unjoni doganali u jikkontribwixxu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tidentifika x-xejriet, l-aspetti b’saħħithom, id-dgħufijiet, il-lakuni u r-riskji potenzjali, u tipprovdi lill-Kummissjoni b’rakkomandazzjonijiet għal titjib. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b’mod partikolari, jenħtieġ li l-Awtorità Doganali tal-UE tipparteċipa wkoll, minn perspettiva operazzjonali, f’analiżijiet strateġiċi u f’valutazzjonijiet tat-theddid imwettqa fil-livell tal-Unjoni, fosthom dawk imwettqa mill-Europol u mill-Frontex. |
|
(112) |
Jenħtieġ li l-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jiġu ssorveljati mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom. B’deroga u soġġetti għal rieżami, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab fiżikament il-merkanzija. Sal-31 ta’ Diċembru 2031, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa ż-żewġ mudelli ta’ superviżjoni, inkluż fir-rigward tal-effettività tagħhom biex jikxfu l-frodi u jipprevenuha. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tqis ukoll aspetti ta’ tassazzjoni indiretta. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun intitolata tiddeċiedi permezz ta’ att delegat jekk iż-żewġ mudelli ta’ superviżjoni għandhomx ikomplu jew jekk, f’kull każ, l-awtorità doganali responsabbli għall-post tal-istabbiliment tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandhiex tirrilaxxa l-merkanzija. Jenħtieġ li l-post tat-tiġrib ta’ dejn doganali jiġi rregolat ukoll f’konformità mad-determinazzjoni tal-awtorità doganali responsabbli. |
|
(113) |
Sabiex jiġi żgurat li r-regoli doganali tal-Unjoni jibqgħu adattati għall-iżviluppi ekonomiċi, soċjali, politiċi u teknoloġiċi u għall-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-amministrazzjoni doganali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
|
(114) |
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja għall-adozzjoni ta’ atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti, fosthom il-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-Kummerċ, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (28). |
|
(115) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex:
Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). |
|
(116) |
Jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta’ konsulenza għall-adozzjoni ta’:
|
|
(117) |
F’każijiet debitament ġustifikati, fejn raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli relatati ma’:
|
|
(118) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jeħtieġ u huwa xieraq, sabiex jintlaħqu l-objettivi bażiċi li l-unjoni doganali tkun iffaċiliata tiffunzjona b’mod effettiv u li tiġi implimentata l-politika kummerċjali komuni, li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni jew li tinħareġ minnu. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi maħsuba, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(119) |
Mill-1 ta’ Marzu 2031, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jibdew jużaw, fuq bażi volontarja, il-kapaċitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Sal-1 ta’ Marzu 2034, jenħtieġ li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tkun kompletament żviluppata, u l-operaturi ekonomiċi kollha għandhom jużawha. |
|
(120) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat fi skeda ta’ żmien ambizzjuża, iżda applikat gradwalment. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni u delegati lill-Kummissjoni japplikaw hekk kif dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, biex il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tirrevedi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni eżistenti u, fejn xieraq, tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni ġodda bbażati fuq id-delegi ta’ setgħat u l-awtonomizzazzjonijiet il-ġodda hekk kif dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Bil-kontra ta’ dan, sabiex l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw għar-regoli l-ġodda, jenħtieġ li l-maġġoranza l-kbira tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dak jinkludi t-tħassir tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni attwali, li jenħtieġ li jkun effettiv biss wara dak il-perjodu ta’ adattament ta’ 12-il xahar. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-bejgħ mill-bogħod u l-Awtorità Doganali tal-UE, ħlief dawk li jirregolaw l-istatus legali tal-Awtorità Doganali tal-UE u l-bidu tal-attivitajiet tagħha, japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2028. |
|
(121) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tiżgura li l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni previsti f’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ biżżejjed qabel id-data ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom mill-Istati Membri. |
|
(122) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-11 ta’ Lulju 2023. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 1
Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u l-missjoni tal-awtoritajiet doganali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri ġenerali applikabbli għal merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni jew tinħareġ minnu.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea (“l-Awtorità Doganali tal-UE”) u r-regoli, l-istandards komuni u l-qafas ta’ governanza għall-istabbiliment tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-Unjoni Ewropea (“il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE”).
2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt u l-konvenzjonijiet internazzjonali, u għad-dritt tal-Unjoni f’oqsma oħra, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod uniformi fit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali japplikaw barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fil-qafas ta’ dritt tal-Unjoni li jirregola oqsma speċifiċi jew konvenzjonijiet internazzjonali.
4. Ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali, inkluż is-simplifikazzjonijiet li tipprevedi, għandhom japplikaw għall-kummerċ ta’ merkanzija tal-Unjoni bejn partijiet tat-territorju doganali tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom japplikaw id-Direttiva 2006/112/KE jew (UE) 2020/262 u partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx, jew għall-kummerċ bejn partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx.
Artikolu 2
Il-missjoni tal-awtoritajiet doganali
Bil-ħsieb li l-unjoni doganali taġixxi bħala ħaġa waħda, u hekk tinkiseb implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali, inkluż regoli armonizzati dwar il-kontroll doganali, u jkunu faċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, il-missjoni tal-awtoritajiet doganali hija li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha billi jiġbru d-dazji doganali u imposti oħra b’mod effettiv u billi jiġġieldu l-frodi, jiffaċilitaw l-attività kummerċjali leġittima, jikkontribwixxu għall-kummerċ ġust u għas-sigurtà ġenerali tal-katina tal-provvista, u jiġġieldu l-kummerċ illeċitu.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkontribwixxu biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u tar-residenti tagħha u jiġu protetti s-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, il-konsumaturi u l-ambjent, kif ukoll ta’ interessi pubbliċi oħrajn protetti minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali fi ħdan il-kompetenza tagħhom u, fejn xieraq, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.
Artikolu 3
It-territorju doganali
1. It-territorju doganali tal-Unjoni għandu jinkludi t-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali, l-ilmijiet interni u l-ispazju tal-ajru tagħhom:
|
(a) |
it-territorju tar-Renju tal-Belġju; |
|
(b) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija; |
|
(c) |
it-territorju tar-Repubblika Ċeka; |
|
(d) |
it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, minbarra l-Gżejjer Faeroe u Greenland; |
|
(e) |
it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minbarra l-Gżira ta’ Heligoland u t-territorju ta’ Büsingen (it-Trattat tat-23 ta’ Novembru 1964 bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Żvizzera); |
|
(f) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Estonja; |
|
(g) |
it-territorju tal-Irlanda; |
|
(h) |
it-territorju tar-Repubblika Ellenika; |
|
(i) |
it-territorju tar-Renju ta’ Spanja, minbarra Ceuta u Melilla; |
|
(j) |
it-territorju tar-Repubblika Franċiża, minbarra l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej Franċiżi li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE); |
|
(k) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja; |
|
(l) |
it-territorju tar-Repubblika Taljana, minbarra l-muniċipalità ta’ Livigno; |
|
(m) |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003; |
|
(n) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja; |
|
(o) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja; |
|
(p) |
it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu; |
|
(q) |
it-territorju tal-Ungerija; |
|
(r) |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Malta; |
|
(s) |
it-territorju tar-Renju tan-Netherlands fl-Ewropa; |
|
(t) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija; |
|
(u) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja; |
|
(v) |
it-territorju tar-Repubblika Portugiża; |
|
(w) |
it-territorju tar-Rumanija; |
|
(x) |
it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja; |
|
(y) |
it-territorju tar-Repubblika Slovakka; |
|
(z) |
it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja; u |
|
(za) |
it-territorju tar-Renju tal-Iżvezja. |
2. It-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali, l-ilmijiet interni u l-ispazju tal-ajru tagħhom, li jinsabu barra t-territorju tal-Istati Membri għandhom, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-konvenzjonijiet u tat-trattati li japplikaw għalihom, ikunu kkunsidrati bħala parti mit-territorju doganali tal-Unjoni:
|
(a) |
fir-rigward ta’ Franza, it-territorju ta’ Monaco kif definit fil-Konvenzjoni Doganali ffirmata f’Pariġi fit-18 ta’ Mejju 1963 (Journal officiel de la République française (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tas-27 ta’ Settembru 1963, p. 8679); |
|
(b) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, it-territorju taż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia kif definit fit-Trattat dwar l-Istabbiliment tar-Repubblika ta’ Ċipru, iffirmat f’Nicosia fis-16 ta’ Awwissu 1960 (Trattat tar-Renju Unit Serje Nru 4 (1961) Cmnd. 1252). |
Artikolu 4
Delega ta’ setgħat
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali li jikkonċernaw il-forniment ta’ data, l-evidenza ta’ status doganali u l-użu tal-proċedura ta’ tranżitu intern tal-Unjoni japplikaw għall-kummerċ ta’ merkanzija tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) u tistabbilixxi simplifikazzjonijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, dment li dawk l-atti delegati ma jaffettwawx l-applikazzjoni xierqa tal-miżuri fiskali rilevanti. Dawk l-atti delegati jistgħu jindirizzaw ċirkostanzi partikolari li jappartjenu għall-kummerċ ta’ merkanzija tal-Unjoni li jinvolvi Stat Membru wieħed biss.
KAPITOLU 2
Definizzjonijiet
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri responsabbli sabiex japplikaw il-leġiżlazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa skont id-dritt nazzjonali sabiex tapplika ċerti leġiżlazzjoni doganali; |
|
(2) |
“leġiżlazzjoni doganali” tfisser dawn kollha li ġejjin:
|
|
(3) |
“leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali” tfisser leġiżlazzjoni minbarra l-leġiżlazzjoni doganali applikabbli għall-merkanzija li tidħol, toħroġ jew tgħaddi mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew għal merkanzija li titqiegħed fis-suq tal-Unjoni, li fl-implimentazzjoni tagħha jkunu involuti l-awtoritajiet doganali; |
|
(4) |
“miżuri ta’ politika kummerċjali” tfisser, bħala parti minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, miżuri adottati skont l-Artikolu 207 TFUE minbarra d-dazji anti-dumping proviżorji jew definittivi, id-dazji kumpensatorji jew il-miżuri ta’ salvagwardja fil-forma ta’ żieda fit-tariffi fuq merkanzija speċifika u jinkludu, b’mod partikolari, miżuri speċjali ta’ sorveljanza u miżuri ta’ salvagwardja fil-forma ta’ awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni; |
|
(5) |
“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali; |
|
(6) |
“operatur ekonomiku” tfisser persuna li, matul l-attività ta’ negozju tagħha, tkun involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(7) |
“persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni” tfisser:
|
|
(8) |
“stabbiliment permanenti ta’ negozju” tfisser post fiss tan-negozju fejn ikunu permanentement preżenti r-riżorsi umani neċessarji u r-riżorsi tekniċi neċessarji, u li minnu jsiru, totalment jew parzjalment, l-operazzjonijiet b’rabta doganali ta’ persuna; |
|
(9) |
“Stat Membru ta’ stabbiliment” tfisser:
|
|
(10) |
“deċiżjoni doganali” tfisser kwalunkwe att mill-awtoritajiet doganali marbut mal-leġiżlazzjoni doganali li jagħti deċiżjoni dwar każ partikolari, u li jkollu effetti legali għall-persuna jew il-persuni kkonċernati; |
|
(11) |
“proċedura doganali” tfisser kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, li skontha tista’ titqiegħed il-merkanzija f’konformità ma’ dan ir-Regolament:
|
|
(12) |
“formalitajiet doganali” tfisser l-operazzjonijiet kollha li jridu jsiru minn persuna u mill-awtoritajiet doganali sabiex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(13) |
“importatur” tfisser:
|
|
(14) |
“importatur għall-bejgħ mill-bogħod” tfisser il-persuna li tforni l-merkanzija f’bejgħ mill-bogħod jew il-persuna li tiffaċilita l-bejgħ mill-bogħod; |
|
(15) |
“bejgħ mill-bogħod” tfisser bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi kif definit fl-Artikolu 14(4), il-punt (2), tad-Direttiva 2006/112/KE; |
|
(16) |
“skema IOSS” tfisser l-iskema speċjali stabbilita fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4, tad-Direttiva 2006/112/KE; |
|
(17) |
“esportatur” tfisser:
|
|
(18) |
“riesportazzjoni” tfisser l-att li permezz tiegħu esportatur jieħu merkanzija mhux tal-Unjoni ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(19) |
“informazzjoni ta’ qabel it-tluq” tfisser is-sett ta’ data li għandha tiġi pprovduta, jew issir disponibbli, lill-awtoritajiet doganali u marbuta mal-merkanzija li għandha tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(20) |
“rappreżentant doganali” tfisser kwalunkwe persuna maħtura minn persuna oħra sabiex twettaq l-atti u l-formalitajiet meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali fit-trattamenti ta’ dik il-persuna l-oħra mal-awtoritajiet doganali; |
|
(21) |
“data” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali jew mhux diġitali ta’ atti, ta’ fatti jew ta’ informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ dawn l-atti, il-fatti jew l-informazzjoni, inkluż fil-forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva; |
|
(22) |
“sorveljanza doganali” tfisser il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija li tidħol, toħroġ jew tgħaddi mit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex jiġu mmonitorjati dawk il-movimenti fil-livell tal-Unjoni, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali u l-konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, u li tikkontribwixxi għall-analiżi u għall-ġestjoni tar-riskju; |
|
(23) |
“riskju” tfisser il-probabbiltà u l-impatt ta’ avveniment li jista’ jiġri, fir-rigward ta’ merkanzija mċaqalqa bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju u tal-preżenza fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni, li jkun ta’ theddida:
|
|
(24) |
“analiżi ekonomika” tfisser l-evalwazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ politika jew ta’ fenomenu ekonomiku sabiex jiġi mifhum kif il-fatturi ekonomiċi jaffettwaw il-funzjonament ta’ politika, ta’ żona ġeografika, jew ta’ kwalunkwe grupp ta’ persuni, bil-ħsieb li jittieħdu deċiżjonijiet aħjar fil-futur; |
|
(25) |
“ġestjoni tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni tal-profili tal-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw riskju u tranżazzjonijiet suspettużi, u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi limitata l-iskopertura għar-riskju u l-minimizzazzjoni tal-impatt potenzjali tiegħu; |
|
(26) |
“superviżjoni doganali” tfisser azzjonijiet meħuda b’mod ġenerali mill-awtoritajiet doganali bl-għan li jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u, meta xieraq, leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, jew bil-ħsieb li b’xi mod ieħor jikkontribwixxu għall-ġestjoni tar-riskji relatati mal-merkanzija u mal-ktajjen tal-provvista tagħha; |
|
(27) |
“kontrolli doganali” tfisser atti speċifiċi mwettqa mill-awtoritajiet doganali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u, meta xieraq, ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, jew bil-ħsieb li b’xi mod ieħor jikkontribwixxu għall-ġestjoni tar-riskji relatati mal-merkanzija u mal-ktajjen tal-provvista tagħha; |
|
(28) |
“awditu” tfisser tip ta’ kontroll doganali ta’ wara r-rilaxx fil-forma ta’ atti speċifiċi mwettqa mill-awtoritajiet doganali sabiex jiġbru u jevalwaw l-evidenza dwar il-konformità tal-ġestjoni, tal-organizzazzjoni, tal-proċeduri interni jew tas-sistemi interni ta’ operatur ekonomiku mar-regoli u mar-rekwiżiti rilevanti; |
|
(29) |
“post tar-rilaxx” tfisser:
|
|
(30) |
“notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija” tfisser l-att li bih persuna tinforma lill-awtorità doganali li l-merkanzija tinsab fiżikament fil-post tar-rilaxx u li d-data meħtieġa biex dik il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura doganali kkonċernata jew f’ħażna temporanja, jew biex tintemm il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, ġiet ipprovduta jew saret disponibbli; |
|
(31) |
“kontrolli aleatorji” tfisser kontrolli doganali bbażati fuq il-prinċipji ta’ kampjunar aleatorju fir-rigward ta’ popolazzjoni ta’ interess; |
|
(32) |
“detentur tal-merkanzija” tfisser il-persuna li għandha kontroll fiżiku fuq il-merkanzija; |
|
(33) |
“trasportatur” tfisser:
|
|
(34) |
“analiżi tar-riskju” tfisser l-ipproċessar ta’ data, inkluż data personali, bil-ħsieb li jiġu identifikati jew kwantifikati r-riskji possibbli, bl-użu, meta rilevanti, ta’ metodi analitiċi u sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30); |
|
(35) |
“sinjal tar-riskju” tfisser l-indikazzjoni ta’ riskju possibbli, abbażi ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar awtomatizzati li jimplimentaw analiżi tar-riskju, fir-rigward ta’ data, informazzjoni jew dokumenti; |
|
(36) |
“riżultat tal-analiżi tar-riskju” tfisser, fil-każ ta’ sinjal ta’ riskju, id-determinazzjoni li riskju jkun jew ma jkunx preżenti, abbażi ta’ proċess awtomatiku jew fuq valutazzjoni umana ulterjuri tas-sinjal tar-riskju; |
|
(37) |
“miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju” tfisser il-miżuri għall-prevenzjoni, it-tnaqqis jew il-ġestjoni ta’ riskju jew biex jiġi limitat l-impatt tiegħu, inkluż:
|
|
(38) |
“rakkomandazzjoni ta’ kontroll” tfisser il-konklużjoni bbażata fuq l-analiżi tar-riskju ta’ awtorità doganali jew tal-Awtorità Doganali tal-UE fir-rigward ta’ jekk jenħtieġx li titwettaq miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju u, meta rilevanti, meta u fejn jenħtieġ li titwettaq; |
|
(39) |
“deċiżjoni ta’ kontroll” tfisser l-att individwali li permezz tiegħu l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu jekk għandux isir kontroll; |
|
(40) |
“riżultat ta’ kontroll” tfisser l-eżiti preliminari u finali ta’ kontroll, inkluż kwalunkwe azzjoni ulterjuri indikata u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bl-eżiti; |
|
(41) |
“qasam ta’ kontroll prijoritarju komuni” tfisser għażla ta’ proċeduri doganali partikolari, tipi ta’ merkanzija, rotot tat-traffiku, modi tat-trasport jew operaturi ekonomiċi bl-għan li jiġu soġġetti għal livelli akbar ta’ analiżi tar-riskju u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju matul ċertu perjodu, mingħajr preġudizzju għal kontrolli oħrajn li normalment jitwettqu mill-awtoritajiet doganali; |
|
(42) |
“kriterji u standards komuni tar-riskju” tfisser parametri għall-analiżi tar-riskju ta’ qasam ta’ riskju u standards ta’ akkumpanjament rigward l-applikazzjoni prattika ta’ dawk il-parametri; |
|
(43) |
“strateġija ta’ superviżjoni” tfisser approċċ għall-immaniġġar ta’ riskju li jkollu l-għan li jibbilanċja l-isforzi ta’ superviżjoni doganali operazzjonali u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju tul il-katina tal-provvista b’mod proporzjonat u effettiv; |
|
(44) |
“kunsinna” tfisser merkanzija mwassla taħt l-istess kuntratt ta’ trasport minn speditur wieħed lil konsenjatarju wieħed, bl-istess mezz tat-trasport, inkluż multimodali, li tiġi mill-istess territorju jew pajjiż terz, u li tkun tal-istess tip, klassi jew deskrizzjoni jew li tiġi ppakkjata flimkien; |
|
(45) |
“status doganali” tfisser l-istatus ta’ merkanzija bħala merkanzija tal-Unjoni jew merkanzija mhux tal-Unjoni; |
|
(46) |
“merkanzija tal-Unjoni” tfisser merkanzija li taqa’ taħt kwalunkwe kategorija minn dawn li ġejjin:
|
|
(47) |
“merkanzija mhux tal-Unjoni” tfisser merkanzija oħra minbarra merkanzija tal-Unjoni jew merkanzija li tilfet l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni; |
|
(48) |
“rilaxx ta’ merkanzija” tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali, jew persuni oħrajn f’isimhom, jagħmlu l-merkanzija disponibbli għall-finijiet speċifikati għall-proċedura doganali li taħtha għandha titqiegħed il-merkanzija; |
|
(49) |
“dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul” tfisser l-att li bih persuna tinforma lill-awtoritajiet doganali, fil-forma u bil-mod predefiniti u sa limitu ta’ żmien speċifiku, li tkun ser tiddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(50) |
“dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ” tfisser l-att li bih persuna tinforma lill-awtoritajiet doganali, fil-forma u bil-mod predefiniti u sa limitu ta’ żmien speċifiku, li tkun ser tinħareġ merkanzija ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(51) |
“dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja” tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, li merkanzija tinsab f’ħażna temporanja; |
|
(52) |
“dikjarazzjoni doganali” tfisser l-azzjoni li biha persuna tindika, fil-forma u bil-mod predefiniti, xewqa li tqiegħed merkanzija taħt proċedura doganali stabbilita, b’indikazzjoni, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament speċifiku li għandu jkun applikat; |
|
(53) |
“preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana” tfisser in-notifika lill-awtoritajiet doganali tal-wasla ta’ merkanzija fl-uffiċċju doganali ddeżinjat mill-awtoritajiet doganali jew fikwalunkwe post ieħor iddeżinjat jew approvat mill-awtoritajiet doganali u tad-disponibbiltà ta’ dik il-merkanzija għal kontrolli doganali; |
|
(54) |
“dikjarant” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni jew notifika ta’ riesportazzjoni f’isem il-persuna stess, jew il-persuna li f’isimha tiġi mressqa tali dikjarazzjoni jew notifika; |
|
(55) |
“dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni” tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, xewqa li tieħu merkanzija mhux tal-Unjoni ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni taħt il-proċedura ta’ żona libera jew f’ħażna temporanja; |
|
(56) |
“notifika ta’ riesportazzjoni” tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u bil-mod predefiniti, li tixtieq tieħu merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun taħt proċedura ta’ żona libera jew f’ħażna temporanja ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(57) |
“manifattur” tfisser:
|
|
(58) |
“fornitur tal-prodott” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni fil-katina tal-provvista li timmanifattura prodott kollu kemm hu jew parzjalment, kemm bħala manifattur kif ukoll fi kwalunkwe ċirkostanza oħra; |
|
(59) |
“ħażna temporanja” tfisser is-sitwazzjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni maħżuna temporanjament taħt superviżjoni doganali fil-perjodu bejn il-mument li fih it-trasportatur jinnotifika l-wasla tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni u t-tqegħid tagħha taħt proċedura doganali jew ir-riesportazzjoni tagħha; |
|
(60) |
“uffiċċju doganali tal-ewwel dħul mistenni” tfisser l-uffiċċju doganali li jkun kompetenti għal superviżjoni doganali fil-post fejn il-mezz ta’ trasport li jkun qed iġġorr il-merkanzija huwa destinat li jasal fit-territorju doganali tal-Unjoni minn barra minn dak it-territorju; |
|
(61) |
“informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija” tfisser is-sett ta’ data pprovduta jew li ssir disponibbli lill-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-merkanzija li għandha tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(62) |
“prodotti pproċessati” tfisser il-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ proċessar li tkun għaddiet minn operazzjonijiet ta’ proċessar; |
|
(63) |
“operazzjonijiet ta’ proċessar” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
|
(64) |
“detentur tal-proċedura ta’ tranżitu” tfisser il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jew tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għat-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura, jew li f’isimha tiġi ppreżentata dik id-dikjarazzjoni jew tiġi pprovduta dik l-informazzjoni; |
|
(65) |
“rata ta’ rendiment” tfisser il-kwantità jew il-perċentwal ta’ prodotti pproċessati miksubin mill-proċessar ta’ kwantità partikolari ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ proċessar; |
|
(66) |
“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(67) |
“dejn doganali” tfisser l-obbligu ta’ persuna biex tħallas l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li japplika għal merkanzija speċifika taħt il-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(68) |
“debitur” tfisser kwalunkwe persuna responsabbli għal dejn doganali; |
|
(69) |
“dazju fuq l-importazzjoni” tfisser id-dazju doganali dovut fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija; |
|
(70) |
“dazju fuq l-esportazzjoni” tfisser id-dazju doganali dovut fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija; |
|
(71) |
“ripagament” tfisser ir-rifużjoni ta’ ammont mid-dazju li tħallas fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni; |
|
(72) |
“remissjoni” tfisser eżenzjoni mill-obbligu li jitħallas ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li ma tħallasx; |
|
(73) |
“kummissjoni ta’ xiri” tfisser tariffa mħallsa minn importatur lil aġent talli jirrappreżenta lill-importatur fix-xiri ta’ merkanzija li tiġi valwata; |
|
(74) |
“kriżi” tfisser avveniment, naturali jew ikkawżat mill-bniedem, ta’ natura u skala eċċezzjonali, li jseħħ ġewwa jew barra mill-Unjoni, li jipperikola s-sikurezza, is-sigurtà, is-saħħa u l-ħajja tar-residenti, tal-operaturi ekonomiċi, jew tal-persunal tal-awtoritajiet doganali u li jeħtieġ miżuri urġenti fir-rigward tad-dħul, tal-ħruġ jew tat-tranżitu tal-merkanzija; |
|
(75) |
“ċellola ta’ rispons għall-kriżijiet” tfisser servizz fl-Awtorità Doganali tal-UE li jikkoordina l-isforzi ta’ rispons għall-kriżijiet tal-Unjoni fl-unjoni doganali; |
|
(76) |
“intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; |
|
(77) |
“Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi” jew “numru EORI” tfisser numru ta’ identifikazzjoni, uniku fit-territorju doganali tal-Unjoni, assenjat minn awtorità doganali lil operatur ekonomiku jew lil persuna oħra sabiex dak l-operatur ekonomiku jew dik il-persuna tiġi reġistrata għal finijiet doganali; |
|
(78) |
“oġġett” tfisser merkanzija waħda jew aktar f’kunsinna li tikkondividi l-istess klassifikazzjoni tariffarja, deskrizzjoni u, meta previst bħala parti mir-rekwiżiti tad-data applikabbli għad-dikjarazzjoni doganali rilevanti jew għad-data li għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali, l-oriġini; |
|
(79) |
“punt kondiviż tal-qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim tal-fruntiera doganali, li jinsab jew fit-territorju ta’ Stat Membru jew fit-territorju ta’ pajjiż terz ġar, li fih l-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru u ta’ dak il-pajjiż terz ġar japplikaw il-leġiżlazzjoni doganali rispettiva tagħhom skont ftehim bilaterali. |
KAPITOLU 3
Awtorità doganali kompetenti u regoli operazzjonali tal-uffiċċji doganali
Artikolu 6
L-awtorità doganali kompetenti
1. L-awtorità doganali kompetenti għandha tkun:
|
(a) |
għad-deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali f’konformità mal-Kapitolu 4, ħlief għal każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtorità doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-applikant; |
|
(b) |
għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 97 sa 100, l-awtorità doganali kompetenti għall-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul; |
|
(c) |
għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 101, 102 u 103, l-awtorità doganali kompetenti għall-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul jew l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih il-merkanzija tinħatt jew tiġi trażbordata, skont is-sitwazzjoni speċifika kif imsemmija fl-Artikolu 101(1), (2) u (3); |
|
(d) |
għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 104 sa 108 u t-Titolu V, l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih:
|
|
(e) |
għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont it-Titolu VII, minbarra dawk marbuta mat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali, l-awtorità doganali responsabbli għall-post fejn il-merkanzija titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (d), l-awtorità doganali kompetenti għandha tkun:
|
(a) |
għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod fejn l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod ma jkunx qed jagħmel użu mill-iskema IOSS, l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih il-merkanzija għandha tiġi konsenjata; |
|
(b) |
meta l-importatur jew l-esportatur ikun kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), l-awtorità doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ dak l-importatur jew l-esportatur jew ir-rappreżentant doganali tiegħu; |
|
(c) |
meta d-dikjarant ikun ġie awtorizzat juża l-iżdoganar ċentralizzat f’konformità mal-Artikolu 91, l-awtorità doganali tal-Istat Membru ta’ istabbiliment ta’ dak id-dikjarant. |
3. L-awtorità doganali responsabbli għall-post tal-istabbiliment tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandha:
|
(a) |
tissorvelja t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata; |
|
(b) |
twettaq il-kontrolli doganali għall-verifika tal-informazzjoni pprovduta; |
|
(c) |
meta jkun ġustifikat, titlob lill-awtorità doganali responsabbli għall-post tad-dispaċċ jew għad-destinazzjoni finali tal-merkanzija sabiex twettaq kontroll doganali; |
|
(d) |
meta jkun hemm riskju li jista’ jittaffa biss wara li l-merkanzija tkun waslet fit-territorju doganali tal-Unjoni jew qabel ma titlaq minn dak it-territorju, titlob lill-awtorità doganali responsabbli għall-post fejn il-merkanzija tidħol jew toħroġ għat-twettiq tal-kontrolli doganali twettaq kontrolli doganali; |
|
(e) |
iwettaq il-formalitajiet doganali għall-irkupru tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali. |
4. Filwaqt li jitqies l-impatt raġonevolment mistenni fuq il-flussi kummerċjali, ir-riżorsi ta’ kontroll disponibbli u s-severità tar-riskju, l-awtorità doganali responsabbli għall-post tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni finali tal-merkanzija jew għall-post fejn il-merkanzija tidħol jew toħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha twettaq il-kontrolli doganali mitluba mill-awtorità doganali responsabbli għall-post tal-istabbiliment tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) f’konformità mal-paragrafu 3, il-punti (c) u (d), u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni ta’ żdoganar ċentralizzat, u tipprovdi lil dik l-awtorità doganali r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli tagħha stess relatati mal-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni jew tinħareġ minnu.
5. L-awtoritajiet doganali kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli proċedurali għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tispeċifika l-kompiti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 7
Regoli operazzjonali tal-uffiċċji doganali kompetenti
1. Ħlief meta leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali tistabbilixxi mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-post u l-kompetenza tal-uffiċċji doganali tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ tal-uffiċċji doganali tagħhom ikunu raġonevoli u xierqa, b’kont meħud tan-natura tat-traffiku u tal-merkanzija u l-proċeduri doganali li taħthom għandha titqiegħed, sabiex il-fluss tat-traffiku internazzjonali ma jkunx la mxekkel u lanqas distort.
KAPITOLU 4
Deċiżjonijiet doganali
Artikolu 8
Deċiżjonijiet meħuda wara applikazzjonief
1. Meta persuna tapplika għal deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, dik il-persuna għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet doganali kompetenti sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni.
Deċiżjoni tista’ ssir applikazzjoni għaliha ukoll minn diversi persuni, u tittieħed fir-rigward tagħhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju mid-data ta’ meta rċevew applikazzjoni għal deċiżjoni, jivverifikaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni.
Meta awtorità doganali tistabbilixxi li l-applikazzjoni għal deċiżjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għalihom biex jieħdu dik id-deċiżjoni, hija għandha tikkomunika l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni lill-applikant fi żmien 30 jum kalendarju mid-data ta’ meta rċevew dik l-applikazzjoni.
Meta l-awtorità doganali tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni meħtieġa kollha, hija għandha titlob lill-applikant sabiex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali rilevanti fi żmien perjodu raġonevoli, li ma għandux jaqbeż 30 jum kalendarju. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali għandha tiddeċiedi jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għalhekk għandhiex tiġi aċċettata, jew jekk hijiex inkompluta u għalhekk għandha tiġi rrifjutata, f’perjodu ta’ mhux aktar minn 60 jum kalendarju mid-data ta’ meta rċevew l-ewwel applikazzjoni. Jekk l-awtorità doganali ma tikkomunikax id-deċiżjoni tagħha lill-applikant f’dak il-perjodu, l-applikazzjoni għandha titqies li tkun ġiet aċċettata fi tmiem il-perjodu ta’ 60 jum kalendarju.
3. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtorità doganali kompetenti għandha tieħu deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 mhux aktar tard minn 120 jum kalendarju mid-data tal-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni u għandha tinnotifika lill-applikant b’dik id-deċiżjoni mingħajr dewmien.
Meta l-awtorità doganali ma tkunx tista’ tikkonforma mal-limitu ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni, inkluż meta tali dewmien ikun minħabba konsultazzjonijiet li jkunu għaddejjin ma’ awtoritajiet kompetenti jew korpi internazzjonali oħra, hija għandha tgħarraf lill-applikant b’dan il-fatt qabel ma jiskadi dak il-limitu ta’ żmien, fejn tagħtu r-raġunijiet għad-dewmien u tindika l-perjodu ulterjuri li tikkunsidra meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, dak il-perjodu ulterjuri ma għandux jaqbeż 30 jum kalendarju.
Barra minn hekk, l-awtorità doganali tista’ testendi l-limitu ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni li jkun stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali meta l-applikant jitlob estensjoni sabiex jagħmel aġġustamenti bl-għan li jiżgura li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa għall-għoti tad-deċiżjoni. Dawk l-aġġustamenti u l-perjodu ulterjuri meħtieġ biex jitwettqu għandhom jkunu komunikati lill-awtorità doganali, li għandha tiddeċiedi jekk tagħtix l-estensjoni mitluba.
Meta l-awtorità doganali tonqos milli tieħu deċiżjoni fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi, l-applikant għandu jirċievi notifika awtomatika. L-applikant jista’ jqis li n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni jikkostitwixxi deċiżjoni negattiva.
4. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, jew meta speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni innifisha, deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-applikant ikun irċeviha, jew li fiha jitqies li jkun irċeviha.
Ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 19(2), id-deċiżjonijiet għandhom ikunu infurzabbli mill-awtoritajiet doganali mid-data ta’ adozzjoni tagħhom.
5. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, deċiżjoni għandha tkun valida mingħajr limitu ta’ żmien.
6. Qabel ma tittieħed deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv lill-applikant, l-awtorità doganali għandha tikkomunika lill-applikant ir-raġunijiet li fuqhom bi ħsiebha tibbaża d-deċiżjoni tagħha. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu f’perjodu preskritt ikkalkulat mid-data li fiha jkun irċieva dik il-komunikazzjoni jew jitqies li jkun irċeviha (“id-dritt li wieħed jinstema’”). Wara li jiskadi dak il-perjodu, l-applikant għandu jkun mgħarraf, bil-mod xieraq, bid-deċiżjoni.
Id-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw:
|
(a) |
meta d-deċiżjoni kkonċernata tkun relatata mal-informazzjoni vinkolanti msemmija fl-Artikolu 15(1); |
|
(b) |
f’każ ta’ rifjut tal-benefiċċju ta’ kwota tariffarja meta jintlaħaq il-volum tal-kwota tariffarja speċifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 166(4), l-ewwel subparagrafu; |
|
(c) |
meta n-natura jew il-livell tat-theddida għas-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u tar-residenti tagħha, għal saħħet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi jeħtieġ hekk; |
|
(d) |
meta d-deċiżjoni kkonċernata jkollha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni oħra li dwarha l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(e) |
meta tippreġudika investigazzjonijiet mibdijin għall-fini tal-ġlieda kontra l-frodi; |
|
(f) |
meta l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha; |
|
(g) |
meta l-awtorità doganali tagħti struzzjonijiet lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, jew li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija, li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi trasportata; |
|
(h) |
meta d-deċiżjoni tkun tikkonċerna notifika lill-applikant dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 217(3); |
|
(i) |
meta numru EORI għandu jiġi invalidat, fuq talba mill-operatur ekonomiku kkonċernat, jew meta ma jkun hemm l-ebda attività doganali għal tliet snin jew operatur ekonomiku ma jibqax jeżisti; |
|
(j) |
meta n-natura jew il-livell ta’ theddida għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jkunu jirrikjedu dan. |
7. Deċiżjoni li taffettwa lill-applikant b’mod negattiv għandha tistipula r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandha tirreferi għad-dritt tal-appell previst fl-Artikolu 18.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
id-data meħtieġa għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmijin f’dan l-Artikolu; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni, imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
il-każijiet speċifiċi li fihom il-limitu ta’ żmien sabiex tittieħed deċiżjoni speċifika u l-limitu ta’ żmien għal estensjoni possibbli ta’ dak il-limitu ta’ żmien ikun differenti mil-limiti ta’ żmien imsemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
il-każijiet speċifiċi, imsemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li fihom deċiżjoni ssir effettiva minn data li tkun differenti mid-data li fiha l-applikant jirċiviha jew jitqies li jkun irċiviha; |
|
(e) |
Il-każijiet speċifiċi, imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, li fihom id-deċiżjoni ma tkunx valida mingħajr limitazzjoni ta’ żmien; |
|
(f) |
id-durata tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu; |
|
(g) |
ir-regoli relatati mal-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. |
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu biex tqassar il-limiti ta’ żmien imsemmijin fih, jekk ikun xieraq, ladarba l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tkun operazzjonali.
10. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-proċedura għal:
|
(a) |
is-sottomissjoni u l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għal deċiżjoni, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2; |
|
(b) |
it-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmijin f’dan l-Artikolu, inkluż, meta jkun xieraq, fir-rigward tad-dritt li wieħed jinstema’ u l-konsultazzjoni ta’ Stati Membri kkonċernati oħrajn. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 9
Il-ġestjoni ta’ deċiżjonijiet meħudin wara applikazzjoni
1. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jikkonforma mal-obbligi li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni.
2. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jimmonitorja kontinwament l-issodisfar tal-kriterji u l-konformità mal-kundizzjonijiet, kif ukoll il-konformità mal-obbligi, li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni u, meta applikabbli, jistabbilixxi kontrolli interni li kapaċi jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu tranżazzjonijiet illegali jew irregolari.
3. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jinqala’ wara li tittieħed id-deċiżjoni, li jista’ jinfluwenza il-kontinwazzjoni jew il-kontenut ta’ dik id-deċiżjoni.
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw regolarment jekk id-detentur tad-deċiżjoni jkomplix jissodisfa l-kriterji rilevanti u jikkonforma mal-obbligi rilevanti, b’mod partikolari l-kapaċità tad-detentur tad-deċiżjoni li jipprevjeni, jirreaġixxi għal u jirrimedja żbalji permezz ta’ kontrolli interni xierqa u li jinnotifika lill-awtoritajiet doganali dwar kwalunkwe suspett ta’ frodi doganali li d-detentur ikun konxju tiegħu, jew li raġonevolment kellu jkun konxju tiegħu, jew ta’ informazzjoni li tista’ twassal għad-detezzjoni tiegħu, b’mod partikolari f’konformità mal-Artikoli 27, 28, 30 u 31. Abbażi ta’ tali attività ta’ monitoraġġ, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-profil tar-riskju tad-detentur tad-deċiżjoni, meta rilevanti. Meta d-detentur tad-deċiżjoni jkun ilu stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni għal anqas minn tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw mill-qrib lid-detentur waqt l-ewwel sena wara li tittieħed id-deċiżjoni.
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-Awtorità Doganali tal-UE d-deċiżjonijiet meħudin wara l-applikazzjoni u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ kollha li jwettqu f’konformità mal-paragrafu 4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tqis din l-informazzjoni għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju.
6. Sat-28 ta’ Frar 2034, l-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw id-deċiżjonijiet tagħhom fis-sistemi elettroniċi eżistenti għall-iskambju ta’ informazzjoni żviluppati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għal dawk id-deċiżjonijiet u għall-informazzjoni sottostanti f’dawk is-sistemi.
7. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra applikabbli li jispeċifikaw il-każijiet li fihom id-deċiżjonijiet ikunu invalidi jew isiru nulli u bla effett, l-awtoritajiet doganali li jkunu ħadu deċiżjoni jistgħu jannullawha, jirrevokawha jew jemendawha, fi kwalunkwe ħin, meta ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom jinformaw lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar tali annullament, revoka u emenda tad-deċiżjonijiet doganali, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
8. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw deċiżjoni mill-ġdid.
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
ir-regoli dettaljati għall-monitoraġġ ta’ deċiżjonijiet kif imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
il-każijiet speċifiċi fejn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu valutati mill-ġdid, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u r-regoli għal tali valutazzjoni mill-ġdid. |
Artikolu 10
Il-validità tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni kollha
Id-deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni, ħlief meta d-deċiżjoni tipprevedi li l-effett tagħha jkun limitat għal Stat Membru wieħed jew aktar.
Artikolu 11
Annullament ta’ deċiżjonijiet favorevoli
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jannullaw deċiżjoni favorevoli għad-detentur tad-deċiżjoni jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
id-deċiżjoni tkun ittieħdet fuq il-bażi ta’ informazzjoni mhux korretta jew mhux sħiħa; |
|
(b) |
id-detentur tad-deċiżjoni kien jaf jew raġonevolment kellu jkun jaf li l-informazzjoni ma kinitx korretta jew kompluta; |
|
(c) |
li kieku l-informazzjoni kienet korretta u kompluta, id-deċiżjoni kienet tkun differenti. |
2. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jiġi notifikat bl-annullament tagħha.
3. L-annullament ta’ deċiżjoni għandu jsir effettiv mid-data li fiha d-deċiżjoni inizjali issir effettiva, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni dwar dak l-annullament f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-annullament ta’ deċiżjonijiet favorevoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 12
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-emenda tad-deċiżjonijiet favorevoli
1. Deċiżjoni favorevoli għandha tiġi revokata jew emendata:
|
(a) |
meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet biex tittieħed dik id-deċiżjoni ma kinux sodisfatti jew m’għadhomx sodisfatti; |
|
(b) |
meta d-detentur tad-deċiżjoni jonqos milli jissodisfa l-obbligi imposti minn dik id-deċiżjoni; jew |
|
(c) |
fuq l-applikazzjoni tad-detentur tad-deċiżjoni. |
2. Deċiżjoni favorevoli għandha tiġi sospiża meta:
|
(a) |
l-awtorità doganali tqis li jista’ jkun hemm biżżejjed raġunijiet sabiex titħassar, tiġi revokata jew emendata d-deċiżjoni, iżda ma jkunx għad għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tiddeċiedi fuq it-tħassir, fuq ir-revoka jew fuq l-emenda; |
|
(b) |
l-awtorità doganali tqis li l-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni ma jkunux sodisfatti jew li d-detentur tad-deċiżjoni ma jikkonformax mal-obbligi imposti minn dik id-deċiżjoni, u jkun xieraq li d-detentur tad-deċiżjoni jingħata żmien biżżejjed sabiex jieħu miżuri li jiżguraw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi; |
|
(c) |
id-detentur tad-deċiżjoni jitlob it-tali sospensjoni għaliex id-detentur temporanjament ma jkunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet għal dik id-deċiżjoni jew l-obbligi imposti minn dik id-deċiżjoni. |
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (b) u (c), id-detentur tad-deċiżjoni għandu jinnotifika lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni dwar il-miżuri li d-detentur ser jieħu sabiex jiżgura l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi, kif ukoll dwar il-perjodu meħtieġ sabiex jieħu dawk il-miżuri.
3. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, deċiżjoni favorevoli indirizzata lil diversi persuni tista’ tiġi revokata biss fir-rigward ta’ persuna li tonqos milli tirrispetta obbligu impost minn dik id-deċiżjoni.
4. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun notifikat bir-revoka, bis-sospensjoni jew bl-emenda tagħha.
5. L-Artikolu 8(4) għandu japplika għar-revoka, is-sospensjoni jew l-emenda tad-deċiżjoni.
Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali li fihom l-interessi leġittimi tad-detentur tad-deċiżjoni hekk jeħtieġu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddifferixxu d-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-revoka jew l-emenda sa b’sena. Dik id-data għandha tkun indikata fid-deċiżjoni ta’ revoka jew ta’ emenda.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
il-każijiet speċifiċi, imsemmijin fil-paragrafu 3, li fihom l-awtoritajiet doganali huma permessi jirrevokaw deċiżjoni favorevoli indirizzata lil diversi persuni fir-rigward ta’ persuni għajr il-persuna li naqset milli tikkonforma ma’ obbligu impost minn dik id-deċiżjoni; |
|
(b) |
il-każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtoritajiet doganali huma permessi jiddifferixxu d-data meta tidħol fis-seħħ revoka jew emenda f’konformità mal-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu. |
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għar-revoka, għas-sospensjoni jew għall-emenda ta’ deċiżjonijiet favorevoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 13
Deċiżjonijiet meħuda mingħajr applikazzjoni
Ħlief meta awtorità doganali taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja, l-Artikolu 8(4) sa (7), l-Artikolu 9(7) u l-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet doganali mingħajr ma ssir applikazzjoni mill-persuna kkonċernata.
Artikolu 14
Il-limitazzjonijiet applikabbli għal deċiżjonijiet dwar merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali jew f’ħażna temporanja
Ħlief meta l-persuna kkonċernata titlob hekk, ir-revoka, l-emenda jew is-sospensjoni ta’ deċiżjoni favorevoli m’għandhiex taffettwa merkanzija li, fil-mument li ssir effettiva r-revoka, l-emenda jew is-sospensjoni, tkun diġà tqiegħdet taħt proċedura doganali, jew tkun għadha taħt dik il-proċedura doganali, jew tkun f’ħażna temporanja, minħabba d-deċiżjoni revokata, emendata jew sospiża.
Artikolu 15
Deċiżjonijiet marbutin ma’ informazzjoni vinkolanti
1. L-awtoritajiet doganali, wara applikazzjoni, għandhom jieħdu deċiżjonijiet marbutin mal-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (“deċiżjonijiet BTI”), deċiżjonijiet marbutin mal-informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (“deċiżjonijiet BOI”) u deċiżjonijiet marbutin mal-informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (“deċiżjonijiet BVI”).
Applikazzjoni bħal dawn ma għandhomx jiġu aċċettati fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-applikazzjoni ssir, jew tkun diġà saret, fl-istess uffiċċju doganali jew f’ieħor, minn mid-detentur ta’ deċiżjoni jew għan-nom tiegħu:
|
|
(b) |
meta l-applikazzjoni ma tkunx relatata ma’ xi użu maħsub tad-deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti jew ma’ kwalunkwe użu maħsub ta’ proċedura doganali. |
2. Id-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti għandhom ikunu vinkolanti, fir-rigward biss tal-klassifikazzjoni tariffarja jew, tad-determinazzjoni tal-oriġini jew tal-valur doganali tal-merkanzija kkonċernata, fuq:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali, fir-rigward tad-detentur tad-deċiżjoni, fir-rigward biss ta’ merkanzija li għaliha l-formalitajiet doganali jitlestew wara d-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva; |
|
(b) |
id-detentur tad-deċiżjoni, fir-rigward tal-awtoritajiet doganali, b’effett biss mid-data li fiha jirċievi, jew jitqies li rċieva, in-notifika tad-deċiżjoni. |
3. Id-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ.
4. Għall-applikazzjoni ta’ deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti fil-kuntest ta’ proċedura doganali partikolari, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun jista’ juri:
|
(a) |
fil-każ ta’ deċiżjoni BTI, li l-merkanzija inkwistjoni tikkorrispondi f’kull aspett għal dik deskritta fid-deċiżjoni; |
|
(b) |
fil-każ ta’ deċiżjoni BOI, li l-merkanzija inkwistjoni u ċ-ċirkustanzi li jiddeterminaw l-akkwist tal-oriġini jikkorrispondu f’kull aspett għall-merkanzija deskritta fid-deċiżjoni; |
|
(c) |
fil-każ ta’ deċiżjoni BVI, li ċ-ċirkustanzi li jiddeterminaw il-valur doganali għall-merkanzija inkwistjoni jikkorrispondu f’kull aspett għaċ-ċirkustanzi deskritti fid-deċiżjoni. |
Artikolu 16
Ġestjoni ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ informazzjoni vinkolanti
1. Deċiżjoni BTI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 15(3) meta hija ma tibqax konformi mal-liġi, bħala riżultat ta’ kwalunkwe waħda minn dawn:
|
(a) |
l-adozzjoni ta’ emenda għan-nomenklaturi msemmijin fl-Artikolu 166(2), il-punti (a) u (b); jew |
|
(b) |
l-adozzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 167(4). |
F’każijiet bħal dawn, id-deċiżjoni BTI ma għandhiex tibqa’ valida b’effett mid-data tal-applikazzjoni tal-emenda jew tal-miżuri.
2. Deċiżjoni BOI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 15(3):
|
(a) |
meta d-deċiżjoni BOI ma tibqax konformi mad-dritt tal-Unjoni bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ att legalment vinkolanti tal-Unjoni jew il-konklużjoni ta’ ftehim mill-Unjoni li jsir applikabbli fl-Unjoni, bid-deċiżjoni BOI ma tibqax valida b’effett mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak l-att jew ftehim; jew |
|
(b) |
meta d-deċiżjoni BOI ma tibqax kompatibbli mal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini stabbilit fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jew ma’ opinjonijiet konsultattivi, mal-informazzjoni, mal-pariri u ma’ atti simili, dwar id-determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim, bid-deċiżjoni BOI ma tibqax valida b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
3. Deċiżjoni BVI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 15(3):
|
(a) |
meta d-deċiżjoni BVI ma tibqax konformi mad-dritt tal-Unjoni bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ att legalment vinkolanti tal-Unjoni, bid-deċiżjoni BVI ma tibqax valida mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak l-att; jew |
|
(b) |
meta d-deċiżjoni BVI ma tibqax kompatibbli mal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, jew mal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tas-sena tal-1994 (31), jew mad-deċiżjonijiet adottati għall-interpretazzjoni ta’ dak il-Ftehim mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni Doganali, bid-deċiżjoni BVI ma tibqax valida mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
4. Id-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti ma għandhomx jitilfu l-validità b’effett retroattiv.
5. B’deroga mill-Artikolu 9(7) u mill-Artikolu 11, l-awtoritajiet doganali għandhom jannullaw deċiżjonijiet marbutin ma’ informazzjoni vinkolanti biss meta jkunu bbażati fuq informazzjoni mill-applikanti li ma tkunx akkurata jew li ma tkunx kompluta.
6. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrevokaw deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti f’konformità mal-Artikolu 9(7) u mal-Artikolu 12. Madankollu, dawn id-deċiżjonijiet ma għandhomx jkunu revokati fuq l-applikazzjoni tad-detentur tad-deċiżjoni.
7. Id-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti ma għandhomx jiġu emendati.
8. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrevokaw deċiżjonijiet BTI meta ma jibqgħux kompatibbli mal-interpretazzjoni ta’ kwalunkwe waħda min-nomenklaturi msemmijin fl-Artikolu 166(2), il-punti (a) u (b), b’riżultat ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-adozzjoni tan-noti ta’ spjegazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (a), l-ewwel inċiż tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (32), fejn id-deċiżjoni BTI tiġi revokata b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawk in-noti ta’ spjegazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
l-għoti ta’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bid-deċiżjoni BTI revokata b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parti operattiva tas-sentenza f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
(c) |
l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew emendi għan-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, adottati mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1950, bid-deċiżjoni BTI revokata b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
9. Id-deċiżjonijiet BOI u BVI għandhom jiġu revokati meta ma jibqgħux kompatibbli ma’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parti operattiva tas-sentenza f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Meta deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti ma tibqax valida f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), jew mal-paragrafu 2 jew 3, jew tiġi revokata f’konformità mal-paragrafu 6, 8 jew 9, id-deċiżjoni xorta tista’ tintuża fir-rigward ta’ kuntratti vinkolanti li kienu bbażati fuq dik id-deċiżjoni u li jkunu ġew konklużi qabel ma tkun tilfet il-validità tagħha jew ġiet revokata. Dak l-użu estiż ma għandux japplika fejn deċiżjoni BOI tittieħed għal merkanzija li trid tiġi esportata.
L-użu estiż imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux ikun itwal minn sitt xhur mid-data li fiha d-deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti ma tibqax valida jew tiġi revokata. Madankollu, miżura msemmija fl-Artikolu 167(4), miżura msemmija fl-Artikolu 172 jew miżura msemmija fl-Artikolu 182 tista’ teskludi dak l-użu estiż jew tistabbilixxi perjodu iqsar. Fil-każ ta’ prodotti li dwarhom jkun ippreżentat ċertifikat ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni meta jitwettqu l-formalitajiet doganali, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jiġi sostitwit mill-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat.
Sabiex jibbenefika mill-użu estiż ta’ deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti, id-detentur ta’ dik id-deċiżjoni għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità doganali li tkun ħadet id-deċiżjoni fi żmien 30 jum mid-data li fiha ma tibqax valida jew tiġi revokata, filwaqt li jindika l-kwantitajiet li għalihom jintalab perjodu ta’ użu estiż u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-merkanzija ser tkun żdoganata matul il-perjodu ta’ użu estiż. Dik l-awtorità doganali għandha tieħu deċiżjoni dwar l-użu estiż u tinnotifikaha lid-detentur mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ tieħu tali deċiżjoni.
11. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali meta:
|
(a) |
it-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti għal merkanzija li l-klassifikazzjoni tariffarja uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini jew id-determinazzjoni tal-valur doganali tagħha ma jkunx żgurati, ikun sospiżi; jew |
|
(b) |
s-sospensjoni msemmija fil-punt (a) tiġi irtirata. |
12. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, fil-forma ta’ deċiżjonijiet, li permezz tagħhom titlob li l-Istati Membri jirrevokaw deċiżjoni BTI, deċiżjoni BOI jew deċiżjoni BVI sabiex tiżgura klassifikazzjoni tariffarja jew determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija jew tal-valur doganali korretta u uniformi.
Qabel ma tadotta deċiżjoni bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom ikollha l-ħsieb li tibbaża d-deċiżjoni tagħha lid-detentur tad-deċiżjoni BTI, tad-deċiżjoni BOI jew tad-deċiżjoni BVI, li għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu f’perjodu predefinit mid-data li fiha d-detentur jirċievi dik il-komunikazzjoni jew titqies li jkun irċevieha.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 283(2).
13. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dwar il-komunikazzjoni lill-persuni kkonċernati tar-raġunijiet li fuqhom il-Kummissjoni jkun biħsiebha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha u l-limitu ta’ żmien li fih dawk il-persuni jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom.
14. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali:
|
(a) |
għall-użu ta’ deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti wara li din ma tibqax valida jew tiġi revokata, f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
għan-notifika lill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 17
Deċiżjonijiet meħudin minn awtorità ġudizzjarja
L-Artikoli 18 u 19 m’għandhomx japplikaw għall-appelli ppreżentati bil-ħsieb ta’ annullament, revoka jew emenda ta’ deċiżjoni marbuta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali meħuda minn awtorità ġudizzjarja, jew mill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala awtoritajiet ġudizzjarji.
Artikolu 18
Dritt ta’ appell
1. Persuna għandu jkollha dritt li tappella kontra kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali marbuta mal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni doganali, dment li d-deċiżjoni tikkonċerna dik il-persuna direttament u individwalment.
Kwalunkwe persuna li applikat għal deċiżjoni għand l-awtoritajiet doganali u ma ngħatatx waħda fil-limiti taż-żmien msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tkun intitolata wkoll li teżerċita d-dritt tal-appell tagħha.
2. Għandu jkun possibbli li jiġi eżerċitat id-dritt ta’ appell f’mill-inqas żewġ stadji:
|
(a) |
inizjalment, quddiem l-awtoritajiet doganali jew awtorità ġudizzjarja jew korp ieħor maħtur għal dak l-għan mill-Istat Membru kkonċernat; |
|
(b) |
sussegwentement, quddiem korp indipendenti ogħla, li jista’ jkun awtorità ġudizzjarja jew korp ekwivalenti speċjalizzat, skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. |
3. L-appell għandu jkun ippreżentat fl-Istat Membru li fih id-deċiżjoni tkun ittieħdet jew fejn tkun saret l-applikazzjoni għaliha.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura tal-appelli tippermetti l-konferma jew il-korrezzjoni minnufih ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 19
Sospensjoni tal-implimentazzjoni
1. Il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandhiex ikollha l-effett li tissospendi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tkun qed tiġi appellata.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu l-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjoni kollha kemm hi jew parti minnha meta għandhom raġuni tajba biex jemmnu li d-deċiżjoni li qed tiġi appellata hija inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni doganali jew li l-persuna kkonċernata tista’ ġġarrab dannu irreparabbli.
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, meta d-deċiżjoni li qed tiġi appellata jkollha l-effett li toħloq dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tiddependi fuq l-għoti ta’ garanzija, sakemm ma jkunx stabbilit, abbażi ta’ valutazzjoni dokumentata, li tali garanzija x’aktarx toħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji lid-debitur.
Artikolu 20
Imposti, kostijiet u tariffa ta’ trattament tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx jimponu imposti għat-twettiq ta’ kontrolli doganali jew għal kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-leġiżlazzjoni doganali waqt il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ tal-uffiċċji doganali kompetenti tagħhom.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali għandhom jiġbru tariffa ta’ trattament tal-Unjoni ta’ ammont fiss għal kull oġġett għas-servizzi li għandhom jingħataw għat-trattament ta’ talba għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera meta dik il-merkanzija tinbiegħ f’bejgħ mill-bogħod.
3. L-ammont tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jikkorrispondi għall-kostijiet approssimattivi tas-servizzi msemmija f’dak il-paragrafu. Dawk il-kostijiet għandhom jinkludu mill-inqas l-ispejjeż tal-verifika tad-data, tat-twettiq ta’ analiżi tar-riskju, tal-infrastruttura rilevanti u tal-kontrolli, inkluż is-servizzi mogħtija mill-Awtorità Doganali tal-UE.
4. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun aktar baxx meta s-suġġett tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod minn maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod.
5. Id-debitur tad-dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jħallas it-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni mill-inqas darba fix-xahar lill-awtoritajiet doganali kompetenti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fil-mument tal-ħlas tad-dejn doganali. Fejn ma jkun hemm l-ebda dejn doganali, il-persuna li kienet tkun id-debitur fil-każ ta’ dejn doganali għandha tkun id-debitur għat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni.
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li fir-rigward tagħhom ma hemm l-ebda regola speċifika żviluppata jew stabbilita skont dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet dwar id-dejn doganali għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni.
6. It-tariffa ta’ tariffa ta’ trattament tal-Unjoni ma għandhiex tkun rimborżabbli.
7. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, f’konformità mal-Artikolu 285(2), il-Kummissjoni għandha tipprovdi soluzzjoni xierqa tal-IT fil-livell tal-Unjoni għall-fini tal-kalkolu tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni.
8. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport kull sentejn biex tivvaluta l-kostijiet approssimattivi tas-servizzi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
9. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw u japplikaw imposti jew jirkupraw kostijiet għal servizzi speċifiċi minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-attendenza, meta mitluba, ta’ persunal tad-dwana barra mill-ħinijiet uffiċjali jew f’xi bini ieħor li ma jkunx il-bini doganali; |
|
(b) |
analiżijiet jew rapporti ta’ esperti dwar l-merkanzija u t-tariffi tal-posta sabiex il-merkanzija tintbagħat lura lil applikant, b’mod partikolari fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħudin skont l-Artikolu 15 jew l-għoti ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 25; |
|
(c) |
l-eżami jew il-kampjunar tal-merkanzija għall-finijiet ta’ verifika, jew il-qerda tal-merkanzija, meta jkunu involuti kostijiet oħrajn minbarra l-ispiża għall-użu tal-persunal tad-dwana; |
|
(d) |
miżuri ta’ kontroll eċċezzjonali neċessarji minħabba n-natura tal-merkanzija jew riskju potenzjali. |
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi l-ammont tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
11. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-ġbir tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni mill-operatur ekonomiku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 5
Kambju tal-munita u limiti ta’ żmien
Artikolu 21
Kambju tal-munita
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, meta xieraq ukoll billi jagħmlu disponibbli online, ir-rata tal-kambju applikabbli meta l-kambju tal-munita tkun meħtieġa għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
minħabba li fatturi użati għad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija jkunu espressi f’muniti oħrajn barra dawk tal-Istat Membru li fih jiġi determinat il-valur doganali; |
|
(b) |
minħabba li l-valur tal-euro f’muniti nazzjonali jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija u tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, inkluż meta jkun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-valuri ta’ limitu stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni. |
2. Meta l-kambju tal-munita jkun meħtieġ għal raġunijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-valur tal-euro f’muniti nazzjonali li jrid jkun applikat fil-qafas tal-leġiżlazzjoni doganali għandu jkun stabbilit mill-anqas darba fis-sena.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kambju tal-munita għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 22
Perjodi, dati u limiti ta’ żmien
1. Meta perjodu, data jew limitu ta’ żmien huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, tali perjodu ma għandux jiġi estiż jew jitnaqqas u tali data jew limitu ta’ żmien ma għandhomx ikunu differiti jew antiċipati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.
2. Għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-perjodi, għad-dati u għal-limiti ta’ żmien stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (33), ħlief meta jkun previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali.
KAPITOLU 6
Dispożizzjonijiet oħra
Artikolu 23
Kunfidenzjalità tad-data
1. Data miksuba mill-awtoritajiet doganali jew mill-Awtorità Doganali tal-UE li fin-natura tagħha hija kunfidenzjali jew li hija provduta fuq bażi kunfidenzjali għandha tinżamm kunfidenzjali. Minkejja dan, tali data tista’ tiġi divulgata meta l-awtoritajiet doganali jew l-Awtorità Doganali tal-UE jkunu obbligati jew awtorizzati li jagħmlu dan skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, b’mod partikolari għal raġunijiet marbuta ma’ proċedimenti legali.
2. L-Istati Membri jistgħu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jiddeżinjaw data speċifika li l-iżvelar tagħha tkun ta’ ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom, li għandha tiġi ttaggjata teknikament fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE b’tali mod li kwalunkwe pproċessar ulterjuri ta’ tali data jkun limitat għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jawtorizzawx espressament ipproċessar ulterjuri minn persuna oħra. Il-persuna li tittrażmetti d-data lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tistabbilixxi b’mod ċar il-limitazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ tali kategoriji ta’ data li jistgħu jkunu marbuta mal-ktajjen tal-provvista speċifiċi jew mal-kategoriji tad-data.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-interessi essenzjali speċifiċi tas-sigurtà tiegħu li jkunu involuti u jispjega għaliex iqis li dawk l-interessi ma setgħux jiġu protetti biżżejjed skont il-qafas ġenerali tad-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
4. Kwalunkwe żvelar, estrazzjoni jew komunikazzjoni ta’ data skont dan ir-Regolament għandha titwettaq b’livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data.
5. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), mill-1 ta’ Marzu 2031, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jew l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba, data doganali aggregata mhux kunfidenzjali, mhux personali u mhux kummerċjalment sensittiva.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għat-talbiet għad-data msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u l-forma u l-kategoriji tad-data li jistgħu jsiru disponibbli fuq tali talba. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 24
L-iskambju ta’ informazzjoni addizzjonali bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi
1. L-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni mhix speċifikament meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali, u b’mod partikolari għall-fini ta’ kooperazzjoni reċiproka bl-għan li jiġi identifikat u miġġieled ir-riskju. Dak l-iskambju jista’ jsir skont ftehim bil-miktub u jista’ jinkludi aċċess mill-awtoritajiet doganali għas-sistemi elettroniċi tal-operaturi ekonomiċi.
2. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta minn waħda mill-partijiet lil oħra waqt il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kunfidenzjali sakemm iż-żewġ partijiet ma jaqblux mod ieħor jew sakemm ma jkunx previst mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.
Artikolu 25
L-għoti ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet doganali
1. Kwalunkwe persuna tista’ titlob mill-awtoritajiet doganali informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw talba bħal din meta ma tkunx relatata ma’ attività li tappartjeni għall-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija li tkun fil-fatt prevista.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom iżommu djalogu regolari mal-operaturi ekonomiċi u ma’ awtoritajiet oħrajn involuti fil-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija. Huma għandhom jippromwovu t-trasparenza billi jagħmlu l-leġiżlazzjoni doganali, id-deċiżjonijiet amministrattivi ġenerali u l-formoli tal-applikazzjoni rilevanti disponibbli liberament, meta prattiku mingħajr ħlas, inkluż online.
TITOLU II
OBBLIGI U DRITTIJIET TAL-PERSUNI FIR-RIGWARD TAL-LEĠIŻLAZZJONI DOGANALI
KAPITOLU 1
Reġistrazzjoni
Artikolu 26
Reġistrazzjoni
1. L-operaturi ekonomiċi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment sabiex jiksbu numru EORI. Meta jkun possibbli, dik ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi wkoll l-identifikazzjoni elettronika tal-operatur ekonomiku fl-iskemi nazzjonali ta’ identifikazzjoni elettronika msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35).
2. L-operaturi ekonomiċi reġistrati għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali dwar kwalunkwe modifika fid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika tal-post tal-istabbiliment tagħhom.
3. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-operaturi ekonomiċi li mhumiex stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih iwettqu l-ewwel attività koperta mil-leġiżlazzjoni doganali.
4. Persuni għajr operaturi ekonomiċi ma għandhomx ikunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali, ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
Meta persuni għajr operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
jekk tali persuni jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni, huma għandhom jirreġistraw mal-awtorità doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment; |
|
(b) |
jekk tali persuni ma jkunux stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni, huma għandhom jirreġistraw mal-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih huma jippreżentaw dikjarazzjoni, jipprovdu jew jagħmlu disponibbli data jew japplikaw għal deċiżjoni għall-ewwel darba. |
5. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Tali invalidazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tad-data għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
tiddetermina l-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta operaturi ekonomiċi li ma jkunux stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
tiddetermina l-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu meta persuni oħrajn għajr l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali; |
|
(d) |
tiddetermina l-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu meta l-awtoritajiet doganali huma meħtieġa jinvalidaw reġistrazzjoni. |
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli biex jiddeterminaw l-awtorità doganali responsabbli għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 2
Importatur
Artikolu 27
Importaturi
1. Kull darba l-importatur għandu jkun wieħed wieħed biss.
2. L-importatur għandu:
|
(a) |
jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali, malli tkun disponibbli u fi kwalunkwe każ qabel ir-rilaxx ta’ merkanzija, u jżomm l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tal-ħażna temporanja jew tal-proċedura doganali li fiha tkun ser titqiegħed il-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 74, 104, 109, 142, 153, 156 jew 158 jew meħtieġa sabiex tiġi rrilaxxata l-proċedura ta’ proċessar passiv; |
|
(b) |
jiżgura l-ħlas ta’ kwalunkwe dazju doganali u imposti applikabbli oħra; |
|
(c) |
jiżgura li l-merkanzija li tidħol mit-territorju doganali tal-Unjoni tikkonforma ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra applikata mill-awtoritajiet doganali u jipprovdi jew jagħmel disponibbli u jżomm rekords xierqa ta’ tali konformità; |
|
(d) |
jinnotifika lill-awtoritajiet doganali bi kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna movimenti suspettużi jew immaniġġar mhux awtorizzat ta’ merkanzija li l-importatur ikun jaf biha; |
|
(e) |
jissodisfa kwalunkwe obbligu ieħor fuq l-importatur stabbilit mil-leġiżlazzjoni doganali; |
3. L-importatur għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal importatur li:
|
(a) |
iqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu jew taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju; |
|
(b) |
iġib merkanzija li tibqa’ f’ħażna temporanja; |
|
(c) |
xi kultant iqiegħed il-merkanzija taħt proċeduri doganali, dment li l-awtoritajiet doganali jqisu li t-tali tqegħid ikun ġustifikat; |
|
(d) |
ikun stabbilit f’pajjiż li t-territorju tiegħu jmiss mat-territorju doganali tal-Unjoni u jippreżenta l-merkanzija f’uffiċċju doganali tal-fruntiera tal-Unjoni li tmiss ma’ dak il-pajjiż, dment li l-pajjiż li fih ikunu stabbilit l-importatur jagħti benefiċċji reċiproċi lil persuni stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni; jew |
|
(e) |
ikun rappreżentat minn rappreżentant indirett stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
KAPITOLU 3
Esportatur
Artikolu 28
Esportaturi
1. L-esportatur għandu:
|
(a) |
jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni għall-awtoritajiet doganali, malli tkun disponibbli u fi kwalunkwe każ qabel ir-rilaxx tal-merkanzija, u jżomm l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tal-proċedura doganali li fiha titqiegħed il-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 114, l-Artikolu 116 jew l-Artikolu 161 jew meħtieġa sabiex tiġi rilaxxata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4), l-Artikolu 142, l-Artikolu 153, jew l-Artikolu 158; |
|
(b) |
jiżgura l-ħlas ta’ kwalunkwe dazju doganali u imposti applikabbli oħra; |
|
(c) |
jiżgura li l-merkanzija li toħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni tikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali u jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni u jżomm’ rekords xierqa ta’ tali konformità; |
|
(d) |
jinnotifika lill-awtoritajiet doganali bi kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna movimenti suspettużi jew immaniġġar mhux awtorizzat ta’ merkanzija li l-esportatur ikun jaf biha. |
|
(e) |
jissodisfa kwalunkwe obbligu ieħor fuq l-esportatur stabbilit mil-leġiżlazzjoni doganali; |
2. L-esportatur għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal esportatur li:
|
(a) |
iqiegħed merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu, jirrilaxxa l-proċedura ta’ dħul temporanju jew jirriesporta merkanzija minn ħażna temporanja; |
|
(b) |
jittrażborda merkanzija f’ żona ħielsa, jew jirriesportaha direttament minnha; |
|
(c) |
xi kultant iqiegħed il-merkanzija taħt proċeduri doganali jew jerġa’ jesportaha, dment li l-awtoritajiet doganali jqisu li t-tali tqegħid jew riesportazzjoni jkunu ġustifikati; |
|
(d) |
ikun stabbilit f’pajjiż li t-territorju tiegħu jmiss mat-territorju doganali tal-Unjoni u jippreżenta l-merkanzija f’uffiċċju doganali tal-fruntiera tal-Unjoni li tmiss ma’ dak il-pajjiż, dment li l-pajjiż li fih ikunu stabbilit l-esportatur jagħti benefiċċji reċiproċi lil persuni stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni; jew |
|
(e) |
ikun rappreżentat minn rappreżentant indirett stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
KAPITOLU 4
Operaturi ekonomiċi awtorizzati u kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check)
Artikolu 29
Applikazzjoni u awtorizzazzjoni għal operaturi ekonomiċi awtorizzati
1. Operatur ekonomiku li hu stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni u jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 30 jista’ japplika għall-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn, jekk ikun neċessarju, jagħtu wieħed jew it-tnejn mit-tipi ta’ awtorizzazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
dik ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali, li tippermetti li lid-detentur jibbenefika minn tali simplifikazzjonijiet f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali; jew |
|
(b) |
dik ta’ operatur ekonomiku għas-sikurezza u s-sigurtà li tintitola lid-detentur għal miżuri ta; faċilitazzjoni fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà. |
3. Operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkollu ż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fl-istess ħin.
4. Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 9(2) u (3). L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw jekk l-operatur ekonomiku awtorizzat ikomplix jissodisfa l-l-kriterji rilevanti u jekk jikkonformax mal-obbligi rilevanti f’konformità mal-Artikolu 9(4).
Mill-inqas kull tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu monitoraġġ fil-fond, inkluż żjara fuq il-post, tal-attivitajiet u tar-rekords interni tal-operatur ekonomiku awtorizzat.
5. L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, soġġett għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 30, għandu jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha.
6. L-awtoritajiet doganali, abbażi tar-rikonoxximent tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u sakemm ir-rekwiżiti marbuta ma’ tip speċifiku ta’ simplifikazzjoni previst fil-leġiżlazzjoni doganali jkunu sodisfatti, għandhom jawtorizzaw lill-operatur ekonomiku jibbenefika minn dik is-simplifikazzjoni. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx jerġgħu jeżaminaw il-kriterji li diġà kienu eżaminati meta ingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.
7. Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jgawdi minn aktar miżuri ta’ faċilitazzjoni minn operaturi ekonomiċi oħra fir-rigward tal-kontrolli doganali. L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu jitqies b’mod favorevoli għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju doganali.
8. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu benefiċċji li jirriżultaw mill-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għas-sikurezza u s-sigurtà lil persuni stabbiliti f’pajjiżi terzi, li jissodisfaw il-kriterji u jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi jekk dawk il-kriterji u l-obbligi jkunu rikonoxxuti mill-Unjoni bħala ekwivalenti għal dawk imposti fuq operaturi ekonomiċi awtorizzati stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali għoti tal-benefiċċji għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta’ reċiproċità sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Unjoni, u għandu jkun sostnut minn ftehim internazzjonali li tiegħu l-Unjoni tkun parti, jew minn att legali tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni.
9. Bħala parti mill-protokolli u l-proċeduri għall-immaniġġar ta’ kriżijiet stabbiliti fl-Artikolu 227, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta’ kontinwità tal-operat biex tirrispondi għal tfixkil fil-flussi kummerċjali minħabba żidiet fil-livelli ta’ twissija tas-sigurtà, l-għeluq tal-fruntieri, diżastri naturali, emerġenzi perikolużi jew inċidenti kbar oħra. Il-mekkaniżmu ta’ kontinwità tal-operat għandu jipprevedi li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jiffaċilitaw u jħaffu, sa fejn ikun possibbli, il-merkanzija prijoritarja relatata mal-operaturi ekonomiċi awtorizzati.
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
is-simplifikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
il-miżuri ta’ faċilitazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. |
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli proċedurali għall-konsultazzjonijiet fir-rigward tad-determinazzjoni tal-istatus ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-iskadenzi għat-tweġibiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 30
Għoti tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat
1. Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati kriminali serji marbuta ma’ attivitajiet ekonomiċi jew kummerċjali u l-ebda ksur serju jew ksur ripetut relatat ma’ dawk l-attivitajiet, u li jikkonċernaw:
|
|
(b) |
l-applikant juri li:
|
|
(c) |
l-applikant ikun finanzjarjament solventi, li għandu jitqies l-każ meta jkollu kapaċità finanzjarja tajba biżżejjed biex ikun jista’ jissodisfa l-impenji tiegħu, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi tat-tip ta’ attività kummerċjali kkonċernata; |
|
(d) |
fir-rigward tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2), il-punt (a), l-applikant ikollu standards prattiċi ta’ kompetenza jew kwalifiki professjonali marbutin direttament mat-tip u mad-daqs tal-attività mwettqa; |
|
(e) |
fir-rigward tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2), il-punt (b), l-applikant ikollu standards xierqa ta’ sikurezza, sigurtà u konformità, adattati għat-tip u d-daqs tal-attività mwettqa, li jitqies li hu l-każ meta l-applikant juri li għandu miżuri xierqa fis-seħħ biex jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-katina tal-provvista internazzjonali, inkluż fl-oqsma tal-integrità fiżika u l-kontrolli tal-aċċess, il-proċessi loġistiċi u l-immaniġġar ta’ tipi speċifiċi ta’ merkanzija, persunal u l-identifikazzjoni tas-sħab kummerċjali tiegħu. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu modalitajiet għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 31
L-għoti tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check)
1. Importatur, esportatur jew rappreżentant indirett li jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 u jkun wettaq operazzjonijiet doganali regolari matul in-negozju tiegħu għal tal-anqas sentejn, jista’ japplika għall-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) mal-awtorità doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet doganali oħrajn u awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta jkun neċessarju, u wara li jkollhom aċċess għad-data rilevanti tal-applikant għall-aħħar tliet snin sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3.
3. Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati kriminali serji marbuta ma’ attivitajiet ekonomiċi jew kummerċjali u l-ebda ksur serju jew ksur ripetut relatat ma’ dawk l-attivitajiet, u li jikkonċernaw:
|
|
(b) |
l-applikant juri li:
|
|
(c) |
l-applikant ikun finanzjarjament solventi, li għandu jitqies il-każ meta jkollu kapaċità finanzjarja tajba biżżejjed biex ikun jista’ jissodisfa l-impenji tiegħu, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi tat-tip ta’ attività kummerċjali kkonċernata, u, b’mod partikolari, li, matul it-tliet snin ta’ qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu fir-rigward tal-ħlas tad-dazji doganali u tad-dazji, tat-taxxi jew tal-imposti l-oħra kollha li jinġabru fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni tal-merkanzija jew b’rabta magħha, inkluż fuq il-VAT u fuq id-dazji tas-sisa dovuti b’rabta ma’ operazzjonijiet intra-Unjoni; |
|
(d) |
l-applikant ikollu standards prattiċi ta’ kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament mat-tip u mad-daqs tal-attività mwettqa, inkluż dwar kif jinteraġixxi permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(e) |
l-applikant ikollu standards ta’ sikurezza, sigurtà u konformità xierqa, inkluż standards ta’ sikurezza tal-prodotti, adattati għat-tip u d-daqs tal-attività mwettqa, li jitqies li hu l-każ meta l-applikant juri li għandu miżuri xierqa fis-seħħ biex jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-katina tal-provvista internazzjonali, inkluż fl-oqsma tal-integrità fiżika u l-kontrolli tal-aċċess, il-proċessi loġistiċi u l-immaniġġar ta’ tipi speċifiċi ta’ merkanzija, persunal u l-identifikazzjoni tas-sħab kummerċjali tiegħu; |
|
(f) |
l-applikant ikollu sistema elettronika li tipprovdi jew tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, kemm jista’ jkun teknikament possibbli viċin il-ħin reali, data dwar il-moviment tal-merkanzija u l-konformità tagħha mar-rekwiżiti kollha applikabbli għal dik il-merkanzija, inkluż dawk relatati mas-sikurezzau s-sigurtà, u, meta rilevanti, li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE:
|
|
(g) |
fil-każ ta’ applikant li jkun importatur għall-bejgħ mill-bogħod, dan ikun ġie rreġistrat u jkun ilu jagħmel użu xieraq mill-iskema IOSS għal mill-inqas sentejn. |
4. Kummerċjant ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjant Trust and Check) għandu jikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 9(2) u (3). L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw jekk il-kummerċjant ikomplix jissodisfa l-kriterji rilevanti u jikkonforma mal-obbligi rilevanti f’konformità mal-Artikolu 9(4).
Mill-inqas kull sentejn, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu monitoraġġ fil-fond, inkluż żjara fuq il-post, tal-attivitajiet u tar-rekords interni tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), bl-għan li jivverifikaw b’mod partikolari l-applikazzjoni prattika tal-proċeduri fis-seħħ sabiex jikkonformaw mal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jinforma lill-awtoritajiet doganali dwar kwalunkwe bidla fl-istruttura korporattiva, fis-sjieda, fis-sitwazzjoni tas-solvenza jew fil-mudelli ta’ negozjar tiegħu jew dwar kwalunkwe bidla sinifikanti oħra fis-sitwazzjoni u fl-attivitajiet tiegħu. L-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-istatus tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jekk kwalunkwe waħda minn dawk il-bidliet ikollha impatt sinifikanti fuq l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat. L-awtoritajiet doganali jistgħu jissospendu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-rivalutazzjoni.
5. Meta kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) ibiddel l-Istat Membru ta’ stabbiliment tiegħu, l-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jinforma lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru riċeventi dwar kwalunkwe bidla fl-istruttura korporattiva, fis-sjieda, fis-sitwazzjoni tas-solvenza jew fil-mudelli ta’ negozjar tiegħu jew dwar kwalunkwe bidla sinifikanti oħra fis-sitwazzjoni u fl-attivitajiet tiegħu jekk kwalunkwe waħda minn dawk il-bidliet jista’ jkollha impatt fuq l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat.
L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru riċeventi għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li inizjalment ikun ta jew aktar tard ivvaluta mill-ġdid dak l-istatus. Matul dik ir-rivalutazzjoni, l-awtorità doganali tal-Istat Membru riċeventi tista’ tissospendi l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). Tali sospensjoni għandha tiġi rreġistrata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
6. Meta jkun ġustifikat abbażi ta’ indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), l-Awtorità Doganali tal-UE, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali kompetenti involuti, tista’ tivverifika l-konformità mal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat ta’ operatur ekonomiku speċifiku.
L-eżitu tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali kompetenti involuti. Abbażi tal-eżitu tal-verifika, l-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tirrakkomanda lill-awtorità doganali kompetenti s-sospensjoni jew ir-revoka tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat.
L-awtorità doganali kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Awtorità Doganali tal-UE u lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE.
Meta l-awtorità doganali kompetenti tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jew meta l-azzjoni msemmija f’dak is-subparagrafu meħuda abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet individwali li jitolbu lill-Istat Membru li jkun ta l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat jissospendih jew jirrevokah sal-iskadenza stabbilita fid-deċiżjoni rilevanti. Tali sospensjoni jew revoka għandha tiġi rreġistrata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
7. Meta kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) ikun involut f’attività frawdolenti fir-rigward tal-attività ekonomika jew kummerċjali tiegħu jew meta l-awtoritajiet doganali jsiru konxji ta’ ksur minn kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra applikata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 27(2), il-punt (c), dak l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jiġi sospiż mill-awtoritajiet doganali. Dik is-sospensjoni għandha tiġi rreġistrata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
8. L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw lill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) sabiex jibbenefikaw minn waħda mis-simplifikazzjonijiet li ġejjin jew aktar, skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom:
|
(a) |
jipprovdu jew jagħmlu disponibbli parti mid-data dwar il-merkanzija tagħhom wara r-rilaxx ta’ dik il-merkanzija, f’konformità mal-Artikolu 74(5); |
|
(b) |
iwettqu ċerti kontrolli u jirrilaxxaw il-merkanzija malli jirċievu dik il-merkanzija fil-post tan-negozju tal-importatur, tas-sid jew tal-konsenjatarju jew mal-konsenja mill-post tan-negozju tal-esportatur, tas-sid jew tal-ispeditur, f’konformità mal-Artikolu 78(1) u (3); |
|
(c) |
jikkunsidraw li jipprovdu l-assigurazzjoni neċessarja tat-twettiq xieraq tal-operazzjonijiet għall-finijiet ta’ ħżin temporanju f’konformità mal-Artikolu 108(2), jew tal-kisba ta’ awtorizzazzjonijiet għal proċeduri speċjali f’konformità mal-Artikolu 125(4), l-Artikolu 126 u l-Artikolu 133(2); |
|
(d) |
jiddeterminaw kull ċertu żmien id-dejn doganali li jikkorrispondi għall-ammont totali ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni relatat mal-merkanzija kollha rilaxxata minn dak il-kummerċjant, f’konformità mal-Artikolu 205(5); |
|
(e) |
jiddeferixxu l-ħlas tad-dejn doganali f’konformità mal-Artikolu 212(2); |
|
(f) |
b’deroga mill-Artikolu 134, iċaqalqu l-merkanzija li tidħol jew toħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr l-obbligu li jpoġġuha fi tranżitu jekk il-merkanzija tkun taħt reġim ta’ sospensjoni tad-dazju u tkun taħt superviżjoni doganali sad-destinazzjoni finali tagħha fl-Unjoni. |
9. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jallinjaw il-prattika tagħhom tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 8 ma’ dawk ta’ awtoritajiet doganali oħra sabiex jiżguraw approċċ uniformi madwar l-Unjoni.
10. Kummerċjanti ta’ Fiduċja u Vverifikat (kummerċjanti Trust and Check) għandhom jgawdu minn aktar miżuri ta’ faċilitazzjoni minn operaturi ekonomiċi oħra fir-rigward tal-kontrolli doganali. L-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies b’mod favorevoli għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju doganali.
11. Bħala parti mill-protokolli u l-proċeduri għall-immaniġġar ta’ kriżijiet stabbiliti fl-Artikolu 227, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta’ kontinwità tal-operat biex tirrispondi għal tfixkil fil-flussi kummerċjali minħabba żidiet fil-livelli ta’ twissija tas-sigurtà, l-għeluq tal-fruntieri, diżastri naturali, emerġenzi perikolużi jew inċidenti kbar oħra. Il-mekkaniżmu ta’ kontinwità tal-operat għandu jipprevedi li l-awtoritajiet doganali jistgħu jiffaċilitaw u jħaffu, sa fejn ikun possibbli, il-merkanzija prijoritarja relatata mal-kummerċjanti ta’ Fiduċja u Vverifikat (kummerċjanti Trust and Check).
12. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a) |
ir-regoli dwar il-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jiġi determinat l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-iskadenzi għat-tweġibiet; |
|
(b) |
il-modalitajiet dwar l-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
it-tipi ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
ir-regoli dwar il-konsultazzjoni tal-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(e) |
ir-regoli dwar ir-rivalutazzjoni tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 32
Adattament tal-istatus ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati u kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check)
1. L-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari dawk tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, meta jivvalutaw jekk jissodisfawx il-kriterji sabiex jingħataw l-istatus ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati u ta’ kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida bil-ħsieb li tgħin lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju jagħmlu użu mill-istatus ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati u ta’ kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check).
KAPITOLU 5
Rappreżentazzjoni doganali
Artikolu 33
Rappreżentanti doganali
1. Kwalunkwe persuna tista’ taħtar rappreżentant doganali.
Tali rappreżentanza tista’ jew tkun diretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra, jew indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali jaġixxi f’ismu proprju iżda għan-nom ta’ persuna oħra.
2. Rappreżentant doganali indirett li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ importatur jew esportatur li jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun responsabbli in solidum ma’ dak l-importatur għall-finijiet tal-Artikolu 27(2) jew ma’ dak l-esportatur għall-finijiet tal-Artikolu 28(1).
3. Rappreżentant doganali indirett li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ importatur jew esportatur li ma jkunx stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jitqies li jkun l-importatur għall-finijiet tal-Artikolu 27(2) jew l-esportatur għall-finijiet tal-Artikolu 28(1).
4. Ir-rappreżentant doganali għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, għandu jingħata eżoneru minn dak ir-rekwiżit meta r-rappreżentant doganali jaġixxi għan-nom ta’ persuni li mhumiex meħtieġa jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
5. Rappreżentant doganali li jkollu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jiġi rrikonoxxut biss bħala kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) meta jaġixxi bħala rappreżentant indirett.
Meta jaġixxi bħala rappreżentant dirett, rappreżentant doganali li jkollu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu:
|
(a) |
jiġi rikonoxxut bħala kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jekk il-persuna li f’isimha u għan-nom tagħha jkun qed jaġixxi dak ir-rappreżentant tkun ingħatat tali status; |
|
(b) |
igawdi l-benefiċċji tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jekk il-persuna li f’isimha u għan-nom tagħha jkun qed jaġixxi dak ir-rappreżentant ma tkunx ingħatat l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). |
6. Rappreżentant doganali li jkollu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu jiġi rikonoxxut bħala operatur ekonomiku awtorizzat meta jaġixxi bħala rappreżentant dirett jew indirett.
7. Huwa biss rappreżentant doganali li jkollu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjoni doganali jew rappreżentant doganali li jkollu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) li għandu jkun intitolat għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:
|
(a) |
li jipprovdi tali servizzi fi Stat Membru għajr dak fejn huwa stabbilit; |
|
(b) |
li jqiegħed taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod. |
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom ma tapplikax l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 34
Għoti ta’ setgħa lir-rappreżentanti
1. Meta jkun qed jittratta mal-awtoritajiet doganali, rappreżentant doganali għandu jiddikjara li qed jaġixxi għan-nom tal-persuna rappreżentata u għandu jispeċifika jekk ir-rappreżentanza hijiex diretta jew indiretta.
Il-persuni li jonqsu milli jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali, jew li jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali mingħajr ma jingħataw is-setgħa li jagħmlu dan, għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu għan-nom proprju tagħhom jew f’isimhom stess.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jesiġu li persuni li jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali jagħtu prova li ngħataw is-setgħa ta’ rappreżentanza mill-persuna li huma jirrappreżentaw.
3. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx jirrikjedu li persuna, li taġixxi bħala rappreżentant doganali, li twettaq atti u formalitajiet fuq bażi regolari, tagħti f’kull okkażjoni prova tas-setgħa. Minkejja dan, tali persuna għandha dejjem tkun f’pożizzjoni li tipproduċi tali evidenza jekk tintalab tagħmel dan mill-awtoritajiet doganali.
TITOLU III
PJATTAFORMA TAD-DATA DOGANALI TAL-UE
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 35
Stabbiliment tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Artikolu 36
Objettivi tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tipprovdi pjattaforma tal-IT ċentralizzata sigura u ta’ reżiljenza ċibernetika, li sservi bħala l-punt ċentrali għall-iskambju tad-data mal-awtoritajiet doganali u bejniethom.
Aritikolu 37
Sovranità diġitali
1. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha titfassal sabiex tiżgura li d-data disponibbli fiha tkun protetta minn aċċess mhux awtorizzat u minn theddid ieħor għall-integrità u għas-sigurtà tagħha, li jkun fl-interess pubbliku.
L-infrastruttura tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għajr l-infrastruttura tat-trażmissjoni tat-telekomunikazzjoni għandha tkun ikkontrollata u amministrata unikament mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità Doganali tal-UE u għandha tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni.
2. Meta jwettqu kompiti relatati mal-iżvilupp, mal-hosting, mal-operat u mal-manutenzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, u kwalunkwe proċessar ta’ data relatat f’dik il-Pjattaforma, il-fornituri u fornituri oħrajn ta’ servizzi u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom ikunu affidabbli, siguri u ħielsa mill-influwenza ta’ gvernijiet ta’ pajjiżi terzi u ma għandhomx ikunu soġġetti direttament jew indirettament għal kwalunkwe liġi, inkluż ordnijiet eżekuttivi, ta’ pajjiż terz li tista’ tirrikjedi l-iżvelar ta’ data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE lil kwalunkwe awtorità ta’ dak il-pajjiż. Huma għandhom jiżguraw ukoll l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-indipendenza tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Dawk il-fornituri u fornituri oħra ta’ servizzi, u s-sottokuntratturi tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti legalment fl-Unjoni u ma jkunux ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn xi impriża ta’ pajjiż terz kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).
Għal servizzi kritiċi, inkluż kwalunkwe attività relatata mad-data, l-awtorità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-fornitur, fornitur ta’ servizzi ieħor jew sottokuntrattur ieħor ikollhom approvazzjoni tas-sigurtà.
3. L-awtorità kontraenti għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-offerenti, lill-fornituri u lil fornituri oħrajn ta’ servizzi, u lis-sottokuntratturi tagħhom, jipprovdu evidenza tal-miżuri li għandhom fis-seħħ sabiex jipprevjenu kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta’ data mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, inkluż dokumentazzjoni li tistabbilixxi li huma jissodisfaw l-obbligi stipulati fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-indipendenza u tan-nuqqas ta’ żvelar, u sabiex jipprovdu evidenza tal-fatt li huma affidabbli, siguri u ħielsa mill-influwenza ta’ gvernijiet ta’ pajjiżi terzi.
4. Is-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-komponenti, l-hardware u s-software kollha tal-IT għandha tiġi żgurata kemm jista’ jkun. L-awtorità kontraenti għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tista’ titlob li l-fornituri u fornituri oħra ta’ servizzi, u s-sottokuntrattur tagħhom, jipprovdu evidenza f’dak ir-rigward.
5. Meta l-awtorità kontraenti għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jkollha raġuni sabiex temmen li l-miżuri meħudin mill-offerenti, mill-fornituri u minn fornituri oħrajn ta’ servizzi, jew mis-sottokuntratturi tagħhom, sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ma jkunux biżżejjed, jew li l-evidenza pprovduta minnhom skont dan l-Artikolu ma tkunx kompletament affidabbli, hija tista’ tieħu kwalunkwe miżura skont il-kuntratt rilevanti jew fil-proċess ta’ akkwist rilevanti li hija tqis neċessarja sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni, inkluż is-sospensjoni jew it-terminazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ dak il-kuntratt jew l-esklużjoni minn dak il-proċess ta’ akkwist. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ rimedju addizzjonali ieħor previst:
|
(a) |
mill-awtorità kontraenti għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE fil-kuntratt rilevanti; jew |
|
(b) |
fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali. |
6. Sakemm ma jkunx previst fit-Titolu III jew XIII jew fi ftehim internazzjonali li bih hija marbuta l-Unjoni, id-data pproċessata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiż terz, ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti barra mit-territorju tal-Unjoni.
7. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha titfassal sa kemm ikun possibbli sabiex jiġu evitati ostakli prekummerċjali, kummerċjali, tekniċi, kuntrattwali u organizzazzjonali li jiskoraġġixxu, ifixklu jew jipprevjenu t-trasferiment jew il-portabbiltà ta’ data, ta’ applikazzjonijiet jew ta’ assi diġitali mill-awtorità kontraenti lil fornitur ieħor ta’ servizzi, jew l-użu tagħhom f’ambjent interoperabbli.
KAPITOLU 2
Aspetti, funzjonalitajiet, karatteristiċi tekniċi u applikazzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
Artikolu 38
Funzjonalitajiet u karatteristiċi tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tkun kompilazzjoni ta’ servizzi, applikazzjonijiet, data u infrastruttura elettroniċi għall-ipproċessar u l-ħżin tad-data, inkluż data personali, għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 41.
2. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tiġi żviluppata sabiex tippermetti l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, tar-Regolament (UE) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) u tad-Direttiva (UE) 2016/680 relatati mal-ipproċessar ta’ data personali.
3. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandu jkollha l-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
il-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni elettronika tal-leġiżlazzjoni doganali u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, b’mod partikolari: il-formalitajiet doganali; il-kontrolli doganali; il-kalkolu u n-notifika tad-dejn doganali u tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni, tal-VAT u tad-dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni; il-ġestjoni tal-garanzija; |
|
(b) |
l-iżgurar tal-kwalità, l-integrità, is-sigurtà, il-preservazzjoni, it-traċċabbiltà, il-kunfidenzjalità u n-nonripudju tad-data proċessata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, inkluż l-applikazzjoni tar-regoli għall-emenda, l-invalidazzjoni u t-tħassir ta’ tali data; |
|
(c) |
il-faċilitazzjoni tal-analiżi tar-riskju, l-analiżi ekonomika u l-analiżi tad-data, is-simplifikazzjoni tad-dwana u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-intelliġenza artifiċjali f’konformità mal-Regolament (UE) 2024/1689; |
|
(d) |
il-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà ma’ sistemi, ma’ pjattaformi jew ma’ ambjenti elettroniċi oħrajn għall-fini tal-kooperazzjoni f’konformità mat-Titolu XIII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
il-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà mas-Sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea għall-forniment u t-twettiq tal-formalitajiet doganali indikati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38); |
|
(f) |
l-integrazzjoni tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (EU CSW-CERTEX) stabbilita bl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2399 biex tippermetti l-interoperabbiltà mas-sistemi u l-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni msemmija f’dak ir-Regolament; |
|
(g) |
il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u awtoritajiet u korpi oħra skont it-Titolu XIII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(h) |
il-faċilitazzjoni tas-sorveljanza doganali tal-merkanzija; |
|
(i) |
il-faċilitazjzoni ta’ kapaċitajiet ta’ rappurtar, inkluż il-possibbiltà ta’ rappurtar ta’ merkanzija li għandha tiġi importata jew esportata li ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(j) |
l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, qafas ibbażat fuq il-governanza mfassal biex jipprevjeni l-vjolazzjoni ta’ data billi jissalvagwarda d-data minn telf, manipulazzjoni jew aċċess mhux awtorizzat, inkluż permezz ta’ mekkaniżmu għall-ittaggjar tad-data skont il-livell ta’ kunfidenzjalità tagħha; |
|
(k) |
il-faċilitazzjoni tal-portabbiltà tad-data mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE fis-sistemi nazzjonali; |
|
(l) |
l-għoti ta’ punt uniku ta’ aċċess u interfaċċi multilingwi; |
|
(m) |
il-permess tal-użu mill-ġdid tad-data sal-ogħla punt possibbli; |
|
(n) |
il-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà meħtieġa mas-sistemi tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-identità u l-awtorizzazzjoni tal-aċċess għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
4. L-atti mwettqa minn persuni, mill-Kummissjoni, mill-awtoritajiet doganali, mill-Awtorità Doganali tal-UE jew minn awtoritajiet oħrajn bl-użu tal-funzjonalitajiet elenkati fil-paragrafu 3 għandhom jibqgħu l-atti ta’ dawk il-persuni u l-awtoritajiet, anke jekk ikunu ġew awtomatizzati.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282:
|
(a) |
biex temenda l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-funzjonalitajiet imsemmijin fih sabiex jitqiesu l-kompiti l-ġodda mogħtija lill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament mid-dritt tal-Unjoni jew biex tadatta dawk il-funzjonalitajiet għall-ħtiġijiet li qed jevolvu ta’ dawk l-awtoritajiet meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni doganali jew leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-data li tista’ tkun soġġetta għall-portabbiltà mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE fis-sistemi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (k), ta’ dan l-Artikolu. |
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a) |
l-arranġamenti tekniċi għall-manutenzjoni u għall-użu tas-sistemi elettroniċi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni żviluppaw skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament (UE) 2022/2399 fir-rigward tar-Regolament (UE) 2023/2841 u tad-Direttiva (UE) 2022/2555, inkluż il-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA); |
|
(b) |
programm ta’ ħidma għall-eliminazzjoni gradwali progressiva tas-sistemi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u għall-fażi progressiva tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, li għandu jitfassal biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 39
Fażi pilota għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Qabel l-1 ta’ Marzu 2034, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi fażi pilota biex tittestja l-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE (il-“fażi pilota”). Il-parteċipazzjoni fil-fażi pilota għandha tkun volontarja.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Awtorità Doganali tal-UE, mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħra, u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti matul l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-fażi pilota.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-arranġamenti tekniċi għall-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-fażi pilota; |
|
(b) |
il-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE li għandhom jiġu applikati u ttestjati matul il-fażi pilota; |
|
(c) |
it-tul eżatt tal-fażi pilota. |
Artikolu 40
Applikazzjonijiet nazzjonali li jikkomplementaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet neċessarji sabiex jikkollegaw mal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sabiex jipprovdu data lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u jipproċessaw data minnha, meta tali applikazzjonijiet ma jkunux jeżistu diġà; |
|
(b) |
applikazzjonijiet addizzjonali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, f’koordinazzjoni mal-Awtorità Doganali tal-UE jew mal-Kummissjoni. |
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Awtorità Doganali tal-UE tiżviluppa l-applikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. Meta xieraq, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkoordina l-kofinanzjament ta’ tali żvilupp fost l-Istati Membri. Jekk ikunu disponibbli finanzjament u riżorsi xierqa fil-baġit tagħha, tali żvilupp jista’ jiġi ffinanzjat parzjalment mill-Awtorità Doganali tal-UE.
3. Meta l-Awtorità Doganali tal-UE tiżviluppa applikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2:
|
(a) |
dik l-applikazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas għall-Istati Membri kollha ta’ kofinanzjament, u, jekk dawk l-Istati Membri kollha ta’ kofinanzjament jaqblu, għandha tkun disponibbli wkoll mingħajr ħlas għal Stati Membri oħra; |
|
(b) |
l-iżvilupp ulterjuri u l-manutenzjoni ta’ dik l-applikazzjoni għandhom jiġu ġestiti abbażi ta’ ftehim ġdid ta’ kofinanzjament. |
KAPITOLU 3
Data
Artikolu 41
Finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali u ta’ data oħra fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Persuni jistgħu jipproċessaw id-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, li jkunu ttrażmettew jew li tkun ġiet trażmessa f’isimhom jew li tkun indirizzata lilhom jew maħsuba għalihom. Tali proċessar għandu jsir esklużivament sabiex:
|
(a) |
jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ dik il-persuna jew jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ dik il-persuna skont il-leġiżlazzjoni doganali jew leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, inkluż d-determinazzjoni tar-responsabbiltà ta’ kwalunkwe persuna għal kwalunkwe dazju, tariffa u taxxa dovuti fl-Unjoni; u |
|
(b) |
tintwera l-konformità ta’ dik il-persuna mal-leġiżlazzjoni doganali u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. |
2. Awtorità doganali tista’ tipproċessa data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-finijiet li ġejjin, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali jew ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, inkluż id-determinazzjoni tar-responsabbiltà ta’ kwalunkwe persuna għal kwalunkwe dazju, tariffa u taxxa dovuti fl-Unjoni u l-verifika tal-konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni; |
|
(b) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-kontrolli u tal-ġestjoni tar-riskju kif previst fit-Titolu IV; |
|
(c) |
it-twettiq tal-kompiti neċessarji għall-kooperazzjoni skont il-kundizzjonijiet previsti fit-Titolu XIII. |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali kollha jistgħu jirċievu u jipproċessaw id-data li tirriżulta minn kontroll doganali meta tkun instabet merkanzija mhux konformi.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tipproċessa d-data, inkluża data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-twettiq tal-kompiti previsti fl-Artikoli 42 u 43; |
|
(b) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha dwar il-ġestjoni tar-riskju doganali, kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu 2; |
|
(c) |
it-twettiq tal-kompiti previsti fit-Titolu XII, il-Kapitolu 2, u fit-Titolu XI; |
|
(d) |
it-twettiq tal-kompiti rilevanti għall-kooperazzjoni skont il-kundizzjonijiet previsti fit-Titolu XIII. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tipproċessa d-data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva maħżuna jew disponibbli b’mod ieħor fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju doganali, kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu 2; |
|
(b) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija, tal-oriġini u tal-valur tagħha u s-sorveljanza doganali tagħha, f’konformità mat-Titoli I u IX; |
|
(c) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward ta’ miżuri restrittivi u għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, f’konformità mat-Titolu XI; |
|
(d) |
it-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-Awtorità Doganali tal-UE, f’konformità mat-Titolu XII; |
|
(e) |
it-twettiq tal-kompiti neċessarji għall-kooperazzjoni, skont il-kundizzjonijiet previsti fit-Titolu XIII; |
|
(f) |
il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-unjoni doganali f’konformità mat-Titolu XV, il-Kapitolu 1; |
|
(g) |
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali jew ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, inkluż il-verifika tar-responsabbiltà ta’ kwalunkwe persuna għal kwalunkwe dazju, tariffa u taxxa dovuti fl-Unjoni; |
|
(h) |
l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika uffiċjali Ewropea u analiżijiet oħrajn previsti fl-atti legali tal-Unjoni li għalihom tkun neċessarja d-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(i) |
meta rilevanti, il-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, f’konformità mal-ambitu u l-iskop previsti fiha. |
5. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) jista’ jipproċessa data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu dwar kwistjonijiet doganali skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u tar-Regolament (KE) Nru 515/97, u skont il-kundizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti.
6. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sa fejn ikun neċessarju sabiex jiddeterminaw ir-responsabbiltà ta’ kwalunkwe persuna għal kwalunkwe dazju tas-sisa u taxxa dovuta fl-Unjoni b’rabta mal-merkanzija rilevanti, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 12.
7. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika uffiċjali nazzjonali, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 12.
8. L-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jipproċessaw data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-infurzar tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-introduzzjoni fis-suq jew is-sikurezza tal-ikel, tal-għalf u tal-pjanti u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali sabiex jimminimizzaw ir-riskji li l-prodotti mhux konformi jidħlu fl-Unjoni, u f’konformita mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu.
9. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq deżinjati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1020 jistgħu jipproċessaw data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, esklużivament u sa fejn ikun neċessarju għall-infurzar tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-introduzzjoni fis-suq jew is-sikurezza tal-prodotti u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali sabiex jiġu minimizzati r-riskji li merkanzija mhux konformi tidħol fl-Unjoni, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu.
10. Sat-28 ta’ Frar 2034, il-Kummissjoni, l-OLAF u, ladarba tiġi stabbilita, l-Awtorità Doganali tal-UE jistgħu jipproċessaw data, inkluż data personali, mis-sistemi elettroniċi eżistenti għall-iskambju ta’ informazzjoni żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, dment li jagħmlu dan esklużivament għall-finijiet dikjarati fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
11. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu billi tiċċara u tikkomplementa l-finijiet stabbiliti f’dawk il-paragrafi fid-dawl tal-ħtiġijiet li jevolvu tal-awtoritajiet doganali, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Kummissjoni meta jimplimentaw leġiżlazzjoni doganali jew leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali.
12. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli u modalitajiet għall-ipproċessar tad-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE mill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 6 sa 9. Fl-istabbiliment ta’ dawk ir-regoli u l-modalitajiet, il-Kummissjoni għandha, għal kull awtorità jew kategorija ta’ awtoritajiet:
|
(a) |
tivvaluta s-salvagwardji eżistenti applikati mill-awtorità jew il-kategorija ta’ awtoritajiet kkonċernati sabiex tiżgura li d-data tiġi proċessata biss għall-iskop rilevanti; |
|
(b) |
tiżgura l-proporzjonalità u n-neċessità tal-ipproċessar fir-rigward tal-iskop rilevanti; |
|
(c) |
tiddetermina l-kategoriji speċifiċi ta’ data li l-awtorità tista’ tipproċessa; |
|
(d) |
tirrikjedu li l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafi 6 sa 9, meta meħtieġ, jipprovdu punt ta’ kuntatt speċifiku jew salvagwardji addizzjonali; |
|
(e) |
tivvaluta l-ħtieġa li tirrestrinġi l-kondiviżjoni sussegwenti tad-data rilevanti. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 42
Dritt għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jikseb data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) għandu, fuq talba, jikseb data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sa fejn ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1939 f’konformità mal-modalitajiet stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-UPPE għandu jibgħat it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Awtorità Doganali tal-UE. L-awtoritajiet doganali għandhom jiġu nnotifikati awtomatikament b’dawn it-talbiet meta jsiru.
L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tipprovdi d-data rilevanti lill-UPPE malajr. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali kkonċernati dwar jekk tkunx ikkonformat mat-talba.
3. Il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tipprovdi interfaċċa diġitali li permezz tagħha l-UPPE jista’ jitlob u jikseb id-data faċilment u mingħajr dewmien.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-UPPE sabiex jitlob u jikseb data, inkluż data personali u kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, u b’mod partikolari:
|
(a) |
li jistabbilixxu l-modalitajiet għal talbiet mill-UPPE għal data, inkluż data personali jew kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(b) |
li jistabbilixxu l-proċedura biex tiġi verifikata l-konformità ta’ dawk it-talbiet mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tal-UPPE; |
|
(c) |
fejn xieraq, jindirizzaw il-ħtieġa li l-Awtorità Doganali tal-UE taħtar punt ta’ kuntatt, persuna jew persuni speċifiċi; |
|
(d) |
fejn xieraq, jindirizzaw il-ħtieġa li jiġu pprovduti salvagwardji addizzjonali. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 43
Drittijiet għall-Europol u l-Frontex biex jiksbu data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tista’, fuq talba, tikseb data, inkluż data personali u data kummerċjalment sensittiva, disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sa fejn ikun neċessarju sabiex twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/794 dment li dawk il-kompiti huma marbuta ma’ kwistjonijiet doganali u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tista’, fuq talba, tikseb data mhux personali jew data aggregata disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sa fejn ikun neċessarju għall-analiżi tar-riskju u għall-koordinazzjoni operazzjonali marbuta mal-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri li jaqgħu fil-mandat tagħha kif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/1896.
3. Kwalunkwe talba msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità Doganali tal-UE. Min jitlob id-data għandu jipprovdi r-raġunijiet għat-talba u jiżgura li din taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas legali li taħtu jopera min jitlob id-data.
4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tipproċessa t-talba għad-data msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u tivverifika jekk din tkunx saret f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tivverifika wkoll, f’kooperazzjoni mal-unità ċentrali nazzjonali rilevanti jew, jekk maħtur mill-Istat Membru rilevanti, uffiċjal ta’ kollegament, jekk l-awtorità doganali kkonċernata tkunx oġġezzjonat għat-trażmissjoni ta’ dik id-data lir-rikjedent tad-data abbażi tar-raġunijiet speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 u f’konformità mal-proċedura stabbilita fih.
5. Id-data skambjata skont dan l-Artikolu għandha tkun biss dik meħtieġa għall-finijiet iddikjarati fit-talba. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tagħmel dik id-data disponibbli permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE malajr.
6. Kull korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni koperti minn dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-data mitluba tkun meħtieġa, xierqa u proporzjonata. Il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernati għandhom jiżguraw ukoll li l-użu tad-data jkun f’konformità mas-salvagwardji stabbiliti fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda dan l-Artikolu sabiex tippermetti lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni, għajr dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, jitolbu u jiksbu data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu sa fejn ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u dment li dawk il-kompiti jkunu relatati ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni:
|
(a) |
li jistabblixxu l-modalitajiet għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni koperti minn dan l-Artikolu biex jitolbu u jiksbu d-data; |
|
(b) |
li jistabbilixxu l-proċedura għall-verifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari billi jispeċifikaw:
|
|
(c) |
li jistabbilixxu restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ulterjuri tad-data mir-rikjedent, u r-responsabbiltà għal dan it-trasferiment ulterjuri; |
|
(d) |
meta xieraq, jindirizzaw il-ħtieġa għar-rikjedent li jiddeżinja punt ta’ kuntatt speċifiku, persuna jew persuni jew li jipprovdi salvagwardji addizzjonali. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 44
Data personali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Id-data personali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li ġejjin tista’ tiġi proċessata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE esklużivament u sal-punt neċessarju għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 41:
|
(a) |
suġġetti tad-data rreġistrati jew li qed japplikaw għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 26(1), (3) jew (4); |
|
(b) |
suġġetti tad-data għajr dawk imsemmijin fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li okkażjonalment ikunu involuti f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali jew minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, jew li d-data personali tagħhom tkun tinsab fid-data miġbura għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 55(3), il-punt (a); |
|
(c) |
is-suġġetti tad-data li l-informazzjoni personali tagħhom tinsab fid-dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fl-Artikolu 76, jew fi kwalunkwe evidenza addizzjonali meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi imposti mil-leġiżlazzjoni doganali u minn leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(d) |
il-persunal awtorizzat tal-awtoritajiet doganali, ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn jew ta’ kwalunkwe awtorità jew ta’ korp awtorizzat rilevanti ieħor, li l-informazzjoni personali tagħhom tkun neċessarja sabiex jiġu żgurati kontroll u superviżjoni xierqa tal-aċċess għall-informazzjoni fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(e) |
persunal jew partijiet terzi awtorizzati jaħdmu għan-nom tal-Kummissjoni, l-Awtorità Doganali tal-UE jew korpi, uffiċċji jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni awtorizzati sabiex jaċċessaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
2. Il-kategoriji li ġejjin ta’ data personali jistgħu jiġu proċessati fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 41:
|
(a) |
data personali fil-mudell tad-Data Doganali tal-UE msemmi fl-Artikolu 49, u dik miġbura għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 55(3), il-punt (a), jiġifieri:
|
|
(b) |
data personali meħtieġa sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni xierqa tal-persunal awtorizzat sabiex jipproċessa d-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE msemmi fil-paragrafu 1, fil-punti (d) u (e), ta’ dan l-Artikolu, jiġifieri:
|
Artikolu 45
Perjodu taż-żamma tad-data personali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Id-data personali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ma tistax tinħażen għal aktar żmien milli jkun neċessarju għall-ipproċessar tagħha, u fi kwalunkwe każ ma tistax tinħażen għal aktar minn 10 snin mid-data li fiha tiġi rreġistrata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 68 fir-rigward ta’ investigazzjonijiet imnedija mill-OLAF, mill-UPPE jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta’ proċeduri ta’ ksur imnedija mill-Kummissjoni u ta’ proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji li jinvolvu data personali tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 44(2), il-punti (a) u (b), dik id-data tista’ tinżamm għal perjodu itwal minn 10 snin jekk ikun meħtieġ għall-fini ta’ dawk l-investigazzjonijiet, il-proċeduri jew il-proċedimenti.
2. Wara l-iskadenza tal-perjodu previst fil-paragrafu 1, id-data personali għandha titħassar jew tiġi anonimizzata, kif adatt b’kont meħud taċ-ċirkostanzi.
3. Il-kontrollur jew il-kontrollur konġunt tal-operazzjoni ta’ proċessar tad-data rilevanti għandu jwettaq rieżamijiet perjodiċi tad-data maħżuna fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sabiex jiżgura li d-data personali ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ.
Artikolu 46
Rwoli u responsabbiltajiet għad-data personali proċessata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għall-finijiet tal-ġestjoni u tal-kooperazzjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2), il-punti (b) u (c), fl-Artikolu 41(3), il-punti (b) u (d), u l-Artikolu 41(4), il-punti (a) u (e).
2. Kull awtorità doganali individwalment għandha titqies li tkun kontrollur fir-rigward tad-data personali li tipproċessa għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 41(2), il-punt (a). Meta żewġ awtoritajiet doganali jew aktar ikunu involuti fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 41(2), il-punt (a), għal finijiet konġunti u b’mezzi konġunti, dawn għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti.
3. Il-Kummissjoni għandha titqies li tkun il-kontrollur uniku fir-rigward tad-data personali li tipproċessa għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 41(4), il-punti (c), (d), (f) u (g).
4. Sat-28 ta’ Frar 2034, il-Kummissjoni, l-OLAF u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom kull wieħed jitqiesu bħala l-uniku kontrollur għad-data li jipproċessaw skont l-Artikolu 41(10).
5. Il-kontrolluri konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom:
|
(a) |
jaħdmu flimkien sabiex jipproċessaw it-talbiet magħmula mis-suġġetti tad-data fil-ħin u sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data; |
|
(b) |
jassistu lil xulxin fi kwistjonijiet li jinvolvu l-identifikazzjoni u t-trattament ta’ kwalunkwe vjolazzjoni ta’ data relatat mal-ipproċessar konġunt; |
|
(c) |
jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti neċessarja sabiex jinformaw lis-suġġetti tad-data skont il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2018/1725, u l-Kapitolu III tad-Direttiva (UE) 2016/680, meta applikabbli; |
|
(d) |
jiżguraw u jipproteġu s-sigurtà, l-integrità, id-disponibbiltà u l-kunfidenzjalità tad-data personali proċessata b’mod konġunt skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2016/680, meta applikabbli. |
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rwoli u r-relazzjonijiet ta’ kull wieħed mill-kontrolluri konġunti msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-suġġetti tad-data, f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 47
Restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data
1. Meta l-eżerċizzju minn suġġett tad-data tad-dritt ta’ aċċess u tad-dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 15 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikoli 17 u 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jew il-komunikazzjoni ta’ vjolazzjoni ta’ data msemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, jipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja li tikkonċerna persuna fiżika fil-qasam doganali, it-twettiq ta’ kontrolli doganali jew il-ġestjoni ta’ riskju speċifiku identifikat fir-rigward ta’ persuna fiżika fil-qasam doganali, dawk id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti kompletament jew parzjalment, dment li r-restrizzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata. Dik ir-restrizzjoni għandha tiġi imposta:
|
(a) |
mill-awtoritajiet doganalif’konformità mal-Artikolu 23(1), il-punti (c), (e), (f) u (h), tar-Regolament (UE) 2016/679; jew |
|
(b) |
mill-Kummissjoni u mill-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 25(1), il-punti (a), (c), (e) u (g), tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
2. L-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jivvalutaw in-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 fuq bażi ta’ każ b’każ qabel ma jiġu applikati, filwaqt li jitqiesu r-riskji potenzjali għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġett tad-data.
3. Meta jipproċessaw data personali riċevuta minn organizzazzjonijiet oħra fil-kuntest tal-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet doganali, l-Awtorità Doganali tal-UE jew il-Kummissjoni, meta jaġixxu bħala kontrollur jew kontrollur konġunt, għandhom, qabel ma japplikaw restrizzjoni tad-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, jikkonsultaw lil dawk l-organizzazzjonijiet dwar ir-raġunijiet potenzjali għal tali restrizzjoni u jekk humiex meħtieġa u proporzjonati.
4. Meta l-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni jew l-Awtorità Doganali tal-UE tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, hija għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a) |
tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħhom għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni, u bil-possibbiltà li jippreżenta lment mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data jew mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; u |
|
(b) |
tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluż valutazzjoni tan-neċessità għal dik ir-restrizzjoni u l-proporzjonalità tagħha, u r-raġunijiet għaliex l-għoti ta’ aċċess jipperikola l-ġestjoni tar-riskju u l-kontrolli doganali. |
L-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew miċħud f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, jew meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jkun ta’ preġudizzju għall-finijiet tar-restrizzjoni.
5. L-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni jew l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinkludi taqsima fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web jew l-intranet tagħha li tipprovdi informazzjoni ġenerali lis-suġġetti tad-data dwar il-possibbiltà ta’ restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż tad-data personali, u tal-aċċess għalija jew tat-trażmissjoni illegali tagħha li fir-rigward tagħha japplikaw jew jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet. Tali salvagwardji għandhom, fost l-oħrajn, jiddeterminaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tad-diversi atturi, jistabbilixxu l-passi proċedurali li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ tali restrizzjonijiet, jispeċifikaw x’jikkostitwixxi monitoraġġ xieraq tar-restrizzjonijiet, u jipprevedu r-rieżami perjodiku tal-applikazzjoni tagħhom, li għandu jsir mill-inqas kull sitt xhur. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 48
Superviżjoni koordinata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom biex jiżguraw superviżjoni koordinata tal-funzjonament tal-Pjattaforma tad-data doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 49
Mudell tad-Data Doganali tal-UE
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw id-data meħtieġa għall-kisba tal-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 41(1) sa (4). Dawk ir-rekwiżiti tad-data għandhom jikkostitwixxu l-Mudell tad-Data Doganali tal-UE.
Artikolu 50
Mezzi tekniċi għall-kooperazzjoni
1. Il-Kummissjoni, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE meta jiskambjaw data mal-awtoritajiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 41(6) sa (9) u fl-Artikoli 42 u 43 għall-finijiet ta’ kooperazzjoni skont dan ir-Regolament.
2. Meta l-operaturi ekonomiċi jużaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE biex jikkonformaw mal-formalitajiet doganali skont dan ir-Regolament, il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet imsemmijin fl-Artikolu 8(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2022/2399.
3. Meta l-awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali jew il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jagħmlu użu minn mezzi elettroniċi stabbiliti b’atti legali tal-Unjoni, użati sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawn, jew imsemmijin fihom, il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament tista’ sseħħ permezz tal-interoperabbiltà ta’ dawk il-mezzi elettroniċi mal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
4. Meta l-awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali ma jagħmlux użu minn mezzi elettroniċi stabbiliti b’atti legali tal-Unjoni, użati sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawn, jew imsemmijin fihom, huma jistgħu jużaw is-servizzi u s-sistemi speċifiċi tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 41.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u l-konnessjoni skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 4
Dispożizzjonijiet oħra
Artikolu 51
Żvilupp, tħaddim u manutenzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, topera u żżomm il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
2. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tafda l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE lill-Awtorità Doganali tal-UE, b’kont meħud ta’ jekk l-Awtorità Doganali tal-UE tkunx f’pożizzjoni li twettaq dawk il-kompiti.
3. L-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar tad-data fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(b) |
l-istabbiliment ta’ qafas tal-kwalità tad-data; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE previsti fl-Artikolu 38(3), bl-eċċezzjoni tal-manutenzjoni u tal-aġġornamenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli tal-VAT u tad-dazju tas-sisa, li għandhom isiru mill-Istati Membri; |
|
(d) |
it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ gwida ġenerali għall-użu tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(e) |
l-istabbiliment ta’ punt ta’ kuntatt pubbliku għall-assistenza lill-utenti tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, inkluż għat-theddid għas-sigurtà; |
|
(f) |
l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
Artikolu 52
Kontinwità tal-operat
1. Il-Kummissjoni u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jiżguraw li l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jkollha fis-seħħ miżuri ta’ kontinwità tal-operat inkluż, fejn meħtieġ, mekkaniżmi ta’ sostituzzjoni u protokolli għall-irkupru tad-data, sabiex tkun tista’ topera anke fil-każ ta’ kriżi serja jew li jkollha fis-seħħ proċeduri ta’ riżerva adegwati. Is-siti tal-infrastruttura tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandhom ikunu ġeografikament mifruxa sabiex jiġi żgurat l-operat tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’każ ta’ ħsara f’wieħed mis-siti tagħha.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu l-proċeduri ta’ riżerva msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 53
Derogi
F’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tadotta att ta’ implimentazzjoni, fil-forma ta’ deċiżjoni, li jawtorizza lil dak l-Istat Membru jew lil dawk l-Istati Membri jużaw servizzi jew sistemi elettroniċi funzjonalment ekwivalenti għajr dawk implimentati fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE jew jużaw mezzi għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data għall-funzjonalitajiet implimentati fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu:
|
(a) |
ma għandux jaffettwa l-funzjonament tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u l-kompletezza tad-data maħżuna sakemm ma jintużawx tekniki oħra tal-ipproċessar elettroniku tad-data; |
|
(b) |
għandu jiġi ġġustifikat mis-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rikjedenti; |
|
(c) |
għandu jkun limitat fiż-żmien, rieżaminata perjodikament u revokata meta ma tkunx għadha ġustifikata; |
|
(d) |
għandu jiġi adottat biss jekk ma jaffettwax l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri rikjedenti u Stati Membri oħrajn u l-Awtorità Doganali tal-UE jew l-iskambju u l-ħżin ta’ informazzjoni fi Stati Membri oħrajn għall-fini tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(e) |
ma għandux jirriżulta fl-esklużjoni permanenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri rikjedenti milli jużaw il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; |
|
(f) |
jista’ jiġi estiż f’każijiet debitament ġustifikati fuq talba tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. |
TITOLU IV
SUPERVIŻJONI DOGANALI, ĠESTJONI TAR-RISKJU U KONTROLLI DOGANALI
KAPITOLU 1
Superviżjoni doganali
Artikolu 54
Superviżjoni doganali
1. Merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni tista’ tkun soġġetta għal miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju bbażati, b’mod partikolari, fuq id-data pprovduta jew magħmula disponibbli fir-rigward ta’ dik il-merkanzija.
2. Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun taħt superviżjoni doganali mill-mument tad-dħul tagħha f’dak it-territorju.
3. Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tibqa’ taħt superviżjoni doganali:
|
(a) |
fil-każ ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni, sakemm jinbidel l-istatus doganali tagħha, jew sakemm tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tinqered; |
|
(b) |
fil-każ ta’ merkanzija tal-Unjoni, sakemm jiġi kkonfermat l-istatus doganali tagħha, sakemm ma titqiegħedx taħt il-proċedura tal-użu aħħari. |
4. merkanzija tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari għandha tibqa’ taħt superviżjoni doganali:
|
(a) |
meta l-merkanzija tkun adattata għal użu ripetut, għal perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn mid-data tal-ewwel użu tagħha għall-finijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata tad-dazju mnaqqsa; |
|
(b) |
sakemm il-merkanzija tkun intużat għall-finijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata tad-dazju mnaqqsa; |
|
(c) |
sakemm il-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, tinqered jew tiġi abbandunata f’idejn l-Istat; |
|
(d) |
sakemm il-merkanzija tkun intużat għal finijiet oħrajn minbarra dawk stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata tad-dazju mnaqqsa u jkun tħallas id-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli. |
5. Il-merkanzija tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni jew ta’ proċessar passiv għandha tibqa’ taħt superviżjoni doganali sakemm tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, tiġi abbandunata f’idejn l-Istat jew tinqered, jew sakemm id-dikjarazzjoni doganali jew id-data rilevanti dwar il-proċedura ta’ esportazzjoni jew ta’ proċessar passiv jiġu invalidati.
6. Il-merkanzija tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern għandha tibqa’ taħt superviżjoni doganali sakemm l-awtoritajiet doganali jirrilaxxaw il-proċedura f’konformità mal-Artikolu 129(2).
7. Il-merkanzija m’għandiex titneħħa mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali.
8. Bil-permess tal-awtoritajiet doganali, id-detentur tal-merkanzija taħt superviżjoni doganali jista’ jeżamina l-merkanzija jew jieħu kampjuni fi kwalunkwe ħin, b’mod partikolari sabiex jiddetermina l-klassifikazzjoni tariffarja, il-valur doganali jew l-istatus doganali tagħha.
KAPITOLU 2
Ġestjoni tar-riskju doganali
Artikolu 55
Prinċipji ġenerali
1. L-Awtorità Doganali tal-UE, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali għandhom, abbażi tal-ġestjoni tar-riskju u primarjament tal-analiżi tar-riskju awtomatizzata, u f’konformità mar-rwoli tagħhom kif stipulat f’dan il-Kapitolu, jiddeterminaw jekk il-merkanzija, il-persuni, l-operaturi ekonomiċi, il-mezzi tat-trasport u l-ktajjen tal-provvista humiex se jkunu soġġetti għal miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u, jekk iva, fejn u meta dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju se jidħlu fis-seħħ.
2. Il-Kummissjoni, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw il-ġestjoni tar-riskju doganali sabiex jiddifferenzjaw bejn il-livelli tat-tipi kollha ta’ riskji assoċjati mal-merkanzija, mal-persuni, mal-operaturi ekonomiċi, mal-mezzi tat-trasport u mal-ktajjen tal-provvista f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.
3. Il-ġestjoni tar-riskju doganali għandha tinkludi tal-anqas l-attivitajiet li ġejjin, li fejn xieraq, għandhom jiġu organizzati fuq bażi ċiklika:
|
(a) |
il-ġbir, l-ipproċessar, l-iskambju u l-analiżi tad-data rilevanti disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u minn sorsi oħrajn, inkluż dawk is-sorsi identifikati fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, kif ukoll minn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni, l-analiżi, il-valutazzjoni, jew it-tbassir tar-riskji, inkluż fuq il-bażi ta’ metodi statistiċi u ta’ tbassir u ta’ kontrolli aleatorji; |
|
(c) |
l-iżvilupp tal-miżuri neċessarji għall-ġestjoni tar-riskji, inkluż l-istabbiliment ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni, ta’ kriterji u standards komuni tar-riskju, u ta’ strateġiji ta’ superviżjoni; |
|
(d) |
il-preskrizzjoni u t-teħid ta’ azzjoni, inkluż l-għażla ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju; |
|
(e) |
il-ġbir ta’ feedback dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju; |
|
(f) |
il-monitoraġġ u r-rieżami tal-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju bl-għan li jittejbu. |
4. Meta jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju doganali msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità, minn importatur, esportatur jew importatur għall-bejgħ mill-bogħod, ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali li tkun ġiet innotifikata lill-awtoritajiet doganali. Tali nuqqas ta’ konformità għandu jitqies għall-fini tal-profil tar-riskju tal-importatur jew l-esportatur rilevanti.
Artikolu 56
Rwol il-Kummissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 58(1), il-punt (e), u l-Artikolu 63, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tqis, fejn disponibbli, l-eżitu tal-proċess skont l-Artikolu 232(6), tistabbilixxi oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju għal kwalunkwe tip ta’ riskju, inkluż riskji relatati mal-interessi finanzjarji, iżda mhux limitat għalihom.
2. Minbarra l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’:
|
(a) |
tipprovdi lill-Awtorità Doganali tal-UE b’orjentazzjonijiet ta’ politika dwar proġetti ta’ ġestjoni tar-riskju u strateġiji ta’ superviżjoni; |
|
(b) |
titlob lill-Awtorità Doganali tal-UE twettaq evalwazzjoni perjodika jew ad hoc tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività ta’ ġestjoni tar-riskju; |
|
(c) |
titlob lill-Awtorità Doganali tal-UE tħejji strateġija ta’ superviżjoni għal kwalunkwe riskju u twettaq valutazzjonijiet ad hoc tat-theddid doganali, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 57(1). |
3. Il-Kummissjoni tista’, fejn huwa neċessarju għall-finijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, tipproċessa u tanalizza d-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u minn sorsi oħrajn, inkluż is-sorsi identifikati fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, kif ukoll minn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali.
Artikolu 57
Rwol l-Awtorità Doganali tal-UE
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq valutazzjoni perjodika tat-theddid sabiex isservi bħala bażi għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 232(6).
2. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tqis kif xieraq l-orjentazzjonijiet ta’ politika msemmijin fl-Artikolu 56(2), il-punt (a), u l-eżitu possibbli tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 232(6). B’mod partikolari, l-Awtorità Doganali tal-UE:
|
(a) |
tista’ tippreżenta kontribut lill-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 56(1); |
|
(b) |
tista’ tassisti lill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u l-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 56(1), filwaqt li tqis l-għarfien operazzjonali u l-għarfien espert tekniku fil-ġestjoni tar-riskju; |
|
(c) |
għandha tiżviluppa strateġiji ta’ superviżjoni, fejn xieraq ma’ awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali, u twettaq valutazzjonijiet ad hoc tat-theddid doganali kif imsemmi fl-Artikolu 56(2), il-punt (c); |
|
(d) |
għandha tiskambja data rilevanti mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, meta possibbli permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 60; |
|
(e) |
meta tidentifika jew tissuspetta każijiet ta’ frodi, tinforma lill-OLAF u tipprovdilu l-informazzjoni kollha neċessarja relatata ma’ dawk il-każijiet; tista’ wkoll tinforma lill-Europol fil-limiti tal-mandat tal-Europol |
|
(f) |
għandha tiżviluppa gwida operazzjonali għal attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jinvolvu aktar minn awtorità doganali waħda; |
|
(g) |
għandha tiżviluppa u twettaq analiżi tar-riskju komuni u tiġġenera riżultati tal-analiżi tar-riskju u, fejn jiġi identifikat ir-riskju, toħroġ rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll u miżuri xierqa oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju lill-awtoritajiet doganali, inkluż għall-applikazzjoni tal-oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u l-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju u għall-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li tqis is-severità tar-riskju u l-impatt raġonevolment mistenni fuq il-flussi tal-kummerċ u fuq ir-riżorsi ta’ kontroll tal-Istati Membri individwali; |
|
(h) |
tista’ tipprovdi input lill-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ qafas dwar il-“prinċipju kkonforma jew spjega” applikabbli għar-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, li għandu jintuża mill-awtoritajiet doganali f’każ li ma jsegwux tali rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll; |
|
(i) |
għandha tieħu miżuri għall-ġestjoni tal-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, filwaqt li tqis l-impatt raġonevolment mistenni fuq il-flussi kummerċjali u s-severità tar-riskju, meta ma jkunx fattibbli li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll minħabba restrizzjonijiet fir-riżorsi ta’ uffiċċju doganali rilevanti. |
3. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’, fejn neċessarju għall-finijiet msemmija fil-paragrafu 2, tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u minn sorsi oħrajn, inkluż dawk is-sorsi identifikati fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, kif ukoll minn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali.
4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali dwar l-attivitajiet tagħha ta’ ġestjoni tar-riskju u l-eżiti tagħhom fuq bażi ad hoc, meta jkun neċessarju, jew meta tintalab tagħmel dan mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
5. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Awtorità Doganali tal-UE msemmijin f’dan l-Artikolu.
Artikolu 58
Rwol l-awtoritajiet doganali nazzjonali
1. L-awtoritajiet doganali għandhom:
|
(a) |
iwettqu attivitajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tar-riskju, inkluż l-analiżi tar-riskju, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, u jwettqu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju; |
|
(b) |
jimplimentaw il-proċessi nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju; |
|
(c) |
iwettqu, fejn xieraq, analiżi tar-riskju nazzjonali sabiex jimplimentaw is-sinjali tar-riskju, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll iġġenerati mill-Awtorità Doganali tal-UE jew minn awtoritajiet doganali oħrajn u, fejn neċessarju, jieħdu miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju; |
|
(d) |
joħorġu rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll u jindikaw miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju lill-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħra, filwaqt li jqisu l-gwida operazzjonali msemmija fl-Artikolu 57(2), il-punt (f); |
|
(e) |
jieħdu deċiżjonijiet ta’ kontroll; |
|
(f) |
iwettqu kontrolli f’konformità mal-Kapitolu 2 u ma’ kwalunkwe kriterju u standard komuni tar-riskju applikabbli; |
|
(g) |
jipprovdu spjegazzjoni lill-Awtorità Doganali tal-UE f’każ li ma’ tkunx ġiet segwita rakkomandazzjoni ta’ kontroll jew ma tkunx ittieħdet miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju. |
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu, fejn huwa neċessarju għall-finijiet msemmija fil-paragrafu 1, jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw id-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u minn sorsi oħrajn, inkluż sorsi identifikati fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, kif ukoll minn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet doganali.
Artikolu 59
Kriterji u standards komuni tar-riskju
1. Il-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għandhom jinkludu:
|
(a) |
deskrizzjoni tar-riskji; |
|
(b) |
il-fatturi jew l-indikaturi tar-riskju li għandhom jintużaw sabiex tintgħażel merkanzija jew operaturi ekonomiċi għall-kontrolli doganali; |
|
(c) |
in-natura ta’ kontrolli doganali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali; |
|
(d) |
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ analiżi tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju fil-katina tal-provvista, inkluż talbiet għal informazzjoni jew għal azzjoni u struzzjoni sabiex ma titgħabbhiex merkanzija jew ma tiġix ittrasportata; u |
|
(e) |
it-tul tal-applikazzjoni tal-kontrolli doganali msemmija fil-punt (c). |
2. Fl-istabbiliment ta’ kriterji u standards komuni tar-riskju, il-Kummissjoni għandha tqis dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-proporzjonalità meta mqabbla mar-riskju; |
|
(b) |
l-urġenza tal-applikazzjoni meħtieġa tal-kontrolli; |
|
(c) |
l-impatt raġonevolment mistenni fuq il-fluss tal-kummerċ u fuq ir-riżorsi ta’ kontroll tal-Istati Membri individwali. |
Artikolu 60
Informazzjoni rilevanti għall-ġestjoni u għall-kontrolli tar-riskju
1. L-informazzjoni dwar ir-riskju, is-sinjali tar-riskju, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, id-deċiżjonijiet ta’ kontroll, ir-riżultati ta’ kontroll u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għandhom jiġu rreġistrati fil-proċess operazzjonali li magħhom ikunu relatati u fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, irrispettivament minn jekk humiex ibbażati fuq analiżi tar-riskju nazzjonali jew komuni jew fuq għażla aleatorja. L-awtoritajiet doganali għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar ir-riskju ma’ xulxin, mal-Awtorità Doganali tal-UE u mal-Kummissjoni.
2. L-awtoritajiet doganali, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Kummissjoni għandu jkollhom id-dritt li jipproċessaw l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu skont ir-rwoli tagħhom kif imsemmijin fl-Artikoli 56 sa 58 u l-Artikolu 61 u jibnu fuq id-drittijiet rispettivi tagħhom għall-aċċess u l-ipproċessar tad-data stipulata fl-Artikolu 41.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha, fejn possibbli, tuża l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE sabiex tiġbor, jew tinteropera ma’ kwalunkwe sors ieħor ta’ data, ta’ dokumenti jew ta’ informazzjoni identifikati bħala rilevanti għall-ġestjoni tar-riskju mill-Awtorità Doganali tal-UE, mill-Kummissjoni jew minn awtorità doganali. Jekk tintuża kwalunkwe sistema oħra għajr il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, dik is-sistema għandha tissodisfa l-istess standards fir-rigward tas-sikurezza tad-data, tas-sigurtà tad-data u tal-integrità tad-data kif stabbilit fit-Titolu III.
4. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE msemmijin f’dan l-Artikolu.
Artikolu 61
Evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju doganali
1. Minn tal-inqas kull sena, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Awtorità Doganali tal-UE u mal-awtoritajiet doganali, għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju sabiex ittejjeb kontinwament l-effettività u l-effiċjenza operazzjonali u strateġiċi u tippubblika informazzjoni mhux sensittiva tagħha dwar dik l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel arranġamenti sabiex jitwettqu attivitajiet ta’ evalwazzjoni meta tqis li dawn ikunu neċessarji, u fuq bażi kontinwa.
2. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni rilevanti u twettaq l-attivitajiet neċessarji kollha. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ titlob rapporti perjodiċi jew ad hoc minn Stat Membru wieħed jew aktar f’dak ir-rigward sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi estratta mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
3. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għall-fini tal-qadi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tagħha skont dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista’ tipproċessa kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u tista’ titlob informazzjoni mhux disponibbli hemmhekk mingħand l-Awtorità Doganali tal-UE u mingħand l-awtoritajiet doganali.
4. Fl-istabbiliment ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 56(1), fl-Artikolu 57(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 59, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Kummissjoni għandhom iqisu, fejn rilevanti, l-evalwazzjonijiet imwettqa skont dan l-Artikolu.
Artikolu 62
L-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri sabiex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali u tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u l-istabbiliment ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u ta’ kriterji u standards komuni tar-riskju msemmijin f’dan it-Titolu. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE fir-rigward tal-ġestjoni u tal-kontrolli tar-riskju, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-riskju, tar-riżultati tal-analiżi tar-riskju, tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, tar-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll tad-deċiżjonijiet ta’ kontroll, tar-riżultati ta’ kontroll u tad-drittijiet għall-aċċess u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni bħal din; |
|
(b) |
miżuri proċedurali għall-użu tranżizzjonali tas-sistemi ta’ informazzjoni doganali eżistenti jew għall-aċċess għalihom; |
|
(c) |
miżuri proċedurali għall-ġestjoni tal-interoperabbiltà bejn il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u sistemi oħra; |
|
(d) |
miżuri proċedurali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-obbligu ta’ rapportar fil-kuntest ta’ kontrolli ta’ wara r-rilaxx u ta’ kontrolli aleatorji; |
|
(e) |
arranġamenti għall-kooperazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-Awtorità Doganali tal-UE u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji speċifiċi oħrajn tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan it-Titolu; |
|
(f) |
l-identifikazzjoni tal-awtorità doganali kompetenti fil-każ ta’ proċessi speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju, li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed; |
|
(g) |
aspetti proċedurali tal-kontrolli, inklużi l-kontrolli ta’ wara r-rilaxx, li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, u d-disponibbiltà tar-riżultati tal-kampjuni u ta’ kontrolli oħrajn bejn l-awtoritajiet doganali kkonċernati; |
|
(h) |
arranġamenti għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riskju bejn l-awtoritajiet doganali, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Kummissjoni; |
|
(i) |
oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u kriterji u standards komuni tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 56(1), fl-Artikolu 57(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 59, inkluż il-modalitajiet għall-applikazzjoni tagħhom fuq bażi urġenti fejn meħtieġ; |
|
(j) |
il-qafas dwar il-prinċipju “ikkonforma jew spjega” f’każ li rakkomandazzjoni ta’ kontroll ma tkunx ġiet segwita, kif imsemmi fl-Artikolu 57(2), il-punt (h). |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
2. Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati li jikkonċernaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż il-modalitajiet għall-applikazzjoni tagħhom fuq bażi urġenti bħala tweġib b’mod effettiv għal kriżijiet jew għal inċidenti li jistgħu joħolqu riskju imminenti għas-sikurezza jew għas-sigurtà, relatati mal-ħtieġa li tiġi aġġornata malajr il-ġestjoni komuni tar-riskju u li l-iskambju ta’ informazzjoni, l-oqsma ta’ kontroll prijoritarju komuni u l-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju jiġu adattati għall-evoluzzjoni tar-riskji, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
KAPITOLU 3
Kontrolli doganali
Artikolu 63
Kontrolli doganali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kwalunkwe kontroll doganali li jqisu meħtieġ, inkluż kontrolli aleatorji.
2. Il-kontrolli doganali jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn:
|
(a) |
l-eżaminazzjoni tal-merkanzija; |
|
(b) |
it-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija; |
|
(c) |
il-verifika tal-awtentiċità, l-integrità, il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli minn kwalunkwe persuna; |
|
(d) |
il-verifika tal-eżistenza, tal-awtentiċità, tal-preċiżjoni u tal-validità tad-dokumenti; |
|
(e) |
l-eżaminazzjoni tal-kontijiet, tar-rekords kummerċjali u tas-sorsi tad-data tal-operaturi ekonomiċi; |
|
(f) |
l-ispezzjoni tal-mezzi tat-trasport; |
|
(g) |
l-ispezzjoni ta’ bagalji u merkanzija oħra li jinġarru minn persuni jew fuqhom; |
|
(h) |
it-twettiq ta’ inkjesti uffiċjali; u |
|
(i) |
atti oħra simili. |
Meta jkun neċessarju, il-kontrolli doganali jistgħu jinkludu l-ipproċessar ta’ data elettronika, u s-sors tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
3. Meta jkollhom jitwettqu kontrolli għajr kontrolli doganali minn awtoritajiet oħrajn fuq l-istess merkanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ dawk l-awtoritajiet l-oħrajn sabiex, kull fejn ikun possibbli, dawk il-kontrolli l-oħrajn ikunu jistgħu jitwettqu fl-istess ħin u post bħall-kontrolli doganali (il-prinċipju ta’ “punt uniku ta’ servizz”). Meta jitwettqu kontrolli oħra fl-istess ħin bħall-kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom ir-rwol ta’ koordinazzjoni.
4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li jwettqu kontrolli f’post li jinnominaw.
Artikolu 64
Verifika tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli
1. Mill-mument li l-persuni jipprovdu jew jagħmlu disponibbli data lill-awtoritajiet doganali, dawk l-awtoritajiet jistgħu, għall-fini tal-verifika tal-preċiżjoni ta’ tali data:
|
(a) |
jeżaminaw id-data u d-dokumenti ta’ sostenn, inkluż l-aċċess għas-sorsi tad-data miżmuma mill-operaturi ekonomiċi jew maħżuna f’isimhom mill-fornituri ta’ servizzi; |
|
(b) |
jirrikjedu l-forniment ta’ dokumenti jew ta’ data oħra, inkluża data miżmuma mill-operaturi ekonomiċi jew maħżuna f’isimhom mill-fornituri ta’ servizzi; |
|
(c) |
jirrikjedu l-aċċess għar-rekords elettroniċi tal-persuna; |
|
(d) |
jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(e) |
jieħdu kampjuni għall-analiżi jew għall-eżaminazzjoni dettaljata tal-merkanzija. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri dwar il-verifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 65
L-eżami u t-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu li merkanzija tinħatt u titneħħa mill-pakketti għall-fini tal-eżami tagħha, teħid ta’ kampjuni tagħhom jew eżaminazzjoni tal-mezzi ta’ trasport użati fil-ġarr tagħha.
2. It-trasport tal-merkanzija lejn il-postijiet fejn trid tiġi eżaminata u fejn iridu jittieħdu kampjuni minnha, u l-immaneġġjar kollu neċessarju sabiex isir eżami bħal dan jew sabiex jittieħdu l-kampjuni, għandu jitwettaq minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu. Il-kostijiet għandhom jiġġarrbu mill-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu.
3. L-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandu jkollu d-dritt li jkun preżenti jew ikun rappreżentat meta tiġi eżaminata l-merkanzija u meta jittieħdu l-kampjuni minnha. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet biżżejjed sabiex jagħmlu dan, jistgħu jitolbu lill-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jkun preżenti jew ikun rappreżentat meta tiġi eżaminata l-merkanzija jew jittieħdu kampjuni minnha jew sabiex jagħtihom l-għajnuna neċessarja sabiex ikun iffaċilitat tali eżami jew teħid ta’ kampjuni.
4. Sakemm il-kampjuni jittieħdu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, l-awtoritajiet doganali m’għandhomx ikunu responsabbli li jħallsu xi kumpens għalihom iżda għandhom iħallsu l-kostijiet tal-analiżi jew l-eżami tagħhom.
5. Meta tiġi eżaminata parti biss mill-merkanzija, jew mill-kampjuni meħudin, ir-riżultati tal-eżami parzjali, jew tal-analiżi jew tal-eżami tal-kampjuni, għandhom jiġu kkunsidrati li japplikaw għall-istess merkanzija kollha fl-istess kunsinna.
Madankollu, l-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jista’ jitlob eżami jew kampjunar ulterjuri tal-merkanzija jekk iqis li r-riżultati tal-eżami parzjali, jew tal-analiżi jew tal-eżami tal-kampjuni meħudin, ma jkunux validi fir-rigward tal-bqija tal-merkanzija kkonċernata. Dik it-talba għandha tintlaqa’ dment li l-merkanzija ma tkunx ġiet irrilaxxata jew, jekk tkun ġiet irrilaxxata, li l-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu juri bil-provi li bl-ebda mod ma sar tibdil fiha.
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-importatur, l-esportatur, it-trasportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jista’, bi spejjeż tiegħu, jitlob eżami jew teħid ta’ kampjuni addizzjonali.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri dwar l-eżami u t-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 66
Rizultati tal-verifika
1. Ir-riżultati tal-verifika, f’konformità mal-Artikolu 64, tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli mill-importatur, mill-esportatur, mit-trasportatur jew mid-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha titqiegħed il-merkanzija u ta’ obbligi oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
2. Ir-riżultati tal-verifika magħmula mill-awtoritajiet doganali għandu jkollhom l-istess forza konklussiva f’kull parti tat-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Meta d-data pprovduta jew magħmula disponibbli mill-importatur, mill-esportatur, mit-trasportatur jew mid-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu ma tiġix ivverifikata, għandu japplika l-paragrafu 1 abbażi ta’ dik id-data.
4. Meta l-awtoritajiet doganali jsibu li ċerta merkanzija jew ċerta merkanzija li tifforma parti minn kunsinna ma tkunx konformi, huma għandhom jivvalutaw jekk merkanzija oħra li tinsab fi kwalunkwe kunsinna oħra tippreżentax riskju simili f’konformità mal-kriterji li għandhom jiġu stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 5. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li l-merkanzija kkonċernata ma tkunx konformi u jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn rilevanti f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, jew jirrifjutaw ir-rilaxx ta’ dik il-merkanzija l-oħra skont l-Artikolu 77(4).
Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-importatur jipprovdi prova li l-merkanzija li ma tkunx ġiet ivverifikata tkun konformi.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a) |
miżuri dwar ir-riżultati tal-verifika msemmija f’dan l-Artikolu; u |
|
(b) |
il-kriterji li skonthom l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkunsidraw ir-riżultati tal-verifika bħala evidenza li merkanzija oħra tippreżenta riskju simili ta’ nuqqas ta’ konformità kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 67
Miżuri ta’ identifikazzjoni
1. L-awtoritajiet doganali jew, meta xieraq, l-operaturi ekonomiċi awtorizzati li jagħmlu hekk mill-awtoritajiet doganali, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jidentifikaw il-merkanzija meta tkun meħtieġa l-identifikazzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali rilevanti li taħtha jkun hemm l-intenzjoni li titqiegħed il-merkanzija.
Dawk il-miżuri ta’ identifikazzjoni għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull parti tat-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħlin mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi tat-trasport għandhom jitneħħew jew jinqerdu biss mill-awtoritajiet doganali jew, meta l-awtoritajiet doganali jawtorizzawhom sabiex jagħmlu dan, minn persuni oħrajn, ħlief meta, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, it-tneħħija jew il-qerda ta’ tali mezzi ta’ identifikazzjoni tkun essenzjali sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-merkanzija jew tal-mezzi tat-trasport.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw liema miżuri jikkostitwixxu l-miżuri ta’ identifikazzjoni msemmijin f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 68
Il-kontrolli wara r-rilaxx
1. Għall-fini tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, wara r-rilaxx tal-merkanzija:
|
(a) |
jivverifikaw l-akkuratezza u l-kompletezza tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli u l-eżistenza, l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn; |
|
(b) |
jeżaminaw il-kontijiet tal-operatur ekonomiku u rekords oħrajn relatati mal-operazzjonijiet fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni u operazzjonijiet kummerċjali preċedenti jew sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija; |
|
(c) |
jeżaminaw ukoll tali merkanzija u jieħdu kampjuni fejn xieraq u meta jkun għadu possibbli għalihom li jagħmlu dan; |
|
(d) |
jaċċessaw is-sistemi tal-operaturi ekonomiċi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-obbligu li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli data għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. |
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru fil-bini tal-importatur, tal-esportatur, tad-detentur tal-merkanzija, ta’ kwalunkwe persuna oħra direttament jew indirettament involuta fl-operazzjonijiet fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni f’kapaċità ta’ negozju jew ta’ kwalunkwe persuna oħra fil-pussess tad-dokumenti u d-data msemmija f’dak il-paragrafu għall-finijiet ta’ negozju.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri li għandhom japplikaw għall-kontrolli msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż f’każijiet li fihom l-operazzjonijiet isiru f’aktar minn Stat Membru wieħed, u dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġiji xierqa oħrajn fil-kuntest ta’ kontrolli bħal dawn. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 69
Awditi
1. Għall-finijiet tal-awditi, l-awtoritajiet doganali jistgħu:
|
(a) |
iwettqu eżami tal-ġestjoni, l-organizzazzjoni, il-proċeduri interni jew is-sistemi interni tal-operatur ekonomiku, bħall-kontabbiltà u l-loġistika, sabiex jiġbru, jivvalutaw u jipprovdu evidenza dwar il-konformità tal-operatur ekonomiku mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti applikati mill-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
iwettqu analiżi estensiva tal-operazzjonijiet, il-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni tal-operatur ekonomiku. |
2. L-awditi jistgħu jsiru fil-bini tad-detentur tal-importatur, tal-esportatur, tad-detentur tal-merkanzija, jew ta’ kwalunkwe persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità ta’ negozju jew ta’ kwalunkwe persuna oħra fil-pussess tad-dokumenti u d-data rilevanti għall-awditu.
Artikolu 70
Vjaġġar bl-ajru u bil-baħar fi ħdan l-Unjoni
1. Kontrolli jew formalitajiet doganali fir-rigward tal-bagalji tal-istiva u tal-kabina ta’ persuni f’titjira fi ħdan l-Unjoni, jew li jaqsmu l-baħar fi ħdan l-Unjoni, għandhom isiru biss fil-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni doganali tipprevedi dan.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dawn:
|
(a) |
is-sikurezza u s-sigurtà; |
|
(b) |
il-kontrolli marbutin ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-portijiet jew l-ajruporti fejn jiġu applikati l-kontrolli u l-formalitajiet doganali għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-bagalji tal-istiva u tal-kabina ta’ persuni:
|
|
(b) |
bagalji tal-kabina u tal-istiva:
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
TITOLU V
TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI
KAPITOLU 1
Status doganali tal-merkanzija
Artikolu 71
Preżunzjoni tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni
1. Il-merkanzija kollha fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun meqjusa bħala merkanzija li għandha status doganali tal-Unjoni, sakemm ma jkunx stabbilit li ma hijiex merkanzija tal-Unjoni.
2. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, il-preżunzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika. B’riżultat ta’ dan, għandu jkun meħtieġ li jiġi ppruvat li l-merkanzija ikkonċernata għandha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
3. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, il-merkanzija miksuba għalkollox fit-territorju doganali tal-Unjoni li tinkiseb minn merkanzija f’ħażna temporanja, jew minn merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, proċedura ta’ ħżin, il-proċedura ta’ dħul temporanju jew il-proċedura ta’ proċessar attiv, ma għandux ikollha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom ma tapplikax il-preżunzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ miżuri ta’ faċilitazzjoni għall-kompitu li jiġi ppruvat li l-merkanzija għandha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
jiddeterminaw każijiet speċifiċi li fihom il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 3 ma jkollhiex l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni. |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar l-għoti u l-verifika tal-mezzi ta’ prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 72
It-telfien tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni
Il-merkanzija tal-Unjoni għandha ssir merkanzija mhux tal-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta din tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, dment li ma jkunux japplikaw ir-regoli dwar it-tranżitu intern; |
|
(b) |
meta din tkun qiegħdet skont il-proċedura ta’ tranżitu estern, proċedura ta’ ħżin jew il-proċedura ta’ proċessar attiv, jekk permess mil-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(c) |
meta din tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ użu aħħari u jew tiġi sussegwentement abbandunata lill-Istat, jew jinqerdu u jibqa’ l-iskart; |
|
(d) |
meta l-informazzjoni pprovduta jew magħmula disponibbli, jew fejn applikabbli d-dikjarazzjoni, għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tiġi invalidata wara li l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata. |
Artikolu 73
Merkanzija tal-Unjoni li titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni fuq bażi temporanja
1. Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 136(2), il-punti (b) sa (e), il-merkanzija għandha żżomm l-istatus doganali tagħha ta’ merkanzija tal-Unjoni biss f’każ li dak l-istatus jiġi stabbilit skont il-kundizzjonijiet u bil-mezzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
2. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, il-merkanzija tal-Unjoni tista’ timxi, mingħajr ma tkun soġġetta għal proċedura doganali, minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni u temporanjament ‘il barra minn dak it-territorju mingħajr tibdil tal-istatus doganali tagħha.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom l-istatus doganali tal-merkanzija ma jinbidilx, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU 2
Tqegħid u rilaxx
Artikolu 74
Tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura doganali
1. L-importaturi, l-esportaturi u d-detenturi tal-proċedura ta’ tranżitu għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli, fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, id-data neċessarja għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata malli dik id-data tkun disponibbli u fi kwalunkwe każ qabel in-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija.
2. Billi jipprovdu jew jagħmlu disponibbli n-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija, l-importaturi, l-esportaturi u d-detenturi tal-proċedura ta’ tranżitu jikkonfermaw lill-awtoritajiet doganali l-intenzjoni tagħhom li jqiegħdu l-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata.
3. Persuna li tagħmel użu mill-iskema IOSS għandha tipprovdi jew tagħmel disponibbli d-data dwar il-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija li tkun ser titqiegħed taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-jum ta’ wara d-data li fiha l-ħlas għall-bejgħ ikun ġie aċċettat u fi kwalunkwe każ qabel in-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija.
4. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 178, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati marbuta mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn jew mad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu lil esportatur, detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jew importatur għajr l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod jipprovdi jew jagħmel disponibbli parti mid-data, għajr informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija wara r-rilaxx tal-merkanzija.
L-esportatur, id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jew l-importatur għajr l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni li tħalliet barra f’limitu ta’ żmien speċifiku.
5. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 178, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati marbutin mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn jew mad-determinazzjoni tal-valur finali tal-merkanzija, kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għajr l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod jistgħu jipprovdu jew jagħmlu disponibbli parti mid-data, għajr informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija, wara r-rilaxx tal-merkanzija. Il-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni li titħalla barra sal-limitu ta’ żmien speċifiku.
6. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, il-merkanzija tista’ titqiegħed taħt proċedura doganali bl-użu ta’ mezzi oħra għajr il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
7. Il-merkanzija għandha titqiegħed taħt il-proċedura doganali kkonċernata malli tiġi rrilaxxata.
Id-data tan-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija għandha tkun id-data li għandha tintuża għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha titqiegħed il-merkanzija u għall-formalitajiet l-oħrajn kollha ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jiddeterminaw id-data speċifika msemmija fil-paragrafu 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-simplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
jiddeterminaw id-data speċifika li tista’ tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli wara r-rilaxx tal-merkanzija u l-limiti ta’ żmien għall-provvista jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali data, fejn jiġi applikat il-paragrafu 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-mezzi għajr il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE li jistgħu jintużaw għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali. |
Artikolu 75
Forom oħra ta’ notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija
L-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jista’ jipprovdi jew jagħmel disponibbli n-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija permezz ta’:
|
(a) |
in-notifika tal-wasla tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jekk il-ħażna temporanju jew it-tqegħid taħt proċedura doganali jseħħu fl-uffiċċju doganali tad-dħul; jew |
|
(b) |
in-notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-punt tal-ħruġ jekk il-ħażna temporanja sseħħ fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ. |
Artikolu 76
Informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn
1. Meta jipprovdu jew jagħmlu disponibbli d-data u l-informazzjoni meħtieġa għall-proċedura doganali speċifika li fiha l-merkanzija titqiegħed jew tkun maħsuba sabiex titqiegħed, il-persuni għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli kopji diġitali tad-dokumenti stampati oriġinali użati sabiex jiksbu dik id-data u dik l-informazzjoni, meta jkunu jeżistu tali dokumenti stampati oriġinali.
2. Sat-28 ta’ Frar 2034, meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali, id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha tkun iddikjarata l-merkanzija għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali fil-ħin li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni.
3. Id-dokumenti ta’ sostenn għall-formalitajiet tal-Unjoni mhux doganali applikabbli elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399 għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti jew tqiegħdu għad-dispożizzjoni jew li jkunu fil-pussess tad-dikjarant jekk l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jiksbu d-data neċessarja mis-sistemi mhux doganali korrispondenti tal-Unjoni permezz tas-Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati tat-Tieqa Unika Doganali tal-Unjoni Ewropea (EU CSW-CERTEX) f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punti (a) u (c) ta’ dak ir-Regolament.
4. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu pprovduti jew isiru disponibbli wkoll minn persuni meta jkunu neċessarji għall-ġestjoni u għall-kontrolli tar-riskju doganali.
5. Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi ekonomiċi jfasslu d-dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fil-paragrafu 3.
6. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor għal dokumenti speċifiċi, il-persuna kkonċernata għandha, għall-finijiet ta’ kontrolli doganali, iżżomm id-dokumenti u l-informazzjoni għal mill-inqas tliet snin, f’forma li tista’ tiġi aċċessata mill-awtoritajiet doganali u li tkun aċċettabbli għalihom. Dak il-perjodu għandu jiddekorri:
|
(a) |
fil-każ ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, minn tmiem is-sena li fiha ma jibqgħux soġġetti għal superviżjoni doganali; |
|
(b) |
fil-każ ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali oħra jew ta’ merkanzija f’ħażna temporanja, minn tmiem is-sena li fiha l-proċedura doganali kkonċernata ngħalqet jew il-ħażna temporanja ntemmet; |
|
(c) |
f’każijiet mhux koperti mill-punti (a) u (b), mill-aħħar tas-sena li fiha l-merkanzija tiġi rilaxxata. |
7. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 206(4), fejn kontroll doganali fir-rigward ta’ dejn doganali juri li l-entrata rilevanti fil-kontijiet teħtieġ li tkun korretta u l-persuna kkonċernata kienet notifikata dwar dan, id-dokumenti u l-informazzjoni għandhom jinżammu għal tliet snin oħra wara l-limitu taż-żmien previst fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
8. Meta jkun ippreżentat appell jew meta jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, id-dokumenti u l-informazzjoni għandhom jinżammu għall-perjodu previst fil-paragrafu 6 jew sakemm il-proċedura tal-appelli jew il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji jintemmu, skont liema sseħħ l-aħħar.
Artikolu 77
Rilaxx tal-merkanzija
1. L-awtoritajiet doganali responsabbli għat-tqegħid tal-merkanzija fi proċedura doganali f’konformità mal-Artikolu 6(1), punt (d) u l-Artikolu 6(2) għandhom jiddeċiedu dwar ir-rilaxx tal-merkanzija filwaqt li jqisu r-riżultati tal-analiżi tar-riskju tad-data fid-dikjarazzjoni doganali jew id-data pprovduta jew li ssir disponibbli mill-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu u, meta applikabbli, ir-riżultati ta’ kwalunkwe miżura ta’ kontroll jew ta’ mitigazzjoni tar-riskju.
2. Ir-rilaxx tal-merkanzija ma għandux jitqies bħala prova tal-konformità.
3. Il-merkanzija għandha tiġi rrilaxxata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali jkunu ġew infurmati dwar liema persuna hija l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu responsabbli għall-merkanzija; |
|
(b) |
ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata skont l-Artikoli 74, 109, 114, 140, 142, 145, 153, 156, 158 u 161; u |
|
(c) |
il-merkanzija ma ntgħażlet għall-ebda kontroll jew intgħażlet għall-kontrolli u dawk il-kontrolli ma rriżultaw fl-ebda sejba li tiġġustifika r-rifjut tar-rilaxx ta’ dik il-merkanzija. |
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrifjutaw ir-rilaxx fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata ma jkunux sodisfatti, inkluż kwalunkwe formalità mhux doganali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2022/2399 rilevanti għall-merkanzija; |
|
(b) |
meta jkollhom xi evidenza li l-merkanzija ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
meta jkollhom evidenza li d-data pprovduta jew magħmula disponibbli ma tkunx akkurata. |
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu r-rilaxx fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta jkollhom raġuni sabiex jemmnu li l-merkanzija ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni doganali jew leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jew li tippreżenta riskju serju għas-saħħa u għall-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għall-ambjent, jew għal kwalunkwe interess pubbliku ieħor; |
|
(b) |
meta awtoritajiet kompetenti oħrajn ikunu talbu dan f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali. |
Ksur sistematiku, determinat għal operatur ekonomiku f’konformità mal-Artikolu 276(5), għandu jikkostitwixxi raġuni sabiex wieħed jemmen, kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fir-rigward tal-merkanzija kollha notifikata bħala disponibbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dak l-operatur ekonomiku fi żmien minn tal-inqas sitt xhur mid-determinazzjoni tal-ksur.
6. Meta r-rilaxx ikun ġie sospiż f’konformità mal-paragrafu 5, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali, u:
|
(a) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikunu talbu dan f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali, jirrifjutaw ir-rilaxx; |
|
(b) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jkunu approvaw ir-rilaxx, jirrilaxxaw il-merkanzija; |
|
(c) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ma jkunux wieġbu fil-limitu ta’ żmien determinat fil-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali jew, fin-nuqqas ta’ tali limitu ta’ żmien, fi żmien ħamest ijiem, jirrilaxxaw il-merkanzija; jew |
|
(d) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn talbu li jagħmlu dan minħabba li nnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġi vvalutat jekk il-merkanzija tikkonformax mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali, iżommu s-sospensjoni għal mhux aktar minn 90 jum. |
7. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jitqiesu li jkunu rrilaxxaw il-merkanzija meta ma jkunux għażluha għal kwalunkwe kontroll, fi ħdan perjodu raġonevoli wara li:
|
(a) |
il-merkanzija tal-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod tkun waslet fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-merkanzija tal-importaturi tkun waslet fid-destinazzjoni finali tagħha; jew |
|
(c) |
l-esportatur ikun bagħat l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq. |
8. Meta l-awtoritajiet doganali jissospendu r-rilaxx tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 5, jew irrifjutaw ir-rilaxx tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, il-punt (a), huma għandhom jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, fejn applikabbli. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali l-oħrajn.
9. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu rrifjutaw ir-rilaxx tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 4 jew 6, il-punt (a):
|
(a) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ma jkunux oġġezzjonaw, il-merkanzija tista’ sussegwentement titqiegħed taħt proċedura doganali oħra b’indikazzjoni li l-merkanzija kienet ġiet irrifjutata qabel għal proċedura doganali oħra; |
|
(b) |
jekk l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikunu oġġezzjonaw għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw dik l-informazzjoni fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u jaġixxu f’konformità mat-Titolu V, il-Kapitolu 4. |
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
id-determinazzjoni tal-perjodi raġonevoli ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-każijiet speċifiċi elenkati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; jew |
|
(c) |
l-istabbiliment ta’ każijiet speċjali addizzjonali li fihom l-awtoritajiet doganali jitqiesu li jkunu rrilaxxaw il-merkanzija. |
Artikolu 78
Rilaxx tal-merkanzija għan-nom tal-awtoritajiet doganali mill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check)
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 77(1), l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) sabiex jirrilaxxaw il-merkanzija f’isimhom malli jirċievu dik il-merkanzija fil-post tan-negozju tal-importatur, tas-sid jew tal-konsenjatarju jew malli jintbagħtu mill-post tan-negozju tal-esportatur, tas-sid jew tal-ispeditur, dment li d-data neċessarja għall-proċedura rilevanti u l-informazzjoni f’ħin reali dwar il-wasla jew id-dispaċċ tal-merkanzija tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali.
2. Il-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) li joperaw maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod f’konformità mal-Artikolu 145 għandhom jirrilaxxaw biss il-merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali u li tkun lesta biex tiġi offruta għall-bejgħ fit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) jwettqu ċerti kontrolli fuq merkanzija taħt superviżjoni doganali. Sabiex il-kontrolli jitwettqu skont leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkonsultaw ma’ awtoritajiet kompetenti oħra qabel ma jagħtu tali awtorizzazzjoni u jistgħu jaqblu dwar pjan ta’ kontroll magħhom.
4. Meta kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) awtorizzat skont il-paragrafu 3 ikollu raġuni sabiex jemmen li l-merkanzija ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali, huwa għandu jinnotifika minnufih lill-awtoritajiet doganali. Malli jirċievu tali notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeċiedu dwar ir-rilaxx jew il-kontroll ta’ dik il-merkanzija.
5. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrikjedu li kummerċjant ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjant Trust and Check) jippreżenta l-merkanzija għal kontroll f’uffiċċju doganali jew fejn il-merkanzija kienet maħsuba li tiġi rrilaxxata.
6. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu identifikaw riskju finanzjarju serju ġdid jew sitwazzjoni speċifika oħra fir-rigward tar-rilaxx tal-merkanzija f’isimhom, huma jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 12(2).
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jistabbilixxu l-proċedura għar-rilaxx tal-merkanzija għan-nom tal-awtoritajiet doganali mill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check); |
|
(b) |
jistabbilixu l-kundizzjonijiet, l-ispeċifikazzjoni tal-kontenut u l-istabbiliment tal-proċedura għall-kontrolli mwettqa mill-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check). |
Artikolu 79
Emendar tal-informazzjoni għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali
1. Qabel id-data tar-rilaxx tal-merkanzija, l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandu jemenda element tad-data wieħed jew aktar ipprovduti jew magħmula disponibbli għat-tqegħid ta’ dik il-merkanzija taħt proċedura doganali:
|
(a) |
meta jsiru jafu li l-informazzjoni rilevanti nbidlet fir-rekords tagħhom, jew li tali informazzjoni mhix korretta; jew |
|
(b) |
meta awtorità doganali titlobhom jagħmlu dan minħabba l-ineżattezza jew l-inkompletezza tad-data jew kwistjonijiet bil-kwalità tad-data. |
2. L-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu ma għandhomx jemendaw l-informazzjoni meta:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali jkunu għarrfuha li jkollhom il-ħsieb jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali jkunu infurmawha li huma stabbilew li d-data pprovduta jew magħmula disponibbli mhix korretta; jew |
|
(c) |
il-merkanzija tkun diġà ġiet rilaxxata. |
3. Fi żmien tliet snin mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija, l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jista’ jirrikjedi l-emenda ta’ element tad-data wieħed jew aktar previsti jew magħmula disponibbli għat-tqegħid ta’ dik il-merkanzija taħt proċedura doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew jirrifjutawx l-emenda, filwaqt li jqisu r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi relatati mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw il-każijiet li fihom id-data tista’ tiġi emendata wara d-data tar-rilaxx f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għall-emendar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 80
Invalidazzjoni tad-data għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali
1. Jekk l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jsir jaf li l-merkanzija li ser titqiegħed taħt proċedura doganali mhux ser tiddaħħal jew tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, dan għandu mill-aktar fis possibbli jinvalida d-data għat-tqegħid ta’ dik il-merkanzija taħt dik il-proċedura doganali.
Jekk il-merkanzija li għandha titqiegħed taħt proċedura doganali ma tiddaħħalx jew tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fi żmien 200 jum mid-data li fiha l-informazzjoni d-data għat-tqegħid ta’ dik il-merkanzija taħt dik il-proċedura doganali tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-data.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, mal-applikazzjoni tal-importatur, tal-esportatur jew tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, jinvalidaw id-data għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali li għaliha tkun ingħatat jew saret disponibbli n-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija meta l-awtoritajiet doganali jkunu sodisfatti li:
|
(a) |
il-merkanzija ser titqiegħed minnufih taħt proċedura doganali oħra; jew |
|
(b) |
bħala riżultat ta’ ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali primarja ma tibqax aktar iġġustifikata. |
Madankollu, fejn l-awtoritajiet doganali jkunu għarrfu lill-importatur, lill-esportatur jew lid-detentur tal-proċedura bl-intenzjoni tagħhom li jeżaminaw il-merkanzija, applikazzjoni għall-invalidazzjoni tad-data m’għandiex tkun aċċetata qabel ma jsir l-eżami.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw il-każijiet li fihom id-data għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali tista’ tiġi invalidata wara d-data ta’ rilaxx tal-merkanzija.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-invalidazzjoni tad-data għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar id-dikjarazzjonijiet doganali
Artikolu 81
Dikjarazzjoni doganali
1. Id-dikjarazzjonijiet doganali għandhom isiru bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.
2. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, dikjarazzjoni doganali tista’ tiġi ppreżentata billi jintużaw mezzi oħrajn li ma jkunux tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.
3. Ħlief fejn previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi ppreżentata f’wieħed minn dawn li ġejjin, skont iċ-ċirkostanzi:
|
(a) |
l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post tal-ewwel wasla tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni; jew |
|
(b) |
l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post tal-ħatt tal-merkanzija li tasal fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru; |
|
(c) |
l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni tal-proċedura ta’ tranżitu jekk il-merkanzija tkun daħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni mqiegħda taħt proċedura ta’ tranżitu; |
|
(d) |
l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tinsab il-merkanzija li tkun ser titqiegħed taħt proċedura ta’ tranżitu; |
|
(e) |
l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post tal-istabbiliment tal-operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali li jkun awtorizzat japplika l-iżdoganar ċentralizzat; |
|
(f) |
l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tinsab il-merkanzija li tkun maħsuba sabiex tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom tista’ tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali billi jintużaw mezzi oħrajn li ma jkunux tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni:
|
(a) |
li jistabbilixxu l-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
li jistabbilixxu r-regoli għad-determinazzjoni tal-uffiċċji doganali kompetenti għajr dak imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, inkluż uffiċċji doganali tad-dħul u uffiċċji doganali tal-ħruġ. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 82
Dikjarazzjoni doganali standard
1. Sat-28 ta’ Frar 2034, id-dikjarazzjonijiet doganali standard għandu jkun fihom id-data kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata u d-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 76.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali standard imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 83
Dikjarazzjoni simplifikata
1. Sat-28 ta’ Frar 2034, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li persuna jkollha merkanzija taħt proċedura doganali fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata li tħalli barra ċerta data jew mid-dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fl-Artikolu 76.
2. Sat-28 ta’ Frar 2031, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw l-użu regolari ta’ dikjarazzjoni simplifikata.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni simplifikata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 84
Id-dikjrazzjoni supplimentari
1. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83 jew f’każ ta’ entrata fil-kotba tad-dikjarant msemmija fl-Artikolu 92, id-dikjarant għandu jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari li jkun fiha d-data meħtieġa għall-proċedura doganali kkonċernata fl-uffiċċju doganali kompetenti f’limitu ta’ żmien speċifiku.
Fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83, id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali f’limitu ta’ żmien speċifiku.
Id-dikjarazzjoni supplimentari tista’ tkun ta’ natura ġenerali, perjodika jew rikapitulattiva.
2. L-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta’ ħżin doganali; |
|
(b) |
f’każijiet speċifiċi oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali. |
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu eżoneru mir-rekwiżit tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni supplimentari fejn:
|
(a) |
id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83 tikkonċerna merkanzija li l-valur u l-kwantità tagħha huma taħt il-limitu msemmi fl-Artikolu 194(8); |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83 diġà jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-proċedura doganali kkonċernata; u |
|
(c) |
id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83 ma saritx b’entrata fir-rekords tad-dikjarant. |
4. Id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 83 u d-dikjarazzjoni supplimentari għandhom jitqiesu bħala strument wieħed, indiviżibbli li jidħol fis-seħħ fid-data meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 87.
L-entrata fir-rekords tad-dikjarant imsemmija fl-Artikolu 92 u d-dikjarazzjoni supplimentari għandhom jitqiesu bħala strument wieħed, indiviżibbli li jidħol fis-seħħ fid-data meta l-merkanzija tiddaħħal fir-rekords tad-dikjarant.
5. Il-post fejn għandha tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari għandu jitqies, għall-finijiet tal-Artikolu 193, li jkun il-post fejn kienet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
il-limitu ta’ żmien speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu li fih għandha tiġi ppeżentata d-dikjarazzjoni supplimentari; |
|
(b) |
il-limitu ta’ żmien speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu li fih id-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
il-każijiet speċifiċi li fihom ma japplikax l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b) ta’ dan l-Artikolu. |
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 85
Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali
1. Sat-28 ta’ Frar 2034, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(1), dikjarazzjoni doganali tista’ tiġi ppreżentata minn kwalunkwe persuna li tkun kapaċi tipprovdi l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li fir-rigward tagħha tiġi ddikjarata l-merkanzija. Dik il-persuna għandha tkun kapaċi wkoll tippreżenta l-merkanzija rilevanti lid-dwana jew tkun kapaċi tara li tiġi ppreżentata lid-dwana minn persuna oħra.
Madankollu, fejn l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali timponi obbligi partikolari fuq persuna speċifika, dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata minn dik il-persuna jew mir-rappreżentant tagħha.
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod għandha tiġi ppreżentata minn waħda mill-persuni li ġejjin:
|
(a) |
il-persuna permessa li tagħmel użu mill-iskema IOSS jew ir-rappreżentant indirett tagħha; |
|
(b) |
il-persuna permessa li tagħmel użu mill-arranġament speċjali stabbilit fit-Titolu XII, il-Kapitolu 7, tad-Direttiva 2006/112/KE jew ir-rappreżentant indirett tagħha; |
|
(c) |
f’każijiet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), ir-rappreżentant indirett tal-importatur; |
|
(d) |
f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), kwalunkwe persuna oħra li hija kapaċi tipprovdi l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha hija ddikjarata l-merkanzija. |
3. Id-dikjarant għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, mhuwiex meħtieġ li d-dikjaranti li ġejjin jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni:
|
(a) |
persuni li jippreżentaw dikjarazzjoni doganali għal tranżitu jew għal dħul temporanju; |
|
(b) |
persuni li okkażjonalment jippreżentaw dikjarazzjoni doganali, anke għal użu aħħari jew proċessar attiv, dment li l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li dan ikun ġustifikat; |
|
(c) |
persuni li jkunu stabbiliti f’pajjiż li t-territorju tiegħu jmiss mat-territorju doganali tal-Unjoni, u li jippreżentaw il-merkanzija li għaliha tirriferi d-dikjarazzjoni doganali f’uffiċċju doganali tal-fruntiera tal-Unjoni li tmiss ma’ dak il-pajjiż, sakemm il-pajjiż li fih huma stabbiliti l-persuni jagħti benefiċċji reċiproċi lil persuni stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(d) |
importaturi għall-bejgħ mill-bogħod involuti fil-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija li għandha tiġi importata fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt l-iskema IOSS, dment li jaħtru rappreżentant indirett. |
Artikolu 86
Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali qabel il-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana
1. Tista’ tkun ppreżentata dikjarazzjoni doganali qabel il-preżentazzjoni tal-merkanzija rilevanti lid-dwana, kif ikun mistenni. Jekk il-merkanzija ma tiġix ippreżentata fi żmien 30 jum mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, id-dikjarazzjoni doganali għandha titqies bħala mhux ippreżentata.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 87
L-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali
1. Id-dikjarazzjonijiet doganali li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbilti f’dan mal-Kapitolu u mal-Artikolu 76 għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali immedjatament, dment li l-merkanzija li jirriferu għaliha tkun ġiet ippreżentata lid-dwana.
2. Ħlief fejn previst mod ieħor, id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali mill-awtoritajiet doganali għandha tkun id-data li għandha tintuża għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata u għall-formalitajiet l-oħra kollha tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, inkluża l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 91. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 88
L-emendar ta’ dikjarazzjoni doganali
1. Id-dikjarant għandu, fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu, jitħalla jemenda wieħed jew aktar mill-elementi tad-data fid-dikjarazzjoni doganali wara li dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali. L-emenda ma għandhiex tagħmel id-dikjarazzjoni doganali applikabbli għal merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament.
2. M’għandhiex tkun permessa emenda tad-dikjarazzjoni doganali wara li dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali fejn issir applikazzjoni għaliha:
|
(a) |
wara li l-awtoritajiet doganali għarrfu lid-dikjarant li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(b) |
wara li l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-data tad-dikjarazzjoni doganali mhix korretta; jew |
|
(c) |
wara li l-awtoritajiet doganali rrilaxxaw il-merkanzija. |
3. Mal-applikazzjoni tad-dikjarant, fi żmien tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu emenda tad-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija sabiex id-dikjarant ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu relatati mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-emendar tad-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 89
Invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali
1. L-awtoritajiet doganali għandhom, mal-applikazzjoni tad-dikjarant, jinvalidaw dikjarazzjoni doganali li tkun diġà aċċettata meta jkunu sodisfatti li:
|
(a) |
il-merkanzija ser titqiegħed minnufih taħt proċedura doganali; jew |
|
(b) |
bħala riżultat ta’ ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali li għaliha tkun ġiet iddikjarata ma tibqax aktar iġġustifikata. |
Madankollu, meta l-awtoritajiet doganali jkunu għarrfu lid-dikjarant bil-ħsieb tagħhom li jeżaminaw il-merkanzija, applikazzjoni għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ma għandiex tkun aċċettata qabel ma jsir l-eżami.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jinvalidaw id-dikjarazzjoni doganali mingħajr applikazzjoni minn qabel mid-dikjarant.
3. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jinvalidaw id-dikjarazzjoni doganali wara li l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata, ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom l-awtoritajiet doganali jistgħu jinvalidaw id-dikjarazzjoni doganali mingħajr applikazzjoni mid-dikjarant, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u wara r-rilaxx tal-merkanzija, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 90
Simplifikazzjoni tat-tfassil tad-data għal merkanzija li taqa’ taħt subintestaturi tariffarji differenti
1. Meta kunsinna tkun magħmula minn merkanzija li taqa’ taħt subintestaturi tariffarji differenti u t-trattament ta’ kull waħda minn dik il-merkanzija skont is-subintestatura tariffarja tagħha jkun jinvolvi piż ta’ xogħol u spiża sproporzjonati għad-dazju imponibbli fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu, mal-applikazzjoni tad-dikjarant, jipprevedu metodu simplifikat ta’ impożizzjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li bih id-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jintalab fuq il-kunsinna kollha abbażi tas-subintestatura tariffarja tal-merkanzija li hija soġġetta għall-ogħla rata ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrifjutaw l-użu tal-metodu simplifikat ta’ impożizzjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni msemmi fil-paragrafu 1:
|
(a) |
meta tapplika t-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni; jew |
|
(b) |
fir-rigward ta’ merkanzija soġġetta għal leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet jew għad-dazju tas-sisa meta l-klassifikazzjoni korretta tkun meħtieġa biex jiġu applikati dawk il-miżuri. |
Artikolu 91
Żdoganar ċentralizzat
1. Sat-28 ta’ Frar 2031, l-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw lil persuna sabiex tippreżenta, f’uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn dik il-persuna tkun stabbilita, dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija li tiġi ppreżentata lid-dwana f’uffiċċju doganali ieħor.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jeżentaw ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-uffiċċju doganali fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali u l-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-istess awtorità doganali.
2. Huwa biss operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), il-punt (a), li jista’ japplika għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-uffiċċju doganali li fih tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali għandu:
|
(a) |
jissorvelja t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata; |
|
(b) |
iwettaq il-kontrolli doganali għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali; |
|
(c) |
meta ġustifikat, jitlob lill-uffiċċju doganali li fih ġiet ippreżentata l-merkanzija sabiex jagħmel il-kontrolli doganali għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali; u |
|
(d) |
iwettaq il-formalitajiet doganali għall-irkupru tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali. |
4. L-uffiċċju doganali li fih tkun ippreżentata id-dikjarazzjoni doganali u l-uffiċċju doganali li fih tkun ippreżentata l-merkanzija għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali u għar-rilaxx tal-merkanzija.
5. L-uffiċċju doganali li fih tkun ippreżentata l-merkanzija għandu, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli tiegħu stess rigward merkanzija mdaħħla fit-territorju tal-Unjoni jew maħruġa minnu, iwettaq il-kontrolli doganali msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c), u jikkomunika r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli lill-uffiċċju doganali li fih tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali.
6. L-uffiċċju doganali li fih tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali għandu jirrilaxxa l-merkanzija, filwaqt li jikkunsidra r-riżultati ta’:
|
(a) |
il-kontrolli tiegħu stess għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali; |
|
(b) |
il-kontrolli magħmulin mill-uffiċċju doganali li lilu l-merkanzija ġiet ippreżentata għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali u l-kontrolli fir-rigward ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni jew maħruġa minnu. |
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-iżdoganar ċentralizzat, inkluż il-formalitajiet u l-kontrolli doganali rilevanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 92
Dħul fir-rekords tad-dikjarant
1. Sat-28 ta’ Frar 2031, l-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw lil persuna sabiex tippreżenta dikjarazzjoni doganali, inkluż dikjarazzjoni simplifikata, fil-forma ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant, dment li d-data f’dik id-dikjarazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali fis-sistema elettronika tad-dikjarant fil-ħin meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant.
2. Id-dikjarazzjoni doganali għandha titqies bħala li ġiet aċċettata fil-mument meta l-merkanzija tiddaħħal fir-rekords tad-dikjarant.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jeżentaw l-obbligu li tiġi ppreżentata l-merkanzija. F’dak il-każ, il-merkanzija għandha titqies bħala li ġiet irrilaxxata fil-mument tad-dħul fir-rekords tad-dikjarant.
Dik l-eżenzjoni tista’ tingħata meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
id-dikjarant ikun operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), il-punt (a); |
|
(b) |
in-natura u l-fluss tal-merkanzija kkonċernata jesiġu eżenzjoni u huma magħrufin mill-awtorità doganali; |
|
(c) |
l-uffiċċju doganali tas-sorveljanza jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li jqis meħtieġa biex ikun jista’ jeżerċita, jekk ikun hemm bżonn, id-dritt tiegħu li jeżamina l-merkanzija; |
|
(d) |
fil-ħin tad-dħul fir-rekords, il-merkanzija ma tibqax soġġetta għal-leġiżlazzjoni l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. |
Madankollu, l-uffiċċju doganali tas-sorveljanza jista’, f’sitwazzjonijiet speċifiċi, jitlob li l-merkanzija tiġi ppreżentata anke fil-każ ta’ tali eżenzjoni.
4. Il-kundizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-rilaxx tal-merkanzija għandhom jkunu stipulati fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar id-dħul fir-rekords tad-dikjarant, inkluż il-formalitajiet u l-kontrolli doganali rilevanti, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 93
Tmiem tal-validità
L-awtorizzazzjonijiet għal dikjarazzjonijiet simplifikati, għall-iżdoganar ċentralizzat u għad-dħul fir-rekords tad-dikjarant imsemmija fl-Artikoli 83, 91 u 92, rispettivament, għandhom jiskadu fl-1 ta’ Marzu 2034.
KAPITOLU 4
Disponiment ta’ merkanzija
Artikolu 94
Miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali
1. L-awtoritajiet doganali, mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiddisponu mill-merkanzija, inkluż il-konfiska jew id-devoluzzjoni lill-Istat f’konformità mad-dritt nazzjonali, il-bejgħ, id-donazzjoni għal finijiet umanitarji jew il-qerda, fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni ma jkunx ġie sodisfatt, jew il-merkanzija tkun inżammet mis-superviżjoni doganali; |
|
(b) |
meta l-merkanzija ma tkunx tista’ tiġi rrilaxxata minħabba kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet:
|
|
(c) |
meta l-merkanzija ma tkunx tneħħiet f’perjodu raġonevoli wara r-rilaxx tagħha; |
|
(d) |
meta wara r-rilaxx tagħha, instab li l-merkanzija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tiġi rrilaxxata; jew |
|
(e) |
meta l-merkanzija tiġi abbandunata f’idejn l-Istat f’konformità mal-Artikolu 96. |
2. Merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun ġiet abbandunata lill-Istat jew merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun ġiet issekwestrata, ikkonfiskata jew devoluta lill-Istat skont id-dritt nazzjonali għandha titqies li tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali. Tali merkanzija għandha tiddaħħal fir-rekords tal-operatur tal-faċilitajiet ta’ ħażna għall-ħżin doganali jew, meta tkun miżmuma mill-awtoritajiet doganali, fir-rekords tal-awtoritajiet doganali.
Meta l-awtoritajiet doganali jkunu diġà rċevew data jew dikjarazzjoni doganali dwar il-merkanzija li għandha tinqered, tiġi abbandunata lill-Istat, tiġi ssekwestrata, tiġi kkonfiskata jew devoluta lill-Istat f’konformità mad-dritt nazzjonali, ir-rekords għandhom jinkludu referenza għal dik id-data jew dik id-dikjarazzjoni doganali. Id-dikjarazzjoni doganali jew id-data kkonċernata għandha tiġi invalidata.
3. Il-kostijiet tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġġarrbu:
|
(a) |
fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), mit-trasportatur, l-importatur, id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, id-detentur tal-merkanzija jew il-persuna li żammet il-merkanzija mis-superviżjoni doganali; |
|
(b) |
fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d), mill-importatur, mill-esportatur, mid-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jew mid-detentur tal-merkanzija; |
|
(c) |
fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e), mill-persuna li tabbanduna l-merkanzija lill-Istat. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet meta l-merkanzija tista’ tiġi kkonfiskata.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-bejgħ u d-donazzjoni tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 95
Qerda ta’ merkanzija
1. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jagħmlu dan, jistgħu jitolbu li tinqered merkanzija li għaliha tkun ingħatat jew saret disponibbli notifika ta’ disponibbiltà u għandhom jinformaw lill-importatur, lill-esportatur jew lid-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu u lid-detentur tal-merkanzija b’dan. Il-kostijiet tal-qerda għandhom jiġġarrbu mill-importatur, l-esportatur, id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jew id-detentur tal-merkanzija.
2. Meta l-awtoritajiet doganali jqisu li jkun meħtieġ u proporzjonat li jagħmlu dan, huma jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jissekwestraw, jeqirdu jew inkella jagħmlu inoperabbli merkanzija li għaliha ma tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli l-ebda notifika ta’ disponibbiltà u li tippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti finali. Il-kost ta’ tali miżura għandu jiġġarrab mill-importatur, mill-esportatur jew mid-detentur tal-merkanzija.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-qerda tal-merkanzija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 96
Abbandun
1. L-importatur, l-esportatur, id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu jew id-detentur tal-merkanzija jista’, bil-permess minn qabel tal-awtoritajiet doganali, jabbanduna lill-Istat merkanzija mhux tal-Unjoni u merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura dwar l-abbandun tal-merkanzija lill-Istat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
TITOLU VI
MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI
KAPITOLU 1
Dħul ta’ merkanzija
Artikolu 97
Informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija
1. Il-merkanzija ma għandhiex tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni għajr jekk it-trasportaturi li jġibu merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jipprovdu jew jagħmlu disponibbli informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija dwar dik il-merkanzija lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul mistenni f’limiti ta’ żmien speċifiċi.
2. Meta ma tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli l-ebda informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 1, l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-uffiċċju doganali attwali tal-ewwel dħul sa mhux aktar tard mill-wasla tal-mezzi tat-trasport użati għall-ġarr tal-merkanzija.
3. L-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija għandha tinkludi tal-anqas l-identità tal-importatur responsabbli għall-merkanzija, ir-referenza unika għall-kunsinna, l-identità tal-ispeditur, l-identità tal-konsenjatarju, deskrizzjoni tal-merkanzija, il-klassifikazzjoni tariffarja, il-valur, id-destinazzjoni finali tal-merkanzija jekk disponibbli, id-data dwar ir-rotta u n-natura u l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport użati biex tinġieb il-merkanzija u l-kost tat-trasport.
4. L-importatur jista’ jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-uffiċċju doganali rilevanti parti mill-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija meħtieġa fil-limiti ta’ żmien speċifiċi.
5. Meta l-importatur ikun diġà pprovda jew għamel disponibbli parti mill-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija meħtieġa, it-trasportatur għandu jikkollega l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija li huwa jipprovdi jew jagħmel disponibbli mal-informazzjoni diġà pprovduta jew magħmula disponibbli mill-importatur.
6. L-importatur għandu jiġi nnotifikat meta trasportatur jgħaqqad l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija li jkun ipprovda jew għamel disponibbli mal-parti tal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija pprovduta jew magħmula disponibbli mill-importatur.
7. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, meta t-trasportatur jew l-importatur ma jkollux l-informazzjoni antiċipata kollha dwar il-merkanzija msemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuni oħra li jkollhom dik l-informazzjoni jistgħu jkunu meħtieġa jipprovduha jew jagħmluha disponibbli.
8. L-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija għandu jkun fiha d-data meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali jwettqu analiżi tar-riskju.
9. Persuna li tipprovdi jew tagħmel disponibbli informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija tista’ tirrestrinġi l-viżibbiltà tad-data ta’ identifikazzjoni u kummerċjalment sensittiva tagħha għal persuna waħda jew aktar li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli wkoll id-data, mingħajr preġudizzju għall-użu tad-data kollha għas-superviżjoni doganali.
10. L-obbligu li tiġi pprovduta jew li ssir disponibbli informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija ma għandux japplika:
|
(a) |
għall-mezzi tat-trasport u għall-merkanzija li tinġarr fuqhom li jkunu biss għaddejjin mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr waqfa f’dak it-territorju; |
|
(b) |
għall-merkanzija mhux tal-Unjoni mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun telqet temporanjament minn dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru u tkun inġarret b’rotta diretta mingħajr waqfa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(c) |
għall-merkanzija tal-Unjoni li l-istatus doganali tagħha jeħtieġ li jiġi pprovat skont l-Artikolu 71(2) li tkun daħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun telqet temporanjament minn dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru u tkun inġarret, b’rotta diretta, mingħajr waqfa, barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(d) |
għall-merkanzija tal-Unjoni li tiġi ttrasportata mingħajr bidla fl-istatus doganali tagħha f’konformità mal-Artikolu 73(2) u li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun telqet temporanjament minn dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru u tkun inġarret b’rotta diretta mingħajr waqfa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; u |
|
(e) |
f’każijiet oħra, fejn tali nuqqas ta’ applikazzjoni jkun iġġustifikat bis-sħiħ mit-tip ta’ merkanzija jew traffiku, jew ikun meħtieġ minn ftehimiet internazzjonali. |
11. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jistabbilixxu regoli għad-determinazzjoni tal-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul mistenni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jispeċifikaw l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija li għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-data msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li għandha tinkludi informazzjoni speċifika li tippermetti lill-awtoritajiet doganali jwettqu analiżi tar-riskju mil-lat tas-s-sikurezza u s-sigurtà tal-merkanzija; |
|
(c) |
jiddeterminaw il-limiti taż-żmien speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi u l-persuni l-oħra li jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija, kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(e) |
jispeċifikaw il-każijiet li fihom it-tip ta’ merkanzija jew traffiku jiġġustifika bis-sħiħ in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta jew li ssir disponibbli informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija, kif imsemmi fil-paragrafu 10, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu; |
|
(f) |
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom il-persuna li tipprovdi jew tagħmel disponibbli informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija tista’ tirrestrinġi l-viżibbiltà tad-data ta’ identifikazzjoni jew tad-data kummerċjalment sensittiva, kif imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. |
12. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura biex tiġi pprovduta, issir disponibbli u tiġi riċevuta l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
13. F’konformità mad-dati stipulati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 38(6), il punt b), u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2034, il-formalitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 12 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 98 sa 103 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu sodisfatti f’konformità mar-regoli u mar-rekwiżiti tad-data previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 applikabbli għas-sistemi elettroniċi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni żviluppaw skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 98
Analiżi tar-riskju ta’ informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija
1. Mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE stipulati fit-Titolu XII, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu, f’limiti ta’ żmien speċifiċi, jiżgura li titwettaq analiżi tar-riskju. Dik l-analiżi tar-riskju għandha ssir primarjament għal finijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà u għandha titwettaq, fejn xieraq, f’kollaborazzjoni ma’ uffiċċji doganali oħrajn u, fejn possibbli, abbażi tal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija u informazzjoni oħra pprovduta jew magħmula disponibbli permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jieħu l-miżuri meħtieġa abbażi tar-riżultati ta’ dik l-analiżi tar-riskju.
2. L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul, meta applikabbli f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħrajn involuti fil-proċess ta’ analiżi tar-riskju, jista’ jieħu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, inkluż:
|
(a) |
l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-persuna li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata u, jekk it-trasportatur ikun persuna oħra għajr il-persuna li ppreżentat id-data, l-għoti ta’ struzzjonijiet bl-istess mod lit-trasportatur li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata; |
|
(b) |
it-talba ta’ informazzjoni jew ta’ azzjoni addizzjonali; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom tista’ tkun xierqa azzjoni minn awtorità oħra; |
|
(d) |
ir-rakkomandazzjoni dwar l-aktar post xieraq biex jitwettaq kontroll doganali u miżuri għal dak il-kontroll. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-limiti ta’ żmien speċifiċi sa meta għandha titwettaq l-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali applikabbli għall-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
5. Sat-28 ta’ Frar 2034, l-analiżi tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandha titwettaq fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
Artikolu 99
Emenda tal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija
1. L-importatur, it-trasportatur jew il-persuni l-oħra msemmija fl-Artikolu 97 għandhom jemendaw element tad-data wieħed jew aktar fl-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija meta:
|
(a) |
l-importatur, it-trasportatur jew il-persuna l-oħra kkonċernata jsiru jafu li l-informazzjoni rilevanti nbidlet fir-rekords tagħhom jew li l-informazzjoni mhijiex korretta; jew |
|
(b) |
awtorità doganali titlob lill-importatur, lit-trasportatur jew lill-persuna l-oħra kkonċernata biex jagħmlu dan minħabba l-ineżattezza jew l-inkompletezza tad-data jew kwistjonijiet bil-kwalità tad-data, b’mod partikolari meta jiġu identifikati bħala riżultat tal-analiżi tar-riskju mwettqa. |
2. L-importatur, it-trasportatur jew il-persuni l-oħra msemmija fl-Artikolu 97 ma għandhomx jemendaw l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija meta:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali jkunu taw struzzjonijiet lill-persuna li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija u lit-trasportatur, jekk ikun differenti minn dik il-persuna, li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata kif imsemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt (a); |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lit-trasportatur jew lil persuni oħra li l-awtoritajiet doganali beħsiebhom jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(c) |
l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilew li l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija mhijiex korretta; |
|
(d) |
id-data fl-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija ġiet inkluża fil-lista ta’ data li ma tistax tiġi emendata. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-data fl-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija li ma tistax tiġi emendata, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-emendar tal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 100
Invalidazzjoni ta’ informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija
1. Jekk it-trasportatur jew persuni oħra li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija jsiru jafu li l-merkanzija koperta minn dik l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija mhux ser tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandhom mill-aktar fis possibbli jippreżentaw talba lill-awtorità doganali biex tinvalida l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija.
Jekk il-merkanzija koperta mill-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija ma tiddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni fi żmien 200 jum mid-data li fiha l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija.
2. Il-persuni li jipprovdu jew li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija u l-importatur li jipprovdi jew li jagħmel disponibbli informazzjoni fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandhom jinformaw lil xulxin dwar l-invalidazzjoni tal-informazzjoni li jkunu pprovdew jew li għamlu disponibbli.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-invalidazzjoni tal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 101
Notifika tal-wasla fir-rigward tad-dħul tal-mezzi tat-trasport u tal-merkanzija
1. It-trasportatur għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali attwali tal-ewwel dħul bil-wasla tal-mezz tat-trasport li jkun qed idaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni mal-wasla tiegħu.
2. It-trasportatur għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali responsabbli għall-port jew għall-ajruport fejn il-merkanzija tinħatt jew tiġi ttrażbordata bil-wasla tal-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru meta l-mezz tat-trasport li permezz tiegħu dik il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni jasal f’dak il-port jew l-ajruport.
3. It-trasportatur għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul bil-wasla ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni meta l-mezz tat-trasport li permezz tiegħu dik il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni jasal f’dak l-uffiċċju doganali.
4. It-trasportatur għandu jikkollega n-notifika tal-wasla tal-merkanzija mal-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija pprovduta jew magħmula disponibbli dwar dik il-merkanzija.
5. Minkejja l-obbligi tat-trasportatur imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin tista’ tinnotifika l-wasla tal-merkanzija, fil-mument imsemmi f’dawk il-paragrafi:
|
(a) |
il-persuna li f’isimha jew għan-nom tagħha taġixxi l-persuna li daħħlet il-merkanzija f’dak it-territorju; |
|
(b) |
il-persuna li ħadet ir-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija wara li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(c) |
kwalunkwe persuna li immedjatament tpoġġi l-merkanzija taħt proċedura doganali; jew |
|
(d) |
id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja jew kwalunkwe persuna li teżerċita attività f’żona ħielsa. |
6. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, meta mhux id-data kollha fl-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 97(8) dwar il-merkanzija tista’ tinkiseb mit-trasportatur, trasportatur sussegwenti, jew persuni oħra, li jkollhom dik id-data u d-drittijiet xierqa li jipprovduha, jistgħu jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-uffiċċju doganali attwali tal-ewwel dħul bil-wasla tal-merkanzija.
7. Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità doganali, in-notifika tal-wasla tal-mezzi tat-trasport u tal-merkanzija tista’ tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali b’mezzi oħrajn għajr il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, bħal sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, dment li t-tali sistemi jkun fihom id-data neċessarja għal tali notifika u dik id-data tkun disponibbli fil-mument imsemmi fil-paragrafu 1, 2 jew 3 kif adatt. F’każijiet bħal dawn, id-data pprovduta jew magħmula disponibbli b’dawk il-mezzi l-oħra għandha tiġi ttrasferita lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
8. B’deroga mill-paragrafu 2, l-obbligu li tiġi nnotifikata l-wasla tal-merkanzija ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta, mal-wasla tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-merkanzija tinħatt u titgħabba mill-ġdid fuq l-istess mezz tat-trasport matul il-vjaġġ tagħha biss sabiex ikun jista’ jsir il-ħatt jew it-tagħbija ta’ merkanzija oħra fl-istess port jew ajruport tal-Unjoni; |
|
(b) |
meta l-merkanzija tal-Unjoni li tiġi ttrasportata mingħajr bidla fl-istatus doganali tagħha f’konformità mal-Artikolu 73(2) tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun telqet temporanjament minn dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru, u tkun inġarret b’rotta diretta mingħajr waqfa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
9. It-trasportatur ma għandux iħott, fit-territorju doganali tal-Unjoni, merkanzija li għaliha l-informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 97(8) ma tkunx ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali, għajr jekk l-awtoritajiet doganali jkunu talbu lit-trasportatur jippreżenta dik il-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 103.
10. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 9, fil-każ ta’ periklu imminenti li jkun jeħtieġ il-ħatt immedjat tal-merkanzija kollha jew ta’ parti minnha, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu lit-trasportatur iħott il-merkanzija.
11. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-persuni l-oħra msemmija f’dak il-paragrafu li jistgħu jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-uffiċċju doganali attwali tal-ewwel dħul bil-wasla tal-merkanzija.
12. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura dwar in-notifika tal-wasla msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
13. F’konformità mad-dati stipulati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 38(6), il-punt b) u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2034, tista’ tkompli tiġi ppreżentata notifika tal-wasla msemmija f’dan l-Artikolu, u tista’ tkompli ssir preżentazzjoni fiżika tal-merkanzija lid-dwana msemmija fl-Artikolu 103(1) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tad-data previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 applikabbli għas-sistemi elettroniċi li l-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni żviluppaw skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 102
Trasport lejn post xieraq
1. It-trasportatur li jdaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jittrasportaha mingħajr dewmien, bir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skont l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, sal-uffiċċju doganali ddeżinjat mill-awtoritajiet doganali jew fi kwalunkwe post ieħor iddeżinjat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet, jew f’żona ħielsa.
2. Merkanzija li tiddaħħal f’żona ħielsa għandha tiddaħħal direttament f’dik iż-żona ħielsa, jew bil-baħar jew bl-ajru jew, jekk bl-art, mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni, fejn iż-żona ħielsa tmiss il-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz.
3. Meta, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, it-trasportaturi ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet doganali bis-sitwazzjoni u bil-post preċiż tal-merkanzija.
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi permessa s-superviżjoni doganali fuq il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1, jew fuq il-bastiment jew fuq l-inġenju tal-ajru u fuq kwalunkwe merkanzija fuqu fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 3, u sabiex jiġi żgurat, meta jkun xieraq, li l-merkanzija sussegwentement titwassal f’uffiċċju doganali ddeżinjat mill-awtoritajiet doganali jew fi kwalunkwe post ieħor iddeżinjat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet, jew f’żona ħielsa.
5. L-awtoritajiet doganali jistgħu jissoġġettaw il-merkanzija li tkun għadha barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għall-kontrolli doganali, bħala riżultat ta’ ftehim konkluż mal-pajjiż terz rilevanti. L-awtoritajiet doganali għandhom jittrattaw dik il-merkanzija bl-istess mod li jittrattaw merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni.
6. B’deroga mill-paragrafi 1 u 3, jistgħu japplikaw regoli speċjali għal merkanzija ttrasportata fiż-żoni tal-fruntiera jew f’pipelines u f’wajers, għal traffiku ta’ importanza ekonomika negliġibbli jew għal merkanzija ttrasportata mill-vjaġġaturi, dment li s-superviżjoni doganali u l-possibbiltajiet ta’ kontroll doganali ma jiġux ipperikolati minħabba dan.
7. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal mezzi ta’ trasport jew għall-merkanzija li tinġarr fuqhom, li jgħaddu biss mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jieqfu f’dak it-territorju.
Artikolu 103
Il-preżentazzjoni fiżika ta’ merkanzija lid-dwana
1. Meta l-awtoritajiet doganali jew il-leġiżlazzjoni l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jkunu jeħtieġu dan, it-trasportatur jew id-detentur tal-merkanzija għandu jippreżenta fiżikament il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lid-dwana mal-wasla tagħha fl-uffiċċju doganali ddeżinjat mill-awtoritajiet doganali jew fi kwalunkwe post ieħor iddeżinjat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet, jew fiż-żona ħielsa.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lit-trasportatur jew lid-detentur tal-merkanzija bl-obbligu li jippreżenta fiżikament dik il-merkanzija lid-dwana.
3. Merkanzija ppreżentata b’mod fiżiku lid-dwana ma għandhiex titneħħa mill-post fejn tkun ġiet ippreżentata mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali.
4. L-obbligu li tiġi ppreżentata fiżikament il-merkanzija lid-dwana għandu jiġu eżentat għall-merkanzija tal-Unjoni li tiġi ttrasportata mingħajr bidla fl-istatus doganali tagħha f’konformità mal-Artikolu 73(2) u li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun telqet temporanjament minn dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru u tkun inġarret b’rotta diretta mingħajr waqfa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni u għall-approvazzjoni tal-postijiet għajr l-uffiċċju doganali ddeżinjat, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-preżentazzjoni fiżika tal-merkanzija lid-dwana f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 104
Ħażna temporanja ta’ merkanzija
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni għandha tkun f’ħażna temporanja mill-mument li l-persuna msemmija fl-Artikolu 101 tinnotifika l-wasla tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità ma’ dak l-Artikolu sakemm titqiegħed taħt proċedura doganali jew tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew sakemm l-awtoritajiet doganali jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
2. Merkanzija mhux tal-Unjoni li tiċċaqlaq taħt proċedura ta’ tranżitu għandha tkun f’ħażna temporanja wara li l-proċedura ta’ tranżitu tkun intemmet sakemm titqiegħed taħt proċedura doganali oħra jew tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew sakemm l-awtoritajiet doganali jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija f’konformità mal-paragrafu 7.
3. Il-merkanzija mhux tal-Unjoni f’ħażna temporanja għandha tinħażen f’faċilitajiet ta’ ħażna temporanja awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 108 jew, fejn iġġustifikat, f’postijiet oħrajn iddeżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, inkluż postijiet indikati minn kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check).
4. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja msemmija fl-Artikolu 108, jew il-persuna li taħżen il-merkanzija f’każijiet fejn il-merkanzija tinħażen f’postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-ħżin ta’ merkanzija f’ħażna temporanja, inkluż l-iżgurar li l-merkanzija:
|
(a) |
ma titneħħiex mis-superviżjoni doganali; u |
|
(b) |
tkun soġġetta biss għal forom ta’ maniġġ li jiżguraw il-preservazzjoni tagħha mingħajr ma jbiddluha jew jimmodifikaw id-dehra jew il-karatteristiċi tekniċi tagħha. |
5. Sakemm ma jkunx pprovdut mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, merkanzija mhux tal-Unjoni f’ħażna temporanja għandha titqiegħed taħt proċedura doganali jew tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni fi żmien 90 jum mill-bidu tal-ħażna temporanja. F’każijiet eċċezzjonali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu dak il-limitu ta’ żmien.
6. Merkanzija mhux tal-Unjoni f’ħażna temporanja f’postijiet deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, inkluż postijiet indikati minn kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check), għandha titqiegħed taħt proċedura doganali jew tiġi riesportata f’limitu ta’ żmien speċifiku.
7. Meta, għal raġuni debitament ġustifikata, il-merkanzija ma tkunx tista’ tinżamm f’ħażna temporanja, l-awtoritajiet doganali għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiddisponu mill-merkanzija f’konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu V.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni jew għall-approvazzjoni tal-postijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-każijiet eċċezzjonali li fihom jista’ jiġi estiż il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
9. F’konformità mad-dati stipulati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 38(6), il-punt b), u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2034, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja f’konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tad-data previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 105
Informazzjoni dwar il-ħażna temporanja
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni, li għaliha tkun ġiet ipprovduta jew saret disponibbli notifika tal-wasla tal-merkanzija lill-awtorità doganali, għandha tkun koperta minn informazzjoni dwar il-ħażna temporanja li jkun fiha d-data kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna temporanja.
2. Il-persuna msemmija fl-Artikolu 101, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja jew persuna oħra li tkun id-detentur tal-merkanzija għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja, sa mhux aktar tard minn meta l-merkanzija tinġieb fil-faċilità ta’ ħażna temporanja jew f’postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali.
3. Għajr jekk previst mod ieħor, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jirrikjedu li l-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja tiġi pprovduta jew issir disponibbli meta:
|
(a) |
sa mhux aktar tard mill-mument tan-notifika tal-wasla tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-istatus doganali ta’ dik il-merkanzija bħala merkanzija tal-Unjoni jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 71; jew |
|
(b) |
id-data meħtieġa għall-proċedura doganali jew għar-riesportazzjoni tkun diġà ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jispeċifikaw aktar il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li fihom l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni dwar ħażna temporanja jew id-disponibbiltà tagħha; |
|
(b) |
jiddeterminaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna temporanja. |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 106
Emenda tal-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja
1. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 105(2) għandhom jemendaw element ta’ data wieħed jew aktar fl-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja:
|
(a) |
meta jsiru jafu li l-informazzjoni rilevanti nbidlet fir-rekords tagħhom; jew |
|
(b) |
meta awtorità doganali titlobhom jagħmlu dan minħabba l-ineżattezza jew l-inkompletezza tad-data jew kwistjonijiet bil-kwalità tad-data. |
2. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 105(2) ma għandhomx jemendaw l-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja meta:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lil dawn il-persuni li beħsiebhom jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lil dawn il-persuni li huma stabbilew li d-data pprovduta jew magħmula disponibbli mhijiex korretta; jew |
|
(c) |
il-merkanzija tkun inħarġet mill-faċilità ta’ ħażna temporanja, sakemm ma jkunx previst mod ieħor. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jiddetermina l-każijiet speċifiċi għall-emendar tal-informazzjoni, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-emendar, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tal-informazzjoni msemmija fih. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 107
Invalidazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja
1. Jekk persuna msemmija fl-Artikolu 105(2) issir taf li l-merkanzija mhux ser tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, din għandha mill-aktar fis tinvalida dik l-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja.
Jekk il-merkanzija li fir-rigward tagħha tkun ġiet ipprovduta jew saret disponibbli informazzjoni dwar il-ħażna temporanja ma tiddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni fi żmien 30 jum mid-data meta dik l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta jew saret disponibbli, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-data.
L-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja għandha tiġi invalidata wkoll f’każijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu li fihom għandha tiġi invalidata informazzjoni dwar ħażna temporanja.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-invalidazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħażna temporanja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 108
Awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali għat-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja. Tali awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-faċilità ta’ ħażna temporanja tkun operata mill-awtorità doganali nnifisha.
Il-kundizzjonijiet li skonthom huwa permess it-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja għandhom ikunu stipulati f’dik l-awtorizzazzjoni.
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata biss lil persuni li:
|
(a) |
ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
jipprovdu l-assigurazzjoni neċessarja għat-twettiq xieraq tal-operazzjonijiet; u |
|
(c) |
jipprovdu garanzija f’konformità mal-Artikolu 194. |
Meta tkun pprovduta garanzija komprensiva, il-konformità mal-obbligi marbuta ma’ dik il-garanzija għandha tkun sorveljata permezz ta’ awditu adegwat.
Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies li kkonforma mal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu jekk l-attività li tappartjeni għall-operat tal-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja kkonċernati titqies fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 jew 31, rispettivament.
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss meta l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw is-superviżjoni doganali mingħajr ma jkollhom jintroduċu arranġamenti amministrattivi li jkunu sproporzjonati għall-ħtiġijiet ekonomiċi involuti.
4. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jżomm rekords xierqa f’forma approvata mill-awtoritajiet doganali u jipprovdi jew jagħmel disponibbli dawk ir-rekords fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Dawk ir-rekords għandu jkun fihom l-informazzjoni u d-data biex jippermettu lill-awtoritajiet doganali jissorveljaw l-operat tal-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-merkanzija maħżuna, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha.
5. Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies li jkun konformi mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 4 jekk ir-rekords tiegħu jkunu xierqa għall-fini tal-operazzjoni ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja.
6. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biex iċaqlaq il-merkanzija f’ħażna temporanja bejn faċilitajiet differenti ta’ ħażna temporanja, dment li tali movimenti ma jżidux ir-riskju ta’ frodi, għat-tipi ta’ movimenti li ġejjin:
|
(a) |
moviment li jsir taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità doganali waħda; |
|
(b) |
moviment li huwa kopert minn awtorizzazzjoni waħda biss li hija maħruġa lil operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew lil kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check); jew |
|
(c) |
każijiet oħra ta’ moviment stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali. |
7. Fejn ikun hemm ħtieġa ekonomika u ma jkunx hemm effetti negattivi fuq is-superviżjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw il-ħżin tal-merkanzija tal-Unjoni f’faċilità ta’ ħażna temporanja. Dik il-merkanzija ma għandhiex titqies bħala merkanzija f’ħażna temporanja.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja; |
|
(b) |
it-tip ta’ informazzjoni u data li għandhom ikunu inklużi fir-rekords li għandhom jiġu pprovduti jew magħmula disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
il-każijiet l-oħra ta’ moviment ta’ merkanzija f’ħażna temporanja msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet relatati. |
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-moviment ta’ merkanzija bejn faċilitajiet ta’ ħażna temporanja f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 2
Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera
Artikolu 109
Kamp ta’ applikazzjoni u effett
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni maħsuba sabiex titqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew maħsuba għall-użu privat jew għall-konsum fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.
2. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
3. Il-kundizzjonijiet biex il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-data meħtieġa tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali, li jridu jinkludu tal-anqas l-identità tal-importatur responsabbli għall-merkanzija, il-bejjiegħ, ix-xerrej, il-manifattur, il-fornitur tal-prodott meta jkun differenti mill-manifattur, u tal-operatur ekonomiku responsabbli fl-Unjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2023/988, il-valur, l-oriġini, il-klassifikazzjoni tariffarja u deskrizzjoni tal-merkanzija, ir-referenza unika tal-kunsinna u l-post fejn tinsab, u l-lista ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
fil-każ ta’ merkanzija importata minn importatur għall-bejgħ mill-bogħod li jkun għażel li juża l-iskema IOSS, id-data meħtieġa għandha, minbarra dik imsemmija fil-punt (a), tinkludi l-informazzjoni stipulata fir-rekords tat-tranżazzjonijiet koperti mill-iskema IOSS, miżmuma mill-persuna taxxabbli, f’konformità mal-Artikolu 369x(1) tad-Direttiva 2006/112/KE; |
|
(c) |
kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni jew imposta oħra dovuta, inkluż dazji anti-dumping, dazji kumpensatorji jew miżuri ta’ salvagwardja, li jkunu tħallsu jew huma ggarantiti, għajr jekk il-merkanzija ma tkun is-suġġett ta’ talba ta’ prelevament fuq kwota tariffarja; |
|
(d) |
il-merkanzija tkun waslet fil-post tar-rilaxx fit-territorju doganali tal-Unjoni; u |
|
(e) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina aktar id-data li għandha tiġi pprovduta jew li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jew li jipprevedu derogi minn dak il-punt ġustifikati għat-tip ta’ traffiku kkonċernat.
Artikolu 110
Applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali għall-ipproċessar attiv u passiv
1. Meta prodotti pproċessati miksubin taħt proċessar attiv jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni libera u l-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jsir f’konformità mal-Artikolu 192(3), il-miżuri ta’ politika kummerċjali li għandhom jkunu applikati għandhom ikunu dawk applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija li tqiegħdet taħt proċessar attiv.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal skart u ruttam.
3. Meta prodotti pproċessati miksubin taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni libera u l-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jsir f’konformità mal-Artikolu 191(1), il-miżuri ta’ politika kummerċjali applikabbli għal dik il-merkanzija għandhom jiġu applikati biss meta l-merkanzija li tkun tqiegħdet taħt proċessar attiv tkun soġġetta għal dawk il-miżuri.
4. Il-miżuri ta’ politika kummerċjali ma għandhomx japplikaw għal prodotti pproċessati rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera wara l-proċessar passiv meta:
|
(a) |
il-prodotti pproċessati jżommu l-oriġini tal-Unjoni tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 169; |
|
(b) |
l-ipproċessar passiv jinvolvi t-tiswija, inkluża s-sistema ta’ skambju standard imsemmija fl-Artikolu 164; jew |
|
(c) |
l-ipproċessar passiv isegwi operazzjonijiet ta’ proċessar ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 160. |
KAPITOLI 3
Eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni
Artikolu 111
Merkanzija rritornata
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni li, wara li oriġinarjament tkun ġiet esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala merkanzija tal-Unjoni, tinġieb lura f’dak it-territorju fi żmien tliet snin u li tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha, mal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, tkun eżentata mid-dazju fuq l-importazzjoni.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika anke fejn il-merkanzija rritornata tirrappreżenta biss parti mill-merkanzija esportata preċedentement ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-perjodu ta’ tliet snin imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinqabeż sabiex jittieħed kont ta’ ċirkostanzi speċjali.
3. Fejn, qabel l-esportazzjoni tagħha mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-merkanzija rritornata ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba użu aħħari partikolari, l-eżenzjoni mid-dazju skont il-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk dik il-merkanzija ser tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera għall-istess użu aħħari.
Meta l-użu aħħari li għalih il-merkanzija inkwistjoni tkun ser tiġi rrilaxxata għal ċirkolazzjoni libera ma jibqax l-istess, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont miġbur fuq il-merkanzija meta ġiet irrilaxxata għal ċirkolazzjoni libera l-ewwel darba. Jekk l-ammont tal-aħħar ikun ogħla mill-ammont impost fuq ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija ritornata, ma għandu jingħata l-ebda ripagament.
4. Meta merkanzija tal-Unjoni tkun tilfet l-istatus doganali tagħha skont l-Artikolu 72 u sussegwentement tiġi rrilaxxata għal ċirkolazzjoni libera, għandhom japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk il-merkanzija tiġi rritornata fl-istat li fih kienet esportata.
6. Ħelsien mid-dazju fuq l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għandu jkun appoġġat minn informazzjoni li tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għal dik l-eżenzjoni huma sodisfatti.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet li fihom il-merkanzija titqies li ġiet irritornata fl-istat li fih tkun ġiet esportata kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 112
Merkanzija li preċedentement tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv
1. L-Artikolu 111(1), (2), (5) u (6) għandu japplika mutatis mutandis għal prodotti pproċessati li oriġinarjament kienu riesportati mit-territorju doganali tal-Unjoni sussegwentement għal proċedura ta’ proċessar attiv, dment li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawk il-prodotti pproċessati jirriżulta fil-ġbir tad-dazju fuq l-importazzjoni dovut għall-merkanzija li tqiegħdet taħt l-ewwel proċedura ta’ proċessar attiv.
2. Jekk il-prodotti pproċessati msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu taħt proċedura sussegwenti ta’ proċessar attiv, u l-prodotti pproċessati għajr dawk miksuba taħt l-ipproċessar attiv preċedenti jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, id-dazju fuq l-importazzjoni għandu jinġabar għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq il-merkanzija koperta mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi determinat f’konformità mal-Artikolu 192(3).
4. L-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 111 għandha tingħata għal prodotti pproċessati li ġew esportati f’konformità mal-Artikolu 133(2), il-punt (c), biss fejn huwa żgurat li l-ebda merkanzija li ġiet sostitwita b’merkanzija ekwivalenti mhi ser titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv.
Artikolu 113
Prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħra meħudin mill-baħar
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 169(1), dawn li ġejjin għandhom jingħataw eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni meta jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni libera:
|
(a) |
prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħrajn meħudin mill-baħar territorjali ta’ pajjiż terz minn bastimenti reġistrati jew imniżżlin biss fi Stat Membru u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat; |
|
(b) |
prodotti miksubin mill-prodotti msemmijin fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu abbord bastimenti fabbrika li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt. |
2. L-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn provi li juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu huma sodisfatti.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-għoti tal-provi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
TITOLU VII
MERKANZIJA MAĦRUĠA ‘L BARRA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI
KAPITOLU 1
Esportazzjoni u riesportazzjoni
Artikolu 114
Esportazzjoni
1. Il-merkanzija tal-Unjoni li sejra tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura tal-esportazzjoni.
2. Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
kwalunkwe dazju fuq l-esportazzjoni jew imposta oħra dovuta tħallsu jew huma garantiti; u |
|
(c) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali. |
3. Merkanzija li sejra tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun soġġetta, kif xieraq, għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
ir-ripagament jew ir-remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni; |
|
(b) |
il-formalitajiet meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal imposti oħra; |
|
(c) |
ir-regoli proċedurali dwar l-esportazzjoni u l-ħruġ. |
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal merkanzija tal-Unjoni:
|
(a) |
imqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv; |
|
(b) |
maħruġa ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun tqiegħdet taħt proċedura tal-użu aħħari; |
|
(c) |
ikkonsenjata bħala provvisti għal inġenju tal-ajru jew bastiment eżentati mill-VAT jew id-dazju tas-sisa jew soġġetta għal żero VAT jew dazju tas-sisa, irrispettivament mid-destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-bastiment, li għalih hija meħtieġa evidenza ta’ provvista bħal din; |
|
(d) |
imqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern; |
|
(e) |
maħruġa temporanjament ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 73. |
5. Il-formalitajiet doganali applikabbli għall-proċedura ta’ esportazzjoni għandhom japplikaw fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), kif ukoll fil-paragrafu 4, il-punt (c), irrispettivament mid-destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-bastiment.
6. Merkanzija mibgħuta lejn Helgoland ma għandhiex titqies li hija esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar l-esportazzjoni u l-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 115
Eżenzjoni mid-dazju fuq l-esportazzjoni għall-merkanzija tal-Unjoni li tkun esportata fuq bażi temporanja
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 161, merkanzija tal-Unjoni esportata fuq bażi temporanja mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju fuq l-esportazzjoni, jekk tiġi importata mill-ġdid.
Artikolu 116
Riesportazzjoni
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni li għandha tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tiġi riesportata dment li d-data rilevanti dwar ir-riesportazzjoni tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli u li l-merkanzija maħsuba għar-riesportazzjoni tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali fir-rigward ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni.
2. Id-data dwar ir-riesportazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, id-data meħtieġa għall-għeluq tal-proċedura doganali preċedenti jew biex tintemm il-ħażna temporanja.
3. L-Artikoli 74 sa 80 u l-Artikolu 123 għandhom japplikaw għar-riesportazzjoni.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:
|
(a) |
għal merkanzija mhux tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern u li tgħaddi biss mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni li għandha tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni tinħatt u titgħabba mill-ġdid fl-istess mezz ta’ trasport matul il-vjaġġ tiegħu sabiex ikun jista’ jsir il-ħatt jew it-tagħbija ta’ merkanzija oħra fl-istess port jew ajruport. |
5. Sat-28 ta’ Frar 2034, id-data tar-riesportazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’:
|
(a) |
dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni; jew |
|
(b) |
notifika ta’ riesportazzjoni, meta l-merkanzija tiġi ttrażbordata fi ħdan żona ħielsa jew faċilità ta’ ħażna temporanja jew riesportata direttament minnhom. |
6. Sat-28 ta’ Frar 2034, l-Artikoli 81 sa 93 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni u n-notifika ta’ riesportazzjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet fejn għandha tiġi ppreżentata notifika ta’ riesportazzjoni u l-każijiet fejn tista’ tiġi emendata jew invalidata.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-preżentazzjoni, l-emendar jew l-invalidazzjoni ta’ notifika ta’ riesportazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 2
Ħruġ ta’ merkanzija
Artikolu 117
Informazzjoni ta’ qabel it-tluq
1. It-trasportaturi li joħorġu l-merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli informazzjoni minima ta’ qabel it-tluq dwar dik il-merkanzija lill-awtorità doganali kompetenti f’limiti ta’ żmien speċifiċi u mhux aktar tard min-notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-punt tal-ħruġ.
2. L-informazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jkun fiha d-data meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali jwettqu analiżi tar-riskju primarjament għal finijiet ta’ sikurezza u sigurtà.
3. L-esportatur jista’ jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-awtorità doganali kompetenti parti mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha ta’ qabel it-tluq.
4. Meta l-esportatur ikun diġà pprovda jew għamel disponibbli parti mill-informazzjoni meħtieġa ta’ qabel it-tluq, it-trasportatur għandu jikkollega l-parti tal-informazzjoni meħtieġa ta’ qabel it-tluq li huwa jipprovdi jew jagħmel disponibbli mal-informazzjoni diġà pprovduta jew magħmula disponibbli mill-esportatur.
5. Meta l-esportatur ikun diġà pprovda jew għamel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa ta’ qabel it-tluq, it-trasportatur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli informazzjoni addizzjonali ta’ qabel it-tluq biss meta jkun konxju li l-informazzjoni pprovduta jew magħmula disponibbli qabel ma tkunx korretta.
6. L-esportatur għandu jiġi nnotifikat meta trasportatur jikkollega l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq li jkun ipprovda jew għamel disponibbli għall-parti tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq ipprovduta jew magħmula disponibbli mill-esportatur.
7. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, meta t-trasportatur jew l-esportatur ma jkunx ipprovda jew għamel disponibbli l-informazzjoni kollha ta’ qabel it-tluq imsemmija fil-paragrafi 3 u 5, persuni oħra li jkollhom dik l-informazzjoni jistgħu jkunu meħtieġa jipprovduha jew jagħmluha disponibbli.
8. Persuna li tipprovdi jew tagħmel disponibbli informazzjoni ta’ qabel it-tluq tista’ tirrestrinġi l-viżibbiltà tad-data ta’ identifikazzjoni u kummerċjalment sensittiva tagħha għal persuna waħda jew aktar li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli wkoll data, mingħajr preġudizzju għall-użu tad-data kollha għas-superviżjoni doganali.
9. L-obbligu li tiġi pprovduta jew li ssir disponibbli informazzjoni ta’ qabel it-tluq ma għandux japplika:
|
(a) |
għall-mezzi tat-trasport u għall-merkanzija li tinġarr fuqhom li jkunu biss għaddejjin mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr waqfa f’dak it-territorju; |
|
(b) |
f’każijiet speċifiċi oħrajn, li fihom ikun debitament ġustifikat mit-tip ta’ merkanzija jew ta’ traffiku, jew meta jkun meħtieġ minn ftehimiet internazzjonali; |
|
(c) |
għal merkanzija maħruġa temporanjament ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 73; |
|
(d) |
għal merkanzija li hija fornuta għall-inkorporazzjoni bħala parti minn jew aċċessorji f’bastimenti jew inġenji tal-ajru u għat-tħaddim tal-magni, makkinarju u tagħmir ieħor ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru, kif ukoll oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra li għandhom jiġu kkunsmati jew mibjugħa abbord. |
10. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, id-data dwar ir-riesportazzjoni għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli f’konformità mal-Artikolu 116.
11. It-trasportatur għandu joħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni merkanzija fl-istess kundizzjoni bħal meta l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq tkun ġiet ipprovduta jew tqiegħdet għad-dispożizzjoni.
12. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jispeċifikaw liema data tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kont meħud tat-tip ta’ traffiku u l-mezzi tat-trasport; |
|
(c) |
jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom l-obbligu li tiġi pprovduta jew li ssir disponibbli informazzjoni ta’ qabel it-tluq ma għandux japplika, kif imsemmi fil-paragrafu 9, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom il-persuna li tipprovdi jew tagħmel disponibbli informazzjoni ta’ qabel it-tluq tista’ tirrestrinġi l-viżibbiltà tad-data ta’ identifikazzjoni u kummerċjalment sensittiva, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. |
13. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-għoti, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u r-riċeviment tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq imsemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
14. F’konformità mad-dati stipulati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 38(6), il-punt b), u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2034, il-formalitajiet dwar il-ħruġ tal-merkanzija jistgħu jkomplu jitwettqu f’konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tad-data previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 li japplikaw għas-sistemi elettroniċi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni żviluppaw skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 118
Analiżi tar-riskju tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq
1. Mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE stipulati fit-Titolu IV, l-awtorità doganali kompetenti għandha, f’limiti ta’ żmien speċifiċi, tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskju. Dik l-analiżi tar-riskju għandha ssir primarjament għal finijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà u għandha titwettaq, fejn xieraq, f’kollaborazzjoni ma’ uffiċċji doganali oħrajn u, fejn possibbli, abbażi tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq u data oħra pprovduta jew magħmula disponibbli permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. L-awtorità doganali kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa abbażi tar-riżultati ta’ dik l-analiżi tar-riskju.
2. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ jista’ jieħu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, inkluż:
|
(a) |
l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-persuna li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata u, jekk it-trasportatur ikun persuna oħra għajr il-persuna li ppreżentat l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq, bl-għoti ta’ struzzjonijiet bl-istess mod lit-trasportatur li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata; |
|
(b) |
it-talba ta’ informazzjoni jew ta’ azzjoni addizzjonali; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom tista’ tkun xierqa azzjoni minn awtorità oħra; |
|
(d) |
ir-rakkomandazzjoni dwar l-aktar post xieraq biex jitwettaq kontroll doganali u miżuri għal dak il-kontroll. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-limiti ta’ żmien speċifiċi sa meta għandha titwettaq l-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-għoti ta’ struzzjonijiet lill-persuni, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
5. F’konformità mad-dati stipulati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 38(6), il-punt (b), u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2034, l-analiżi tar-riskju għandha titwettaq abbażi tad-data ppreżentata skont l-Artikolu 117(14). Wara dik id-data, l-analiżi tar-riskju għandha titwettaq abbażi tad-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Artikolu 119
Emenda tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq
1. L-esportatur jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 117 għandhom jemendaw element ta’ data wieħed jew aktar fl-informazzjoni ta’ qabel it-tluq meta:
|
(a) |
l-esportatur jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 117 isiru jafu li l-informazzjoni rilevanti nbidlet fir-rekords tagħhom jew li l-informazzjoni mhijiex korretta; jew |
|
(b) |
awtorità doganali titlob lill-esportatur jew lill-persuni msemmija fl-Artikolu 117 biex jagħmlu dan minħabba l-ineżattezza jew inkompletezza tad-data jew kwistjonijiet bil-kwalità tad-data, b’mod partikolari meta jiġu identifikati bħala riżultat tal-analiżi tar-riskju mwettqa. |
2. L-esportatur jew il-persuni l-oħra msemmija fl-Artikolu 117 ma għandhomx jemendaw l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq meta:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali jkunu taw struzzjonijiet lill-persuna li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq u lit-trasportatur, jekk ikun differenti minn dik il-persuna, li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba jew tiġi ttrasportata kif imsemmi fl-Artikolu 118(2), il-punt (a); |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali infurmaw lit-trasportatur jew lill-persuna li pprovdiet jew għamlet disponibbli l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq li beħsiebhom jeżaminaw il-merkanzija; |
|
(c) |
l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilew li l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq mhijiex korretta; |
|
(d) |
id-data fl-informazzjoni ta’ qabel it-tluq ġiet inkluża fil-lista ta’ data li ma tistax tiġi emendata; |
|
(e) |
l-awtoritajiet doganali diġà jkunu rrilaxxaw il-merkanzija għall-ħruġ. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data fl-informazzjoni ta’ qabel it-tluq li ma tistax tiġi emendata, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-emendar tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 120
Invalidazzjoni tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq
1. Jekk it-trasportatur jew persuni oħra li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq isiru jafu li l-merkanzija koperta minn dik l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq mhux ser tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandhom malajr kemm jista’ jkun jitolbu li l-awtorità doganali tinvalida l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq mingħajr dewmien.
Jekk il-merkanzija koperta mill-informazzjoni ta’ qabel it-tluq ma tinħariġx ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fi żmien 200 jum mid-data li fiha l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq tkun ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq.
2. Persuni li jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq, inkluż l-esportatur, għandhom jinfurmaw lil xulxin li l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq li jkunu pprovdew jew għamlu disponibbli ġiet invalidata.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għall-invalidazzjoni tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 121
Notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-punt tal-ħruġ
1. It-trasportatur għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali responsabbli mill-post fejn il-merkanzija għandha tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-wasla ta’ dik il-merkanzija fil-punt tal-ħruġ f’limiti ta’ żmien speċifiċi.
2. Minkejja l-obbligi tat-trasportatur imsemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin tista’ tinnotifika l-wasla tal-merkanzija:
|
(a) |
esportatur; jew |
|
(b) |
il-persuna li tassumi r-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija qabel il-ħruġ tagħha mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
3. Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità doganali, in-notifika tal-wasla tal-merkanzija tista’ tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali b’mezzi oħrajn għajr il-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, bħal sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, dment li t-tali sistemi jkun fihom id-data neċessarja għal tali notifika u dik id-data tkun disponibbli fil-limiti ta’ żmien speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, id-data pprovduta jew magħmula disponibbli permezz ta’ dawk il-mezzi l-oħrajn għandha tiġi ttrasferita lill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
4. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-merkanzija li għandha tinħareġ “il barra mit-territorju tinħatt u terġa” titgħabba fuq l-istess mezz tat-trasport unikament matul il-vjaġġ tagħha sabiex ikun jista’ jsir il-ħatt jew it-tagħbija ta’ merkanzija oħra fl-istess port jew ajruport tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-data li għandha tiġi nnotifikata lill-uffiċċju doganali responsabbli mill-post fejn il-merkanzija tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 122
Il-preżentazzjoni fiżika ta’ merkanzija lid-dwana
1. Meta l-awtoritajiet doganali jew il-leġiżlazzjoni l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jitolbu dan, it-trasportatur jew id-detentur tal-merkanzija għandu jippreżenta fiżikament dik il-merkanzija li għandha tinħareġ ‘il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni lid-dwana qabel it-tluq ta’ dik il-merkanzija.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lit-trasportatur jew lid-detentur tal-merkanzija bir-rekwiżit li jippreżenta fiżikament il-merkanzija lid-dwana.
3. Merkanzija ppreżentata fiżikament lid-dwana m’għandhiex titneħħa mill-post fejn tkun ġiet ippreżentata mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali.
Artikolu 123
Konferma tal-ħruġ
It-trasportatur li jieħu l-merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-persuna li tassumi r-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija qabel il-ħruġ tagħha mit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jikkonferma lill-awtoritajiet doganali l-ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni.
TITOLU VIII
PROĊEDURI SPEĊJALI
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 124
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-merkanzija tista’ titqiegħed taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ proċedura speċjali:
|
(a) |
tranżitu, li jinkludi t-tranżitu estern u intern; |
|
(b) |
ħażna, li tinkludi l-ħżin doganali u żoni liberi; |
|
(c) |
użu speċifiku, li jinkludi dħul temporanju u użu aħħari; |
|
(d) |
proċessar, li jinkludi proċessar attiv u passiv. |
Artikolu 125
Awtorizzazzjoni
1. L-importaturi, l-esportaturi jew ir-rappreżentanti indiretti tagħhom li jkollhom il-ħsieb li jpoġġu l-merkanzija taħt proċedura speċjali għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-użu tal-proċedura ta’ proċessar attiv jew passiv, tal-proċedura ta’ dħul temporanju jew tal-użu aħħari; |
|
(b) |
l-operazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħażna għall-ħżin doganali tal-merkanzija, minbarra f’każijiet fejn l-awtorità doganali kkonċernata tkun l-operatur tal-faċilità ta’ ħżin. |
2. Il-persuni u l-awtoritajiet li ġejjin jistgħu joperaw faċilitajiet ta’ ħażna għall-ħżin doganali tal-merkanzija minn kwalunkwe importatur:
|
(a) |
persuni li jkollhom l-awtorizzazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
l-awtorità doganali kkonċernata meta din tkun l-operatur tal-faċilità ta’ ħażna. |
3. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-użu tal-proċeduri speċjali kkonċernati jew għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ħżin ikkonċernati.
4. Ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 biss meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant ikun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-applikant jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa tat-twettiq xieraq tal-operazzjonijiet; |
|
(c) |
tingħata garanzija għad-dejn doganali potenzjali jew imposti oħra relatati mal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura speċjali skont l-Artikolu 194; |
|
(d) |
l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw superviżjoni doganali mingħajr ma jkollhom għalfejn jintroduċu arranġamenti amministrattivi li jkunu sproporzjonati għall-ħtiġijiet ekonomiċi involuti; |
|
(e) |
fil-każ tal-proċedura ta’ dħul temporanju, l-applikant juża l-merkanzija jew jirranġa għall-użu tagħha; |
|
(f) |
fil-każ tal-proċedura ta’ proċessar attiv, l-applikant iwettaq operazzjonijiet ta’ proċessar fuq il-merkanzija jew jagħmel arranġamenti sabiex dawn jitwettqu; |
|
(g) |
fil-każ ta’ proċedura ta’ proċessar, l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni ma jiġux affettwati ħażin mill-awtorizzazzjoni (“kundizzjonijiet ekonomiċi”). |
Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies li jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragarfu jekk l-attività li tappartjeni għall-proċedura speċjali kkonċernata titqies fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 jew 31, rispettivament.
5. Meta tkun teżisti evidenza li l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ proċessar attiv x’aktarx li jaffettwa b’mod negattiv l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni dwar dik l-awtorizzazzjoni, jitolbu l-opinjoni motivata tal-Awtorità Doganali tal-UE, sakemm l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma jkunx iġġustifikat mod ieħor min-natura ekonomika tal-ipproċessar.
6. Fejn teżisti evidenza li l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ proċessar passiv x’aktarx li jaffettwa b’mod negattiv l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni ta’ merkanziji meqjusa sensittivi, u l-merkanziji ma jkunux maħsuba biex jissewwew, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni dwar dik l-awtorizzazzjoni, jitolbu l-opinjoni motivata tal-Awtorità Doganali tal-UE.
7. Meta tintalab f’konformità mal-paragrafi 5 u 6, l-Awtorità Doganali tal-UE tista’ toħroġ waħda mill-opinjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
li l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma jaffettwax ħażin l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni; |
|
(b) |
li l-għoti tal-awtorizzazzjoni jaffettwa ħażin l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni; |
|
(c) |
li l-għoti tal-awtorizzazzjoni għal kwantità debitament issostanzjata u mmonitorjata ta’ merkanzija li hija ddeterminata fl-opinjoni ma jaffettwax ħażin l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni. |
L-opinjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha titqies mill-awtoritajiet doganali kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll minn kwalunkwe awtorità doganali oħra li tkun qed titratta awtorizzazzjonijiet simili.
Sabiex tipprovdi dik l-opinjoni, l-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tqis il-fehmiet u l-informazzjoni riċevuti mill-partijiet ikkonċernati, dment li dawk il-partijiet ikkonċernati jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Awtorità Doganali tal-UE fil-limiti ta’ żmien speċifikati fir-regoli proċedurali msemmijin fil-paragrafu 11, il-punt (b).
8. L-awtoritajiet doganali li jagħtu l-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE. Meta l-awtorizzazzjonijiet għal proċeduri speċjali jkun fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva, l-aċċess għal dik l-informazzjoni sensittiva għandu jkun ristrett.
9. Meta tkun teżisti evidenza li l-interess essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi affettwat b’mod negattiv mill-użu ta’ awtorizzazzjoni li tkun diġà ngħatat, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Awtorità Doganali tal-UE toħroġ opinjoni motivata skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 6.
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jistabbilixxu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ proċeduri speċjali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jew it-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ħżin imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
jispeċifikaw il-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fejn in-natura ekonomika tal-ipproċessar tiġġustifika li l-awtoritajiet doganali jivvalutaw mingħajr l-opinjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE jekk l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ proċessar attiv jaffettwax b’mod negattiv l-interess essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni; |
|
(d) |
jispeċifikaw il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fejn jitqies li teżisti evidenza li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni x’aktarx jiġu affettwati b’mod negattiv u l-każijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu fejn il-kundizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li ġew sodisfatti; |
|
(e) |
jistabbilixxu l-lista tal-merkanzija meqjusa sensittiva msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. |
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a) |
ir-regoli proċedurali għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-proċeduri speċjali jew għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ħżin imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
ir-regoli proċedurali għall-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, inkluż biex l-Awtorità Doganali tal-UE tipprovdi l-opinjoni motivata tagħha; u |
|
(c) |
ir-regoli għad-determinazzjoni u l-monitoraġġ tal-kwantità msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
12. Sal-21 ta’ Settembru 2027:
|
(a) |
eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (g), ta’ dan l-Artikolu għandu jsir fil-livell tal-Unjoni f’konformità mar-regoli proċedurali msemmija fil-paragrafu 11, il-punt (b) ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
meta ssir referenza għall-opinjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE skont dan il-Kapitolu, din tirreferi għall-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni previst fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 126
Awtorizzazzjoni b’effett retroattiv
1. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jagħtu awtorizzazzjoni b’effett retroattiv, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm ħtieġa ekonomika ippruvata; |
|
(b) |
l-applikazzjoni ma tkunx relatata ma’ attentat ta’ qerq; |
|
(c) |
l-applikant, fuq il-bażi ta’ kontijiet jew ta’ rekords, ta prova li:
|
|
(d) |
il-formalitajiet kollha meħtieġa sabiex tkun regolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija jistgħu jitwettqu, inkluż, fejn meħtieġ, l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati jew tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali; |
|
(e) |
ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni b’effett retroattiv lill-applikant għall-istess proċedura speċjali fi żmien tliet snin mid-data li fiha kienet aċċettata l-applikazzjoni; |
|
(f) |
sakemm l-applikazzjoni ma tikkonċernax it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-istess tip ta’ operazzjoni u merkanzija, l-opinjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE ma hijiex meħtieġa tivvaluta jekk l-għoti tal-awtorizzazzjoni jaffettwax b’mod negattiv l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni; |
|
(g) |
l-applikazzjoni ma tikkonċernax l-operat ta’ faċilitajiet tal-ħżin għall-ħażna doganali ta’ merkanzija; u |
|
(h) |
meta applikazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-istess tip ta’ operazzjoni u ta’ merkanzija, l-applikazzjoni tkun ppreżentata fi żmien tliet snin wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni oriġinali. |
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni b’effett retroattiv fejn il-merkanzija li tkun tqiegħdet taħt proċedura doganali ma tkunx għadha disponibbli fil-ħin meta l-applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni kienet aċċettata.
Artikolu 127
Emenda retroattiva għall-awtorizzazzjoni
1. Mal-applikazzjoni ġustifikata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, ippreżentata fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) u (2), l-awtoritajiet doganali jistgħu jemendaw b’mod retroattiv l-awtorizzazzjoni mogħtija.
Madankollu, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista’ jippreżenta l-applikazzjoni biex tiġi emendata l-awtorizzazzjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura doganali rilevanti li ma tkunx ġiet rilaxxata.
2. Fid-deċiżjoni dwar l-emenda retroattiva għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw id-data minn meta għandha tidħol fis-seħħ dik l-emenda.
3. Emenda retroattiva ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni.
4. Ebda emenda retroattiva m’għandha tkun permessa fejn tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li beħsiebhom jeżaminaw il-merkanzija jew iwettqu kontroll; |
|
(b) |
l-applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li jkunu stabbilixxew li d-data fl-awtorizzazzjoni hija żbaljata; |
|
(c) |
l-applikazzjoni hija relatata ma’ attentat ta’ qerq jew abbuż mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. |
5. L-applikazzjoni għal emenda retroattiva ma għandhiex tikkonċerna l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija.
6. L-emenda tal-awtorizzazzjoni b’mod retroattiv ma għandhiex tirrikjedi opinjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE, kif imsemmi fl-Artikolu 125(5) u (6).
Artikolu 128
Rekords
1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) u (2), l-importatur jew l-esportatur u kwalunkwe persuna li twettaq attività li tinvolvi l-ħżin, il-ħdim jew l-ipproċessar ta’ merkanzija, jew il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’żoni liberi, għandhom iżommu rekords xierqa f’forma approvata mill-awtoritajiet doganali u, ħlief għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, għandhom jipprovdu dawk ir-rekords jew jagħmluhom disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Dawk il-kotba għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-data li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jissorveljaw il-proċedura kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha.
2. Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies li jkun konformi mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 jekk ir-rekords tiegħu jkunu xierqa għall-għan tal-proċedura speċjali kkonċernata.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika t-tipi ta’ informazzjoni u d-data li għandhom ikunu fir-rekords u l-eċċezzjonijiet għall-obbligu li jiġu pprovduti jew li jsiru disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 129
Ir-rilaxx ta’ proċedura speċjali
1. Minbarra fil-każ tal-proċedura ta’ tranżitu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 156, proċedura speċjali għandha tingħalaq meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura, jew il-prodotti pproċessati, jitqiegħdu taħt proċedura doganali sussegwenti, jittieħdu ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u jkunu nqerdu u ma tħalla l-ebda skart jew huma abbandunati f’idejn l-Istat taħt l-Artikolu 96.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-proċedura ta’ tranżitu meta jkunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ paragun tad-data pprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-uffiċċju doganali tat-tluq u dik ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni għall-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura tkun intemmet kif suppost.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija li rigward tagħha ma kenitx rilaxxata proċedura speċjali taħt il-kundizzjonijiet preskritti.
4. Ir-rilaxx ta’ proċedura speċjali għandu jseħħ f’perjodi speċifiċi, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw it-tul tal-perjodi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għar-rilaxx ta’ proċedura speċjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 130
Trasferiment ta’ drittijiet u obbligi
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali għajr it-tranżitu sabiex jittrasferixxi bis-sħiħ jew parzjalment id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ merkanzija li tkun tqiegħdet taħt dik il-proċedura speċjali lil importatur, lil esportatur jew kwalunkwe persuna oħra.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw:
|
(a) |
il-każijiet fejn, u l-kundizzjonijiet li taħthom, huwa permess it-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
il-forma li fiha l-awtoritajiet doganali jawtorizzaw it-tali trasferiment ta’ drittijiet u obbligi; |
|
(c) |
id-data u l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal tali trasferiment ta’ drittijiet u obbligi. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għat-trasferiment tad-drittijiet u tal-obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija li tkun tqiegħdet taħt proċedura speċjali għajr it-tranżitu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 131
Moviment ta’ merkanzija
1. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-importaturi, l-esportaturi, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna għall-ħżin doganali tal-merkanzija u l-persuni li lilhom ikunu ġew trasferiti d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 130 jistgħu jċaqilqu merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali għajr it-tranżitu jew f’żona libera bejn postijiet differenti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom il-merkanzija tista’ tiġi mċaqalqa kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom dan jista’ jsir.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-moviment tal-merkanzija taħt proċedura speċjali minbarra t-tranżitu jew f’żona libera kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 132
Forom użwali ta’ maniġġ
1. Merkanzija mqiegħda taħt ħażna doganali jew proċedura ta’ proċessar jew f’żona libera tista’ tgħaddi minn taħt forom użwali ta’ maniġġ intenzjonati li jżommuha fi stat tajjeb, itejbu d-dehra jew il-kwalità tagħha għas-suq jew jippreparawha għad-distribuzzjoni jew għall-bejgħ mill-ġdid.
2. Il-merkanzija maħsuba għall-bejgħ mill-bogħod minn maħżen doganali privat għall-bejgħ mill-bogħod imsemmi fl-Artikolu 145 tista’ tkun soġġetta għall-forom użwali ta’ maniġġ li huma strettament meħtieġa għall-fini tat-tħejjija għall-bejgħ mill-bogħod.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-forom użwali ta’ maniġġ għall-merkanzija msemmijin fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 133
Merkanzija ekwivalenti
1. Merkanzija ekwivalenti għandha tkun merkanzija tal-Unjoni maħżuna, użata jew ipproċessata minflok il-merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali.
Taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv, il-merkanzija ekwivalenti għandha tkun merkanzija mhux tal-Unjoni li hi proċessata minflok merkanzija tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv.
Minbarra f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, il-merkanzija ekwivalenti għandu jkollha l-istess kodiċi bi tmien ċifri fin-nomenklatura magħquda tal-merkanzija stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (“Nomenklatura Magħquda”), l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija li tkun qed tissostitwixxi.
2. Sakemm jiġi żgurat it-twettiq xieraq tal-proċedura speċjali, b’mod partikolari fir-rigward tas-superviżjoni doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jawtorizzaw l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt proċedura ta’ ħażna doganali, żoni liberi u proċedura tal-użu finali; |
|
(b) |
l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(c) |
l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv; |
|
(d) |
fil-każ ta’ proċessar attiv bi proċedura ta’ esportazzjoni antiċipata, l-esportazzjoni tal-prodotti proċessati miksubin minn merkanzija ekwivalenti qabel l-importazzjoni tal-merkanzija li qiegħda tieħu postha; |
|
(e) |
l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv; |
|
(f) |
fil-każ tal-proċedura ta’ proċessar passiv bi proċedura ta’ importazzjoni antiċipata, l-importazzjoni ta’ prodotti pproċessati miksubin minn merkanzija ekwivalenti qabel l-esportazzjoni ta’ merkanzija li qiegħda tieħu postha. |
Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu jitqies li jissodisfa l-kundizzjoni li jiżgura t-twettiq xieraq tal-proċedura speċjali jekk l-attività li tappartjeni għall-użu ta’ merkanzija ekwivalenti għall-proċedura kkonċernata tkun tqieset meta dak l-operatur ekonomiku jew il-kummerċjant ikun ingħata awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 jew 31.
3. L-użu ta’ merkanzija ekwivalenti m’għandhiex tkun awtorizzata fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta jitwettqu biss il-forom użwali ta’ maniġġ kif definiti fl-Artikolu 132 skont il-proċedura ta’ proċessar attiv; |
|
(b) |
meta projbizzjoni ta’ restituzzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni jew tal-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni, tkun tapplika għal merkanzija mhux oriġinarja użata fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, li għaliha tinħareġ evidenza tal-oriġini jew tkun saret fil-qafas ta’ arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi jew gruppi ta’ pajjiżi bħal dawn; |
|
(c) |
meta dan ikun iwassal għal vantaġġ mhux ġustifikat fir-rigward tad-dazju fuq l-importazzjoni; jew |
|
(d) |
meta jkun previst fl-atti legali tal-Unjoni. |
4. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu u fejn, jekk ma kinux qed jiġu esportati fil-kuntest tal-proċedura ta’ proċessar attiv, il-prodotti pproċessati jkunu soġġetti għal dazju fuq l-esportazzjoni, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jipprovdi garanzija biex jiżgura l-ħlas tad-dazju fuq l-esportazzjoni fil-każ li l-merkanzija mhux tal-Unjoni ma tiġix importata fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 159(3).
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
il-każijiet speċifiċi, imsemmijin fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li taħthom tintuża merkanzija ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(c) |
id-determinazzjoni tal-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu fejn tintuża merkanzija ekwivalenti taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju; u |
|
(d) |
l-ispeċifikar tal-każijiet li fihom l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti ma jkunx awtorizzat f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu. |
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-użu ta’ merkanzija ekwivalenti awtorizzata f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 2
Tranżitu
Artikolu 134
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Mad-dħul tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-merkanzija għandha titqiegħed taħt proċedura ta’ tranżitu, mingħajr tibdil fl-istatus doganali tagħha skont l-Artikolu 73(2), sakemm ma tkunx diġà tqiegħdet taħt proċedura ta’ tranżitu speċifikata fl-Artikoli 135 u 136 jew taħt proċedura doganali oħra fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 104(5).
2. Id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandu jitqies bħala l-importatur jew l-esportatur tal-merkanzija u għandu jkun responsabbli għall-ħlas tad-dazji u tal-imposti doganali sakemm l-awtoritajiet doganali ma jkollhomx data dwar persuna oħra li tidentifikah bħala l-importatur jew l-esportatur.
Artikolu 135
Tranżitu estern
1. Skont il-proċedura ta’ tranżitu estern, il-merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tiġi ttrasportata minn punt għal ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
(a) |
dazju fuq l-importazzjoni jew imposti oħrajn, inklużi dazji anti-dumping, dazji kumpensatorji jew miżuri ta’ salvagwardja; |
|
(b) |
miżuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu. |
2. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, merkanzija tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern.
3. Il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
|
(a) |
taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni; |
|
(b) |
f’konformità mal-Konvenzjoni TIR, dment li tali moviment:
|
|
(c) |
f’konformità mal-Konvenzjoni Doganali dwar l-A.T.A. il-Carnet A.T.A. għad-dħul temporanju ta’ merkanzija, magħmul Brussell fis-6 ta’ Diċembru 1961 (il-Konvenzjoni ATA), jew il-Konvenzjoni relatata mad-dħul temporanju, magħmula f’Istanbul fis-26 ta’ Ġunju 1990 (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) (39), fejn iseħħ moviment ta’ tranżitu; |
|
(d) |
taħt il-kopertura tal-formola 302 tan-NATO prevista fil-Ftehim bejn il-Partijiet għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951, jew tal-formola 302 tal-UE; |
|
(e) |
taħt is-sistema postali f’konformità mal-atti tal-Unjoni Postali Universali, fejn il-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u ta’ obbligi fil-qafas ta’ atti bħal dawn. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn il-merkanzija tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3, il-punti (b) sa (e), ta’ dan l-Artikolu fit-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 136
Tranżitu intern
1. Skont il-proċedura ta’ tranżitu intern, il-merkanzija tal-Unjoni tista’ titmexxa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż terz, mingħajr l-ebda bidla fl-istatus doganali tagħha.
2. Il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
|
(a) |
taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern fl-Unjoni, sakemm ikun hemm provvediment għal dik il-possibbiltà fi ftehim internazzjonali; |
|
(b) |
f’konformità mal-Konvenzjoni TIR; |
|
(c) |
f’konformità mal-Konvenzjoni ATA jew mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, meta jseħħ moviment ta’ tranżitu; |
|
(d) |
kopert bil-formola 302 tan-NATO jew bil-formola 302 tal-UE; |
|
(e) |
taħt is-sistema postali f’konformità mal-atti tal-Unjoni Postali Universali, fejn il-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u ta’ obbligi fil-qafas ta’ atti bħal dawn. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, il-punti (b) sa (e), ta’ dan l-Artikolu fit-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 137
Territorju uniku għall-għanijiet ta’ tranżitu
Fejn il-merkanzija titmexxa minn punt wieħed fit-territorju doganali tal-Unjoni għal ieħor taħt il-Konvenzjoni tat-TIR, il-Konvenzjoni tal-ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, koperta mill-formola 302 tan-NATO jew il-formola 302 tal-UE taħt is-sistema postali, it-territorju doganali tal-Unjoni, għall-għanijiet ta’ tali trasport, għandu jkun kkunsidrat li jifforma territorju wieħed.
Artikolu 138
Esklużjoni ta’ persuni mill-operazzjonijiet tat-TIR
1. Fejn l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jiddeċiedu li jeskludu persuna mill-operazzjonijiet tat-TIR skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni tat-TIR, dik id-deċiżjoni għandha tapplika fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni u l-carnets TIR imressqa minn dik il-persuna ma għandhomx jkunu aċċettati minn kwalunkwe uffiċċju doganali.
2. Stat Membru għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mad-data tal-applikazzjoni tagħha, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Doganali tal-UE.
Artikolu 139
Konsenjatarju awtorizzat u speditur awtorizzat għall-finijiet tat-TIR
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw lil persuna (“konsenjatarju awtorizzat”) tirċievi merkanzija mċaqalqa f’konformità mal-Konvenzjoni TIR f’post awtorizzat, sabiex il-proċedura tintemm skont it-tifsira tal-Artikolu 1, il-punt (d), tal-Konvenzjoni TIR.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw persuna (“speditur awtorizzat”) tibgħat merkanzija biex tiġi spustata f’konformità mal-Konvenzjoni TIR minn post awtorizzat, sabiex il-proċedura tinbeda skont it-tifsira tal-Artikolu 1, il-punt (c), tal-Konvenzjoni TIR.
Għal dak il-għan, l-ispeditur awtorizzat għandu jkun awtorizzat juża siġilli ta’ tip speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 140(4), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 140
L-obbligi tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni u tat-trasportatur u r-riċevitur tal-merkanzija li titmexxa taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni
1. Id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data meħtieġa lill-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
In-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija u d-data meħtieġa, fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, sat-terminu mogħti u f’konformità mal-miżuri meħudin mill-awtoritajiet doganali sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħha; |
|
(c) |
l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali relatati mal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni; |
|
(d) |
sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, l-għoti ta’ garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali jew għal imposti oħrajn li jiġġarrbu fir-rigward tal-merkanzija. |
2. L-obbligi tad-detentur tal-proċedura għandu jintlaħaq u l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tingħalaq meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura u l-informazzjoni meħtieġa jkunu disponibbli fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont il-leġiżlazzjoni doganali.
3. It-trasportatur jew ir-riċevitur tal-merkanzija li jaċċetta merkanzija meta jaf li din qed timxi taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni jkun ukoll responsabbli għan-notifika tad-disponibbiltà tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt u b’konformità mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni ta’ dik il-merkanzija.
4. Wara applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe waħda mis-simplifikazzjonijiet li ġejjin li jirrigwardaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni jew it-tmiem ta’ dik il-proċedura:
|
(a) |
l-istatus ta’ speditur awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni iqiegħed merkanzija taħt proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni mingħajr ma jippreżentaha lid-dwana; |
|
(b) |
l-istatus ta’ konsenjatarju awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li jirċievi l-merkanzija mmexxija taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni f’post awtorizzat, biex itemm il-proċedura f’konformità mal-paragrafu 2; |
|
(c) |
l-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali, meta s-siġillar huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni; |
|
(d) |
il-forniment ta’ sett ta’ data mnaqqas, jew, fejn applikabbli, l-użu ta’ dikjarazzjoni doganali b’sett ta’ data mnaqqas, għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni; |
|
(e) |
l-użu ta’ dokument tat-trasport elettroniku sabiex merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, dment li jkun fih l-informazzjoni neċessarja u dik l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali fit-tluq kif ukoll fid-destinazzjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru s-superviżjoni doganali tal-merkanzija u r-rilaxx tal-proċedura. |
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw regolarment l-attivitajiet ta’ spedituri u ta’ konsenjatarji awtorizzati sabiex jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-rekwiżiti tad-data stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-determinazzjoni tad-data li għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. |
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar:
|
(a) |
it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u r-rilaxx ta’ dik il-proċedura; |
|
(b) |
l-operazzjoni tas-simplifikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 141
Merkanzija li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż terz skont il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni
1. Il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għandha tapplika għall-merkanzija li tgħaddi minn pajjiż terz jekk tiġi sodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
isir provvediment għal dak l-għan fil-qafas ta’ ftehim internazzjonali; |
|
(b) |
it-tranżitu minn dak il-pajjiż terz isir taħt il-kopertura ta’ dokument uniku tat-trasport imfassal fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-operazzjoni tal-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għandha tiġi sospiża waqt li l-merkanzija tkun barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar is-superviżjoni doganali tal-merkanzija li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż terz skont il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 3
Ħżin
Artikolu 142
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Permezz tal-proċedura ta’ ħżin, il-merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tinħażen fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun soġġetta għal:
|
(a) |
dazju fuq l-importazzjoni; |
|
(b) |
imposti oħra previsti mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali; |
|
(c) |
miżuri ta’ politika kummerċjali għajr dawk li jipprojbixxu d-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu. |
2. Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura ta’ ħżin għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(b) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
il-merkanzija tkun waslet fil-post tar-rilaxx għall-proċedura. |
3. Merkanzija tal-Unjoni tista’ titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali jew il-proċedura ta’ żona libera f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra applikata mill-awtoritajiet doganali jew sabiex tibbenefika minn deċiżjoni li tagħti ripagament jew remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni.
4. Fejn teżisti ħtieġa ekonomika u s-superviżjoni doganali ma tiġix affettwata b’mod negattiv, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw id-dħul, il-ħżin, il-moviment, l-użu, l-ipproċessar jew il-konsum ta’ merkanzija tal-Unjoni f’maħżen doganali jew f’żona libera. F’każijiet bħal dawn, dik il-merkanzija ma għandhiex titqies li tkun qiegħda taħt proċedura ta’ ħżin.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data li għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura ta’ ħżin, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura għat-tqegħid ta’ merkanzija tal-Unjoni taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali jew il-proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 143
Dewmien ta’ proċedura ta’ ħżin
1. Ma għandux ikun hemm limitu fuq it-tul ta’ żmien li l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt proċedura ta’ ħżin.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien sa meta proċedura ta’ ħżin għandha tiġi rilaxxata:
|
(a) |
f’ċirkustanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fejn it-tip u n-natura tal-merkanzija jistgħu, fil-każ ta’ ħżin fit-tul, ikunu ta’ theddida għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għall-ambjent; |
|
(b) |
meta tkun ġiet irrevokata awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilità tal-ħżin. |
Artikolu 144
Ħżin fi mħażen doganali
1. Taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali l-merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tinħażen f’bini jew fi kwalunkwe post ieħor awtorizzat għal dik il-proċedura mill-awtoritajiet doganali u taħt is-superviżjoni doganali (“imħażen doganali”).
2. L-imħażen doganali jistgħu jkunu disponibbli għall-użu minn kwalunkwe importatur għall-ħżin doganali ta’ merkanzija (“imħażen doganali pubbliċi”), jew għall-ħażna ta’ merkanzija mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ maħżen doganali (“maħżen doganali privat”).
3. Merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ ħżin doganali tista’ titneħħa temporanjament mill-imħażen doganali. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, għandu jkun meħtieġ li tali tneħħija tiġi awtorizzata mill-awtoritajiet doganali minn qabel.
Artikolu 145
Maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod
1. L-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod li għażlu li jużaw l-iskema IOSS u li għandhom l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) biss, jew ir-rappreżentanti indiretti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), jistgħu jkunu awtorizzati jaħżnu u joperaw il-merkanzija f’maħżen doganali privat għall-bejgħ mill-bogħod qabel bejgħ mill-bogħod.
2. Il-merkanzija maħsuba għall-bejgħ mill-bogħod tista’ titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali f’maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod biss jekk il-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali li tkun tapplika fir-rigward tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
|
(b) |
ikunu ppakkjati f’pakketti kollettivi li jkun fihom merkanzija simili, fi stat qabel it-tħejjija ta’ kunsinni individwali meta jiġi konkluż il-bejgħ mill-bogħod; |
|
(c) |
jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni fi kwantitajiet li jiffaċilitaw it-twettiq ta’ kontrolli doganali effettivi. |
Meta jivvalutaw jekk il-kundizzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu hijiex sodisfatta, l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu d-daqs tal-entità li tkun qed tippjana li twettaq bejgħ mill-bogħod mill-maħżen doganali.
3. L-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra huma intitolati li jikkontrollaw jekk il-merkanzija tikkonformax mar-rekwiżiti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel ma titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali u matul il-ħżin tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali rigward il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 146
Proċessar f’maħżen doganali
Fejn teżisti l-ħtieġa ekonomika u s-superviżjoni doganali ma tkunx se tiġi affettwata b’mod negattiv, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw l-ipproċessar tal-merkanzija taħt il-proċeduri ta’ proċessar attiv jew ta’ użu aħħari li għandu jsir f’maħżen doganali, soġġett għall-kundizzjonijiet previsti minn dawk il-proċeduri.
F’tali każijiet il-merkanzija m’għandhiex tkun meqjusa li qiegħda taħt proċedura ta’ ħżin doganali.
Artikolu 147
Responsabbiltajiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, id-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1), il-punt (b), jew l-Artikolu 125(2), il-punt (a), u l-importatur għandhom ikunu responsabbli għal:
|
(a) |
jiżguraw li l-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali ma titneħħiex minn taħt is-superviżjoni doganali; |
|
(b) |
jissodisfaw l-obbligi li joħorġu mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura ta’ ħżin doganali; u |
|
(c) |
jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mit-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali. |
Artikolu 148
Nominazzjoni ta’ żoni liberi
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw partijiet mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala żoni liberi.
Għal kull żona libera l-Istat Membru għandu jiddetermina ż-żona koperta u l-punti tad-dħul u tal-ħruġ tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Doganali tal-UE l-informazzjoni dwar iż-żoni liberi tagħhom li jkunu qed joperaw.
3. Iż-żoni liberi għandhom ikunu magħluqin minn kull naħa.
Il-perimetru u l-punti tad-dħul u tal-ħruġ taż-żona taż-żoni liberi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali.
4. Il-persuni, il-merkanzija u l-mezzi tat-trasport li jidħlu fi jew jitilqu minn żoni liberi jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli doganali.
Artikolu 149
Bini u attivitajiet f’żoni liberi
1. Il-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe bini f’żona libera għandha teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet doganali.
2. Soġġetta għal-leġiżlazzjoni doganali, f’żona libera għandha titħalla ssir kwalunkwe attività industrijali, kummerċjali jew ta’ servizz. It-twettiq ta’ tali attivitajiet għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet doganali bil-quddiem.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, fir-rigward tan-natura tal-merkanzija inkwistjoni, ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni doganali, jew tar-rekwiżiti dwar is-sikurezza u s-sigurtà.
4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprojbixxu persuni li ma jipprovdux il-garanziji meħtieġa b’konformità mal-provvedimenti doganali milli jeżerċitaw attività f’żona libera.
Artikolu 150
Merkanzija mhux tal-Unjoni f’żoni liberi
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni, filwaqt li tibqa’ f’żona libera, tista’ tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera jew titqiegħed taħt proċedura ta’ proċessar attiv, ta’ dħul temporanju jew tal-użu aħħari, bil-kundizzjonijiet stabbiliti għal dawk il-proċeduri.
F’tali każijiet, dik il-merkanzija m’għandhiex tkun meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona libera.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-provvisti jew għall-ħżin tal-provvisti, fejn il-proċedura kkonċernata tipprevedi dan, u minkejja l-paragrafu 1, il-merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tintuża jew tiġi kkunsmata f’żona ħielsa dment li:
|
(a) |
ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għad-dħul temporanju ma jkunx jinvolvi l-applikazzjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni, ta’ miżuri stabbiliti skont il-politiki agrikoli jew kummerċjali komuni jew ta’ miżuri li jipprojbixxu l-użu ta’ dik il-merkanzija fl-Unjoni; |
|
(b) |
informazzjoni xierqa dwar dak l-użu jew il-konsum tiġi pprovduta jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali. |
Artikolu 151
Ħruġ ta’ merkanzija barra minn żona ħielsa
1. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni rilevanti oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, il-merkanzija f’żona libera tista’ tkun esportata jew riesportata mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew tiddaħħal f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni.
2. L-Artikoli 102 u 103 għandhom japplikaw għal merkanzija maħruġa ‘l barra minn żona libera u mdaħħla f’partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 152
Status doganali
1. Mal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu l-istatus doganali bħala merkanzija tal-Unjoni tal-merkanzija li ġejja:
|
(a) |
merkanzija tal-Unjoni li tidħol f’żona libera; |
|
(b) |
merkanzija tal-Unjoni li għaddiet minn operazzjonijiet ta’ proċessar f’żona libera; |
|
(c) |
merkanzija rrilaxxata għal ċirkolazzjoni libera f’żona libera. |
2. Meta merkanzija tinħareġ ‘il barra minn żona libera u tiddaħħal f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni jew titqiegħed taħt proċedura doganali, din għandha titqies bħala merkanzija mhux tal-Unjoni sakemm l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni ma kienx ippruvat.
Madankollu, għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dazju fuq l-esportazzjoni u liċenzji ta’ esportazzjoni jew miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni stabbiliti taħt il-linji ta’ politika komuni agrikoli jew kummerċjali, tali merkanzija titqies bħala merkanzija tal-Unjoni, sakemm ma jkunx stabbilit li m’għandhiex status doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
KAPITOLU 4
Użu speċifiku
Artikolu 153
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, il-merkanzija mhux tal-Unjoni intiża għar-riesportazzjoni tista’ tkun soġġetta għal użu speċifiku fit-territorju doganali tal-Unjoni, b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni u mingħajr ma tkun soġġetta għal:
|
(a) |
imposti oħra previsti mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali; |
|
(b) |
miżuri ta’ politika kummerċjali għajr dawk li jipprojbixxu d-dħul jew il-ħruġ ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew minnu. |
2. Il-proċedura ta’ dħul temporanju tista’ tintuża biss jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-merkanzija ma tkunx maħsuba li tgħaddi minn xi bidliet, ħlief minn inżul fil-valur tagħha minħabba l-użu li jsir minnha; |
|
(b) |
ikun possibbli li jkun żgurat li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tista’ tiġi identifikata, ħlief:
|
|
(c) |
meta meħtieġa, tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 125 u ma’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(e) |
ikunu sodisfatti r-rekwiżiti għall-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(f) |
il-merkanzija tkun waslet fil-post tar-rilaxx għall-proċedura doganali; u |
|
(g) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
jiddeterminaw l-użu speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jispeċifikaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu. |
|
(c) |
jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 154
Perjodu li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-perjodu għar-rilaxx tal-proċedura ta’ dħul temporanju. Perjodu bħal dan għandu jkun twil biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-użu awtorizzat.
2. Il-perjodu massimu li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju għall-istess fini u taħt ir-responsabbiltà tal-istess detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun ta’ 24 xahar, anki meta l-proċedura tiġi rrilaxxata bit-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura speċjali oħra u sussegwentement terġa’ titqiegħed taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.
3. Meta, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-użu awtorizzat ma jistax jintlaħaq fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu estensjoni raġonevoli għal dak il-perjodu, mal-applikazzjoni ġustifikata tal-importatur.
4. Ħlief fil-każ ta’ avveniment imprevedibbli, il-perjodu globali li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju ma għandux jaqbeż l-10 snin.
Artikolu 155
L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fil-każ ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni
1. L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta’ 3 % tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li kien ikollu jitħallas kieku dik il-merkanzija kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fid-data ta’ meta tpoġġiet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.
Dak l-ammont għandu jitħallas għal kull xahar jew parti minn xahar li matulu l-merkanzija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni.
2. L-ammont totali ta’ dazju fuq l-importazzjoni pagabbli f’konformità mal-paragrafu 1 m’għandux jeċċedi dak li kien ikollu jitħallas kieku l-merkanzija kkonċernata kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fid-data li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.
Artikolu 156
Proċedura ta’ użu aħħari
1. Skont il-proċedura tal-użu aħħari, il-merkanzija tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju l prevista fl-atti legali tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-importatur jassenja l-merkanzija għal użu speċifiku.
2. Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-użu aħħari għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 125 u ma’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni jew imposta oħra dovuta, inkluż dazji anti-dumping, dazji kumpensatorji jew miżuri ta’ salvagwardja, li jkunu tħallsu jew huma ggarantiti, għajr jekk il-merkanzija ma tkun is-suġġett ta’ talba ta’ prelevament fuq kwota tariffarja; |
|
(d) |
il-merkanzija tkun waslet fil-post tar-rilaxx għall-proċedura doganali; u |
|
(e) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali. |
3. Meta l-merkanzija tkun fi stadju ta’ produzzjoni li ekonomikament iwassal biss għall-użu aħħari preskritt, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu fl-awtorizzazzjoni l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti biex dik il-merkanzija titqies li ntużat għall-finijiet stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni li jipprevedu l-eżenzjoni mid-dazju jew ir-rata mnaqqsa tad-dazju.
4. Meta l-merkanzija tkun adattata għal użu ripetut u l-awtoritajiet doganali jqisu li dan ikun xieraq sabiex jiġi evitat l-abbuż, is-superviżjoni doganali għandha tkompli għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn wara d-data tal-ewwel użu tagħha għall-finijiet stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni li tipprovdi għall-eżenzjoni mid-dazju jew ir-rata tad-dazju mnaqqsa.
5. Meta tkun meħtieġa rata ta’ rendiment, l-Artikolu 157 għandu japplika għall-proċedura ta’ użu aħħari.
6. L-iskart u r-ruttam li jirriżultaw mit-tħaddim jew mill-ipproċessar tal-merkanzija f’konformità mal-użu aħħari preskritt u t-telf dovut għal raġunijiet naturali għandhom ikunu kkunsidrati bħala merkanzija użata skont l-użu aħħari preskritt.
7. L-iskart u r-ruttam li jirriżultaw mill-qerda ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ użu aħħari għandu jitqies bħala li tqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ użu aħħari, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU 5
Proċessar
Artikolu 157
Rata ta’ rendiment
Ħlief meta tkun speċifikata rata ta’ rendiment fl-atti legali tal-Unjoni li tirregola oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu jew ir-rata ta’ rendiment jew ir-rata medja ta’ rendiment tal-operazzjoni ta’ proċessar jew fejn hu xieraq, il-metodu biex tkun determinata tali rata.
Ir-rata ta’ rendiment jew ir-rata medja ta’ rendiment tal-operazzjoni ta’ proċessar għandha tkun determinata abbażi taċ-ċirkustanzi attwali li fihom jitwettqu operazzjonijiet ta’ proċessar, jew li fihom iridu jitwettqu. Fejn xieraq, dik ir-rata tista’ tiġi aġġustata f’konformità mal-Artikolu 12.
Artikolu 158
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133, taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tintuża fit-territorju doganali tal-Unjoni f’operazzjoni waħda jew aktar ta’ proċessar mingħajr ma tkun soġġetta għal:
|
(a) |
dazju fuq l-importazzjoni jew imposti oħra, inklużi dazji anti-dumping, dazji kumpensatorji jew miżuri ta’ salvagwardja; |
|
(b) |
miżuri ta’ politika kummerċjali għajr dawk li jipprojbixxu d-dħul jew il-ħruġ ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew minnu. |
2. Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 125 u ma’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali; u |
|
(d) |
il-merkanzija tkun waslet fil-post tar-rilaxx għall-proċedura doganali. |
3. Il-proċedura ta’ proċessar attiv tista’ tintuża biss f’każijiet li mhumiex ta’ tiswija u qerda bil-kundizzjoni biss li l-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura, mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ aċċessorji tal-produzzjoni, tista’ tkun identifikata fil-prodotti pproċessati.
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 133, il-proċedura ta’ proċessar attiv tista’ tintuża fejn il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih fir-rigward ta’ merkanzija ekwivalenti tista’ tkun vverifikata.
4. Minbarra l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-proċedura ta’ proċessar attiv tista’ tintuża wkoll għal kwalunkwe waħda mill-merkanzija li ġejja:
|
(a) |
merkanzija maħsuba li tgħaddi minn operazzjonijiet biex tkun żgurata l-konformità tagħha ma’ ħtiġijiet tekniċi għar-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
|
(b) |
merkanzija li għandha tgħaddi mill-forom użwali ta’ maniġġ skont l-Artikolu 132. |
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 159
Perjodu għar-rilaxx
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perjodu għar-rilaxx tal-proċedura ta’ proċessar attiv f’konformità mal-Artikolu 129.
Dak il-perjodu għandu jibda mid-data minn meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv u għandu jqis iż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ proċessar u biex tingħalaq il-proċedura.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu estensjoni, raġonevoli, tal-perjodu speċifikat skont il-paragrafu 1, mal-applikazzjoni ġustifikata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.
L-awtorizzazzjoni tista’ tispeċifika li perjodu li jibda matul xahar, tliet xhur jew semestru għandu jintemm fl-aħħar jum ta’ xahar, tliet xhur jew semestru sussegwenti, rispettivament.
3. Fil-każ ta’ esportazzjoni minn qabel f’konformità mal-Artikolu 133(2), il-punt (d), l-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-perjodu li fih il-merkanzija mhux tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv. Meta jispeċifikaw dak il-perjodu, l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu ż-żmien meħtieġ għall-akkwist u t-trasport lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, kif indikat mill-applikant.
Dak il-perjodu għandu jkun stabbilit f’xhur u ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Dan għandu jibda jgħodd mid-data tat-tqegħid tal-prodotti pproċessati miksuba mill-merkanzija ekwivalenti korrispondenti taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni.
Artikolu 160
Riesportazzjoni temporanja għal aktar proċessar
1. Mal-applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw parti mill-merkanzija jew il-merkanzija kollha mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, jew il-prodotti pproċessati, għal riesportazzjoni temporanja għall-fini ta’ pproċessar ulterjuri barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-riesportazzjoni temporanja tal-merkanzija għal ipproċessar ulterjuri, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 161
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv il-merkanzija tal-Unjoni tista’ tkun temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex tgħaddi mill-operazzjonijiet ta’ proċessar. Il-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn dik il-merkanzija jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni mall-applikazzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, jew ta’ kwalunkwe persuna oħra stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni li tkun kisbet il-kunsens tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, u dment li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ikunu sodisfatti.
2. Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċessar passiv għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 125 u dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-data meħtieġa ġiet ipprovduta jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; |
|
(c) |
kwalunkwe dazju fuq l-esportazzjoni jew imposta oħra dovuta tħallsu jew huma garantiti; u |
|
(d) |
il-merkanzija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti applikata mill-awtoritajiet doganali. |
3. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ proċessar passiv għal kwalunkwe waħda mill-merkanzija tal-Unjoni li ġejja:
|
(a) |
merkanzija li l-esportazzjoni tagħha twassal għar-ripagament jew għar-remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni; |
|
(b) |
merkanzija li, qabel ma kienet esportata, kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata tad-dazju mnaqqsa bis-saħħa tal-użu aħħari tagħha, sakemm ma jintlaħqux l-għanijiet ta’ dak l-użu aħħari, ħlief meta dik il-merkanzija għandha tgħaddi minn operazzjonijiet ta’ tiswija; |
|
(c) |
merkanzija li fir-rigward tagħha jingħata vantaġġ finanzjarju taħt il-politika agrikola komuni permezz tal-esportazzjoni ta’ dik il-merkanzija. |
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perjodu li fih il-merkanzija li hija temporanjament esportata għandha tkun importata mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-forma ta’ prodotti pproċessati, u rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex tkun tista’ tgawdi minn eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni. Huma jistgħu jagħtu estensjoni raġonevoli ta’ dak il-perjodu, mal--applikazzjoni ġustifikata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data li għandha tiġi pprovduta jew li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 162
Merkanzija msewwija jew sostitwita mingħajr ħlas
1. Meta jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li l-merkanzija tkun issewwiet jew ġiet sostitwita mingħajr ħlas, jew minħabba obbligu kuntrattwali jew statutorju li jirriżulta minn garanzija jew minħabba difett fil-manifattura jew fil-materjal, jew minħabba li l-merkanzija ma kenitx tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet mitlubin mix-xerrej lill-bejjiegħ tal-merkanzija, din għandha tingħata eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn id-difett ta’ manifattura jew ta’ materjal kien ikkunsidrat fil-ħin meta l-merkanzija kkonċernata kienet rilaxxata għall-ewwel darba għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 163
Merkanzija msewwija jew mibdula fil-kuntest ta’ ftehimiet internazzjonali
1. Għandha tingħata eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni għall-prodotti proċessati li jirriżultaw minn merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv meta l-awtoritajiet doganali jkunu sodisfatti li:
|
(a) |
dik il-merkanzija ssewwiet jew inbidlet f’pajjiż terz li miegħu l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali li jipprovdi għal eżenzjoni bħal din; u |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni stabbiliti fil-ftehim imsemmi fil-punt (a) huma sodisfatti. |
2. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn merkanzija ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 133 u għall-prodotti sostituti kif imsemmi fl-Artikoli 164 u 165.
Artikolu 164
Sistema standard ta’ skambju
1. Taħt is-sistema standard ta’ skambju, prodott impurtat (“oġġett li jieħu post ieħor”) jista’, skont il-paragrafi 2 sa 5, jieħu post prodott proċessat.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jawtorizzaw li tintuża s-sistema standard ta’ skambju meta l-operazzjoni ta’ proċessar tkun tinvolvi t-tiswija ta’ merkanzija difettuża tal-Unjoni li ma tkunx merkanzija soġġetta għall-miżuri tal-politika agrikola komuni jew għall-arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli.
3. Il-prodotti sostituti għandu jkollhom l-istess kodiċi bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi li kien ikollha l-merkanzija difettuża li kieku dawn kellhom jissewwew.
4. Meta l-merkanzija difettuża tkun intużat qabel l-esportazzjoni, il-prodotti sostituti iridu jkunu ntużaw ukoll.
L-awtoritajiet doganali għandhom, madankollu, jirrinunzjaw dak ir-rekwiżit stabbilit jekk il-prodott sostitut kien fornut bla ħlas, jew minħabba xi obbligu kuntrattwali jew bil-liġi li joħroġ mill-garanzija jew minħabba xi difett materjali jew fil-manifattura.
5. Id-dispożizzjonijiet li jkunu japplikaw għall-prodotti pproċessati għandhom japplikaw għall-prodotti sostituti.
Artikolu 165
Importazzjoni minn qabel ta’ prodotti sostituti
1. Taħt il-kundizzjonijiet li jistabbilixxu huma u mal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti sostituti qabel il-merkanzija difettuża tkun esportata.
Fil-każ ta’ tali importazzjoni minn qabel ta’ prodott sostitut, għandha tingħata garanzija li tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li jkollu jitħallas kieku l-merkanzija difettuża ma tiġix esportata skont il-paragrafu 2.
2. Il-merkanzija difettuża għandha tkun esportata fi żmien xahrejn mid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti sostituti.
3. Fejn, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-merkanzija difettuża ma tistax tkun esportata fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu estensjoni raġonevoli ta’ dak il-perjodu, wara applikazzjoni ġustifikata tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.
TITOLU IX
KLASSIFIKAZZJONI TARIFFARJA, ORIĠINI U VALUR DOGANALI TAL-MERKANZIJA
KAPITOLU 1
Tariffa Doganali Komuni u klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija
Artikolu 166
Tariffa Doganali Komuni u sorveljanza doganali
1. Id-dazju dovut fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni għandu jkun ibbażat fuq it-Tariffa Doganali Komuni.
Miżuri oħrajn previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija għandhom, meta jkun xieraq, jiġu applikati f’konformità mal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ dik il-merkanzija.
2. It-Tariffa Doganali Komuni għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
in-Nomenklatura Magħquda; |
|
(b) |
kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun ibbażata għalkollox jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprevedi sottodiviżjonijiet ulterjuri għaliha, u li tkun stabbilita b’att legali tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji relatati mal-kummerċ f’merkanzija; |
|
(c) |
id-dazju doganali konvenzjonali jew normali u awtonomu applikabbli għal merkanzija koperta min-Nomenklatura Magħquda; |
|
(d) |
il-miżuri tariffarji preferenzjali li jinsabu fi ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet ma’ ċerti pajjiżi terzi jew ma’ gruppi ta’ pajjiżi terzi; |
|
(e) |
miżuri tariffarji preferenzjali adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi terzi jew ta’ gruppi ta’ pajjiżi terzi; |
|
(f) |
miżuri awtonomi li jipprevedu tnaqqis fi, jew eżenzjoni minn, dazju doganali fuq ċerta merkanzija; |
|
(g) |
trattament tariffarju favorevoli speċifikat għal ċerta merkanzija, minħabba n-natura jew l-użu aħħari tagħha, fil-qafas tal-miżuri msemmijin fil-punti (c) sa (f) jew il-punt (h); |
|
(h) |
miżuri oħrajn previsti minn atti legali tal-Unjoni li jikkonċernaw il-politika agrikola, il-politika kummerċjali jew oqsma oħra li huma bbażati fuq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija, b’mod partikolari dazji anti-dumping proviżorji jew definittivi, dazji kumpensatorji jew miżuri ta’ salvagwardja. |
3. Meta l-merkanzija kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet inklużi fil-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (d) sa (g), dawk il-miżuri jistgħu japplikaw minflok il-miżuri previsti fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (d) sa (g), jistgħu jiġu applikati b’mod retroattiv dment li jiġu sodisfatti l-limiti ta’ żmien u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-miżura rilevanti jew f’dan ir-Regolament u li:
|
(a) |
fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (d) u (e), dawk il-miżuri jipprevedu tali applikazzjoni retroattiva; |
|
(b) |
fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (d), il-pajjiż terz jew il-grupp ta’ pajjiżi terzi jippermetti wkoll tali applikazzjoni retroattiva. |
4. Meta l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (d) sa (g), jew l-eżenzjoni mill-miżuri msemmijin fil-punt (h) ta’ dak il-paragrafu, tkun ristretta għal ċertu volum ta’ importazzjonijiet jew ta’ esportazzjonijiet, dik l-applikazzjoni jew eżenzjoni għandha tieqaf, fil-każ tal-kwoti tariffarji, jew ta’ kwoti oħrajn, malli jintlaħaq il-volum speċifikat ta’ importazzjonijiet jew ta’ esportazzjonijiet.
Fil-każ ta’ limiti tariffarji, l-applikazzjoni ta’ tali miżuri għandha tieqaf bis-saħħa ta’ att legali tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-esportazzjoni u t-tqegħid taħt ċerti proċeduri speċjali ta’ merkanzija soġġetti għas-sorveljanza doganali, għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 41(4).
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri dwar il-ġestjoni uniformi tal-kwoti tariffarji u ta’ kwoti oħrajn u l-limiti tariffarji msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u dwar il-ġestjoni tas-sorveljanza doganali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 167
Klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija
1. Għall-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ waħda mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda li taħtha ser tiġi kklassifikata dik il-merkanzija.
2. Għall-applikazzjoni ta’ miżuri mhux tariffarji, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ waħda mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda, jew ta’ kwalunkwe nomenklatura oħra li hi stabbilita mill-atti legali tal-Unjoni u li hi għalkollox jew parzjalment ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprevedi sottodiviżjonijiet ulterjuri fiha, li taħtha ser tiġi kklassifikata dik il-merkanzija.
3. Is-subintestatura jew is-sottodiviżjoni ulterjuri determinata f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri marbutin ma’ dik is-subintestatura.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Għal raġunijiet imperattivi ġustifikati ta’ urġenza marbutin mal-ħtieġa li tiġi żgurata rapidament l-applikazzjoni korretta u uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
KAPITOLU 2
Oriġini tal-merkanzija
Artikolu 168
Oriġini nonpreferenzjali
Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-oriġini nonpreferenzjali tal-merkanzija fl-Artikoli 169 u 170 għandhom jintużaw għall-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-Tariffa Doganali Komuni, ħlief għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 166(2), il-punti (d) u (e); |
|
(b) |
miżuri, għajr miżuri tariffarji, stabbiliti permezz tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi relatati mal-kummerċ fil-merkanzija; u |
|
(c) |
miżuri oħrajn tal-Unjoni marbutin mal-oriġini tal-merkanzija. |
Artikolu 169
Akkwist ta’ oriġini nonpreferenzjali
1. Merkanzija miksuba għalkollox f’pajjiż jew f’territorju wieħed għandha titqies bħala li toriġina f’dak il-pajjiż jew it-territorju.
2. Merkanzija li l-produzzjoni tagħha tinvolvi aktar minn pajjiż jew territorju wieħed għandha titqies li toriġina fil-pajjiż jew fit-territorju fejn tkun għaddiet mill-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali u ekonomikament ġustifikat, f’impriża mgħammra għal dak l-għan, u li jirriżulta fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli li fuq il-bażi tagħhom il-merkanzija, li d-determinazzjoni tal-oriġini nonpreferenzjali tagħha hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 168, tkun ikkunsidrata bħala miksuba għalkollox f’pajjiż jew f’territorju wieħed jew li tkun għaddiet mill-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali u ekonomikament ġustifikat, f’impriża mgħammra għal dak l-għan, li jirriżulta fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura f’pajjiż jew f’territorju, f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 170
Prova tal-oriġini nonpreferenzjali
1. Meta l-importatur ikun indika oriġini tal-merkanzija skont il-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-importatur juri bil-provi l-oriġini ta’ dik il-merkanzija.
2. Meta tingħata prova tal-oriġini tal-merkanzija skont il-leġiżlazzjoni doganali jew atti legali oħrajn tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f’każ ta’ dubju raġonevoli, jeħtieġu kwalunkwe evidenza addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex jiżguraw li l-indikazzjoni tal-oriġini tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-att legali rilevanti tal-Unjoni.
3. Meta l-eżiġenzi kummerċjali hekk jeħtieġu, jista’ jinħareġ dokument fl-Unjoni li jagħti prova tal-oriġini tal-merkanzija skont ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ fil-pajjiż jew territorju ta’ destinazzjoni jew kwalunkwe metodu ieħor li jidentifika l-pajjiż fejn dik il-merkanzija kienet miksuba kollha kemm hi jew għaddiet mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-għoti u għall-verifika ta’ prova tal-oriġini tal-merkanzija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 171
Oriġini preferenzjali
1. Sabiex tibbenefika mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 166(2), il-punt (d) jew (e), jew minn miżuri preferenzjali nontariffarji, il-merkanzija għandha tikkonforma mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali msemmijin fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Fil-każ ta’ merkanzija li tibbenefika minn miżuri preferenzjali stabbiliti fi ftehimiet, li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma’ ċerti pajjiżi terzi jew ma’ gruppi ta’ tali pajjiżi, ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għandhom ikunu stabbiliti f’dawk il-ftehimiet.
3. Fil-każ ta’ merkanzija li tibbenefika minn miżuri preferenzjali applikabbli fil-kummerċ bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u Ceuta u Melilla, kif stabbiliti fil-Protokoll 2 għall-Att tal-Adeżjoni tal-1985, ir-regoli dwar oriġini preferenzjali għandhom ikunu dawk adottati skont l-Artikolu 9 ta’ dak il-Protokoll.
4. Fil-każ ta’ merkanzija li tibbenefika minn miżuri preferenzjali stabbiliti fl-arranġamenti preferenzjali favur il-pajjiżi u t-territorji barranin assoċjati mal-Unjoni, ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għandhom ikunu dawk adottati skont l-Artikolu 203 TFUE.
5. Fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba ta’ pajjiż jew territorju benefiċjarju, il-Kummissjoni tista’, għal ċerta merkanzija, tagħti lil dak il-pajjiż jew territorju deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali msemmija fil-paragrafu 9 (“deroga temporanja”).
Id-deroga temporanja għandha tkun ġustifikata minn waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
fatturi interni jew esterni jċaħħdu temporanjament lill-pajjiż jew territorju benefiċjarju mill-kapaċità li jikkonforma mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali; |
|
(b) |
il-pajjiż jew territorju benefiċjarju jeħtieġ iż-żmien biex iħejji ruħu sabiex jikkonforma ma’ dawk ir-regoli. |
6. Talba għal deroga temporanja għandha ssir lill-Kummissjoni mill-pajjiż jew mit-territorju benefiċjarju kkonċernat. Dik it-talba għandha tiddikjara r-raġunijiet, kif indikat fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, għaliex hi meħtieġa d-deroga temporanja u għandha tinkludi dokumenti ta’ sostenn xierqa.
7. Id-deroga temporanja għandha tkun limitata għad-durata tal-effetti tal-fatturi interni jew esterni li jagħtu lok għaliha jew it-tul ta’ żmien meħtieġ għall-pajjiż jew territorju benefiċjarju biex jikseb konformità mar-regoli.
8. Fejn tingħata deroga temporanja, il-pajjiż jew territorju benefiċjarju kkonċernat għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-deroga u l-ġestjoni tal-kwantitajiet li għalihom tingħata d-deroga temporanja.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar l-oriġini preferenzjali fir-rigward ta’ merkanzija li tibbenefika minn miżuri preferenzjali adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni dwar ċerti pajjiżi terzi jew gruppi ta’ tali pajjiżi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli għandhom jkunu bbażati fuq il-kriterju li l-merkanzija kienet miksuba kollha kemm hi, jew fuq il-kriterju li l-merkanzija tirriżulta minn, proċessar jew xogħol suffiċjenti.
10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni:
|
(a) |
li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar l-oriġini preferenzjali tal-merkanzija għall-finijiet tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
li jistabbilixxu miżura li tagħti deroga temporanja lil pajjiż jew territorju benefiċjarju. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 172
Determinazzjoni tal-oriġini ta’ merkanzija speċifika
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri li bihom tiġi ddeterminata l-oriġini ta’ merkanzija speċifika f’konformità mar-regoli ta’ oriġini applikabbli għal dik il-merkanzija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Għal raġunijiet imperattivi ġustifikati ta’ urġenza marbutin mal-ħtieġa li tiġi żgurata rapidament l-applikazzjoni korretta u uniformi tar-regoli tal-oriġini, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
KAPITOLU 3
Valur ta’ merkanzija għal finijiet doganali
Artikolu 173
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-valur doganali tal-merkanzija, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni u l-miżuri mhux tariffarji stabbiliti mill-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija (“valur doganali”), għandu jkun determinat skont l-Artikoli 174 u 179.
Artikolu 174
Metodu ta’ valutazzjoni doganali bbażat fuq il-valur tat-tranżazzjoni
1. Il-bażi primarja għall-valur doganali għandha tkun il-valur tat-tranżazzjoni, li huwa l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas meta l-merkanzija tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, aġġustat f’konformità mal-Artikoli 176 u 177.
2. Il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-ħlas totali magħmul jew li għandu jsir mix-xerrej lill-bejjiegħ, jew mix-xerrej lil parti terza għall-benefiċċju tal-bejjiegħ, għall-merkanzija importata u jinkludi l-ħlasijiet kollha magħmula jew li għandhom isiru bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija importata.
3. Il-valur tat-tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża dment li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq kif ix-xerrej jiddisponi minn jew juża l-merkanzija, minbarra kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
il-bejgħ jew il-prezz ma jkunx soġġett għal xi kundizzjoni jew kunsiderazzjoni li għaliha ma jistax jiġi ddeterminat valur rigward il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata; |
|
(c) |
l-ebda parti mir-rikavati minn kwalunkwe bejgħ mill-ġdid, disponiment jew użu tal-merkanzija sussegwenti mix-xerrej ma tmur direttament jew indirettament għand il-bejjiegħ, sakemm ma jistax isir aġġustament xieraq; u |
|
(d) |
ma jkun hemm l-ebda relazzjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jew ir-relazzjoni ma tkunx influwenzat il-prezz. |
Artikolu 175
Valur tat-tranżazzjoni għal merkanzija mixtrija permezz tal-bejgħ mill-bogħod
1. Il-valur tat-tranżazzjoni għal merkanzija mixtrija permezz tal-bejgħ mill-bogħod għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ dak il-bejgħ.
2. Meta l-merkanzija tinxtara permezz tal-bejgħ mill-bogħod waqt li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali f’konformità mal-Artikolu 145, wara li tkun iddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-valur tat-tranżazzjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ dak il-bejgħ.
Artikolu 176
Elementi tal-valur tat-tranżazzjoni
1. Waqt li jkun qed jiġi determinat il-valur doganali skont l-Artikolu 174, l-elementi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata:
|
(a) |
dawn li ġejjin, sa fejn jiġġarrbu mix-xerrej iżda ma jkunux inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija:
|
|
(b) |
il-valur, imqassam kif xieraq, tal-merkanzija u tas-servizzi li ġejjin meta pprovduti direttament jew indirettament mix-xerrej mingħajr ħlas jew b’kost imnaqqas għall-użu fir-rigward tal-produzzjoni u tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-merkanzija importata, sa fejn dak il-valur ma jkunx ġie inkluż fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas:
|
|
(c) |
royalties u tariffi tal-liċenzja marbutin mal-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata li x-xerrej ikollu jħallas, jew direttament jew indirettament, bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata, sa fejn dawn ir-royalties u t-tariffi ma jkunux inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas; |
|
(d) |
il-valur ta’ xi parti mir-rikavat minn xi bejgħ mill-ġdid, kif jiddisponu minn jew jużaw il-merkanzija li tkun dovuta direttament jew indirettament lill-bejjiegħ; u |
|
(e) |
il-kostijiet li ġejjin sal-post fejn il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni:
|
2. Iż-żidiet mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, skont il-paragrafu 1, għandhom isiru biss fuq il-bażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli.
3. Ma għandha ssir l-ebda żieda mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas meta jiġi determinat il-valur doganali, ħlief kif huwa pprovdut f’dan l-Artikolu.
Artikolu 177
Elementi li ma għandhomx ikunu inklużi fil-valur doganali
Waqt li jkun qed jiġi determinat il-valur doganali skont l-Artikolu 174, ebda minn dawn li ġejjin ma għandhom ikunu inklużi:
|
(a) |
il-kost tat-trasport tal-merkanzija importata wara d-dħul tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
imposti għall-kostruzzjoni, għall-bini, għall-assemblaġġ, għall-manutenzjoni jew għall-assistenza teknika, imwettqin wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni tal-merkanzija importata bħal impjanti industrijali, makkinarju jew tagħmir; |
|
(c) |
imposti għall-imgħax taħt arranġament ta’ finanzjament konkluż mix-xerrej u li jkun marbut max-xiri tal-merkanzija importata, irrispettivament minn jekk il-finanzjament ikunx provdut mill-bejjiegħ jew minn xi persuna oħra, dment li dak l-arranġament ta’ finanzjament ikun sar bil-miktub u, meta jkun meħtieġ, li x-xerrej ikun jista’ juri li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:
|
|
(d) |
imposti għad-dritt tar-riproduzzjoni tal-merkanzija importata fl-Unjoni; |
|
(e) |
kummissjonijiet ta’ xiri; |
|
(f) |
dazji fuq l-importazzjoni jew imposti oħra li għandhom jitħallsu fl-Unjoni minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija; |
|
(g) |
minkejja l-Artikolu 176(1), il-punt (c), ħlasijiet magħmulin mix-xerrej għad-dritt li jqassam jew jerġa’ jbigħ il-merkanzija importata, jekk dawn il-ħlasijiet ma jkunux kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
Artikolu 178
Simplifikazzjonijiet
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw li dawn l-ammonti li ġejjin jkunu determinati abbażi ta’ kriterji speċifiċi, meta ma jkunux kwantifikabbli fid-data meta tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni doganali jew fid-data li fiha d-data trid tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali:
|
(a) |
l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-valur doganali f’konformità mal-Artikolu 174(2); u |
|
(b) |
l-ammonti msemmijin fl-Artikoli 176 u 177. |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 179
Metodi sekondarji ta’ valutazzjoni doganali
1. Meta l-valur doganali tal-merkanzija ma jkunx jista’ jkun determinat skont l-Artikolu 174, dan għandu jkun determinat billi wieħed jimxi b’mod sekwenzjali mill-punt (a) sal-punt (d) tal-paragrafu 2, sakemm jintlaħaq l-ewwel punt fejn jista’ jkun determinat il-valur doganali tal-merkanzija.
L-ordni ta’ applikazzjoni tal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandu jinqaleb jekk jitlob hekk l-importatur jew, meta applikabbli, id-dikjarant.
2. Il-valur doganali, skont il-paragrafu 1, għandu jkun:
|
(a) |
il-valur tat-tranżazzjoni ta’ merkanzija identika mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni u esportata fl-istess żmien jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata; |
|
(b) |
il-valur tat-tranżazzjoni ta’ merkanzija simili mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni u esportata fl-istess żmien jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata; |
|
(c) |
il-valur ibbażat fuq il-prezz unitarju li bih il-merkanzija importata, jew merkanzija identika jew simili importata, tinbiegħ fit-territorju doganali tal-Unjoni fl-akbar kwantità aggregata lill-persuni mhux relatati mal-bejjiegħa; jew |
|
(d) |
il-valur komputat, magħmul mit-total ta’:
|
3. Meta l-valur doganali ma jistax jiġi determinat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi determinat abbażi tad-data disponibbli fit-territorju doganali tal-Unjoni, billi jintużaw mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994; |
|
(b) |
l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ; |
|
(c) |
dan il-Kapitolu. |
4. Fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, meta l-importatur ma jneħħix dubji raġonevoli dwar jekk il-valur iddikjarat tat-tranżazzjoni jirrappreżentax il-prezz totali effettivament imħallas jew li għandu jitħallas kif imsemmi fl-Artikolu 174(1), l-awtoritajiet doganali jistgħu jużaw il-metodu sekondarju ta’ valutazzjoni xieraq biex jiddeterminaw mill-ġdid il-valur doganali ta’ dik il-merkanzija. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-importatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, f’limitu ta’ żmien raġonevoli, biex jiġġustifika li l-valur doganali jista’ jiġi ddeterminat bil-mod preskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 180
Valur doganali għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni
1. Fejn jiġu stabbiliti dazji fuq l-esportazzjoni, il-valur għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’:
|
(a) |
il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Unjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda relazzjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jew ir-relazzjoni tagħhom ma tkunx influwenzat il-prezz, aġġustat, meta meħtieġ, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, u kif jirriżulta mid-data pprovduta mill-esportatur; jew |
|
(b) |
valur ibbażat fuq data oġġettiva u verifikabbli, inkluż il-prezz tas-suq ta’ merkanzija identika jew simili esportata mill-Unjoni fl-istess post u ħin, meta il-prezz imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu ma jkunx disponibbli, ma jkunx komplut jew ma jirriflettix il-valur ekonomiku tal-merkanzija. |
2. Il-valur għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni għandu jinkludi l-kostijiet kollha marbuta direttament mat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni.
3. Il-valur għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni għandu jeskludi l-kostijiet imġarrba wara li l-merkanzija tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni u kwalunkwe ħlas mhux relatat mal-merkanzija esportata.
4. Meta meħtieġ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu evidenza addizzjonali sabiex jivverifikaw id-data pprovduta mill-esportatur jew biex jiddeterminaw il-valur għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw id-data meħtieġa għad-determinazzjoni tal-valur doganali għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
Artikolu 181
Regoli proċedurali għad-determinazzjoni tal-valur doganali
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali:
|
(a) |
għad-determinazzjoni tal-valur doganali abbażi tal-valur tat-tranżazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 174(1) u (2), inkluż ir-regoli proċedurali għall-aġġustament tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, f’konformità mal-Artikoli 176 u 177, u għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 174(3); |
|
(b) |
għad-determinazzjoni tal-valur doganali b’metodi sekondarji, f’konformità mal-Artikolu 179; |
|
(c) |
għad-determinazzjoni tal-valur doganali għall-finijiet tad-dazju fuq l-esportazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 180. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 182
Determinazzjoni tal-valur doganali f’sitwazzjonijiet speċifiċi
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri għall-metodu xieraq ta’ valutazzjoni doganali jew kriterji li għandhom jintużaw biex jiġi determinat il-valur doganali tal-merkanzija f’sitwazzjonijiet speċifiċi, inkluż il-bejgħ mill-bogħod. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati dwar il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mal-ħtieġa li tkun żgurata malajr l-applikazzjoni korretta u uniformi tar-regoli dwar il-valur doganali tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
TITOLU X
DEJN DOGANALI U GARANZIJI
KAPITOLU 1
Tiġrib ta’ dejn doganali
Artikolu 183
Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u dħul temporanju
1. Dejn doganali fuq l-importazzjoni biex il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni jew il-proċedura tal-użu aħħari għandu jiġġarrab meta l-importatur jinnotifika d-disponibbiltà tal-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 74(1).
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dejn doganali għandu jiġġarrab:
|
(a) |
mar-rilaxx tal-merkanzija, meta japplika l-Artikolu 205(5); |
|
(b) |
mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, meta applikabbli, sat-28 ta’ Frar 2034; |
|
(c) |
mal-aċċettazzjoni tal-ħlas mill-persuna li tkun għażlet li tuża l-iskema IOSS. |
3. L-importatur għandu jkun id-debitur. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta, ir-rappreżentant doganali u l-persuna li f’isimha jkun qiegħed jaġixxi r-rappreżentanti doganali għandhom ikunu t-tnejn li huma d-debituri u għandhom ikunu responsabbli in solidum għad-dejn doganali.
4. Meta l-informazzjoni pprovduta jew magħmula disponibbli għall-finijiet tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 twassal sabiex ma jinġabarx id-dazju fuq l-importazzjoni kollu jew parti minnu, il-persuna li pprovdiet dik l-informazzjoni u li kienet taf, jew li kellha raġonevolment tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza għandha wkoll tkun debitur.
5. Sat-28 ta’ Frar 2034, meta titressaq dikjarazzjoni doganali, id-dikjarant għandu jkun id-debitur. F’każ ta’ rappreżentanza indiretta, il-persuna li f’isimha qed jaġixxi r-rappreżentant doganali għandha wkoll tkun debitur.
Artikolu 184
Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw merkanzija mhux oriġinarja
1. Għandu jiġġarrab dejn doganali fil-mument tar-rilaxx tal-prodotti għar-riesportazzjoni meta:
|
(a) |
arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi jew gruppi ta’ tali pajjiżi jipprevedi li t-trattament tariffarju preferenzjali ta’ prodotti li joriġinaw mill-Unjoni jeħtieġ li merkanzija mhux oriġinarja użata fil-manifattura tagħhom tkun soġġetta għall-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni; u |
|
(b) |
tkun inħarġet jew tfasslet prova tal-oriġini għal dawk il-prodotti. |
2. Id-dejn doganali għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn li kien jiġġarrab kieku l-merkanzija mhux oriġinarja li ntużat fil-manifattura tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu riesportati ġew irrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-istess data.
3. L-esportatur għandu jkun id-debitur. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta, ir-rappreżentant doganali u l-persuna li f’isimha jkun qiegħed jaġixxi r-rappreżentanti doganali għandhom ikunu t-tnejn li huma d-debituri u għandhom ikunu responsabbli in solidum għad-dejn doganali.
Artikolu 185
Dejn doganali mġarrab minħabba nuqqas ta’ konformità
1. Għal merkanzija soġġetta għal dazju fuq l-importazzjoni, għandu jiġġarrab dejn doganali fuq l-importazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
obbligu stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali, jew il-moviment, il-proċessar, il-ħżin, il-ħażna temporanja, id-dħul temporanju jew id-disponiment ta’ tali merkanzija f’dak it-territorju; |
|
(b) |
obbligu stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali dwar l-użu aħħari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(c) |
kundizzjoni li tirregola t-tqegħid ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni taħt proċedura doganali jew l-għoti, permezz tal-użu aħħari tal-merkanzija, ta’ eżenzjoni mid-dazju jew ta’ rata tad-dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni. |
2. Iż-żmien meta jiġġarrab id-dejn doganali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu jirriżulta fid-dejn doganali, il-mument meta dak l-obbligu ma jiġix sodisfatt jew ma jibqax jiġi sodisfatt; |
|
(b) |
il-mument meta l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali u sussegwentement jiġi stabbilit li fil-fatt ma tkunx ġiet sodisfatta kundizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura jew l-għoti, bis-saħħa tal-użu aħħari tal-merkanzija, ta’ eżenzjoni mid-dazju jew ta’ rata tad-dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni. |
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), id-debitur għandu jkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi kkonċernati; |
|
(b) |
kwalunkwe persuna li kienet taf, jew li kellha raġonevolment tkun taf, jew li b’mod raġonevoli missha kienet konxja, li ma kienx ġie sodisfatt obbligu skont il-leġiżlazzjoni doganali u li aġixxiet għan-nom tal-persuna li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu, jew li ipparteċipat fl-att li wassal sabiex ma jiġix sodisfatt l-obbligu; |
|
(c) |
kwalunkwe persuna li akkwistat jew żammet il-merkanzija inkwistjoni u li kienet taf, jew li kellha raġonevolment tkun taf fil-ħin tal-akkwistat jew tar-riċevuta tal-merkanzija li ma kienx ġie sodisfatt obbligu skont il-leġiżlazzjoni doganali. |
4. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (c), id-debitur għandu jkun il-persuna li hi meħtieġa tikkonforma mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali jew l-għoti, bis-saħħa tal-użu aħħari tal-merkanzija, ta’ eżenzjoni mid-dazju jew ta’ rata tad-dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni.
5. Meta l-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali relatata mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura doganali tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali, u tali informazzjoni twassal sabiex ma jinġabarx id-dazju fuq l-importazzjoni kollu jew parti minnu, il-persuna li pprovdiet dik l-informazzjoni u li kienet taf, jew li kellha raġonevolment tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza, għandha wkoll tkun debitur.
Artikolu 186
Tnaqqis ta’ ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li diġà tħallas
1. Fejn jiġġarrab dejn doganali, skont l-Artikolu 185(1) fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni bis-saħħa tal-użu aħħari tagħha, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li tħallas meta l-merkanzija kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta jiġġarrab dejn doganali fir-rigward ta’ ruttam u skart li jirriżulta mill-qerda ta’ tali merkanzija.
2. Meta jiġġarrab dejn doganali skont l-Artikolu 183(1) jew l-Artikolu 185(1) fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni mħallas taħt l-eżenzjoni parzjali għandu jitnaqqas mill-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.
Artikolu 187
Esportazzjoni u proċessar passiv
1. Dejn doganali fuq l-esportazzjoni biex il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni jew il-proċedura ta’ proċessar passiv għandu jiġġarrab meta l-esportatur jinnotifika d-disponibbiltà tal-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 74(1).
2. B’deroga mill-paragrafu 1, id-dejn doganali għandu jsir fil-mument:
|
(a) |
tar-rilaxx tal-merkanzija, meta japplika l-Artikolu 205(5); |
|
(b) |
tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, meta applikabbli, sat-28 ta’ Frar 2034. |
3. L-esportatur għandu jkun id-debitur. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta, ir-rappreżentant doganali u l-persuna li f’isimha jkun qiegħed jaġixxi r-rappreżentanti doganali għandhom ikunu t-tnejn li huma d-debituri u għandhom ikunu responsabbli in solidum għad-dejn doganali.
4. Meta l-informazzjoni pprovduta għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni jew il-proċedura ta’ proċessar passiv twassal sabiex ma jinġabarx id-dazju fuq l-esportazzjoni kollu jew parti minnu, il-persuna li pprovdiet l-informazzjoni u li kienet taf, jew li raġonevolment missha kienet taf, li tali informazzjoni kienet falza għandha tkun debitur ukoll.
Artikolu 188
Dejn doganali mġarrab minħabba nuqqas ta’ konformità
1. Għal merkanzija soġġetta għal dazju fuq l-esportazzjoni, għandu jiġġarrab dejn doganali fuq l-esportazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
obbligu stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali għall-ħruġ tal-merkanzija; |
|
(b) |
kundizzjoni li ppermettiet il-ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-esportazzjoni. |
2. Il-mument li fih jiġġarrab id-dejn doganali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-mument li fih il-merkanzija fil-fatt tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tingħata jew issir disponibbli informazzjoni lill-awtoritajiet doganali dwar it-tali esportazzjoni; |
|
(b) |
il-mument li fih il-merkanzija tasal f’destinazzjoni għajr dik li għaliha tħalliet tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-esportazzjoni; |
|
(c) |
meta l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jiddeterminaw il-mument imsemmi fil-punt (b), l-iskadenza tal-limitu taż-żmien biex tingħata prova li l-kundizzjonijiet li jintitolaw il-merkanzija għal tali eżenzjoni kienu sodisfatti. |
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), id-debitur għandu jkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligu kkonċernat; |
|
(b) |
kwalunkwe persuna li kienet taf, jew li kellha raġonevolment tkun taf li l-obbligu kkonċernat ma kienx ġie sodisfatt u li kienet qed taġixxi għan-nom tal-persuna li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu; |
|
(c) |
kwalunkwe persuna li ħadet sehem fl-att li wassal sabiex ma jiġix sodisfatt l-obbligu u li kienet taf jew li kellha raġonevolment tkun taf li l-informazzjoni meħtieġa ma kinitx ġiet ipprovduta jew, meta applikabbli, dikjarazzjoni doganali li kellha titressaq fil-fatt ma tressqitx. |
4. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (b), id-debitur għandu jkun kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma mal-kundizzjonijiet li fihom il-merkanzija tħalliet tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju fuq l-esportazzjoni.
Artikolu 189
Dejn doganali meta l-merkanzija tkun soġġetta għal leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali
1. Id-dejn doganali fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għandu jiġġarrab anki jekk ikun relatat ma’ merkanzija soġġetta għal leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni ta’ kwalunkwe xorta.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, m’għandu jiġġarrab l-ebda dejn doganali f’dawn iż-żewġ każijiet:
|
(a) |
l-introduzzjoni illegali ta’ flus kontrafatti fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-introduzzjoni ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi fit-territorju doganali tal-Unjoni għajr meta jkun hemm sorveljanza stretta mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb tal-użu tagħhom għal finijiet mediċi u xjentifiċi. |
Għall-finijiet ta’ penali għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, id-dejn doganali għandu madankollu jitqies li ġġarrab meta, skont dan ir-Regolament jew skont id-dritt nazzjonali, id-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, jew l-eżistenza ta’ dejn doganali, jikkostitwixxu l-bażi għall-impożizzjoni ta’ penali.
Artikolu 190
Diversi debituri
Meta aktar minn persuna waħda tkun soġġetta għall-ħlas tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali wieħed, dawk il-persuni għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ dak l-ammont.
Artikolu 191
Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni
1. L-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tariffarja, tal-valur doganali, tal-kwantità, tad-destinazzjoni u tal-oriġini tal-merkanzija. Ir-regoli għall-kalkolu tad-dazju għandhom ikunu dawk applikabbli għall-merkanzija kkonċernata fil-mument meta jkun iġġarrab id-dejn doganali fir-rigward tagħha.
2. Fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod skont l-iskema IOSS, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-regoli għall-kalkolu tad-dazju li kienu applikabbli għall-merkanzija kkonċernata fil-mument meta ġie aċċettat il-ħlas għall-bejgħ mill-bogħod.
3. Meta ma jkunx possibbli jiġi determinat eżatt meta jkun iġġarrab id-dejn doganali, dak il-mument għandu jitqies bħala meta l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija hija f’sitwazzjoni li fiha jkun iġġarrab dejn doganali.
Madankollu, meta l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom li jistabbilixxu li d-dejn doganali ġġarrab qabel ma waslu għall-konklużjoni tagħhom, id-dejn doganali għandu jitqies li ġġarrab fl-aktar mument bikri li tali sitwazzjoni tista’ tkun stabbilita.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli msemmijin f’dan l-Artikolu għall-kalkolu tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni applikabbli għall-merkanzija li għaliha jiġġarrab dejn doganali fil-kuntest ta’ proċedura speċjali.
Artikolu 192
Regoli speċjali għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni
1. Meta l-kostijiet għall-ħżin jew għall-forom użwali ta’ maniġġ jkunu ġġarrbu fit-territorju doganali tal-Unjoni fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali jew li tkun f’ħażna temporanja, dawn il-kostijiet jew kwalunkwe żieda fil-valur ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni, dment li tingħata prova sodisfaċenti ta’ dawk il-kostijiet mill-importatur jew, meta applikabbli, mid-dikjarant.
Madankollu, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura u l-oriġini ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni użata fl-operazzjonijiet għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni.
2. Meta l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali tinbidel bħala riżultat tal-forom użwali ta’ maniġġ fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-klassifikazzjoni tariffarja oriġinali għall-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura għandha tiġi applikata fuq talba tal-importatur jew, meta applikabbli, tad-dikjarant.
3. Meta jiġġarrab dejn doganali għal prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv, l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn għandu, fuq talba tal-importatur, jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tariffarja, tal-valur doganali, tal-kwantità u tal-oriġini tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv fil-mument li tqiegħdet taħt dik il-proċedura.
4. Meta l-prodotti pproċessati jirriżultaw minn proċeduri sussegwenti ta’ proċessar attiv fir-rigward tal-merkanzija li tqiegħdet taħt l-ewwel proċedura ta’ proċessar attiv, f’konformità mal-paragrafu 3, l-importatur jista’ jitlob biss il-kalkolu tad-dejn abbażi tal-klassifikazzjoni tariffarja, il-valur doganali, il-kwantità u l-oriġini tal-merkanzija mqiegħda taħt dik l-ewwel proċedura ta’ proċessar attiv.
5. F’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu mingħajr it-talba tal-importatur jew tal-esportatur jew, meta applikabbli, tad-dikjarant sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 166(2), il-punt (h).
6. Fejn jiġġarrab dejn doganali għal prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar passiv jew għal prodotti ta’ sostituzzjoni, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kost tal-operazzjoni ta’ proċessar imwettqa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
7. Meta jiġġarrab dejn doganali skont l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 188 ta’ dan ir-Regolament, u dment li n-nuqqas li wassal għat-tiġrib ta’ dejn doganali ma kienx jikkostitwixxi tentattiv ta’ qerq, għandu japplika wkoll dan li ġej:
|
(a) |
it-trattament tariffarju favorevoli tal-merkanzija skont il-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(b) |
il-ħelsien jew l-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni skont l-Artikolu 166(2), il-punti (d) sa (g), jew l-Artikoli 111, 112 u 113 jew l-Artikoli 161 sa 165 ta’ dan ir-Regolament; jew |
|
(c) |
l-eżenzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009. |
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli msemmijin f’dan l-Artikolu għall-kalkolu tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni applikabbli għall-merkanzija li għaliha jiġġarrab dejn doganali fil-kuntest ta’ proċedura speċjali, u l-każijiet speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 193
Post fejn jiġġarrab id-dejn doganali
1. Id-dejn doganali għandu jiġġarrab:
|
(a) |
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (d)(ii), fejn tinsab il-merkanzija; |
|
(b) |
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (a), fejn għandha tiġi kkonsenjata l-merkanzija; |
|
(c) |
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (c), meta jkun stabbilit id-dikjarant awtorizzat li japplika l-iżdoganar ċentralizzat; |
|
(d) |
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (b), fl-Istat Membru ta’ istabbiliment tal-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check). |
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, id-dejn doganali għandu jiġġarrab fil-post fejn iseħħu l-avvenimenti li minnhom jirriżulta. Jekk mhux possibbli li jiġi ddeterminat dak il-post, id-dejn doganali għandu jiġġarrab fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija hi f’sitwazzjoni li fiha jiġġarrab dejn doganali.
2. Jekk il-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura doganali li ma tkunx ingħalqet jew jekk il-proċedura ta’ ħażna temporanja ma tkunx intemmet korrettament, u l-post fejn jiġġarrab id-dejn doganali ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat skont il-paragrafu 1, it-tieni jew it-tielet subparagrafu, fi żmien speċifiku, id-dejn doganali għandu jiġġarrab fil-post fejn il-merkanzija jew tqiegħdet taħt il-proċedura kkonċernata jew fejn ġiet introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt dik il-proċedura jew fejn kienet f’ħażna temporanja.
3. Meta l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom jistabbilixxu li d-dejn doganali jista’ jkun li ġġarrab f’diversi postijiet, id-dejn doganali għandu jitqies li ġġarrab fil-post fejn kien iġġarrab l-ewwel darba.
4. Jekk awtorità doganali tistabbilixxi li dejn doganali ġġarrab skont l-Artikolu 185 jew 188 fi Stat Membru ieħor u l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dak id-dejn huwa anqas minn EUR 10 000, id-dejn doganali għandu jitqies li ġġarrab fl-Istat Membru fejn tkun intlaħqet tali konklużjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2.
KAPITOLU 2
Garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti
Artikolu 194
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-Kapitolu għandu japplika għal garanziji għad-djun doganali li jkunu ġġarrbu (“djun doganali eżistenti”) u għal garanziji li huma meħtieġa jekk jista’ jkun li jiġġarrab dejn doganali (“djun doganali potenzjali”).
2. Meta l-awtoritajiet doganali jirrikjedu garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti, dik il-garanzija għandha tkopri l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u l-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija meta l-garanzija:
|
(a) |
tintuża għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni; jew |
|
(b) |
tista’ tintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed. |
Garanzija aċċettata jew awtorizzata mill-awtoritajiet doganali għandha tkun valida fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni għall-finijiet li għalihom tingħata.
Meta l-garanzija tkun marbuta mal-attivitajiet tad-debitur fi Stat Membru wieħed, din għandha tkopri mill-inqas l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni.
3. Il-garanzija għandha tingħata mid-debitur jew minn persuna li tista’ ssir id-debitur jew, jekk l-awtoritajiet doganali jippermettu hekk, minn kwalunkwe persuna oħra.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 202, l-awtoritajiet doganali għandhom jeħtieġu li tingħata garanzija waħda biss fir-rigward ta’ merkanzija speċifika.
Il-garanzija mogħtija għal merkanzija speċifika għandha tapplika għall-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u għal imposti oħrajn fir-rigward ta’ dik il-merkanzija, sew jekk dik l-informazzjoni pprovduta jew magħmula disponibbli fuq dik il-merkanzija tkun korretta sew jekk le.
Jekk il-garanzija ma tkunx ġiet irrilaxxata, tista’ tintuża wkoll, fil-limiti tal-ammont garantit, għall-irkupru ta’ ammonti tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u ta’ imposti oħrajn li jridu jitħallsu wara kontroll ta’ wara r-rilaxx ta’ dik il-merkanzija.
5. Mal-applikazzjoni tal-persuna msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, skont l-Artikolu 200(1), (2) u (3), jawtorizzaw l-għoti ta’ garanzija komprensiva li tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fir-rigward ta’ żewġ operazzjonijiet jew proċeduri doganali jew aktar.
6. L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw il-garanzija.
7. M’għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija:
|
(a) |
mill-Istati, mill-awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali jew minn korpi oħrajn irregolati bid-dritt pubbliku, fir-rigward tal-attivitajiet li jimpenjaw ruħhom fihom bħala awtoritajiet pubbliċi; |
|
(b) |
għal merkanzija li tinġarr fuq ir-Renu, il-passaġġi fuq l-ilma tar-Renu, fuq id-Danubju jew fuq il-passaġġi fuq l-ilma tad-Danubju; |
|
(c) |
għal merkanzija li tinġarr permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport; |
|
(d) |
f’każijiet speċifiċi, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, meta l-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju; u |
|
(e) |
għal merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni bl-użu tas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 140(4), il-punt (e), u li tinġarr bil-baħar jew bl-ajru bejn portijiet tal-Unjoni jew bejn ajruporti tal-Unjoni. |
8. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżit ta’ garanzija meta l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li għandu jiġi ggarantit ma jaqbiżx ċertu livell limitu.
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw il-każijiet speċifiċi li fihom m’hi meħtieġa ebda garanzija għal merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, u li jistabbilixxu l-livell limitu għar-rinunzja tar-rekwiżit għall-għoti ta’ garanzija, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għall-provvista u l-monitoraġġ tal-garanzija msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 195
Ammont ta’ referenza ta’ garanzija obbligatorja
1. Meta l-awtoritajiet doganali ikunu obbligati jesiġu garanzija u jistgħu jistabbilixxu l-ammont preċiż tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ta’ imposti oħrajn fiż-żmien meta tkun meħtieġa l-garanzija, il-garanzija għandha tkopri dak l-ammont preċiż.
Fejn mhux possibbli li jiġi stabbilit l-ammont preċiż, il-garanzija għandha tkun stabbilita għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtoritajiet doganali, tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ta’ imposti oħrajn li jkunu ġġarrbu jew jistgħu jiġġarrbu.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 200, meta tiġi pprovduta garanzija komprensiva għall-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew għal imposti oħrajn li jvarjaw fl-ammont maż-żmien, l-ammont ta’ tali garanzija għandu jiġi stabbilit f’livell li jippermetti li l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u għal imposti oħrajn jkun koperti f’kull ħin.
Artikolu 196
Ammont ta’ referenza ta’ garanzija ta’ prekawzjoni
Meta l-għoti ta’ garanzija ma jkunx obbligatorju iżda l-awtoritajiet doganali ma jkunux ċerti jekk l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali u għal imposti oħrajn jitħallasx fil-perjodu stipulat, huma għandhom jeħtieġu garanzija għal ammont li ma jaqbiżx il-livell imsemmi fl-Artikolu 195.
Artikolu 197
Għoti ta’ garanzija
1. Garanzija tista’ tingħata biss f’waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
bi kwalunkwe mezz ta’ ħlas rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali, magħmul f’euro jew fil-munita tal-Istat Membru li fih tkun meħtieġa l-garanzija; |
|
(b) |
b’impenn minn garanti li jagħmel tajjeb; jew |
|
(c) |
f’xi forma oħra bil-kundizzjoni li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti li l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u għal imposti oħrajn ser jitħallas. |
2. Garanzija fil-forma ta’ kwalunkwe mezz ta’ ħlas rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali għandha tingħata f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn hi meħtieġa l-garanzija.
L-awtoritajiet doganali m’għandhomx ikunu meħtieġa jħallsu l-imgħax fuq dak il-mezz ta’ ħlas.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-forma tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 198
Għażla ta’ garanzija
Il-persuna meħtieġa tipprovdi garanzija tista’ tagħżel bejn il-forom ta’ garanzija stabbiliti fl-Artikolu 197(1).
Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw il-forma ta’ garanzija magħżula fejn din tkun inkompatibbli mal-funzjonament adattat tal-proċedura doganali kkonċernata.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-forma ta’ garanzija magħżula tinżamm għal perjodu speċifiku.
Artikolu 199
Garanti
1. Il-garanti msemmi fl-Artikolu 197(1), il-punt (b), għandu jkun terza persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni. Il-garanti għandu jkun approvat mill-awtoritajiet doganali li jeħtieġu l-garanzija, sakemm il-garanti ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-assigurazzjoni akkreditata fl-Unjoni skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli.
2. Il-garanti għandu jimpenja ruħu bil-miktub li jħallas l-ammont garantit tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali u għal imposti oħrajn.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li japprovaw il-garanti jew il-forma ta’ garanzija proposta fejn ikun hemm inċertezza dwar jekk xi wieħed minnhom ikunx jista’, fil-perjodu stipulat, jiżgura l-ħlas tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-forom ta’ garanzija u r-regoli applikabbli għall-garanti msemmijin f’dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għar-revoka u l-kanċellazzjoni tal-impenn meħud mill-garanti, kif imsemmi f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 200
Garanzija komprensiva
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 194(5) biss lil persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
ikunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-punt (a); u |
|
(c) |
ikunu utenti regolari tal-proċeduri doganali involuti jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni għall-operat ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja jew jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-punt (d). |
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-punti (b) u (c) jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) sabiex jipprovdi garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas fir-rigward ta’ dejn doganali potenzjali u imposti oħrajn jew sabiex ma jipprovdix garanzija (“eżoneru mill-garanzija”).
3. Mal-applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jew kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) sabiex jipprovdi garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas fir-rigward ta’ dejn doganali eżistenti u ta’ imposti oħrajn. Tali garanziji komprensivi għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-garanziji pprovduti f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew l-għoti ta’ eżoneru mill-garanzija msemmi fil-paragrafu 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għad-determinazzjoni tal-ammont tal-garanzija, inkluż l-ammont imnaqqas imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 201
Projbizzjonijiet temporanji marbutin mal-użu ta’ garanziji komprensivi
1. Fil-kuntest ta’ proċeduri speċjali jew ta’ ħażna temporanja, il-Kummissjoni tista’ tipprojbixxi temporanjament lil persuni milli jirrikorru għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew eżoneru mill-garanzija msemmija fl-Artikolu 200(2); |
|
(b) |
il-garanzija komprensiva msemmija fl-Artikolu 200 fir-rigward ta’ merkanzija li kienet identifikata bħala s-suġġett ta’ frodi fuq skala kbira. |
2. Meta jkun japplika l-parragrafu 1, jista’ jiġi awtorizzat rikors għall-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew għal eżoneru mill-garanzija jew rikors għall-garanzija komprensiva msemmija fl-Artikolu 200 fil-każ ta’ wieħed minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
(a) |
Meta l-persuna kkonċernata tista’ turi li ma jkun inħoloq ebda dejn doganali fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni matul l-operazzjonijiet li dik il-persuna tkun wettqet fis-sentejn qabel id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
fejn ikun inħoloq dejn doganali fis-sentejn qabel id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-persuna kkonċernata tista’ turi li dawk id-djun tħallsu kollha mid-debitur jew debituri jew mill-garanti fil-perjodu preskritt. |
Sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni sabiex tintuża garanzija komprensiva temporanjament projbita, il-persuna kkonċernata jeħtiġilha wkoll tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-punti (b) u (c).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali rigward il-projbizzjonijiet temporanji relatati mal-użu ta’ garanziji komprensivi msemmijin f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati dwar il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, b’rabta mal-ħtieġa li tissaħħaħ rapidament il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
Artikolu 202
Garanzija addizzjonali jew ta’ sostituzzjoni
Meta l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li l-garanzija mogħtija ma tiżgurax, jew m’għadhiex ċerta jew suffiċjenti biex tiżgura, il-ħlas fil-perjodu stipulat tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn, huma għandhom jitolbu lil persuna msemmija fl-Artikolu 194(3) biex tirrimedja s-sitwazzjoni billi jew tipprovdi garanzija addizzjonali jew tissostitwixxi l-garanzija oriġinali b’garanzija ġdida. Il-persuna rikjesta għandu jkollha għażla bejn iż-żewġ opzjonijiet.
Artikolu 203
Rilaxx tal-garanzija
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-garanzija immedjatament meta d-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal imposti oħrajn jispiċċaw jew ma jistgħux jerġgħu jinħolqu.
2. Meta d-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal imposti oħra jkunu spiċċaw parzjalment, jew jistgħu jinħolqu fir-rigward ta’ parti biss mill-ammont li kien garantit, parti korrispondenti tal-garanzija għandha, fuq talba tal-persuna kkonċernata, tkun rilaxxata kif meħtieġ, sakemm l-ammont involut ma jiġġustifikax tali azzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien għar-rilaxx ta’ garanzija.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali dwar ir-rilaxx tal-garanzija msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 3
L-irkupru, il-ħlas, ir-ripagament u r-remissjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni
Artikolu 204
Determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni
1. L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli għandu jkun determinat mill-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn jiġġarrab id-dejn doganali, jew fejn jitqies li ġġarrab skont l-Artikolu 193. Għall-fini ta’ dik id-determinazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu d-data pprovduta jew magħmula disponibbli.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, sat-28 ta’ Frar 2034, meta tkun tressqet dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli stipulat fid-dikjarazzjoni doganali, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli ta’ wara r-rilaxx. Jekk l-awtoritajiet doganali ma jaqblux ma’ dak l-ammont, huma għandhom jiddeterminaw l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli malli jkollhom l-informazzjoni neċessarja.
3. Meta l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jkun pagabbli ma jirriżultax f’numru sħiħ, dak l-ammont jista’ jinqata’ għad-dritt ‘il fuq jew ‘l isfel.
Meta l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu ikun espress f’euro, għandu jinqata’ għad-dritt mhux aktar minn ‘il fuq jew ‘l isfel lejn l-eqreb numru sħiħ.
Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’:
|
(a) |
jew japplika t-tieni subparagrafu mutatis mutandis; jew |
|
(b) |
jidderoga minn dak is-subparagrafu, dment li r-regoli għat-tqarrib tiegħu ma jkollhomx impatt finanzjarju akbar mir-regola stipulata fit-tieni subparagrafu. |
Artikolu 205
Notifika tad-dejn doganali
1. L-awtorità doganali għandha tinnotifika d-dejn doganali lid-debitur fil-post fejn jiġġarrab id-dejn doganali, jew fejn jitqies li ġġarrab, f’konformità mal-Artikolu 193.
2. Meta l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli huwa ugwali għall-ammont ikkalkulat abbażi tad-data pprovduta jew magħmula disponibbli mill-importatur jew l-esportatur, ir-rilaxx tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali jikkostitwixxi n-notifika tad-dejn doganali lill-importatur jew lill-esportatur.
3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandha ssir fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta, sakemm jiġi ddeterminat b’mod finali l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, ikun ġie impost dazju anti-dumping provviżorju jew dazju kumpensatorju provviżorju jew miżura ta’ salvagwardja provviżorja; |
|
(b) |
meta l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli jisboq dak iddeterminat abbażi ta’ deċiżjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 15; |
|
(c) |
meta d-deċiżjoni oriġinali sabiex ma jiġix innotifikat id-dejn doganali jew sabiex jiġi nnotifikat b’ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni b’ċifra anqas mill-ammont tad-dazju pagabbli fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, tkun ittieħdet abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali li kienu invalidati f’data aktar tard b’deċiżjoni tal-qorti; |
|
(d) |
meta l-awtoritajiet doganali jkunu eżentati skont il-leġiżlazzjoni doganali milli jinnotifikaw id-dejn doganali. |
4. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jinnotifikaw l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli f’konformità mal-paragrafu 1, għandhom jinnotifikaw id-dejn doganali lid-debitur meta jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont u jieħdu deċiżjoni dwaru.
Madankollu, meta l-awtoritajiet doganali jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jew nazzjonali li n-notifika tad-dejn doganali tippreġudika investigazzjoni kriminali fl-Istat Membru tal-awtoritajiet doganali jew fi Stat Membru differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddifferixxu dik in-notifika sa dak iż-żmien li fih ma tibqax tippreġudika dik l-investigazzjoni kriminali.
5. Kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jista’ jikkalkula d-dejn doganali li jikkorrispondi għall-ammont totali tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni relatat mal-merkanzija kollha li tali kummerċjant ikun irrilaxxa għan-nom tal-awtoritajiet doganali matul perjodu li ma għandux jaqbeż il-31 jum tal-kalendarju, u jikkomunika dak id-dejn doganali, inkluż diżaggregazzjoni tal-ammonti relatati ma’ kull oġġett speċifiku, lill-awtoritajiet doganali fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza ta’ dak il-perjodu.
Malli jirċievu dik il-komunikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jitqiesu li jkunu nnotifikaw id-dejn doganali.
6. Importatur għall-bejgħ mill-bogħod li jkun għażel li juża l-iskema IOSS u li jkollu l-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) għandu, fil-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jemenda jew jinvalida l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 74(3) meta l-merkanzija mibjugħa minn dak l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod tiġi rritornata fil-maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod, fl-indirizz tal-ispeditur oriġinali jew f’indirizz ieħor barra mit-territorju doganali tal-Unjoni matul il-perjodu kopert minn dik il-komunikazzjoni. Dak l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-prova tad-dħul fil-maħżen doganali jew tal-ħruġ tal-merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
7. Sat-28 ta’ Frar 2034, meta titressaq dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, dment li l-ħlas ikun ġie ggarantit, jippermettu li d-dejn doganali li jikkorrispondi għall-ammont totali tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni relatat mal-merkanzija kollha rilaxxata lill-istess persuna matul perjodu fiss jiġi nnotifikat fi tmiem dak il-perjodu. Il-perjodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali ma għandux jaqbeż il-31 jum.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu:
|
(a) |
il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu meta l-awtoritajiet doganali huma eżentati min-notifika tad-dejn doganali; |
|
(b) |
l-informazzjoni li għandha tingħata mill-kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) u l-importatur għall-bejgħ mill-bogħod fil-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 206
Limitazzjoni tad-dejn doganali
1. L-awtoritajiet doganali għandu jkollhom perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha ġġarrab id-dejn biex jinnotifikawh lid-debitur. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu d-dejn doganali għandu jitqies bħala preskritt.
2. Meta d-dejn doganali jiġġarrab bħala riżultat ta’ att li, fil-mument li sar, seta’ jwassal għal proċedimenti kriminali fil-qorti, il-perjodu ta’ tliet snin stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għal perjodu minimu ta’ ħames snin u massimu ta’ 10 snin f’konformità mad-dritt nazzjonali.
3. Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu sospiżi meta:
|
(a) |
jitressaq appell f’konformità mal-Artikolu 18, għall-perjodu mid-data li fiha jitressaq l-appell u sa tmiem il-proċedimenti ta’ appell; |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali jikkomunikaw lid-debitur, f’konformità mal-Artikolu 8(6), ir-raġunijiet għaliex biħsiebhom jinnotifikaw id-dejn doganali, għall-perjodu mid-data ta’ dik il-komunikazzjoni sa tmiem il-perjodu li matulu d-debitur jingħata l-opportunità jesprimi l-opinjoni tiegħu; jew |
|
(c) |
in-notifika tad-dejn doganali tiġi differita skont l-Artikolu 205(4), it-tieni subparagrafu. |
4. Fejn jerġa’ jiddaħħal id-dejn doganali skont l-Artikolu 217(8), il-perjodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala sospiżi mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal ripagament jew remissjoni skont l-Artikolu 222, sad-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar ir-ripagament jew ir-remissjoni.
Artikolu 207
Dħul fil-kontijiet
1. L-awtoritajiet doganali msemmijin fl-Artikolu 204 għandhom idaħħlu fil-kontijiet tagħhom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli kif notifikat f’konformità mal-Artikolu 205.
L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 205(2).
2. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikunu obbligati jdaħħlu fil-kontijiet l-ammonti tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li, skont l-Artikolu 206, jikkorrispondu għal dejn doganali li ma setax jibqa’ jiġi nnotifikat lid-debitur.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċeduri prattiċi għad-dħul fil-kontijiet tagħhom ta’ ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni. Dawk il-proċeduri jistgħu jvarjaw skont jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi li fihom inħoloq id-dejn doganali, l-awtoritajiet doganali humiex sodisfatti li tali l-ammonti ser jitħallsu.
Artikolu 208
Żmien tad-dħul fil-kontijiet
1. L-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli fil-kontijiet tagħhom fi żmien 14-il jum mir-rilaxx tal-merkanzija ħlief meta dik il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jdaħħlu l-ammont totali tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni relatat mal-merkanzija kollha rilaxxata lil kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) matul perjodu fiss, f’konformità mal-Artikolu 205(5), permezz ta’ entrata waħda fil-kontijiet tagħhom fi tmiem dak il-perjodu, dment li dik l-entrata ssir fi żmien 14-il jum mill-iskadenza ta’ dak il-perjodu stabbilit.
3. Meta dejn doganali jiġi notifikat skont l-Artikolu 205(7), dan għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mill-iskadenza tal-perjodu kkonċernat.
4. Meta l-merkanzija tista’ tiġi rilaxxata taħt ċerti kundizzjonijiet li jirregolaw jew id-determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli jew il-ġbir tiegħu, dak l-ammont għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mid-data li fiha jkun ġie ddeterminat l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli jew minn meta jiġi stabbilit l-obbligu li jitħallas dak id-dazju.
Madankollu, meta d-dejn doganali jkun relatat ma’ dazju anti-dumping provviżorju, ma’ dazju kumpensatorju provviżorju jew ma’ miżura ta’ salvagwardja proviżorja, l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-att legali tal-Unjoni li jistabbilixxi d-dazju jew il-miżura definittiva.
5. Meta jiġġarrab dejn doganali f’ċirkostanzi li mhumiex koperti bil-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni inkwistjoni u jieħdu deċiżjoni.
6. Il-paragrafu 5 għandu japplika fir-rigward tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li għandu jiġi rkuprat jew li jibqa’ jiġi rkuprat meta l-ammont tad-dazju pagabbli ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet f’konformità mal-paragrafi 1 sa 5 jew ikun ġie ddeterminat u ddaħħal fil-kontijiet f’livell aktar baxx mill-ammont pagabbli.
7. Il-limiti ta’ żmien għad-dħul fil-kontijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw f’ċirkostanzi imprevedibbli jew f’każijiet ta’ forza maġġuri.
8. Id-dħul fil-kontijiet jista’ jkun differit fil-każ imsemmi fl-Artikolu 205(4), it-tieni subparagrafu, sa meta n-notifika tad-dejn doganali ma tibqax tippreġudika l-investigazzjoni kriminali kkonċernata, anke jekk dik l-investigazzjoni ssir fi Stat Membru differenti.
F’każ bħal dan, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-ammont jiġi nnotifikat lid-debitur.
Artikolu 209
L-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri biex tiġi żgurata assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali f’każ li jiġġarrab dejn doganali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
Artikolu 210
Limiti ta’ żmien ġenerali għal ħlas u s-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-ħlas
1. Id-debitur għandu jħallas l-ammonti tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, li jikkorrispondi għal dejn doganali notifikat f’konformità mal-Artikolu 205 fil-perjodu predefinit mill-awtoritajiet doganali.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(2), dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-10 ijiem wara n-notifika lid-debitur tad-dejn doganali.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu dak il-perjodu mal-applikazzjoni tad-debitur f’każijiet meta l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni pagabbli kien iddeterminat waqt il-kontrolli ta’ wara r-rilaxx kif imsemmi fl-Artikolu 68. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 214(2), tali estensjonijiet ma għandhomx jaqbżu ż-żmien meħtieġ sabiex id-debitur jieħu l-passi xierqa sabiex iwettaq l-obbligu tiegħu.
2. Jekk id-debitur ikun intitolat għal kwalunkwe waħda mill-opzjonijiet ta’ ħlas imsemmija fl-Artikoli 212, 213 u 214, il-ħlas għandu jsir fil-perjodu jew perjodi speċifikati b’rabta ma’ dawk l-opzjonijiet.
3. Il-limitu taż-żmien għall-ħlas tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali għandu jkun sospiż fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta applikazzjoni għal remissjoni tad-dazju ssir f’konformità mal-Artikolu 222; |
|
(b) |
meta l-merkanzija tkun ser tiġi ssekwestrata, tinqered jew tiġi abbandunata f’idejn l-Istat; jew |
|
(c) |
meta d-dejn doganali ġġarrab skont l-Artikolu 185 u kien hemm aktar minn debitur wieħed. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli għas-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-ħlas tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u billi jistabbilixxu l-perjodu ta’ sospensjoni.
Artikolu 211
Ħlas
1. Il-ħlas għandu jsir bi kwalunkwe mezz ta’ pagament li jkollu l-effett li jeħles id-dejn, inkluż billi jiġi aġġustat bilanċ ta’ kreditu, f’konformità mad-dritt nazzjonali.
2. Il-ħlas jista’ jsir minn terza persuna minflok mid-debitur.
3. Id-debitur jista’ jħallas l-ammont kollu tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni dovut, jew parti minnu, mingħajr ma jistenna li jiskadi l-perjodu mogħti lid-debitur għall-ħlas.
Artikolu 212
Differiment ta’ ħlas
1. L-awtoritajiet doganali, mal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata u bil-kundizzjoni li tipprovdi garanzija, għandhom jawtorizzaw li l-ħlas tad-dazju pagabbli jiġi differit bi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
separatament fir-rigward ta’ kull ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mdaħħal fil-kontijiet f’konformità mal-Artikolu 208(1), jew mal-Artikolu 208(6); |
|
(b) |
globalment fir-rigward tal-ammonti kollha tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mdaħħlin fil-kontijiet f’konformità mal-Artikolu 208(1) matul perjodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali u li ma jaqbiżx il-31 jum; jew |
|
(c) |
globalment fir-rigward tal-ammonti kollha ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jiffurmaw entrata waħda fil-kontijiet f’konformità mal-Artikolu 208(3). |
2. Bil-kundizzjoni li jipprovdi garanzija, kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jista’ jiddifferixxi l-ħlas tad-dazju pagabbli globalment fir-rigward tal-ammonti kollha ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jiffurmaw entrata waħda fil-kontijiet f’konformità mal-Artikolu 208(2).
Artikolu 213
Il-perjodi li matulhom il-ħlas ikun differit
1. Il-perjodu li matulu jkun differit il-ħlas skont l-Artikolu 212 (il-“perjodu ta’ differiment”) għandu jkun ta’ 30 ġurnata.
2. Meta l-ħlas ikun differit f’konformità mal-Artikolu 212(1), il-punt (a), il-perjodu ta’ differiment għandu jibda mill-jum ta’ wara dak li fih id-dejn doganali jiġi nnotifikat lid-debitur.
3. Meta l-ħlas jiġi differit f’konformità mal-Artikolu 212(1), il-punt (b), il-perjodu ta’ differiment għandu jibda mill-jum ta’ wara dak li fih jintemm il-perjodu ta’ aggregazzjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondu għal nofs il-jiem koperti bil-perjodu ta’ aggregazzjoni.
4. Meta l-ħlas ikun differit f’konformità mal-Artikolu 212(1), il-punt (c), jew l-Artikolu 212(2), il-perjodu ta’ differiment għandu jibda mill-jum ta’ wara tmiem il-perjodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondi għal nofs il-jiem koperti bil-perjodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija.
5. Meta n-numru ta’ jiem tal-perjodu ta’ aggregazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 jew il-perjodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 4 ikun numru fard, in-numru ta’ jiem li għandu jitnaqqas mill-perjodu ta’ differiment skont dawk il-paragrafi għandu jkun daqs nofs l-iżgħar numru biż-żewġ li jmiss.
6. Meta l-perjodu ta’ aggregazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 jew il-perjodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija msemmi fil-paragrafu 4 jiġi espress f’ġimgħat, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li fir-rigward tiegħu jkun ġie differit il-ħlas irid jitħallas sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa tar-raba’ ġimgħa wara l-ġimgħa li fiha l-pagament kien dovut.
Meta l-perjodu ta’ aggregazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 jew il-perjodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija msemmi fil-paragrafu 4 jiġi espress f’xhur, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li fir-rigward tiegħu kien differit il-ħlas irid jitħallas sas-16-il jum tax-xahar wara x-xahar li fih il-pagament kien dovut.
Artikolu 214
Għażliet ta’ ħlas oħrajn
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu lid-debitur għażliet għal ħlas barra l-ħlas differit (“għażliet ta’ ħlas oħrajn”) bil-kundizzjoni li tingħata garanzija.
2. Fejn jingħataw għażliet ta’ ħlas oħrajn skont il-paragrafu 1, l-imgħax fuq il-kreditu għandu jitħallas fuq l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ir-rata tal-imgħax fuq il-kreditu għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax kif ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li l-Bank Ċentrali Ewropew applika għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament fl-ewwel jum tax-xahar fejn kienet taħbat id-data dovuta għad-dejn ikkonċernat, miżjuda b’punt perċentwali.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu ma hijiex l-euro, ir-rata tal-imgħax fuq il-kreditu għandha tkun daqs ir-rata applikata fl-ewwel jum tax-xahar li fih ħabtet id-data tal-għeluq għad-dejn inkwistjoni mill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’punt perċentwali, jew għal Stat Membru li r-rata tal-bank ċentrali nazzjonali ma tkunx disponibbli għalih, l-aktar rata ekwivalenti applikata fl-ewwel jum ta’ dak ix-xahar fis-suq tal-flus tal-Istat Membru, miżjuda b’punt perċentwali.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jeħtiġux garanzija jew ma jitolbux ħlas ta’ imgħax fuq il-kreditu meta jkun stabbilit, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni tad-debitur, li l-ħtieġa ta’ garanzija jew l-impożizzjoni ta’ imgħax fuq il-kreditu joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.
4. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jimponu imgħax ta’ kreditu meta l-ammont għal kull azzjoni ta’ rkupru jkun anqas minn EUR 10.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu billi taġġorna l-limitu stipulat fih biex jirrifletti l-bidliet fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi.
Artikolu 215
Infurzar ta’ ħlas
Meta l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li għandu jitħallas ma jkunx tħallas fil-perjodu mogħti, l-awtoritajiet doganali għandhom jiggarantixxu l-ħlas ta’ dak l-ammont bil-mezzi kollha disponibbli għalihom skont id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 216
Imgħax ta’ inadempjenza
1. L-imgħax ta’ inadempjenza għandu jintalab fuq l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mid-data li fiha jiskadi l-perjodu mogħti sad-data tal-ħlas.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li l-Bank Ċentrali Ewropew applika għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, fl-ewwel jum tax-xahar meta kienet taħbat id-data dovuta tad-dejn ikkonċernat, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu ma hijiex il-euro, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza għandha tkun daqs ir-rata applikata fl-ewwel jum tax-xahar li fih ħabtet id-data tal-għeluq għad-dejn inkwistjoni mill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, jew għal Stat Membru li r-rata tal-bank ċentrali nazzjonali ma hijiex disponibbli għalih, l-aktar rata ekwivalenti applikata fl-ewwel jum ta’ dak ix-xahar fis-suq monetarju tal-Istat Membru, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
2. Meta d-dejn doganali jinħoloq fuq il-bażi tal-Artikolu 185 jew 188, jew meta n-notifika tad-dejn doganali tirriżulta minn kontroll ta’ wara r-rilaxx, l-imgħax ta’ inadempjenza għandu jiġi impost fuq l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, mid-data li fiha jkun iġġarrab id-dejn doganali sad-data tan-notifika tiegħu.
Ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza għandha tkun iffissata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jitolbux ħlas tal-imgħax ta’ inadempjenza meta jiġi stabbilit, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni dokumentata s-sitwazzjoni tad-debitur, li jekk jintalab jinħolqu diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.
4. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jimponu mgħax ta’ inadempjenza meta l-ammont għal kull azzjoni ta’ rkupru jkun anqas minn EUR 10.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu billi taġġorna l-limitu stipulat fih biex jirrifletti l-bidliet fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi.
Artikolu 217
Ripagament u remissjoni
1. Soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, l-awtoritajiet doganali għandhom iħallsu lura jew jirrimborżaw l-ammonti tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
ammonti tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mitlubin żejda; |
|
(b) |
il-merkanzija kienet difettuża jew ma kkonformatx mat-termini tal-kuntratt; |
|
(c) |
kien hemm żball mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(d) |
ekwità; |
|
(e) |
id-data li fuq il-bażi tagħha ġie stabbilit id-dejn doganali ġiet invalidata għall-merkanzija korrispondenti jew, meta applikabbli, invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali. |
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ripagament jew remissjoni tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 meta jilħaq l-EUR 10 jew aktar, ħlief meta l-persuna kkonċernata titlob ir-ripagament jew ir-remissjoni ta’ ammont iżgħar.
3. Meta l-awtoritajiet doganali jqisu li r-ripagament jew ir-remissjoni għandha tingħata fuq il-bażi tal-Artikolu 220 jew 221, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat il-fajl lill-Kummissjoni għal deċiżjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-awtoritajiet doganali jqisu li ċ-ċirkostanzi speċjali jkunu r-riżultat tal-fatt li l-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha; |
|
(b) |
meta l-awtoritajiet doganali jqisu li l-Kummissjoni tkun għamlet żball fis-sens tal-Artikolu 220; |
|
(c) |
meta ċ-ċirkostanzi tal-każ ikunu relatati mas-sejbiet ta’ investigazzjoni tal-Unjoni mwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, jew skont kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor jew skont kwalunkwe ftehim konkluż ieħor mill-Unjoni ma’ pajjiżi jew ma’ gruppi ta’ pajjiżi li fihom issir dispożizzjoni għat-twettiq ta’ tali investigazzjonijiet tal-Unjoni; |
|
(d) |
meta l-ammont li għalih il-persuna kkonċernata tista’ tkun responsabbli fir-rigward ta’ operazzjoni waħda jew aktar ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni jkun daqs jew aktar minn EUR 500 000 b’riżultat ta’ żball jew ta’ ċirkostanzi speċjali. |
4. L-obbligu li jiġi trażmess il-fajl fil-paragrafu 3 ma għandux japplika meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat deċiżjoni dwar każ li jinvolvi kwistjonijiet komparabbli ta’ fatt u ta’ dritt, jew meta tkun diġà qed tikkunsidra tali każ.
5. Meta l-awtoritajiet doganali nfushom jiskopru fil-perjodi msemmijin fl-Artikolu 222(1) li ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jista’ jitħallas lura jew jiġi rimess skont l-Artikolu 218, 220 jew 221, u hija fil-kompetenza tagħhom li jagħmlu dan, huma għandhom iħallsu lura jew jagħtu rimessjoni fuq inizjattiva tagħhom stess.
6. Ma għandu jingħata l-ebda ripagament jew remissjoni jekk is-sitwazzjoni li wasslet għan-notifika tad-dejn doganali hija r-riżultat ta’ qerq min-naħa tad-debitur.
7. Ir-ripagament ma għandux iwassal għall-ħlas tal-imgħax mill-awtoritajiet doganali kkonċernati.
Madankollu, fil-każijiet imsemmijafil-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), ir-ripagament ma għandux iwassal għall-ħlas tal-imgħax mill-awtoritajiet doganali kkonċernati biss jekk dawk l-awtoritajiet doganali jħallsu lura ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mingħajr dewmien żejjed wara li jkun instab li l-ammont huwa ripagabbli. Meta l-awtoritajiet doganali jonqsu milli jħallsu lura dak l-ammont mingħajr dewmien żejjed u d-debitur jibda proċedimenti bl-għan li jikseb ripagament, l-imgħax għandu jitħallas għall-perjodu mid-data tal-ħlas ta’ dawk id-dazji sad-data tar-ripagament tagħhom.
Barra minn hekk, għandu jitħallas imgħax meta deċiżjoni li tagħti ripagament ma tiġix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ttieħdet, sakemm in-nuqqas li tiġi rrispettata l-iskadenza ma jkunx barra mill-kontroll tal-awtoritajiet doganali. Tali imgħax għandu jitħallas mid-data meta jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur sad-data tar-ripagament. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 214.
8. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw ripagament jew remissjoni bi żball, id-dejn doganali oriġinali għandu jerġa’ jiddaħħal, dment li ma jkunx preskritt skont l-Artikolu 206(1) u kwalunkwe imgħax imħallas skont il-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi rimborżat.
9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi taġġorna l-limitu stipulat fih biex jirrifletti l-bidliet fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi.
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli li magħhom għandha tikkonforma meta tieħu deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari dwar dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
|
(b) |
il-limitu ta’ żmien sabiex tittieħed deċiżjoni u s-sospensjoni ta’ dak il-limitu ta’ żmien; |
|
(c) |
il-komunikazzjoni, qabel ma tittieħed deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv lill-persuna kkonċernata, tar-raġunijiet li fuqhom il-Kummissjoni biħsiebha tibbaża d-deċiżjoni tagħha; |
|
(d) |
in-notifika tad-deċiżjoni; |
|
(e) |
il-konsegwenzi jekk ma titteħidx deċiżjoni jew jekk ma tiġix innotifikata tali deċiżjoni. |
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali għal ripagament u remissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
12. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, fil-forma ta’ deċiżjoni, li jawtorizza ir-ripagament jew remissjoni ta’ ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fejn ir-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu jkunu ġew sodisfatti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 283(2).
Meta l-opinjoni tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 283(1) trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 283(6).
Artikolu 218
Ammonti mitlubin żejda tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni
1. Għandu jingħata ripagament jew remissjoni tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jekk l-ammont li jikkorrispondi għad-dejn doganali fin-notifika oriġinali jisboq l-ammont pagabbli, jew id-dejn doganali kien notifikat lid-debitur kuntrarjament għall-Artikolu 205(3), il-punti (c) u (d).
2. Meta l-applikazzjoni għar-ripagament jew għar-remissjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza, fiż-żmien meta l-merkanzija ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, ta’ rata mnaqqsa jew rata żero tad-dazju fuq l-importazzjoni fuq il-merkanzija taħt kwota tariffarja, taħt limitu tariffarju jew taħt miżuri tariffarji favorevoli oħrajn, dak ir-ripagament jew dik ir-remissjoni għandha tingħata jekk, fiż-żmien tat-tressiq l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dokumenti neċessarji u jekk, fil-każ ta’ kwota tariffarja, il-volum tagħha ma jkunx ġie eżawrit, u f’każijiet oħrajn, ir-rata tad-dazju normalment dovuta ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid.
Artikolu 219
Merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ripagament jew remissjoni tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
in-notifika tad-dejn doganali tkun relatata ma’ merkanzija li l-importatur ikun irrifjuta minħabba li, fil-mument tar-rilaxx, kienet difettuża jew ma kinitx konformi mat-termini tal-kuntratt li fuq il-bażi tiegħu tkun ġiet importata; |
|
(b) |
il-merkanzija ma ntużatx, ħlief għal dak l-użu inizjali kif kien neċessarju sabiex jiġi stabbilit li kienet difettuża jew ma kinitx konformi mat-termini tal-kuntratt; u |
|
(c) |
il-merkanzija tinħareġ barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew, mal-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw li l-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, inkluż għall-qerda, jew taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, il-proċedura ta’ ħżin doganali jew il-proċedura ta’ żona libera. |
2. L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jagħmlu ripagament jew remissjoni ta’ ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-merkanzija, qabel ma kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, kienet tqiegħdet taħt proċedura speċjali għall-ittestjar, sakemm ma jkunx stabbilit li l-fatt li l-merkanzija kienet difettuża jew ma kenitx tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt normalment ma setgħax ikun osservat matul dawn it-testijiet; |
|
(b) |
in-natura difettuża tal-merkanzija tkun ittieħdet f’kunsiderazzjoni fit-tfassil tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt, b’mod partikolari il-prezz, qabel ma l-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura doganali li tinvolvi l-ħolqien ta’ dejn doganali; |
|
(c) |
il-merkanzija tinbiegħ mill-applikant wara li jkun aċċertat li din tkun difettuża jew mhux konformi mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt. |
3. Merkanzija difettuża tinkludi merkanzija li ġratilha ħsara qabel ir-rilaxx tagħha.
Artikolu 220
Żball mill-awtoritajiet doganali
1. F’każijiet għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 217(1), il-punt (e) u fl-Artikoli 218, 219 u 221, l-awtoritajiet doganali għandhom joffru ripagament jew remissjoni ta’ ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni meta, bħala riżultat ta’ żball mill-awtoritajiet kompetenti, ikunu nnotifikaw ammont li jikkorrispondi għad-dejn doganali li jkun aktar baxx mill-ammont pagabbli, dment li d-debitur ma setax raġonevolment jiskopri dak l-iżball u kien qed jaġixxi in bona fide.
2. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 218(2) ma jkunux sodisfatti, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ripagament jew remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni meta nuqqas ta’ applikazzjoni tar-rata mnaqqsa jew żero tad-dazju kien ir-riżultat ta’ żball min-naħa tagħhom u tad-data li fuq il-bażi tagħha ġiet irrilaxxata l-merkanzija jew, meta applikabbli, tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera li kien fiha d-data kollha u kienet akkumpanjata mid-dokumenti kollha neċessarji għall-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa jew tar-rata żero.
3. Meta t-trattament preferenzjali tal-merkanzija jingħata fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva li tinvolvi lill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, il-ħruġ ta’ ċertifikat minn dawk l-awtoritajiet li aktar tard jirriżulta li ma jkunx korrett, għandu jikkostitwixxi żball li ma setax jiġi identifikat b’mod raġonevoli skont it-tifsira tal-paragrafu 1.
Madankollu, il-ħruġ ta’ ċertifikat mhux korrett ma għandux jikkostitwixxi żball meta ċ-ċertifikat ikun ibbażat fuq rendikont mhux korrett tal-fatti pprovdut mill-esportatur, ħlief meta jkun evidenti li l-awtoritajiet li ħarġuh kienu konxji jew misshom kienu konxji li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-intitolament għat-trattatment preferenzjali.
Id-debitur għandu jitqies li kien qed jaġixxi in bona fide jekk id-debitur jista’ juri li, matul il-perjodu li matulu kienu qegħdin isiru l-operazzjonijiet ta’ kummerċ ikkonċernati ħa ħsieb biżżejjed sabiex jiżgura li l-kundizzjonijiet kollha għat-trattament preferenzjali kienu sodisfatti.
Id-debitur ma jistax jiddependi fuq stqarrija ta’ bona fide jekk il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jingħad li jkun hemm lok għal dubju dwar l-applikazzjoni xierqa tal-arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż terz benefiċjarju.
Artikolu 221
Ekwità
1. F’każijiet għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 217(1), il-punt (e) u fl-Artikoli 218, 219 u 220, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu ripagament jew remissjoni tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni fl-interess ta’ ekwità meta jiġġarrab dejn doganali f’ċirkostanzi speċjali li fihom ma jista’ jiġi attribwit l-ebda qerq jew negliġenza ovvja lid-debitur.
2. Iċ-ċirkostanzi speċjali msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li jeżistu meta jkun ċar miċ-ċirkostanzi tal-każ li d-debitur jinsab f’sitwazzjoni eċċezzjonali meta mqabbel ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn impenjati fl-istess negozju, u li, fin-nuqqas ta’ ċirkostanzi bħal dawn id-debitur ma kienx ibati minn żvantaġġ ikkawżat mill-ġbir tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni.
Artikolu 222
Proċedura għal ripagament u remissjoni
1. L-applikazzjonijiet għar-ripagament jew remissjoni ta’ ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni f’konformità mal-Artikolu 217 għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali fil-perjodi li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ ta’ ammonti tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li fihom intalab ħlas żejjed, żball mill-awtoritajiet kompetenti jew ekwità, fi żmien tliet snin mid-data tan-notifika tad-dejn doganali; |
|
(b) |
fil-każ ta’ merkanzija difettuża jew ta’ merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt, fi żmien sena mid-data tan-notifika tad-dejn doganali; |
|
(c) |
fil-każ ta’ invalidazzjoni tad-data jew fejn applikabbli, ta’ dikjarazzjoni doganali li fuq il-bażi tagħha tkun ġiet rilaxxata l-merkanzija, fi żmien sena mid-data tal-invalidazzjoni ta’ dik id-data jew ta’ dik id-dikjarazzjoni doganali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fir-regoli applikabbli għall-invalidazzjoni. |
Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), għandu jiġi estiż meta l-applikant jagħti prova li nżamm milli jissottometti applikazzjoni fiż-żmien predefinit minħabba ċirkostanzi imprevidibbli jew forza maġġuri.
2. Meta l-awtoritajiet doganali ma jkunux f’pożizzjoni, li jagħtu r-ripagament jew remissjoni ta’ ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni abbażi tar-raġunijiet invokati, huwa għandhom jeżaminaw il-merti ta’ applikazzjoni għar-ripagament jew remissjoni fid-dawl tar-raġunijiet l-oħrajn għar-ripagament jew għar-remissjoni msemmijin fl-Artikolu 217.
3. Meta jkun tressaq appell skont l-Artikolu 18 kontra n-notifika tad-dejn doganali, il-perjodu rilevanti speċifikat fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll l-eżami tal-applikazzjonijiet għar-remissjoni u għar-ripagament u l-limiti ta’ żmien relatati għandhom jiġu sospiżi, mid-data li fiha jiġi ppreżentat l-appell, għad-durata tal-proċedimenti ta’ appell.
4. Meta awtorità doganali tagħti ripagament jew remissjoni f’konformità mal-Artikolu 220 jew 221, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli proċedurali sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 4
L-estinzjoni ta’ dejn doganali
Artikolu 223
Estinzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar in-nuqqas ta’ rkupru tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fil-każ tal-insolvenza tad-debitur stabbilita b’mod ġudizzjarju, dejn doganali fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għandu jitqies estint b’waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
billi d-dejn doganali jsir preskritt f’konformità mal-Artikolu 206; |
|
(b) |
bil-ħlas tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni; |
|
(c) |
soġġett għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, bir-remissjoni tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni; |
|
(d) |
fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu li jitħallas dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni, bid-data li fuq il-bażi tagħha jkun sar ir-rilaxx jew ġiet invalidata d-dikjarazzjoni doganali; |
|
(e) |
bil-merkanzija soġġetta għal dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni tkun ikkonfiskata jew tinqabad u simultanjament jew sussegwentement tiġi kkonfiskata; |
|
(f) |
bil-qerda taħt superviżjoni doganali jew l-abbandun lill-Istat tal-merkanzija soġġetta għal dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni; |
|
(g) |
bl-għajbien tal-merkanzija jew in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni doganali bħala riżultat tal-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli ta’ dik il-merkanzija minħabba n-natura proprja tal-merkanzija jew ċirkostanzi imprevedibbli jew forza maġġuri, jew bħala konsegwenza ta’ struzzjoni mill-awtoritajiet doganali, inkluż meta din ma tkunx tista’ tintuża aktar minn kwalunkwe persuna u għalhekk għandha titqies li ntilfet irrimedjabbilment; |
|
(h) |
meta d-dejn doganali jkun iġġarrab f’konformità mal-Artikolu 185 jew 188, billi ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(i) |
fil-każ ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera skont eżenzjoni mid-dazju, jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, billi tkun ġiet esportata bil-permess tal-awtoritajiet doganali; |
|
(j) |
meta jkun iġġarrab id-dejn doganali skont l-Artikolu 184, billi jiġu kkanċellati l-formalitajiet doganali meħtieġa li għandhom jitwettqu sabiex ikun jista’ jingħata t-trattament tariffarju preferenzjali msemmi f’dak l-Artikolu; |
|
(k) |
meta, soġġett għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, id-dejn doganali ġġarrab skont l-Artikolu 185 billi ngħatat evidenza li tissodisfa lill-awtoritajiet doganali li l-merkanzija ma ntużatx jew ma ġietx ikkonsmata u nħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(l) |
meta dejn doganali ġġarrab minħabba li nqabżet il-kwantità jew il-valur tal-merkanzija speċifikata f’awtorizzazzjoni għal proċeduri speċjali, sal-iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha ġġarrab id-dejn doganali, dment li kien ikun possibbli li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni jew li tingħata awtorizzazzjoni ġdida mingħajr eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi biex tiġi koperta dik il-kwantità jew il-valur akbar li kieku ġiet ippreżentata talba għal dak l-għan f’dak il-perjodu, u soġġett għall-issodisfar taż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(m) |
fil-każ ta’ merkanzija soġġetta għal bejgħ mill-bogħod, jew:
|
2. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (e), id-dejn doganali għandu, madankollu, għall-finijiet ta’ penali għal ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, jitqies li ma jkunx ġie estint meta, skont dan ir-Regolament jew skont id-dritt ta’ Stat Membru, id-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jew l-eżistenza ta’ dejn doganali tipprovdi l-bażi għall-impożizzjoni ta’ penali.
3. Meta, f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (i), id-dejn doganali jkun ġie estint fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, kwalunkwe ruttam jew skart li jirriżulta mill-qerda tagħha għandu jitqies bħala merkanzija mhux tal-Unjoni.
4. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ marbutin mar-rati standard għal telf li ma jistax jiġi rkuprat minħabba n-natura tal-merkanzija għandhom jiġu applikati meta l-persuna kkonċernata tonqos milli turi li t-telf reali jeċċedi dak ikkalkolat bl-applikazzjoni tar-rata standard għall-merkanzija inkwistjoni.
5. Meta diversi persuni jkunu responsabbli għal ħlas tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u tingħata remissjoni, id-dejn doganali għandu jiġi estint biss fir-rigward tal-persuna jew tal-persuni li lilhom tingħata r-remissjoni.
6. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (k), id-dejn doganali ma għandux jiġi estint fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew ta’ persuni li ppruvaw iqarqu.
7. Meta d-dejn doganali jkun iġġarrab skont l-Artikolu 185, huwa għandu jiġi estint biss fir-rigward ta’ persuni li l-imġiba tagħhom ma kienet tinvolvi l-ebda tentattiv ta’ qerq u li kkontribwew għall-ġlieda kontra l-frodi.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-lista ta’ nuqqasijiet b’ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-ħażna temporanja jew tal-proċedura doganali kkonċernata kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (h)(i) u (l)(i), ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 224
Applikazzjoni ta’ penali
Il-fatt li d-dejn doganali jiġi estint fuq il-bażi tal-Artikolu 223(1), il-punt (h) jew (l), ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ penali għal ksur relatat tal-leġiżlazzjoni doganali.
TITOLU XI
MIŻURI RESTRITTIVI U MEKKANIŻMU GĦALL-MANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET
KAPITOLU 1
Miżuri restrittivi
Artikolu 225
Rwol tal-Awtorità Doganali tal-UE u tal-awtoritajiet doganali
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni korretta, konsistenti u effettiva tal-miżuri restrittivi adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE (“miżuri restrittivi”) billi timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha u, soġġetta għal rieżami u għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, billi tipprovdi gwida xierqa lill-awtoritajiet doganali.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jikkonformaw mal-miżuri restrittivi, filwaqt li jqisu l-gwida tal-Awtorità Doganali tal-UE.
Artikolu 226
Rapportar
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tirrapporta regolarment u kull meta jkun neċessarju lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi mill-awtoritajiet doganali, b’mod partikolari billi tidentifika diskrepanzi possibbli fost l-Istati Membri.
Barra minn hekk, għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri restrittivi fuq il-flussi kummerċjali u l-konformità doganali.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jinformaw lill-Awtorità Doganali tal-UE, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti għall-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi dwar kwalunkwe każ jew każ suspettat, ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi u tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meħuda. Dik l-informazzjoni għandha, kull fejn ikun possibbli, tiġi pprovduta permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
KAPITOLU 2
Mekkaniżmu għall-maniġġar ta’ kriżijiet
Artikolu 227
Protokolli u proċeduri
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tħejji proċeduri u protokolli, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Istati Membri, bil-ħsieb li tiżgura rispons adegwat għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Dawk il-proċeduri u protokolli jistgħu jiġu attivati f’konformità mal-Artikolu 228(1) f’każ ta’:
|
(a) |
kriżi fi Stat Membru wieħed jew aktar li jkollha impatt sinifikanti, jew potenzjalment sinifikanti, fuq il-formalitajiet doganali meħtieġa li jitwettqu u li tista’ tfixkel il-fluss tal-merkanzija, il-kontrolli doganali jew il-proċeduri relatati; |
|
(b) |
kriżi f’settur partikolari li tirrikjedi li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni koordinata mal-awtoritajiet rilevanti. |
2. Il-protokolli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkopru b’mod partikolari:
|
(a) |
l-applikazzjoni ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarji komuni, kriterji u standards komuni tar-riskju u profili tar-riskju, kif ukoll miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju, kontrolli doganali u formalitajiet doganali meħtieġa li jitwettqu, inkluż it-termini tal-ħlas; |
|
(b) |
qafas ta’ kollaborazzjoni biex jappoġġa l-użu temporanju minn Stat Membru għal ieħor ta’ uffiċjali doganali u tagħmir ta’ kontroll doganali; |
|
(c) |
korsiji rapidi fil-fruntieri biex jiġu minimizzati d-dewmien u l-konġestjoni fil-flussi tal-merkanzija; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni, l-estensjoni u d-diżattivazzjoni tal-miżuri u l-arranġamenti differenti biex jiġu ffaċċjati sitwazzjonijiet ta’ kriżi, abbażi ta’ ħtiġijiet definiti b’mod ċar u ġustifikazzjoni xierqa; |
|
(e) |
l-evitar ta’ restrizzjonijiet kummerċjali dwar merkanzija rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6) tar-Regolament (UE) 2024/2747; |
|
(f) |
mekkaniżmu ta’ kontinwità tal-operat kif imsemmi fl-Artikolu 29(9) u l-Artikolu 31(11) ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 228
Attivazzjoni tal-mekkaniżmu għall-maniġġar ta’ kriżijiet
1. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew tal-Awtorità Doganali tal-UE, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jattivaw l-azzjonijiet u l-arranġamenti neċessarji li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ kriżi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom:
|
(a) |
iqisu il-protokolli u l-proċeduri imsemmijin fl-Artikolu 227; |
|
(b) |
jidentifikaw il-miżuri u l-arranġamenti speċifiċi meħtieġa biex tiġi indirizzata sitwazzjoni ta’ kriżi jew biex jittaffew l-effetti negattivi tagħha; |
|
(c) |
jistabbilixxu d-durata tal-miżuri u l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati u l-kundizzjonijiet rilevanti għall-estensjoni u d-diżattivazzjoni tagħhom. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4) u (5).
2. Fil-każ ta’ kriżi, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tistabbilixxi ċellola ta’ rispons għall-kriżijiet li tkun disponibbli b’mod permanenti matul dik il-kriżi.
Il-kompetenzi, l-oqsma ta’ għarfien espert u l-kompożizzjoni taċ-ċellola ta’ rispons għall-kriżijiet għandhom jiġu ddeterminati fiż-żmien tal-istabbiliment tagħha, filwaqt li jitqiesu l-protokolli u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 227 kif ukoll in-natura u l-ambitu tal-kriżi. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Awtorità Doganali tal-UE matul l-istadju tal-ippjanar u fl-istabbiliment ta’ tali ċellola ta’ rispons għall-kriżijiet. Iċ-ċellola ta’ rispons għall-kriżijiet għandha tiġi ffinanzjata mill-approprjazzjonijiet tal-baġit mogħtija lill-Awtorità Doganali tal-UE.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jimplimentaw u japplikaw il-miżuri u l-arranġamenti attivati skont dan l-Artikolu u għandhom jirrapportaw lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-format u l-frekwenza tar-rapportar għandhom jiġu ddeterminati mill-Awtorità Doganali tal-UE f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-kriżi u l-miżuri applikati.
4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkoordina u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet doganali. Għandha tivvaluta l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, ir-rapporti tal-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 3, u tirrapporta r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali.
TITOLU XII
L-AWTORITÀ DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA
KAPITOLU 1
Prinċipji
Artikolu 229
Stabbiliment u status legali
1. L-Awtorità Doganali tal-UE hija b’dan stabbilita u għandha tkun korp tal-Unjoni u jkollha personalità ġuridika.
2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Awtorità Doganali tal-UE għandu jkollha l-aktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għal proċedimenti legali.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 230
Sede
Is-sede tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun Lille, Franza.
Artikolu 231
Missjoni u objettivi tal-Awtorità Doganali tal-UE
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkontribwixxi għat-twettiq tal-missjoni tal-awtoritajiet doganali kif stipulata fl-Artikolu 2.
2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Istati Membri, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
tikkontribwixxi għall-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni meħtieġa sabiex timplimenta l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament u sabiex isir l-aħjar użu mid-data disponibbli għal finijiet ta’ superviżjoni doganali, ta’ kontroll u ta’ ġestjoni tar-riskju; |
|
(b) |
tappoġġa lill-awtoritajiet doganali fil-kisba ta’ implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u l-kontrolli doganali; |
|
(c) |
tikkontribwixxi għall-ġestjoni operazzjonali tal-unjoni doganali billi tikkoordina u tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet doganali u billi tiġbor flimkien u tipprovdi għarfien espert tekniku sabiex iżżid l-effiċjenza u t-tisrif tar-riżultati; |
|
(d) |
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(e) |
tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f’oqsma fejn l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-ġestjoni ta’ merkanzija li taqsam il-fruntiera esterna tat-territorju doganali tal-Unjoni. |
KAPITOLU 2
Kompiti
Artikolu 232
Kompiti
1. Mid-data li fiha tiġi fdata bl-iżvilupp, bl-operat u bil-manutenzjoni tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 51(2), l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, u għandha tikkontribwixxi għall-operat effiċjenti tal-ambjent doganali elettroniku fil-livell tal-Unjoni.
2. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq l-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ pproċessar tad-data neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju, f’konformità mat-Titolu IV, il-Kapitolu 2.
4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq kompiti fir-rigward ta’ miżuri restrittivi u ta’ mekkaniżmi għall-maniġġar ta’ kriżijiet f’konformità mat-Titolu XI.
5. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jissorveljaw b’mod aktar effiċjenti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi li l-Kunsill jista’ jadotta f’konformità mal-Artikolu 215(2) TFUE u li jaffettwaw il-fluss tal-merkanzija, biex jiġi żgurat li dawk il-miżuri ma jiġux evitati.
6. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha, abbażi ta’ valutazzjoni tat-theddid imwettqa skont l-Artikolu 57(1) u l-Artikolu 57(2), il-punt (c), tiżviluppa perjodikament rakkomandazzjonijiet sabiex tappoġġa lill-awtoritajiet doganali fit-twettiq tal-missjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tissottometti dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha tqishom meta tidentifika oqsma li jeħtieġu trattament ta’ prijorità għall-informazzjoni tal-Kunsill u kunsiderazzjoni possibbli.
7. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha twettaq attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u tipprovdi appoġġ u koordinazzjoni operazzjonali lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, hija għandha:
|
(a) |
tiżviluppa standards komuni indikattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, abbażi tad-dijanjostika u l-evalwazzjoni tal-uffiċċji doganali, u toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki u timmonitorja l-użu tagħhom; |
|
(b) |
twettaq kejl tal-prestazzjoni għall-unjoni doganali, u ssostni lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-prestazzjoni tal-unjoni doganali, f’konformità mat-Titolu XV, il-Kapitolu 1; |
|
(c) |
tħejji l-kontenut ta’ taħriġ għall-uffiċjali doganali u għall-professjonisti doganali fl-Unjoni biex jikkomplementa u jappoġġa t-taħriġ ipprovdut mill-Istati Membri, fejn xieraq; |
|
(d) |
tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sistema tal-Unjoni sabiex tirrikonoxxi l-eċċellenza tal-istituzzjonijiet edukattivi li joffru programmi ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni fil-qasam doganali, inkluż għall-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u għall-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check); |
|
(e) |
tikkoordina u tappoġġa l-ħolqien volontarju mill-Istati Membri ta’ ċentri speċjalizzati ta’ eċċellenza għal finijiet li jkopru l-Unjoni kollha f’oqsma doganali rilevanti, b’mod partikolari għat-taħriġ ta’ uffiċjali doganali, professjonisti doganali u laboratorji doganali; |
|
(f) |
tiffaċilita u tikkoordina l-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam doganali; |
|
(g) |
tħejji u xxerred manwali operazzjonali għall-applikazzjoni prattika tal-proċessi doganali u tal-metodi ta’ ħidma, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet doganali, u tiżviluppa standards komuni f’dak ir-rigward; |
|
(h) |
tħejji linji gwida u manwali simplifikati għall-intrapriżi mikro u żgħar u tappoġġahom fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u l-formalitajiet doganali tal-Unjoni; |
|
(i) |
toħroġ opinjoni dwar jekk l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proċeduri speċjali jaffettwax b’mod avvers l-interessi tal-produtturi tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 125(5), (6) u (7); |
|
(j) |
tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali għajr l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 268(10); |
|
(k) |
tikkoordina u ssostni l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri differenti, u bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħrajn fi Stati Membri differenti f’konformità mat-Titolu XIII; |
|
(l) |
fuq talba ta’ Stat Membru, tiffaċilita u tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħrajn, fi Stat Membru wieħed f’konformità mat-Titolu XIII; |
|
(m) |
tippjana, torganizza u tikkoordina l-kontrolli konġunti msemmijin fl-Artikolu 267; |
|
(n) |
tipprovdi sostenn u għarfien espert lill-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni ta’ każijiet kumplessi ta’ klassifikazzjoni, ta’ valutazzjoni, u ta’ oriġini, u l-evalwazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet f’dak ir-rigward; |
|
(o) |
tipprovdi appoġġ u għarfien espert lill-awtoritajiet doganali biex isolvu l-inċertezzi rigward id-determinazzjoni tal-post tal-istabbiliment tal-operaturi ekonomiċi meta l-kriterji applikabbli jirreferu għal aktar minn Stat Membru wieħed; |
|
(p) |
tassisti lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fil-ġestjoni tagħha tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, relatati ma’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. |
8. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tiżviluppa u żżomm kanali ta’ komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE u tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tariffi, il-kwoti u l-miżuri restrittivi.
9. Il-Kummissjoni tista’ tinkariga lill-Awtorità Doganali tal-UE bil-kompitu li tipprovdi appoġġ dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija operazzjonali għal attivitajiet relatati mat-tagħmir ta’ kontroll doganali u ma’ programmi oħrajn relatati mad-dwana. F’dak il-każ, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkoopera mal-Kummissjoni u tista’ twettaq kompiti bħall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, il-ġestjoni tal-finanzjament, il-koordinazzjoni tal-akkwist konġunt, ix-xiri ta’ tagħmir u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni konġunta tiegħu.
Artikolu 233
Kompiti oħrajn
L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tiġi assenjata kompiti ulterjuri fil-qasam tal-moviment liberu, tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni ta’ merkanzija ta’ pajjiżi terzi, jekk dan ikun previst mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni. Meta kompiti bħal dawn jiġu assenjati jew fdati lill-Awtorità Doganali tal-UE, għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji u umani xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom.
KAPITOLU 3
Organizzazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE
Artikolu 234
Struttura amministrattiva u ta’ ġestjoni
L-istruttura amministrattiva u ta’ ġestjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinkludi:
|
(a) |
Bord tat-Tmexxija li jeżerċita l-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 238; |
|
(b) |
Bord Eżekuttiv li jeżerċita l-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 240; |
|
(c) |
Direttur Eżekuttiv li jeżerċita l-kompiti u r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 242; |
|
(d) |
Viċi Direttur Eżekuttiv li jeżerċita l-kompiti u r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 244, jekk il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li joħloq din il-kariga; |
|
(e) |
Bord Konsultattiv Doganali li jeżerċita l-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 245. |
Artikolu 235
Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
membru wieħed minn kull Stat Membru; |
|
(b) |
żewġ membri maħtura mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
membru maħtur mill-Parlament Ewropew. |
Il-membri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), għandu jkollhom dritt tal-vot.
2. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu membru supplenti. Dak il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.
3. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u l-membri supplenti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom fil-qasam tad-dwana, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti, u l-esperjenza tagħhom bil-politiki tal-unjoni doganali. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tal-membri ddeżinjati minnhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tiegħu. Il-partijiet kollha għandhom jiżguraw li jilħqu rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-Bord tat-Tmexxija.
4. Il-mandat għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u għall-membri supplenti tagħhom għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded.
5. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom id-dritt li jirrevokaw il-ħatra tal-membri rispettivi tagħhom u tal-membri supplenti tagħhom. Meta l-ħatra ta’ membru tal-Bord tat-Tmexxija jew tal-membru supplenti tiegħu tiġi revokata, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-President u lill-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija bir-revoka u bis-sostituzzjoni ta’ dak il-membru jew ta’ dak il-membru supplenti.
6. Kull membru u membru supplenti għandu jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub meta jieħdu l-kariga li fiha jiddikjara li ma għandu ebda kunflitt ta’ interessi. Kull membru u membru supplenti għandu jaġġorna d-dikjarazzjoni tiegħu fil-każ ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ kunflitt ta’ interess u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena.
Artikolu 236
President tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu bi dritt tal-vot. Jekk membru maħtur mill-Kummissjoni ma jiġix elett President, allura wieħed mill-membri maħtura mill-Kummissjoni għandu jinħatar awtomatikament bħala Viċi President. Jekk membru maħtur mill-Kummissjoni jiġi elett President, il-Viċi President għandu jiġi elett minn fost il-membri l-oħra tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.
2. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk dan ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.
3. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tal-President jew tal-Viċi President fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, dak il-mandat għandu jiskadi simultanjament.
4. Regoli dettaljati għall-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President u dwar it-tiġdid tal-mandat tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 237
Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jsejjaħ tal-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu. Barra minn hekk, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni proviżorja mill-Bord Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 240(4), il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa’ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 240(5).
4. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden fuq bażi ad hoc lil kwalunkwe persuna li jista’ jkollha opinjoni li tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi l-laqgħat mingħajr id-dritt tal-vot.
5. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u l-membri supplenti tagħhom jistgħu, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija, ikunu assistiti fil-laqgħat tiegħu minn konsulenti jew minn esperti.
6. Meta fl-aġenda ta’ laqgħa jkun hemm kwistjoni ta’ kunfidenzjalità jew ta’ kunflitt ta’ interess, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddiskuti u jiddeċiedi dwar dik il-kwistjoni mingħajr il-preżenza tal-membru kkonċernat. Dak ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu rappreżentati minn membru supplenti. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jistgħu jitqiegħdu fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.
7. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 238
Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President u, fejn rilevanti, iġedded il-mandat tagħhom f’konformità mal-Artikolu 236.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-Bord Eżekuttiv sal-21 ta’ Settembru 2029.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu:
|
(a) |
jipprovdi l-orjentazzjoni ġenerali tal-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE; |
|
(b) |
jadotta l-baġit annwali tal-Awtorità Doganali tal-UE u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward ta’ dak il-baġit skont il-Kapitolu 4; |
|
(c) |
jivvaluta, jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-rapport annwali konsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE, inkluż ħarsa ġenerali lejn it-twettiq tal-kompiti tagħha u lejn il-prestazzjoni ġenerali tagħha fil-kisba tal-objettivi tal-politika doganali, u jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri; |
|
(d) |
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 248; |
|
(e) |
jadotta strateġija interna kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu ser jiġu implimentati; |
|
(f) |
jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, u jippubblika kull sena fuq is-sit web tal-Awtorità Doganali tal-UE dikjarazzjoni mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija li tindika n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess; |
|
(g) |
jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni msemmijin fl-Artikolu 258(3), fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet, u jaġġornahom regolarment; |
|
(h) |
jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-regoli ta’ proċedura tiegħu; |
|
(i) |
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“Kundizzjonijiet tal-Impjieg”) (40) f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(j) |
f’konformità mal-paragrafu 4, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE, is-setgħat mogħtijin bir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità tal-ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg lill-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg (is-“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”); |
|
(k) |
jadotta r-regoli li jirregolaw is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Awtorità Doganali tal-UE, kif imsemmi fl-Artikolu 256(2); |
|
(l) |
jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità ta’ awditu intern; |
|
(m) |
jadotta r-regoli tas-sigurtà tal-Awtorità Doganali tal-UE msemmijin fl-Artikolu 260; |
|
(n) |
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, jekk tinħoloq kariga bħal din, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u, meta rilevanti jestendi l-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-kariga f’konformità mal-Artikolu 241; |
|
(o) |
jadotta indikaturi tal-prestazzjoni li jippermettu l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv; |
|
(p) |
jaħtar membri tal-Bord Eżekuttiv u, fejn rilevanti, jestendi l-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-kariga; |
|
(q) |
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, li jista’ jkun l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u li għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu; |
|
(r) |
jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Awtorità Doganali tal-UE, u meta jkun neċessarju, dwar il-modifika tagħhom, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Awtorità Doganali tal-UE kif ukoll l-immaniġġjar baġitarju sod; |
|
(s) |
jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 268; |
|
(t) |
jistabbilixxi u jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Konsultattiv Doganali; |
|
(u) |
jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma u gruppi ta’ esperti biex jappoġġaw lill-Awtorità Doganali tal-UE fit-twettiq tal-kompiti tagħha u jadotta r-regoli ta’ proċedura tagħhom; |
|
(v) |
jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 249 qabel is-sottomissjoni tiegħu lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħha; |
|
(w) |
filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 239; |
|
(x) |
jadotta strateġija ta’ “titjib fl-effiċjenza u ta’ sinerġiji”; |
|
(y) |
jadotta strateġija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(z) |
jadotta strateġija għall-ġestjoni organizzazzjonali u għas-sistemi ta’ kontroll intern; |
|
(za) |
iwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 258; |
|
(zb) |
jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 270; |
|
(zc) |
jadotta l-protokolli u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 227; |
|
(zd) |
f’konformità mal-Artikolu 240(5), jikkonferma d-deċiżjonijiet proviżorji meħuda mill-Bord Eżekuttiv skont l-Artikolu 240(4); |
|
(ae) |
jibda l-verifika mill-Awtorità Doganali tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 31(6); |
|
(zf) |
jadotta l-qafas għal kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet jew korpi kompetenti oħra fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 268(3). |
4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom dik id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.
5. Meta ċirkustanzi eċċezzjonali hekk jirrikjedu, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jieħu deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċita dawk is-setgħat huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew xi membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 239
Regoli tal-vot tal-Bord tat-Tmexxija
1. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom, bħala regola, jittieħdu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot, ħlief għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 238(1) u l-Artikolu 238(3), il-punti (b), (f), (n) u (w), li għandhom jeħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.
2. Kull membru bi dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bid-dritt tal-vot, il-membru supplenti tiegħu għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.
3. Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
4. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ votazzjoni aktar dettaljati, b’mod partikolari dwar l-astensjonijiet, l-użu ta’ proċeduri bil-miktub u ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi għan-nom ta’ membru ieħor.
Artikolu 240
Il-Bord Eżekuttiv
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu:
|
(a) |
jiggwida u jissorvelja l-ħidma preparatorja għad-deċiżjonijiet li jkunu ser jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(b) |
jiżgura, flimkien mal-Bord tat-Tmexxija, li jingħata segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE; |
|
(c) |
jiċċekkja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, bl-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u dik baġitarja. |
3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Bord tat-Tmexxija.
4. Meta jkun neċessarju għal raġunijiet ta’ urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji għan-nom tal-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari:
|
(a) |
dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluża s-sospensjoni tad-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra u ta’ kwistjonijiet baġitarji; |
|
(b) |
meta tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ kriżi kif stabbilita fit-Titolu XI, li tkun teħtieġ azzjoni immedjata jew aġġustament immedjat tal-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE. |
5. Deċiżjoni proviżorja meħuda mill-Bord Eżekuttiv skont il-paragrafu 4 għandha tiġi kkonfermata b’deċiżjoni formali tal-Bord tat-Tmexxija mhux aktar tard minn 90 jum wara li tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni proviżorja. Meta deċiżjoni formali tal-Bord tat-Tmexxija ma titteħidx f’dak il-limitu ta’ żmien, id-deċiżjoni proviżorja tal-Bord Eżekuttiv għandha tieqaf tapplika.
6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura mill-Kummissjoni u minn erba’ membri oħra maħtura mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Meta jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-għan li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.
7. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv għandhom jittieħdu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu.
8. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ sentejn u jista’ jiġġedded darba. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm mad-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija jew meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.
9. Il-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ tal-anqas erba’ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.
10. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv. Dawk ir-regoli ta’ proċedura għandhom jinkludu regoli dettaljati dwar il-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, li għandu jkollhom l-għan li jiżguraw rotazzjoni xierqa fost il-membri maħtura mill-Istati Membri filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, id-diversità tal-Istati Membri.
Artikolu 241
Ħatra, sensja u estensjoni tal-mandat
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (a), tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti, imfassla b’tali mod li tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri.
Il-proċedura tal-għażla għandha tinkludi l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u permezz ta’ kanali xierqa oħra. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-abbozz ta’ sejħa għal interess.
2. Il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-kandidati għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv iwieġbu mistoqsijiet mill-membri tiegħu qabel il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, mingħajr ma jdewwem il-proċedura tal-ħatra jew jillimita t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.
3. Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Fi żmien xieraq qabel tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni, f’konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, li tikkunsidra evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Awtorità Doganali tal-UE.
5. Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux aktar minn ħames snin.
Il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu qabel jiġi estiż it-terminu tiegħu, mingħajr ma tiddewwem il-proċedura tal-estensjoni jew jillimita t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.
6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ selezzjoni oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu estiż tat-terminu tiegħu.
7. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu mgħarrfa bir-raġunijiet għal tali deċiżjoni.
8. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.
Artikolu 242
Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimmaniġġja l-Awtorità Doganali tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu u tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u lanqas għandu jieħu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern jew korp ieħor.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq ta’ dmirijietu u l-prestazzjoni ġenerali tal-Awtorità Doganali tal-UE meta jkun mistieden jagħmel dan. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jintalab fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill biex jattendi seduta ta’ smigħ dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Awtorità Doganali tal-UE.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Awtorità Doganali tal-UE b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu:
|
(a) |
iħejji r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 232(6) u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni; |
|
(b) |
jiżgura l-amministrazzjoni sostenibbli u effiċjenti ta’ kuljum tal-Awtorità Doganali tal-UE; |
|
(c) |
jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(d) |
iħejji l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 249 u jissottomettih lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni; |
|
(e) |
jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 249 u jirrapporta lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(f) |
iħejji r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni; |
|
(g) |
iħejji pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll dwar l-investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, u rapport dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b’mod regolari lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(h) |
mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF u tal-UPPE, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonament intern tal-Awtorità Doganali tal-UE billi japplika miżuri preventivi interni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsin bi żball u, meta xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
|
(i) |
iħejji strateġija interna kontra l-frodi, strateġija ta’ “titjib fl-effiċjenza u ta’ sinerġiji”, strateġija għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u strateġija għall-ġestjoni organizzazzjonali u għas-sistemi ta’ kontroll intern għall-Awtorità Doganali tal-UE u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; |
|
(j) |
iħejji abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità Doganali tal-UE u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni; |
|
(k) |
iħejji l-abbozz provviżorju ta’ dikjarazzjonijiet tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 250, u jimplimenta l-baġit tagħha; |
|
(l) |
fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE, jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 238(3), il-punt (j), sa fejn dawk is-setgħat ikunu ġew iddelegati lilu f’konformità mal-Artikolu 238(4); |
|
(m) |
jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-istrutturi interni tal-Awtorità Doganali tal-UE inkluż, meta jkun neċessarju, funzjonijiet sostituttivi rigward it-tmexxija ta’ kuljum tal-Awtorità Doganali tal-UE u, meta jkun neċessarju, jemendahom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE u l-ġestjoni baġitarja soda; |
|
(n) |
jinnegozja u, wara l-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, jiffirma Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali li jikkonċerna s-sede tal-Awtorità Doganali tal-UE, u, meta applikabbli, ftehimiet simili mal-Istati Membri ospitanti fejn jinsabu l-uffiċċji lokali; |
|
(o) |
iħejji l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni; |
|
(p) |
jippromwovi d-diversità u jimmira li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE; |
|
(q) |
jimmira li jirrekluta l-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, filwaqt li jitqies li l-kriterji ta’ reklutaġġ huma bbażati biss fuq il-mertu. |
Artikolu 243
Viċi Direttur Eżekuttiv
Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li joħloq il-kariga ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv sabiex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv. Jekk tinħoloq il-kariga ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv, l-Artikolu 241 għandu japplika għall-Viċi Direttur Eżekuttiv skont dan.
Artikolu 244
Kompiti u responsabbiltajiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv
Jekk tinħoloq il-kariga tal-Viċi Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv fil-ġestjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE u fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 242. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, jew il-kariga tkun vakanti, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu joħodlu postu.
Artikolu 245
Bord Konsultattiv Doganali
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Doganali.
2. Il-Bord Konsultattiv Doganali għandu jassisti lill-Awtorità Doganali tal-UE billi jservi bħala mekkaniżmu għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE. Huwa għandu jipprovdi pariri:
|
(a) |
dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u deċiżjonijiet tekniċi; |
|
(b) |
dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni u standardizzazzjoni, inkluż attivitajiet ta’ armonizzazzjoni; |
|
(c) |
dwar l-aspetti operazzjonali ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(d) |
fejn xieraq u fuq talba, dwar kwalunkwe attività oħra tal-Awtorità Doganali tal-UE. |
3. Il-Bord Konsultattiv Doganali għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti għall-ħidma tal-Awtorità Doganali tal-UE, inkluż rappreżentanti mis-settur tan-negozju, u minn rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet ta’ tali partijiet ikkonċernati. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Doganali.
4. Il-Bord Konsultattiv Doganali għandu jiġi kkonsultat regolarment u jista’ jipprovdi pariri lill-Awtorità Doganali tal-UE fuq inizjattiva tiegħu stess dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c).
5. Il-Bord Konsultattiv Doganali għandu jsejjaħ tal-anqas laqgħa ordinarja waħda kull sitt xhur. Barra minn hekk, jista’ jiltaqa’ fuq talba tal-Bord tat-Tmexxija, tal-Bord Eżekuttiv jew tad-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 246
Ħatra, status u indipendenza tal-Awditur tad-Data
1. L-Awditur tad-Data għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija abbażi tal-mertu u tal-ħiliet professjonali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti fl-oqsma tas-sigurtà tad-data, taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data.
2. L-Awditur tad-Data għandu jkun membru tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE u għandu jaġixxi b’mod indipendenti.
3. L-Awditur tad-Data għandu jaġixxi b’rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza.
Artikolu 247
Responsabbiltajiet u kompiti tal-Awditur tad-Data
1. L-Awditur tad-Data għandu jimmonitorja u jivvaluta l-legalità tal-aċċess għall-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.
2. L-Awditur tad-Data għandu jirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu fuq bażi annwali lill-Bord tat-Tmexxija.
3. L-Awditur tad-Data għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f’koordinazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Awtorità Doganali tal-UE u mingħajr preġudizzju għar-rispett tar-responsabbiltajiet ta’ korpi ta’ sorveljanza oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-istatus indipendenti u jistabbilixxu kompiti u responsabbiltajiet dettaljati tal-Awditur tad-Data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 283(2).
KAPITOLU 4
Stabbiliment u struttura tal-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE
Artikolu 248
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx imorru lil hinn mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (42) sakemm tali tluq ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Awtorità Doganali tal-UE u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 249
Dokument uniku ta’ programmazzjoni
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih b’mod partikolari l-programmazzjoni pluriennali u annwali f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/715, u bid-dispożizzjoni rilevanti tar-regoli finanzjarji tal-Awtorità Doganali tal-UE adottati skont l-Artikolu 248 ta’ dan ir-Regolament u b’kont meħud ta’ kwalunkwe linja gwida stabbilita mill-Kummissjoni. Tali programmazzjoni annwali u pluriennali għandha tkun konformi mal-politika doganali u mal-prijoritajiet ġenerali tal-unjoni doganali.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel il-perjodu ta’ programmazzjoni.
3. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni. Għandu jibgħat dak id-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll kwalunkwe verżjoni aġġornata aktar tard ta’ dak id-dokument. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun neċessarju, għandu jiġi aġġustat skont dan.
4. Il-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jistipula l-objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkollu fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 5. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta kompitu ġdid jingħata lill-Awtorità Doganali tal-UE fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe emendar sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat f’konformità mal-istess proċedura bħal tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.
5. Il-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jistipula l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu juri wkoll, għal kull attività, ir-riżorsi finanzjarji u umani indikattivi kkunsidrati neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun xieraq, u għandha turi l-kontribut tal-Awtorità Doganali tal-UE għall-kisba tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
Artikolu 250
Stabbiliment tal-baġit
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni proviżorja tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità Doganali tal-UE għas-sena finanzjarja ta’ wara, li jinkludi t-tabella tal-persunal, u jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija. L-informazzjoni li tinsab fl-abbozz ta’ dikjarazzjoni proviżorja tal-estimi għandha tkun konsistenti mal-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 249(1).
2. Il-Bord tat-Tmexxija, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni proviżorja tal-estimi msemmi fil-paragrafu 1, għandu jadotta abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità Doganali tal-UE għas-sena finanzjarja ta’ wara (l-“abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi”).
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.
4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
5. Fuq il-bażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribut iddebitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta quddiem l-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 TFUE.
6. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-Awtorità Doganali tal-UE.
7. L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE.
8. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE. Dak il-baġit għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Meta jkun neċessarju, il-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jiġi aġġustat skont dan.
Artikolu 251
Struttura tal-baġit
1. L-estimi tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE. Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.
2. Il-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jkun bilanċjat f’termini ta’ dħul u ta’ nefqa.
3. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni; |
|
(b) |
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri; |
|
(c) |
finanzjament tal-Unjoni possibbli fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ta’ għotjiet f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Awtorità Doganali tal-UE msemmija fl-Artikolu 248 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jsostnu l-politiki tal-Unjoni; |
|
(d) |
dħul minn jew imposti għal pubblikazzjonijiet u merkanzija jew servizzi oħra pprovduti mill-Awtorità Doganali tal-UE. |
4. In-nefqa tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operatorja.
5. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet relatati ma’ proġetti fuq skala kbira li jdumu aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jiġu diżaggregati fuq diversi snin f’pagamenti parzjali annwali.
Artikolu 252
Implimentazzjoni tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza, tal-effettività u tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
2. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet ta’ evalwazzjoni tagħha.
Artikolu 253
Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara (sena N + 1).
2. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Awtorità Doganali tal-UE, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Awtorità Doganali tal-UE skont l-Artikolu 252 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità Doganali tal-UE għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali lill-Bord Eżekuttiv għal opinjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi adottata mill-Bord tat-Tmexxija.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena N+1, il-kontijiet finali għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni adottata mill-Bord tat-Tmexxija.
6. Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena N+1.
7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri sat-30 ta’ Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu wkoll jibgħat dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja N, f’konformità mal-Artikolu 267(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
9. Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 254
Il-ġlieda kontra l-frodi
1. Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn fi ħdan l-Awtorità Doganali tal-UE, għandu japplika r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 mingħajr restrizzjoni.
2. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-investigazzjonijiet interni mill-OLAF (44) sal-21 ta’ Marzu 2027 u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal tagħha billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.
3. Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, fuq il-kuntratturi u fuq is-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Awtorità Doganali tal-UE.
4. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew ma’ kuntratt iffinanzjat mill-Awtorità Doganali tal-UE, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (45).
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. L-arranġamenti ta’ ħidma mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikopru l-assistenza u l-kooperazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet u tal-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-awditi u tal-investigazzjonijiet imwettqin mill-Qorti tal-Awdituri u mill-OLAF.
6. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE jista’ jinvestiga u jieħu passi legali kontra każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46). L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939 għandu japplika għar-rappurtar lill-UPPE ta’ kwalunkwe mġiba kriminali rilevanti.
KAPITOLU 5
Dispożizzjonijiet dwar il-persunal
Artikolu 255
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE.
Artikolu 256
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
1. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Awtorità Doganali tal-UE.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Awtorità Doganali tal-UE.
Artikolu 257
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE, għandu japplika għall-Awtorità Doganali tal-UE u għall-persunal tagħha.
KAPITOLU 6
Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
Artikolu 258
Trasparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmumin mill-Awtorità Doganali tal-UE. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.
2. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Awtorità Doganali tal-UE għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament mill-Awtorità Doganali tal-UE, inkluż dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ħatra ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Awtorità Doganali tal-UE. Dawk il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tipparteċipa f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-eżerċitar effettiv tal-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni rilevanti adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 259
Obbligu tas-segretezza professjonali
1. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, l-Awditur tad-Data u l-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE, inkluż uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, kif ukoll il-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità Doganali tal-UE fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u l-Artikolu 67 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, inkluż wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.
2. L-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, relatat mal-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk previsti fil-paragrafu 1.
3. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun awtorizzata, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stipulat f’dan ir-Regolament, tiskambja informazzjoni ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni jew ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali.
4. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 260
Regoli dwar is-sigurtà fuq il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tadotta r-regoli dwar is-sigurtà tagħha li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji u fuq ir-regoli stipulati fir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ta’ tali informazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u l-proċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni kif stipulat fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (47) u (UE, Euratom) 2015/444 (48). Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta’ tali arranġament, kwalunkwe rilaxx eċċezzjonali u ad hoc ta’ IKUE lil dawk l-awtoritajiet għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
2. Il-bord tat-tmexxija għandu jadotta r-regoli dwar is-sigurtà tal-Awtorità Doganali tal-UE wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Meta tkun qed tanalizza r-regoli ta’ sigurtà proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma kompatibbli mad-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tieħu l-miżuri li jkunu neċessarji sabiex jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tiegħu mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, meta ikun xieraq ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Kwalunkwe arranġament amministrattiv konkluż għal dak l-għan fir-rigward tal-kondiviżjoni l-IKUE jew, fin-nuqqas ta’ tali arranġament, kwalunkwe rilaxx ad hoc eċċezzjonali ta’ IKUE, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 261
Arranġamenti lingwistiċi
1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (49) għandu japplika għall-Awtorità Doganali tal-UE.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar is-sistema lingwistika interna għall-Awtorità Doganali tal-UE.
3. It-traduzzjoni u s-servizzi lingwistiċi l-oħrajn kollha meħtieġa mill-Awtorità Doganali tal-UE, minbarra l-interpretazzjoni, għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 262
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2031, u kull ħames snin wara dan titwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat, tal-kompiti, tal-governanza u tal-postijiet tagħha f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni .
2. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li timmodifika l-mandat tal-Awtorità Doganali tal-UE, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika.
3. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-riżultati miksubin mill-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jiġu vvalutati, filwaqt li jitqiesu l-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-governanza tagħha, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-kontinwazzjoni tal-Awtorità Doganali tal-UE tkunx għadha ġustifikata fir-rigward ta’ dawk l-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-governanza.
4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Is-sejbiet ta’ dik l-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 263
Responsabbiltà tal-Awtorità Doganali tal-UE
1. Ir-responsabiltà kuntrattwali tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun irregolata bid-dritt applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni sabiex taqta’ sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Awtorità Doganali tal-UE.
3. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tiegħu fil-qadi ta’ dmirijietu.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni f’tilwimiet fuq kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tiegħu lejn l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.
6. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri għad-djun tal-Awtorità Doganali tal-UE għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni tagħhom li huma jkunu diġà għamlu għall-kostijiet amministrattivi tagħhom.
Artikolu 264
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi
1. L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Awtorità Doganali tal-UE fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet disponibbli għaliha minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija, għall-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE u għall-membri tal-familja tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità Doganali tal-UE u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2028.
2. L-Istat Membru ospitanti tal-Awtorità Doganali tal-UE għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Awtorità Doganali tal-UE, inkluża edukazzjoni multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u konnessjonijiet xierqa tat-trasport.
3. Meta ċirkustanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu hekk, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali fi Stati Membri oħra għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE b’mod aktar effiċjenti, effettiv u koerenti.
Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi kost-benefiċċji xierqa li turi b’mod partikolari l-valur miżjud ta’ deċiżjoni bħal din. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’mod li jiġu evitati kostijiet mingħajr bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Awtorità Doganali tal-UE.
Artikolu 265
Bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE
Il-Kummissjoni għandha tkun responabbli għall-istabbiliment u għat-tħaddim inizjali tal-Awtorità Doganali tal-UE sakemm l-Awtorità Doganali tal-UE jkollha l-kapaċità operazzjonali li timplimenta l-baġit tagħha stess. Għal dak l-għan:
|
(a) |
sakemm id-Direttur Eżekuttiv jibda jaqdi dmirijietu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 241, il-Kummissjoni tista’ taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni sabiex jaġixxi ta’ Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv; |
|
(b) |
b’deroga mill-Artikolu 238(3), il-punt (j) u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 238(4), id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħa tal-awtorità tal-ħatra; |
|
(c) |
il-Kummissjoni tista’ toffri assistenza lill-Awtorità Doganali tal-UE, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni sabiex iwettqu l-attivitajiet tal-Awtorità Doganali tal-UE, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv; |
|
(d) |
id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit tal-Awtorità Doganali tal-UE u jista’ jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tat-tabella tal-persunal tal-Awtorità Doganali tal-UE; |
|
(e) |
b’deroga mill-Artikolu 237(1), sakemm jinħatar il-President tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, mingħajr id-dritt tal-vot. |
TITOLU XIII
KOOPERAZZJONI DOGANALI
KAPITOLU 1
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni
Artikolu 266
Kooperazzjoni doganali interna
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 515/97, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u mal-Awtorità Doganali tal-UE f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u ma’ kwalunkwe att legali ieħor tal-Unjoni li tipprevedi kooperazzjoni bħal din, bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni korretta u uniformi ta’ dawk l-atti legali u tiġi sostnuta l-kisba tal-missjoni tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tal-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru ieħor, temporanjament jagħmlu uffiċjali doganali disponibbli biex jaħdmu fl-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar kompiti temporanji bħal dawn. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tipproponi l-appoġġ tagħha u, bil-kunsens tal-awtoritajiet doganali kkonċernati, tikkoordina tali kompiti. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali kompiti fi ftehim jew arranġamenti ta’ ħidma.
3. L-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri differenti jistgħu jwettqu kontrolli konġunti fuq inizjattiva tagħhom stess, minbarra l-kontrolli konġunti msemmija fl-Artikolu 267. Huma għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar kontrolli konġunti bħal dawn.
4. Il-Kummissjoni, l-OLAF u l-Awtorità Doganali tal-UE jistgħu jiskambjaw data f’konformità mat-Titolu III għall-fini tal-kooperazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu. Meta tali skambju jinvolvi informazzjoni dwar ir-riskju, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tiżgura l-użu effettiv ta’ tali informazzjoni fl-attivitajiet tagħha ta’ ġestjoni tar-riskju f’konformità ma’ dan it-Titolu u mat-Titolu XII.
Artikolu 267
Kontrolli konġunti
1. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tippjana, torganizza u tikkoordina kontrolli konġunti mwettqa mill-awtoritajiet doganali.
Fejn rilevanti, il-kontrolli konġunti jistgħu jinvolvu kooperazzjoni mal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 268.
2. Għall-fini tal-kontrolli konġunti msemmijin fil-paragrafu 1, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha ssegwi l-prijoritajiet tal-politika doganali u tiżgura l-kooperazzjoni dwar l-attivitajiet kontra l-frodi mwettqa mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet doganali.
3. Sabiex l-Awtorità Doganali tal-UE tkun tista’ tfassal rapport u twettaq evalwazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu feedback lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar l-attivitajiet u l-kontrolli li jkunu wettqu fil-kuntest ta’ kwalunkwe kontroll konġunt imsemmi fil-paragrafu 1.
KAPITOLU 2
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra fl-Unjoni
Kapitolu 268
Kooperazzjoni doganali ma’ awtoritajiet oħra fl-Unjoni
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 515/97 u għall-Artikoli 41, 42 u 43 ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Doganali tal-UE u l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw ma’ awtoritajiet jew ma’ korpi kompetenti oħra fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali, inkluż awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, awtoritajiet sanitarji u fitosanitarji, awtoritajiet jew korpi tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet tal-istatistika u awtoritajiet tat-taxxa, fi ħdan l-oqfsa legali applikabbli.
2. Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha sseħħ b’mod regolari u strutturat. Għandha ssegwi, b’mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
tikkontribwixxi u ssegwi l-iżviluppi leġiżlattivi fl-oqsma ta’ politika ta’ rilevanza għad-dwana; |
|
(b) |
tiskambja data, b’mod partikolari data rilevanti għall-ġestjoni tar-riskju f’konformità mat-Titolu IV, il-Kapitolu 2; |
|
(c) |
tiżviluppa strateġiji ta’ superviżjoni koerenti u koordinati għall-ġestjoni tar-riskju tal-merkanzija taħt l-oqsma tar-responsabbiltajiet kemm tal-awtoritajiet doganali kif ukoll ta’ awtoritajiet oħrajn, f’konformità mat-Titolu IV, il-Kapitolu 2; |
|
(d) |
tiffaċilita implimentazzjoni operazzjonali, inkluż permezz tat-twettiq ta’ kontrolli konġunti f’konformità mal-Artikolu 267; |
|
(e) |
fejn xieraq, tiskambja l-ħiliet u l-aħjar prattiki permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ konġunti dwar kif jiġu identifikati prodotti mhux konformi; |
|
(f) |
f’oqsma rilevanti għad-dwana, tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni u riċerka, biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u li jiffaċilitaw l-akkwist konġunt. |
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tagħha, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali, tadotta u taġġorna regolarment qafas li jappoġġa l-kooperazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu billi tipproponi objettivi u oqsma ewlenin ta’ kooperazzjoni u tipprovdi orjentazzjonijiet għall-implimentazzjoni prattika tiegħu. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma biex tiżviluppa u taġġorna tali qafas. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinvolvi partijiet rilevanti oħrajn meta tiżviluppa l-qafas jew l-arranġamenti ta’ ħidma msemmija f’dan il-paragrafu.
4. Meta, fil-kuntest tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jirċievu talba minn awtoritajiet kompetenti oħrajn fil-livell nazzjonali għall-estrazzjoni u l-komunikazzjoni tad-data disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, tali data għandha tiġi pprovduta biss fuq talba ġustifikata u bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali kkonċernati bid-data.
Dik l-estrazzjoni u l-komunikazzjoni għandhom ikunu limitati għal data li l-awtorità riċeventi tkun intitolata tikseb f’konformità mal-qafas legali li taħtu topera u li tkun strettament meħtieġa għall-fini ddikjarat fit-talba rilevanti. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
L-awtoritajiet doganali għandhom jaħtru unità ċentrali biex tirċievi t-talbiet imsemmija f’dan il-paragrafu u tiżgura l-ipproċessar tagħhom.
5. L-awtoritajiet doganali u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jużaw mezzi elettroniċi biex ikunu konformi mal-obbligi elenkati fil-paragrafu 4.
6. Meta awtorità doganali tissuspetta li l-merkanzija ma tkunx konformi ma’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, hija għandha tikkondividi minnufih dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti bl-użu tal-mezzi tekniċi u fil-perjodi ta’ żmien previsti fil-leġiżlazzjoni applikabbli.
7. Meta awtorità doganali tikkoopera ma’ awtorità oħra fi Stat Membru differenti, hija għandha tinnotifika lill-awtorità doganali ta’ dak l-Istat Membru dwar il-fatt li tkun qed isseħħ il-kooperazzjoni. Meta l-kooperazzjoni tinvolvi aktar minn żewġ Stati Membri, l-awtoritajiet doganali parteċipanti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Doganali tal-UE li, fuq talba, tista’ tipprovdilhom appoġġ operazzjonali u ta’ koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 232.
8. Meta l-Istati Membri japplikaw il-qafas għall-kooperazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jirrappurtaw perjodikament u mill-inqas kull sentejn lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar l-applikazzjoni tiegħu. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkunsidra s-sejbiet ta’ tali rappurtar fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha msemmijin fl-Artikolu 232(7), il-punt (a), u fil-kompiti ta’ kejl tal-prestazzjoni tagħha msemmijin fl-Artikolu 232(7), il-punt (b).
9. Sal-21 ta’ Settembru 2027, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE.
10. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tikkoopera ma’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn, u mal-Kummissjoni u ma’ istituzzjonijiet, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji, ma’ networks u ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni, sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi msemmijin fil-paragrafu 2. Meta l-Awtorità Doganali tal-UE tikkoopera ma’ awtoritajiet oħra ta’ Stat Membru, hija għandha tinforma lill-awtorità doganali ta’ dak l-Istat Membru.
11. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tikkoopera mill-qrib mal-OLAF u l-UPPE meta jkun hemm frodi jew suspett ta’ frodi fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħha.
12. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tipparteċipa u tikkontribwixxi għal analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid, programmi ta’ innovazzjoni, attivitajiet ta’ taħriġ, networks u attivitajiet oħrajn li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha u li huma organizzati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 269
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jimplimentaw il-miżuri stipulati f’leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni l-oħra, bħal:
|
(a) |
jiġbru data speċifika għall-kunsinni kollha, inklużi kontrolli awtomatizzati tal-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni, dment li dawn jinħażnu f’reġistru ċentrali tal-Unjoni; |
|
(b) |
jipprovdu statistiki, analitika u xejriet, b’mod partikolari fil-qasam tar-riskji; |
|
(c) |
jiffaċilitaw u jikkoordinaw kontrolli minn awtoritajiet oħrajn; |
|
(d) |
iwettqu kontrolli fuq ċerti kunsinni, magħżulin fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju f’konformità mat-Titolu IV u b’kont meħud tal-analiżi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu; |
|
(e) |
jikkonsultaw lil awtoritajiet oħrajn qabel ir-rilaxx ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 77; |
|
(f) |
jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja dwar merkanzija mhux konformi, inkluż il-bejgħ jew il-qerda ta’ dik il-merkanzija; |
|
(g) |
jimplimentaw il-qafas għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 268; |
|
(h) |
iwissu lil awtoritajiet oħrajn dwar ir-riskji rilevanti għall-ħidma tagħhom, u jirrappurtaw suspetti ta’ frodi u kriminalità; |
|
(i) |
jagħtu segwitu meta l-moviment tal-merkanzija jkun qiegħed jikser leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali; |
|
(j) |
kwalunkwe azzjoni komplementari oħra. |
2. Meta Stat Membru jiddeżinja punt ta’ qsim tal-fruntiera doganali speċjalizzat għall-applikazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità Doganali tal-UE dwar dik id-deżinjazzjoni. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tfassal u taġġorna regolarment lista ta’ tali punti ta’ qsim tal-fruntieri doganali speċjalizzati u tippubblika dik il-lista fuq is-sit web tagħha. Ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw minn obbligu li wieħed jgħaddi minn tali punt ta’ qsim tal-fruntiera doganali speċjalizzat deżinjat ma għandhomx ikunu sproporzjonati, sa fejn huma kkonċernati l-operaturi ekonomiċi, għall-objettiv segwit, b’kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dak l-obbligu.
3. Sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra applikata mill-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna b’mod regolari lista integrata tal-atti legali tal-Unjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-merkanzija soġġetta għal kontrolli doganali mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi pubbliċi u tippubblika dik il-lista fuq is-sit web tagħha.
KAPITOLU 3
Kooperazzjoni doganali ma’ awtoritajiet oħra barra l-Unjoni
Artikolu 270
Kooperazzjoni doganali ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’, sa fejn ikun neċessarju għall-kompiti tagħha, wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tagħha, tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jinkludu attivitajiet konġunti u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.
2. L-arranġamenti ta’ ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għall-kompiti tal-Awtorità Doganali tal-UE u ma għandhomx joħolqu obbligi legali għall-Unjoni jew għall-Istati Membri.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar l-arranġamenti ta’ ħidma msemmijin fil-paragrafu 1.
Artikolu 271
Ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi
1. Meta Stat Membru jidħol f’negozjati ma’ pajjiż terz għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika dwar l-abbozz ta’ ftehim li biħsiebu jiffirma lill-Kummissjoni.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dak il-ftehim mad-dritt tal-Unjoni qabel ma jikkonkludi jew jemenda kwalunkwe ftehim bilaterali dwar punti kondiviżi tal-qsim tal-fruntiera ma’ pajjiżi terzi ġirien. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ikun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-ftehim fi żmien raġonevoli b’tali mod li jelimina dawk l-inkompatibbiltajiet.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar il-ftehimiet bilaterali eżistenti tagħhom lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Settembru 2027.
Artikolu 272
Skambju ta’ data ma’ pajjiżi terzi
1. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali u l-Awtorità Doganali tal-UE jistgħu, f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, jiskambjaw u jikkondividu data pproċessata f’konformità ma’ dan ir-Regolament mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ kooperazzjoni doganali, inkluż permezz ta’ skambji sistematiċi u awtomatizzati, meta:
|
(a) |
ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż jew il-pajjiżi terzi kkonċernati jipprevedu tali skambju; |
|
(b) |
l-atti legali tal-Unjoni fl-oqsma doganali, il-politika kummerċjali komuni jew il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikata mill-awtoritajiet doganali, jipprevedu tali skambju; jew |
|
(c) |
ftehim bilaterali konkluż jew miżmum f’konformità mal-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 9 bejn Stat Membru u pajjiż terz jipprevedi tali skambju. |
2. Meta l-awtoritajiet doganali jew l-Awtorità Doganali tal-UE jiskambjaw data mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn ta’ pajjiżi terzi, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali skambju.
3. L-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu:
|
(a) |
jiżgura li t-trasferiment tad-data personali jkun konformi mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, kif applikabbli; |
|
(b) |
jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
jiżgura li l-iskambju tad-data jseħħ permezz ta’ mezzi siguri xierqa ta’ komunikazzjoni. |
4. L-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data li ġejjin:
|
(a) |
elementi tad-data inklużi fid-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet doganali jew deċiżjonijiet simili meħudin f’pajjiżi terzi, relatati ma’ informazzjoni vinkolanti, ma’ status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, ma’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), ma’ valutazzjoni doganali, ma’ status doganali ta’ merkanzija jew ma’ proċeduri speċjali; |
|
(b) |
l-elementi tad-data inklużi fid-dikjarazzjonijiet, fin-notifiki u fil-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija u fid-dokumenti ta’ sostenn, jew ipprovduti jew magħmula disponibbli b’mod ieħor għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, għall-Kummissjoni, jew għall-awtoritajiet doganali ta’ pajjiżi terzi, jew maħruġa minn dawk l-awtoritajiet; |
|
(c) |
data dwar ir-riskji identifikati, is-sejbiet magħmulin u r-riżultati miksubin mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, minn naħa waħda, u mill-awtoritajiet doganali ta’ pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, waqt li jkunu qegħdin iwettqu l-analiżijiet tar-riskju u l-kontrolli tagħhom. |
5. L-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-iskambji ta’ informazzjoni mwettqin skont id-dispożizzjonijiet ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jinsabu fi ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u għar-Regolament (KE) Nru 515/97.
6. Stat Membru jista’ jingħata s-setgħa li jidħol f’negozjati ma’ pajjiż terz għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 f’konformità mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti f’att delegat adottat f’konformità mal-paragrafu 8.
Meta jidħol fis-seħħ ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 bejn l-Unjoni u pajjiż terz partikolari, dak il-ftehim għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe parti rilevanti ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti, li jistgħu ma jibqgħux jiġu applikati.
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar il-ftehimiet bilaterali eżistenti tagħhom li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mad-dwana lill-Kummissjoni mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tqis li ftehim ikun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-ftehim fi żmien raġonevoli stabbilit mill-Kummissjoni b’tali mod li jelimina dawk l-inkompatibbiltajiet.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 282, sabiex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jiddetermina kundizzjonijiet u proċeduri li f’konformità magħhom Stat Membru jista’ jingħata s-setgħa li jidħol f’negozjati msemmijin fil-paragrafu 6. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi tali ftehim bilaterali u l-kontenut tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Doganali tal-UE u lill-Istati Membri l-oħrajn kollha. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tagħha fuq id-dritt tal-Unjoni u fuq in-negozjati futuri fil-livell tal-Unjoni. L-att delegat għandu jipprevedi wkoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet.
9. Il-Kummissjoni tista’, fi żmien 60 jum minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti s-setgħa lill-Istat Membru kkonċernat li jidħol fil-ftehim bilaterali kkonċernat. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jkun adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 283(2).
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati li jikkonċernaw tali għoti ta’ setgħa, relatati mal-ħtieġa li jiġi permess malajr l-iskambju ta’ informazzjoni mitlub, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 283(5).
Il-Kummissjoni għandha, fl-istess perjodu, tinforma lill-Istat Membru kkonċernat meta tiddeċiedi li ma tadottax att ta’ implimentazzjoni skont dan il-paragrafu.
TITOLU XIV
KSUR TA’ LEĠIŻLAZZJONI DOGANALI U PIENI MHUX KRIMINALI
Artikolu 273
Suġġett u dispożizzjonijiet ġenerali
1. Dan it-Titolu jipprevedi lista minima ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u pieni mhux kriminali għal dak il-ksur.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u pieni mhux kriminali applikabbli għal dak il-ksur, f’konformità ma’ dan it-Titolu.
2. Dan it-Titolu ma jżommx lill-Istati Membri milli jipprevedu ksur addizzjonali tal-leġiżlazzjoni doganali jew milli jieħdu miżuri aktar stretti għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
3. Il-pieni għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħhom li jadottaw skont dan it-Titolu sad-19 ta’ Marzu 2028, u jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa tali dispożizzjonijiet.
Artikolu 274
Ksur tal-leġiżlazzjoni doganali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 224, 273 u 275, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-ksur li ġej tal-leġiżlazzjoni doganali jkun soġġett għal pieni stabbiliti fil-liġi nazzjonali tagħhom:
|
(a) |
nuqqas li d-detentur ta’ deċiżjoni doganali jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni; |
|
(b) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li tiġi pprovduta jew issir disponibbli data kompluta u preċiża lill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(c) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jinżammu rekords meħtieġa mil-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(d) |
nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar it-tneħħija ta’ merkanzija mis-superviżjoni doganali; |
|
(e) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi relatati mal-proċeduri doganali; |
|
(f) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ importatur stipulati fl-Artikolu 27(2); |
|
(g) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ esportatur stipulati fl-Artikolu 28(1). |
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu aktar kondotta, atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
Artikolu 275
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu dwar it-tip ta’ piena u s-severità tagħha, tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:
|
(a) |
jekk il-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza; |
|
(b) |
in-natura, il-gravità, ir-ripetizzjoni u d-dewmien tal-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(c) |
l-impatt tal-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali fuq l-interessi finanzjarji u interessi oħra ta’ sikurezza u sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
|
(d) |
il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità doganali sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u jittaffew l-effetti negattivi possibbli tiegħu; |
|
(e) |
kwalunkwe ċirkostanza mitiganti jew aggravanti oħra tal-każ, f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
2. Il-pieni għandhom jieħdu forma waħda jew iżjed milli ġejjin:
|
(a) |
imposta pekunarja mill-awtoritajiet doganali, jew, fejn xieraq, piena imposta mill-awtoritajiet doganali kompetenti permezz ta’ proċedura ta’ saldu applikata minflok pieni kriminali; |
|
(b) |
ir-revoka, is-sospensjoni jew l-emenda ta’ awtorizzazzjoni miżmuma mill-persuna kkonċernata; |
|
(c) |
il-konfiska tal-merkanzija involuta fil-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(d) |
twissija; |
|
(e) |
piena oħra. |
3. Il-pieni mhux kriminali kollha għall-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali imposti mill-awtoritajiet doganali għandhom jiġu rreġistrati billi tiġi indikata n-natura tal-ksur u l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pekunarja jew l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe piena mhux kriminali oħra imposta għal dak il-ksur. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-Awtorità Doganali tal-UE permezz tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
4. Sal-21 ta’ Settembru 2032, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Awtorità Doganali tal-UE, għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tivvaluta jekk l-imposti pekunarji humiex imposti b’mod effiċjenti fl-Istati Membri kollha mingħajr ma jwasslu għal xi distorsjoni tas-suq intern, jew jekk hemmx bżonn li jiġu stabbiliti imposti pekunarji armonizzati għall-ksur. Abbażi tal-eżitu ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.
Artikolu 276
Pieni għal nuqqas ta’ konformità sistematika fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod
1. Meta, fil-kuntest tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija mibjugħa f’bejgħ mill-bogħod, l-awtoritajiet doganali jiddeterminaw nuqqas sistematiku mill-istess operatur ekonomiku li jikkonforma mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 274(1), dak għandu jitqies bħala ksur sistematiku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piena imposta għal ksur sistematiku tieħu mill-inqas il-forma ta’ imposti pekunarji ta’ mill-inqas 1 % u sa 4 % tal-valur totali tal-merkanzija importata fl-Unjoni minn dak l-operatur ekonomiku matul it-12-il xahar preċedenti.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, in-nuqqas ta’ konformità mill-operatur ekonomiku għandu jitqies bħala sistematiku meta r-riżultati ta’ għadd sostantiv ta’ kontrolli doganali fi żmien xahar kalendarju juru nuqqas ta’ konformità f’għadd rappreżentattiv biżżejjed ta’ każijiet.
3. Fil-każ ta’ ksur sistematiku kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissospendu, jirrevokaw jew jannullaw ukoll kwalunkwe status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jew ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check) jew miżura ta’ faċilitazzjoni ekwivalenti mogħtija skont dan ir-Regolament lill-operatur ekonomiku li jkun wettaq dak il-ksur.
4. Meta, fi żmien sitt xhur wara l-imposta ta’ piena msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jiddeterminaw ksur sistematiku ulterjuri mill-istess operatur ekonomiku, il-pieni imposti għal dak il-ksur għandhom jieħdu mill-inqas il-forma ta’ imposti pekunarji ta’ mill-inqas 3 % u sa 6 % tal-valur totali tal-merkanzija importata fl-Unjoni minn dak l-operatur ekonomiku matul it-12-il xahar preċedenti.
5. Meta, fi żmien sitt xhur wara l-impożizzjoni ta’ piena msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali jiddeterminaw ksur sistematiku ulterjuri mill-istess operatur ekonomiku, il-piena għal tali ksur sistematiku ulterjuri għandha tieħu mill-inqas il-forma ta’ waħda mill-pieni msemmija f’dak il-paragrafu. Fejn rilevanti, u filwaqt li titqies il-gravità ta’ tali ksur sistematiku ulterjuri, l-aċċess għall-interfaċċa online ta’ dak l-operatur ekonomiku jista’ jiġi ristrett temporanjament. Għal dak l-għan, l-awtorità doganali kompetenti għandha tibgħat l-informazzjoni dwar il-ksur lill-awtoritajiet rilevanti mingħajr dewmien żejjed. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu miżuri f’konformità mal-Artikolu 77(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-għadd sostantiv ta’ kontrolli doganali, filwaqt li tqis il-volum u l-impatt tal-bejgħ mill-bogħod rilevanti, u l-limitu tal-każijiet abbażi tal-gravità tal-ksur li jitqies rappreżentattiv biżżejjed għall-fini tad-determinazzjoni ta’ nuqqas sistematiku, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 277
Klassifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ riskju għoli
1. Jekk tiġi imposta piena skont l-Artikolu 276, l-importatur rilevanti għall-bejgħ mill-bogħod għandu jiġi kklassifikat bħala operatur ekonomiku ta’ riskju għoli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 55(2).
2. Il-klassifikazzjoni bħala operatur ekonomiku ta’ riskju għoli għandha titqies fi:
|
(a) |
il-ġestjoni tar-riskju doganali f’konformità mal-Artikolu 55; u |
|
(b) |
l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ kontroll prijoritarji komuni u kriterji u standards ta’ riskju komuni f’konformità mal-Artikoli 56, 57 u 58. |
Artikolu 278
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
1. Meta ksur tal-leġiżlazzjoni doganali jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw f’konformità mal-liġi applikabbli.
2. L-Awtorità Doganali tal-UE tista’ tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.
TITOLU XV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU 1
Kejl tal-prestazzjoni tal-unjoni doganali
Artikolu 279
Valutazzjoni u rappurtar
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tevalwa l-prestazzjoni tal-unjoni doganali tal-anqas fuq bażi annwali. Dak jinkludi l-kejl tal-attivitajiet doganali mwettqin mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u meta possibbli mill-pajjiżi kandidati fil-livell nazzjonali u dak lokali. Tali kejl jista’ jibni fuq l-għodod eżistenti żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal dak l-għan.
2. L-Istati Membri u l-Awtorità Doganali tal-UE għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu msemmi fil-paragrafu 1. B’mod partikolari, huma għandhom jipprovdu data lill-Awtorità Doganali tal-UE li jkun fiha informazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak lokali. Id-data għandha tkun b’tali mod li tippermetti l-produzzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tal-input, tal-attività u tal-eżitu.
Abbażi ta’ dik id-data u ta’ informazzjoni oħra disponibbli, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha tidentifika kif l-attivitajiet u l-operazzjonijiet doganali, u r-riżorsi assenjati lil dawk l-attivitajiet u l-operazzjonijiet, jappoġġaw il-kisba tal-objettivi strateġiċi u tal-prijoritajiet tal-unjoni doganali u jikkontribwixxu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali stabbilita fl-Artikolu 2. B’mod partikolari, l-Awtorità Doganali tal-UE għandha, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali, tipproduċi abbozzi ta’ rapporti annwali u tipi oħrajn ta’ dokumenti sabiex tidentifika x-xejriet, il-punti b’saħħithom, id-dgħufijiet, il-lakuni u r-riskji potenzjali ewlenin, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal titjib lill-Kummissjoni. Dawk l-abbozzi tar-rapporti annwali għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-funzjonament tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u tal-istatus ta’ kummerċjant ta’ fiduċja vverifikat (kummerċjant Trust and Check), kif imsemmi fl-Artikolu 31.
3. L-Awtorità Doganali tal-UE għandha tissottometti l-abbozzi tar-rapporti annwali msemmijin fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u għat-trażmissjoni lill-Istati Membri għall-informazzjoni.
4. Mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-funzjonament tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 20(2), inkluż l-impatt tagħha fuq il-funzjonament tal-bejgħ mill-bogħod. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-data li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-livell ta’ kunfidenzjalità tagħhom, u d-disinn tal-kejl tal-prestazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 283(4).
KAPITOLU 2
Monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar
Artikolu 280
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, l-informazzjoni u l-analiżi rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ li huma pprovduti jew magħmulin disponibbli mill-awtoritajiet doganali u mill-Awtorità Doganali tal-UE fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
Artikolu 281
Evalwazzjoni u rappurtar
1. Qabel il-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jipprovdi valutazzjoni tal-iżdoganar ċentralizzat imsemmi fl-Artikolu 91. Il-parti mhux kunfidenzjali ta’ dak ir-rapport għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-għan li tiżgura distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet u tal-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-valutazzjoni tad-dejn doganali fuq l-importazzjoni u r-responsabbiltà għalih.
2. Sal-21 ta’ Settembru 2031 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Dak ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a) |
ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tal-koerenza, tar-rilevanza u tal-valur miżjud tal-Unjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 2; |
|
(c) |
ħarsa ġenerali lejn il-kostijiet diżaggregati mġarrba mill-Unjoni u mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
3. Fuq talba tal-Kummissjoni u f’konformità mal-Kapitolu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tkun neċessarja għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li ma tkunx disponibbli fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tivvaluta, b’mod partikolari:
|
(a) |
l-effettività tas-superviżjoni doganali tal-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check) mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment u tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-post fejn jiġġarrab id-dejn doganali; |
|
(b) |
l-effettività tas-superviżjoni doganali tal-operaturi ekonomiċi għajr tal-kummerċjanti ta’ fiduċja vverifikati (kummerċjanti Trust and Check); |
|
(c) |
l-impatt possibbli tal-modifiki previsti fil-paragrafu 5. |
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 282 biex temenda l-Artikolu 6(2),u l-Artikolu 193(1), il-punti (b), (c) u (d), billi tħassar jew timmodifika d-derogi previsti fih, jekk xieraq fid-dawl tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU 3
Delega tas-setgħa u proċedura ta’ kumitat
Artikolu 282
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 8(8) u (9), l-Artikolu 9(9), l-Artikolu 12(6), l-Artikolu 16(13), l-Artikolu 20(10), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 29(10), l-Artikolu 33(8), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 41(11), l-Artikolu 49, l-Artikolu 43(7), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(8), l-Artikolu 77(10), l-Artikolu 78(7), l-Artikolu 79(4), l-Artikolu 80(3), l-Artikolu 81(4), l-Artikolu 83(3), l-Artikolu 84(6), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 91(7), l-Artikolu 92(5), l-Artikolu 94(4), l-Artikolu 97(11), l-Artikolu 98(3), l-Artikolu 99(3), l-Artikolu 101(11), l-Artikolu 103(5), l-Artikolu 104(8), l-Artikolu 105(4), l-Artikolu 106(3), l-Artikolu 107(2), l-Artikolu 108(8), l-Artikolu 109(4), l-Artikolu 111(7), l-Artikolu 114(7), l-Artikolu 116(7), l-Artikolu 117(12), l-Artikolu 118(3), l-Artikolu 119(3), l-Artikolu 121(5), l-Artikolu 125(10), l-Artikolu 128(3), l-Artikolu 129(5), l-Artikolu 130(2), l-Artikolu 131(2), l-Artikolu 132(3), l-Artikolu 133(5), l-Artikolu 135(4), l-Artikolu 139(3), l-Artikolu 140(6), l-Artikolu 142(5), l-Artikolu 145(4), l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 156(8), l-Artikolu 158(5), l-Artikolu 160(2), l-Artikolu 161(5), l-Artikolu 169(3), l-Artikolu 171(9), l-Artikolu 178(2), l-Artikolu 180(5), l-Artikolu 191(4), l-Artikolu 192(8), l-Artikolu 193(5), l-Artikolu 194(9), l-Artikolu 197(3), l-Artikolu 199(4), l-Artikolu 200(4), l-Artikolu 203(3), l-Artikolu 205(8), l-Artikolu 210(4) u l-Artikolu 214(5), l-Artikolu 216(5), l-Artikolu 217(9) u (10), l-Artikolu 223(8), l-Artikolu 272(8), l-Artikolu 276(6) u l-Artikolu 281(5).
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 8(8) u (9), l-Artikolu 9(9), l-Artikolu 12(6), l-Artikolu 16(13), l-Artikolu 20(10), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 29(10), l-Artikolu 33(8), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 41(11), l-Artikolu 43(7), l-Artikolu 49, l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(8), l-Artikolu 77(10), l-Artikolu 78(7), l-Artikolu 79(4), l-Artikolu 80(3), l-Artikolu 81(4), l-Artikolu 83(3), l-Artikolu 84(6), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 91(7), l-Artikolu 92(5), l-Artikolu 94(4), l-Artikolu 97(11), l-Artikolu 98(3), l-Artikolu 99(3), l-Artikolu 101(11), l-Artikolu 103(5), l-Artikolu 104(8), l-Artikolu 105(4), l-Artikolu 106(3), l-Artikolu 107(2), l-Artikolu 108(8), l-Artikolu 109(4), l-Artikolu 111(7), l-Artikolu 114(7), l-Artikolu 116(7), l-Artikolu 117(12), l-Artikolu 118(3), l-Artikolu 119(3), l-Artikolu 121(5), l-Artikolu 125(10), l-Artikolu 128(3), l-Artikolu 129(5), l-Artikolu 130(2), l-Artikolu 131(2), l-Artikolu 132(3), l-Artikolu 133(5), l-Artikolu 135(4), l-Artikolu 139(3), l-Artikolu 140(6), l-Artikolu 142(5), l-Artikolu 145(4), l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 156(8), l-Artikolu 158(5), l-Artikolu 160(2), l-Artikolu 161(5), l-Artikolu 169(3), l-Artikolu 171(9), l-Artikolu 178(2), l-Artikolu 180(5), l-Artikolu 191(4), l-Artikolu 192(8), l-Artikolu 193(5), l-Artikolu 194(9), l-Artikolu 197(3), l-Artikolu 199(4), l-Artikolu 200(4), l-Artikolu 203(3) u l-Artikolu 205(8), l-Artikolu 210(4) u l-Artikolu 214(5), l-Artikolu 216(5), l-Artikolu 217(9) u (10), l-Artikolu 223(8), l-Artikolu 272(8), l-Artikolu 276(6) u l-Artikolu 281(5). tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 8(8) u (9), l-Artikolu 9(9), l-Artikolu 12(6), l-Artikolu 16(13), l-Artikolu 20(10), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 29(10), l-Artikolu 33(8), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 41(11), l-Artikolu 43(7)’ l-Artikolu 49, l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(8), l-Artikolu 77(10), l-Artikolu 78(7), l-Artikolu 79(4), l-Artikolu 80(3), l-Artikolu 81(4), l-Artikolu 83(3), l-Artikolu 84(6), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 91(7), l-Artikolu 92(5), l-Artikolu 94(4), l-Artikolu 97(11), l-Artikolu 98(3), l-Artikolu 99(3), l-Artikolu 101(11), l-Artikolu 103(5), l-Artikolu 104(8), l-Artikolu 105(4), l-Artikolu 106(3), l-Artikolu 107(2), l-Artikolu 108(8), l-Artikolu 109(4), l-Artikolu 111(7), l-Artikolu 114(7), l-Artikolu 116(7), l-Artikolu 117(12), l-Artikolu 118(3), l-Artikolu 119(3), l-Artikolu 121(5), l-Artikolu 125(10), l-Artikolu 128(3), l-Artikolu 129(5), l-Artikolu 130(2), l-Artikolu 131(2), l-Artikolu 132(3), l-Artikolu 133(5), l-Artikolu 135(4), l-Artikolu 139(3), l-Artikolu 140(6), l-Artikolu 142(5), l-Artikolu 145(4), l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 156(8), l-Artikolu 158(5), l-Artikolu 160(2), l-Artikolu 161(5), l-Artikolu 169(3), l-Artikolu 171(9), l-Artikolu 178(2), l-Artikolu 180(5), l-Artikolu 191(4) u (10), l-Artikolu 192(8), l-Artikolu 193(5), l-Artikolu 194(9), l-Artikolu 197(3), l-Artikolu 199(4), l-Artikolu 200(4), l-Artikolu 203(3), l-Artikolu 205(8), l-Artikolu 210(4), l-Artikolu 214(5), l-Artikolu 216(5), l-Artikolu 217(9), l-Artikolu 223(8), l-Artikolu 272(8), l-Artikolu 276(6), l-Artikolu 281(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
7. B’deroga għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-ewwel att delegat adottat skont l-Artikolu 20(10) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw.
Artikolu 283
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.
4. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
5. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
6. F’każ li l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali trid tingħata bi proċedura bil-miktub u ssir referenza għal dan il-paragrafu, dik il-proċedura tista’ tkun terminata bla ma jkun inkiseb riżultat biss meta, fil-limitu taż-żmien stipulat għall-għoti ta’ tali opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi li għandu jsir hekk.
KAPITOLU 4
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 284
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 huwa mħassar.
Madankollu, l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni eżistenti adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, jew adottati skont atti legali sostitwiti minn dak ir-Regolament jew minn verżjonijiet preċedenti ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw sakemm jitħassru minn atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw f’konformità mat-tabella tal-korrelazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Mil-1 ta’ Lulju 2028:
|
(a) |
ir-referenzi għad-dikjarazzjoni doganali għandhom jinftiehmu bħala li jkopru l-forniment tad-data neċessarja sabiex il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali bl-użu tal-kapaċitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, kif xieraq; |
|
(b) |
ir-referenzi għad-dikjarant għandhom jinftiehmu bħala li jkopru t-trasportatur, l-importatur, l-esportatur jew id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, kif xieraq. |
Artikolu 285
Miżuri tranżizzjonali relatati mal-istabbiliment tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-merkanzija kollha maħsuba sabiex titqiegħed taħt proċedura doganali għandha tkun koperta minn dikjarazzjoni doganali xierqa għal dik il-proċedura.
2. Mill-1 ta’ Lulju 2028, l-importaturi għall-bejgħ mill-bogħod u l-persuni li jkunu għażlu li jagħmlu użu mill-iskema IOSS għandhom, għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħżin doganali f’maħżen doganali għall-bejgħ mill-bogħod jew taħt il-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jipprovdu jew jagħmlu disponibbli d-data bl-użu tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 74. Sabiex dan ikun possibbli, il-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE għandhom isiru operazzjonali mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2028.
3. Sat-28 ta’ Frar 2031, l-importaturi għajr il-persuni msemmija fil-paragrafu 2, l-esportaturi u d-detenturi tal-proċedura ta’ tranżitu għandhom, għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali, jippreżentaw dikjarazzjoni doganali xierqa għal dik il-proċedura.
4. Mill-1 ta’ Marzu 2031, l-importaturi, l-esportaturi u d-detenturi tal-proċedura ta’ tranżitu jistgħu, għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali, iressqu dikjarazzjoni doganali jew jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti xierqa għall-proċedura rilevanti bl-użu tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 74.
5. Mill-1 ta’ Marzu 2034, l-importaturi, l-esportaturi u d-detenturi tal-proċedura ta’ tranżitu għandhom, għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali, jipprovdu jew jagħmlu disponibbli l-informazzjoni xierqa għall-proċedura rilevanti bl-użu tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 74.
6. Il-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE stipulati fl-Artikolu 38 għandhom ikunu kompletament operazzjonali mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2034.
7. Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali fejn funzjonalità rilevanti tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE ma tkunx operazzjonali sal-iskadenzi stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi soluzzjoni tranżizzjonali f’koordinazzjoni mal-Istati Membri sal-istess skadenzi. Is-soluzzjoni tranżitorja għandha tkun fis-seħħ għal mhux aktar minn sitt xhur wara l-iskadenzi stipulati f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-funzjonalità rilevanti tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE tkun operazzjonali qabel l-iskadenza tas-soluzzjoni tranżizzjonali.
Artikolu 286
Id-data tal-adozzjoni ta’ ċerti atti delegati u ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti li ġejjin, għall-ewwel darba, fl-iskadenzi li ġejjin:
|
(a) |
att delegat li jistabbilixxi l-ammont tat-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) u (3), skont l-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 20(10), sad-29 ta’ Settembru 2026; |
|
(b) |
att delegat imsemmi fl-Artikolu 276(6), sal-1 ta’ Marzu 2028. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta:
|
(a) |
l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(5) u (6) u l-Artikolu 49 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 285(2), sal-1 ta’ Lulju 2027; |
|
(b) |
l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(5) u (6) u l-Artikolu 49 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 285(4), sal-1 ta’ Marzu 2029; |
|
(c) |
l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(5) u (6) u l-Artikolu 49 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 285(5), sal-31 ta’ Jannar 2033. |
Artikolu 287
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-21 ta’ Settembru 2027.
3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
l-Artikolu 5, il-punti (15), (16), (44) u (78); |
|
(b) |
l-Artikolu 20, ħlief il-paragrafi 1, 2 u 4; |
|
(c) |
l-Artikoli 35 sa 39 u l-Artikolu 51; |
|
(d) |
l-Artikolu 41(10); |
|
(e) |
l-Artikolu 85(2); |
|
(f) |
l-Artikolu 175 u l-Artikolu 179(4); |
|
(g) |
l-Artikolu 180; |
|
(h) |
l-Artikoli 229, 230, 231, 234 sa 244 u 255 sa 265; |
|
(i) |
l-Artikolu 268(9); |
|
(j) |
l-Artikolu 272(7); |
|
(k) |
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-Artikoli 282 u 283. |
4. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 20(2) għandu japplika minn 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 20(10).
5. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2028:
|
(a) |
l-Artikolu 20(4), l-Artikoli 74 u 75, l-Artikolu 109(3), il-punt (b), l-Artikolu 145, l-Artikolu 183(2), il-punt (c), l-Artikolu 191(2) u l-Artikolu 223(1), il-punt (m); |
|
(b) |
l-Artikolu 41, ħlief il-paragrafu 10, u l-Artikoli 42 sa 45; |
|
(c) |
l-Artikolu 78; |
|
(d) |
l-Artikolu 205(5) u (6) u l-Artikolu 208(2). |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, is-16 ta’ Settembru 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU C, C/2023/864, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/864/oj.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2024 (ĠU C, C/2025/1035, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1035/oj) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-3 ta’ Settembru 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/262/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (ĠU L, 2024/1072, 15.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1072/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2024/2853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE (ĠU L, 2024/2853, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2853/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj).
(12) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
(13) Id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2023, Euranimi vs il-Kummissjoni, T-81/22, ECLI:EU:T:2023:57.
(14) Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).
(15) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/515/oj).
(18) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).
(19) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).
(21) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1896/oj).
(22) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(23) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(24) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj).
(25) Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj).
(26) Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975) (ĠU L 193, 1.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_amend/2021/601/oj).
(27) ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.
(28) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(30) Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).
(31) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 119, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/800(9)/oj.
(32) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
(33) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/1182/oj).
(34) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/943/oj).
(35) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
(36) Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj).
(37) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).
(38) Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1239/oj).
(39) ĠU L 130, 27.5.1993, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1993/329/oj.
(40) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni u li jistabbilixxi miżuri speċjali temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj).
(41) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).
(42) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj).
(43) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(44) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/1999/531/oj.
(45) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj).
(46) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj).
(47) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/443/oj).
(48) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj).
(49) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj).
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (UE) Nru 952/2013 |
Dan ir-Regolament |
|
Tittolu I |
Titolu I |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(4) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 5, il-punt (1) |
Artikolu 5, il-punt (1) |
|
Artikolu 5, il-punt (2) |
Artikolu 5, il-punt (2) |
|
Artikolu 5, il-punt (3) |
Artikolu 5, il-punt (27) |
|
Artikolu 5, il-punt (4) |
Artikolu 5, il-punt (5) |
|
Artikolu 5, il-punt (5) |
Artikolu 5, il-punt (6) |
|
Artikolu 5, il-punt (6) |
Artikolu 5, il-punt (20) |
|
Artikolu 5, il-punt (7) |
Artikolu 5, il-punt (23) |
|
Artikolu 5, il-punt (8) |
Artikolu 5, il-punt (12) |
|
Artikolu 5, il-punt (9) |
Artikolu 5, il-punt (49) |
|
Artikolu 5, il-punt (10) |
Artikolu 5, il-punt (50) |
|
Artikolu 5, il-punt (11) |
Artikolu 5, il-punt (51) |
|
Artikolu 5, il-punt (12) |
Artikolu 5, il-punt (52) |
|
Artikolu 5, il-punt (13) |
Artikolu 5, il-punt (55) |
|
Artikolu 5, il-punt (14) |
Artikolu 5, il-punt (56) |
|
Artikolu 5, il-punt (15) |
Artikolu 5, il-punt (54) |
|
Artikolu 5, il-punt (16) |
Artikolu 5, il-punt (11) |
|
Artikolu 5, il-punt (17) |
Artikolu 5, il-punt (59) |
|
Artikolu 5, il-punt (18) |
Artikolu 5, il-punt (67) |
|
Artikolu 5, il-punt (19) |
Artikolu 5, il-punt (68) |
|
Artikolu 5, il-punt (20) |
Artikolu 5, il-punt (69) |
|
Artikolu 5, il-punt (21) |
Artikolu 5, il-punt (70) |
|
Artikolu 5, il-punt (22) |
Artikolu 5, il-punt (45) |
|
Artikolu 5, il-punt (23) |
Artikolu 5, il-punt (46) |
|
Artikolu 5, il-punt (24) |
Artikolu 5, il-punt (47) |
|
Artikolu 5, il-punt (25) |
Artikolu 5, il-punt (25) |
|
Artikolu 5, il-punt (26) |
Artikolu 5, il-punt (48) |
|
Artikolu 5, il-punt (27) |
Artikolu 5, il-punt (26) |
|
Artikolu 5, il-punt (28) |
Artikolu 5, il-punt (71) |
|
Artikolu 5, il-punt (29) |
Artikolu 5, il-punt (72) |
|
Artikolu 5, il-punt (30) |
Artikolu 5, il-punt (62) |
|
Artikolu 5, il-punt (31) |
Artikolu 5, il-punt (7) |
|
Artikolu 5, il-punt (32) |
Artikolu 5, il-punt (8) |
|
Artikolu 5, il-punt (33) |
Artikolu 5, il-punt (53) |
|
Artikolu 5, il-punt (34) |
Artikolu 5, il-punt (32) |
|
Artikolu 5, il-punt (35) |
— |
|
Artikolu 5, il-punt (36) |
Artikolu 5, il-punt (4) |
|
Artikolu 5, il-punt (37) |
Artikolu 5, il-punt (63) |
|
Artikolu 5, il-punt (38) |
Artikolu 5, il-punt (65) |
|
Artikolu 5, il-punt (39) |
Artikolu 5, il-punt (10) |
|
Artikolu 5, il-punt (40) |
Artikolu 5, il-punt (33) |
|
Artikolu 5, il-punt (41) |
Artikolu 5, il-punt (73) |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 9; Artikolu 74(1); Artikolu 77(4); Artikolu 81(1); Artikolu 108(4); Artikolu 125(8) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolus 74(6); Artikolu 81(2) u (4) |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 7, il-punt (a) |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 7, il-punti (b) u (c) |
— |
|
Artikolu 8(1) |
— |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 26(1) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 26(3) |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 26(4) |
|
Artikolu 9(4) |
Artikolu 26(5) |
|
Artikolu 10, il-punt (a) |
Artikolu 26(6), il-punt (b) |
|
Artikolu 10, il-punt (b) |
Artikolu 26(6), il-punt (c) |
|
Artikolu 10, il-punt (c) |
Artikolu 26(6), il-punt (d) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 26(7) |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 23(1) |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 272(1) |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 23(4) |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 15 |
— |
|
Artikolu 16 |
— |
|
Artikolu 17 |
— |
|
Artikolu 18(1) |
Artikolu 33(1) |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 33(4) |
|
Artikolu 18(3), l-ewwel sentenza |
— |
|
Artikolu 18(3), it-tieni sentenza |
Artikolu 33(7), il-punt (a) |
|
Artikolu 18(4) |
— |
|
Artikolu 19(1) |
Artikolu 34(1) |
|
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 34(2) |
|
Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 19(3) |
Artikolu 34(3) |
|
Artikolu 20, il-punt (a) |
Artikolu 33(8) |
|
Artikolu 20, il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 21 |
— |
|
Artikolu 22(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 6(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 22(2) |
Artikolu 8(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 22(3) |
Artikolu 8(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 22(4) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 22(5) |
Artikolu 8(5) |
|
Artikolu 22(6) |
Artikolu 8(6) |
|
Artikolu 22(7) |
Artikolu 8(7) |
|
Artikolu 23(1) |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 23(2) |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 23(3) |
Artikolu 9(7), l-ewwel sentenza |
|
Artikolu 23(4), il-punt (a) |
Artikolu 9(8) |
|
Artikolu 23(4), il-punt (b) |
Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 23(5) |
Artikolu 9(4) |
|
Artikolu 24, il-punt (a) |
Artikolu 6(6) |
|
Artikolu 24, il-punt (b) |
Artikolu 8(8), il-punt (b) |
|
Artikolu 24, il-punt (c) |
Artikolu 8(8), il-punt (c) |
|
Artikolu 24, il-punt (d) |
Artikolu 8(8), il-punt (d) |
|
Artikolu 24, il-punt (e) |
Artikolu 8(8), il-punt (e) |
|
Artikolu 24, il-punt (f) |
Artikolu 8(8), il-punt (f) |
|
Artikolu 24, il-punt (g) |
Artikolu 8(8), il-punt (g) |
|
Artikolu 24, il-punt (h) |
Artikolu 9(9), il-punt (b) |
|
Artikolu 25, il-punt (a) |
Artikolu 8(10), il-punt (a) |
|
Artikolu 25, il-punt (b) |
Artikolu 8(10), il-punt (b) |
|
Artikolu 25, il-punt (c) |
Artikolu 9(9), il-punt (a) |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 28(1) |
Artikolu 12(1) |
|
Artikolu 28(2) |
Artikolu 12(3) |
|
Artikolu 28(3) |
Artikolu 12(4) |
|
Artikolu 28(4) |
Artikolu 12(5) |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 31, il-punt (a) |
Artikolu 12(6), il-punt (a) |
|
Artikolu 31, il-punt (b) |
Artikolu 12(6), il-punt (b) |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 34(1) |
Artikolu 16(1) |
|
Artikolu 34(2) |
Artikolu 16(2) |
|
Artikolu 34(3) |
Artikolu 16(4) |
|
Artikolu 34(4) |
Artikolu 16(5) |
|
Artikolu 34(5) |
Artikolu 16(6) |
|
Artikolu 34(6) |
Artikolu 16(7) |
|
Artikolu 34(7), il-punt (a) |
Artikolu 16(8) |
|
Artikolu 34(7), il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 34(8), il-punt (a) |
Artikolu 16(9) |
|
Artikolu 34(8), il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 34(9) |
Artikolu 16(10) |
|
Artikolu 34(10) |
Artikolu 16(11) |
|
Artikolu 34(11) |
Artikolu 16(12), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 35 |
— |
|
Artikolu 36 |
|
|
Artikolu 37(1), il-punt (a) |
Artikolu 16(14), il-punt (a) |
|
Artikolu 37(1), il-punt (b) |
Artikolu 16(14), il-punt (b) |
|
Artikolu 37(1), il-punti (c) u (d) |
— |
|
Artikolu 37(2), il-punt (a) |
Artikolu 16(12) |
|
Artikolu 37(2), il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 38(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 29(1) |
|
Artikolu 38(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 29(2) |
|
Artikolu 38(2) |
Artikolu 29(2) |
|
Artikolu 38(3) |
Artikolu 29(3) |
|
Artikolu 38(4) |
Artikolu 29(5) |
|
Artikolu 38(5) |
Artikolu 29(6) |
|
Artikolu 38(6) |
Artikolu 29(7) |
|
Artikolu 38(7) |
Artikolu 29(8) |
|
Artikolu 39, il-punt (a) |
Artikolu 30(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 39, il-punt (b) |
Artikolu 30(1), il-punt (b)(i) |
|
Artikolu 39, il-punt (c) |
Artikolu 30(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 39, il-punt (d) |
Artikolu 30(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 39, il-punt (e) |
Artikolu 30(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 40, il-punt (a) |
Artikolu 29(10), il-punt (a) |
|
Artikolu 40, il-punt (b) |
Artikolu 29(10), il-punt (b) |
|
Artikolu 40, il-punt (c) |
Artikolu 29(10), il-punt (b) |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 30(2) |
|
Artikolu 42(1) |
Artikolu 273(1), it-tieni subparagrafu, u Artikolu 273(3) |
|
Artikolu 42(2), il-punt (a) |
Artikolu 275(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 42(2), il-punt (b) |
Artikolu 275(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 42(3) |
Artikolu 273(4) |
|
Artikolu 43 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 46(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 63(1) |
|
Artikolu 46(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 63(2) |
|
Artikolu 46(2) |
Artikolu 55(1) |
|
Artikolu 46(3) |
— |
|
Artikolu 46(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 55(2) |
|
Artikolu 46(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 55(3) |
|
Artikolu 46(5) |
— |
|
Artikolu 46(6) |
Artikolu 59(2) |
|
Artikolu 46(7) |
Artikolu 59(1) |
|
Artikolu 46(8) |
Artikolu 5, il-punt (41) |
|
Artikolu 47(1) |
Artikolu 63(3) |
|
Artikolu 47(2) |
Artikolu 268(2) |
|
Artikolu 48, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 68(1), il-punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 48, it-tieni paragrafu |
Artikolu 68(2) |
|
Artikolu 49(1) |
Artikolu 70(1) |
|
Artikolu 49(1) |
Artikolu 70(2) |
|
Artikolu 50(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 62(1) |
|
Artikolu 50(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 62(2) |
|
Artikolu 50(2) |
Artikolu 70(3) |
|
Artikolu 51(1) |
Artikolu 76(6) |
|
Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 76(7) |
|
Artikolu 51(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 76(8) |
|
Artikolu 52(1) |
Artikolu 20(1) |
|
Artikolu 52(2) |
Artikolu 20(9) |
|
Artikolu 53(1) |
Artikolu 21(1) |
|
Artikolu 53(2) |
Artikolu 21(2) |
|
Artikolu 54 |
Artikolu 21(3) |
|
Artikolu 55 |
Artikolu 22 |
|
Titolu II |
Titolu IX |
|
Artikolu 56(1) |
Artikolu 166(1) |
|
Artikolu 56(2) |
Artikolu 166(2) |
|
Artikolu 56(3) |
Artikolu 166(3) |
|
Artikolu 56(4) |
Artikolu 166(4) |
|
Artikolu 56(5) |
Artikolu 166(5) |
|
Artikolu 57(1) |
Artikolu 167(1) |
|
Artikolu 57(2) |
Artikolu 167(2) |
|
Artikolu 57(3) |
Artikolu 167(3) |
|
Artikolu 57(4) |
Artikolu 167(4) |
|
Artikolu 58(1) |
Artikolu 166(6) |
|
Artikolu 58(2) |
Artikolu 167(4) |
|
Artikolu 59 |
Artikolu 168 |
|
Artikolu 60(1) |
Artikolu 169(1) |
|
Artikolu 60(2) |
Artikolu 169(2) |
|
Artikolu 61(1) |
Artikolu 170(1) |
|
Artikolu 61(2) |
Artikolu 170(2) |
|
Artikolu 61(3) |
Artikolu 170(3) |
|
Artikolu 62 |
Artikolu 169(3) |
|
Artikolu 63 |
Artikolu 170(4) |
|
Artikolu 64(1) |
Artikolu 171(1) |
|
Artikolu 64(2) |
Artikolu 171(2) |
|
Artikolu 64(3) |
Artikolu 171(9) |
|
Artikolu 64(4) |
Artikolu 171(3) |
|
Artikolu 64(5) |
Artikolu 171(4) |
|
Artikolu 64(6), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 171(5) |
|
Artikolu 64(6), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 171(6) |
|
Artikolu 64(6), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 171(7) |
|
Artikolu 64(6), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 171(8) |
|
Artikolu 65 |
Artikolu 171(9) |
|
Artikolu 66 |
Artikolu 171(10) |
|
Artikolu 67 |
Artikolu 172, l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 68 |
Artikolu 172 |
|
Artikolu 69 |
Artikolu 173 |
|
Artikolu 70 |
Artikolu 174 |
|
Artikolu 71 |
Artikolu 176 |
|
Artikolu 72 |
Artikolu 177 |
|
Artikolu 73 |
Artikolu 178(1) |
|
Artikolu 74(1) |
Artile 179(1) |
|
Artikolu 74(2) |
Artile 179(2) |
|
Artikolu 74(3) |
Artile 179(3) |
|
Artikolu 75 |
Artikolu 178(2) |
|
Artikolu 76 |
Artikolu 181 |
|
Titolu III |
Titolu X |
|
Artikolu 77(1) |
Artikolu 183(1); Artikolu 183(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 77(2) |
Artikolu 183(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 77(3) |
Artikolu 183(3) u (4) |
|
Artikolu 78 |
Artikolu 184 |
|
Artikolu 79(1) |
Artikolu 185(1) |
|
Artikolu 79(2) |
Artikolu 185(2) |
|
Artikolu 79(3) |
Artikolu 185(3) |
|
Artikolu 79(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 185(4) |
|
Artikolu 79(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 185(5) |
|
Artikolu 80 |
Artikolu 186 |
|
Artikolu 81(1) |
Artikolu 187(1); Artikolu 187(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 81(2) |
Artikolu 187(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 81(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 187(3) |
|
Artikolu 81(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 187(4) |
|
Artikolu 82 |
Artikolu 188 |
|
Artikolu 83(1) |
Artikolu 189(1) |
|
Artikolu 83(2) |
Artikolu 189(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 83(3) |
Artikolu 189(3 |
|
Artikolu 84 |
Artikolu 190 |
|
Artikolu 85(1) |
Artikolu 191(1) |
|
Artikolu 85(2) |
Artikolu 191(3) |
|
Artikolu 86(1) |
Artikolu 192(1) |
|
Artikolu 86(2) |
Artikolu 192(2) |
|
Artikolu 86(3) |
Artikolu 192(3) |
|
Artikolu 86(4) |
Artikolu 192(5) |
|
Artikolu 86(5) |
Artikolu 192(6) |
|
Artikolu 86(6) |
Artikolu 192(7) |
|
Artikolu 87(1) |
Artikolu 193(1) |
|
Artikolu 87(2) |
Artikolu 193(2) |
|
Artikolu 87(3) |
Artikolu 193(3) |
|
Artikolu 87(4) |
Artikolu 193(4) |
|
Artikolu 88, il-punt (a) |
Artikolu 191(4); Artikolu 192(8) |
|
Artikolu 88, il-punt (b) |
Artikolu 192(8) |
|
Artikolu 88, il-punt (c) |
Artikolu 193(5) |
|
Artikolu 89(1) |
Artikolu 194(1) |
|
Artikolu 89(2) |
Artikolu 194(2) |
|
Artikolu 89(3) |
Artikolu 194(3) |
|
Artikolu 89(4) |
Artikolu 194(4) |
|
Artikolu 89(5) |
Artikolu 194(5) |
|
Artikolu 89(6) |
Artikolu 194(6) |
|
Artikolu 89(7) |
Artikolu 194(7), il-punt (a) |
|
Artikolu 89(8), il-punt (a) |
Artikolu 194(7), il-punt (b) |
|
Artikolu 89(8), il-punt (b) |
Artikolu 194(7), il-punt (c) |
|
Artikolu 89(8), il-punt (c) |
Artikolu 194(7), il-punt (d) |
|
Artikolu 89(8), il-punt (d) |
Artikolu 194(7), il-punt (e) |
|
Artikolu 89(9) |
Artikolu 194(8) |
|
Artikolu 90 |
Artikolu 195 |
|
Artikolu 91 |
Artikolu 196 |
|
Artikolu 92(1) |
Artikolu 197(1) |
|
Artikolu 92(2) |
Artikolu 197(2) |
|
Artikolu 93 |
Artikolu 198 |
|
Artikolu 94(1) |
Artikolu 199(1) |
|
Artikolu 94(2) |
Artikolu 199(2) |
|
Artikolu 94(3) |
Artikolu 199(3) |
|
Artikolu 95(1) |
Artikolu 200(1) |
|
Artikolu 95(2) |
Artikolu 200(2) |
|
Artikolu 95(3) |
Artikolu 200(3) |
|
Artikolu 95(4) |
Artikolu 200(3) |
|
Artikolu 96(1) |
Artikolu 201(1) |
|
Artikolu 96(2) |
Artikolu 201(2) |
|
Artikolu 97 |
Artikolu 202 |
|
Artikolu 98(1) |
Artikolu 203(1) |
|
Artikolu 98(2) |
Artikolu 203(2) |
|
Artikolu 99, il-punt (a) |
Artikolu 194(9) |
|
Artikolu 99, il-punt (b) |
Artikolu 197(3); Artikolu 199(4) |
|
Artikolu 99, il-punt (c) |
Artikolu 200(4) |
|
Artikolu 99, il-punt (d) |
Artikolu 203(3) |
|
Artikolu 100(1), il-punt (a) |
Artikolu 200(5) |
|
Artikolu 100(1), il-punt (b) |
Artikolu 194(10); Artikolu 199(5); Artikolu 203(4) |
|
Artikolu 100(1), il-punt (c) |
Artikolu 201(3) |
|
Artikolu 100(2) |
Artikolu 201(3) |
|
Artikolu 101 |
Artikolu 204 |
|
Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 205(1) |
|
Artikolu 102(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 205(3) |
|
Artikolu 102(2) |
Artikolu 205(2) |
|
Artikolu 102(3) |
Artikolu 205(4) |
|
Artikolu 102(4) |
Artikolu 205(7) |
|
Artikolu 103 |
Artikolu 206 |
|
Artikolu 104 |
Artikolu 207 |
|
Artikolu 105(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 208(1) |
|
Artikolu 105(1), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 105(2) |
Artikolu 208(4) |
|
Artikolu 105(3) |
Artikolu 208(5) |
|
Artikolu 105(4) |
Artikolu 208(6) |
|
Artikolu 105(5) |
Artikolu 208(7) |
|
Artikolu 105(6) |
Artikolu 208(8), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 106 |
Artikolu 205(8), il-punt (a) |
|
Artikolus 107 |
Artikolu 209 |
|
Artikolu 108(1) |
Artikolu 210(1) |
|
Artikolu 108(2) |
Artikolu 210(2) |
|
Artikolu 108(3) |
Artikolu 210(3) |
|
Artikolu 109 |
Artikolu 211 |
|
Artikolu 110 |
Artikolu 212(1) |
|
Artikolu 111 |
Artikolu 213 |
|
Artikolu 112(1) |
Artikolu 214(1) |
|
Artikolu 112(2) |
Artikolu 214(2) |
|
Artikolu 112(3) |
Artikolu 214(3) |
|
Artikolu 112(4) |
Artikolu 214(4) |
|
Artikolu 113 |
Artikolu 215 |
|
Artikolu 114(1) |
Artcle 216(1) |
|
Artikolu 114(2) |
Artcle 216(2) |
|
Artikolu 114(3) |
Artcle 216(3) |
|
Artikolu 114(4) |
Artcle 216(4) |
|
Artikolu 115 |
Artikolu 210(4) |
|
Artikolu 116(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 217(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 116(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 217(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 116(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 217(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 116(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Artikolu 217(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 116(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 217(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 116(2) |
Artikolu 217(2) |
|
Artikolu 116(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 217(3) |
|
Artikolu 116(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 217(4) |
|
Artikolu 116(4) |
Artikolu 217(5) |
|
Artikolu 116(5) |
Artikolu 217(6) |
|
Artikolu 116(6) |
Artikolu 217(7) |
|
Artikolu 116(7) |
Artikolu 217(8) |
|
Artikolu 117 |
Artikolu 218 |
|
Artikolu 118(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 219(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 118(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 219(3) |
|
Artikolu 118(2) |
Artikolu 219(1), il-punti (b) u (c) |
|
Artikolu 118(3) |
Artikolu 219(2) |
|
Artikolu 118(4) |
Artikolu 219(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 119 |
Artikolu 220 |
|
Artikolu 120 |
Artikolu 221 |
|
Artikolu 121(1) |
Artikolu 222(1) |
|
Artikolu 121(2) |
Artikolu 222(2) |
|
Artikolu 121(3) |
Artikolu 222(3) |
|
Artikolu 121(4) |
Artikolu 222(4) |
|
Artikolu 122 |
Artikolu 217(10) |
|
Artikolu 123(1), il-punt (a) |
Artikolu 217(11) |
|
Artikolu 123(1), il-punt (b) |
Artikolu 222(5) |
|
Artikolu 123(2) |
Artikolu 217(12) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (a) |
Artikolu 223(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (b) |
Artikolu 223(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (c) |
Artikolu 223(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (d) |
Artikolu 223(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (e) |
Artikolu 223(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (f) |
Artikolu 223(1), il-punt (f) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (g) |
Artikolu 223(1), il-punt (g) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (h) |
Artikolu 223(1), il-punt (h) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (i) |
Artikolu 223(1), il-punt (i) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (j) |
Artikolu 223(1), il-punt (j) |
|
Artikolu 124(1), il-punt (k) |
Artikolu 223(1), il-punt (k) |
|
Artikolu 124(2) |
Artikolu 223(2) |
|
Artikolu 124(3) |
Artikolu 223(3) |
|
Artikolu 124(4) |
Artikolu 223(4) |
|
Artikolu 124(5) |
Artikolu 223(5) |
|
Artikolu 124(6) |
Artikolu 223(6) |
|
Artikolu 124(7) |
Artikolu 223(7) |
|
Artikolu 125 |
Artikolu 224 |
|
Artikolu 126 |
Artikolu 223(8) |
|
Titolu IV |
Titolu VI |
|
Artikolu 127(1) |
Artikolu 97(1) |
|
Artikolu 127(2), il-punt (a) |
Artikolu 97(10), il-punt (a) |
|
Artikolu 127(2), il-punt (b) |
Artikolu 97(10), il-punt (e) |
|
Artikolu 127(3), l-ewwel subpargraph |
Artikolu 97(1) |
|
Artikolu 127(3), second subpargraph |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 127(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 97(1) |
|
Artikolu 127(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 97(4) |
|
Artikolu 127(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 127(5) |
Artikolu 97(3) u (8) |
|
Artikolu 127(6) |
Artikolu 97(7) |
|
Artikolu 127(7) |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 127(8) |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 128 |
Artikolu 98(1) u (5) |
|
Artikolu 129(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 99(1) |
|
Artikolu 129(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 99(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 129(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 99(2), il-punt (c) |
|
Artikolu 129(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 129(2) |
Artikolu 100(1) |
|
Artikolu 130 |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 131, il-punt (a) |
— |
|
Artikolu 131, il-punt (b) |
Artikolu 97(11), il-punt (c) |
|
Artikolu 131, il-punt (c) |
Artikolu 97(11), il-punt (d) |
|
Artikolu 132, il-punt (a) |
Artikolu 97(12) |
|
Artikolu 132, il-punt (b) |
Artikolu 97(12) |
|
Artikolu 132, il-punt (c) |
Artikolu 98(3) |
|
Artikolu 132, il-punt (d) |
Artikolu 99(4) |
|
Artikolu 132, il-punt (e) |
Artikolu 100(3) |
|
Artikolu 133(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 101(1) |
|
Artikolu 133(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 101(13) |
|
Artikolu 133(2) |
Artikolu 101(7) |
|
Artikolu 134(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 54(1) u (2) |
|
Artikolu 134(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 54(3) to (7) |
|
Artikolu 134(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 54(3), il-punt (b) |
|
Artikolu 134(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 54(3), il-punt (a) |
|
Artikolu 134(2) |
Artikolu 54(8) |
|
Artikolu 135(1) |
Artikolu 102(1) |
|
Artikolu 135(2) |
Artikolu 102(2) |
|
Artikolu 135(3) |
Artikolu 97(13) |
|
Artikolu 135(4) |
Artikolu 102(5) |
|
Artikolu 135(5) |
Artikolu 102(6) |
|
Artikolu 135(6) |
Artikolu 102(7) |
|
Artikolu 136(1) |
Artikolu 97(10), il-punt (b) |
|
Artikolu 136(2) |
Artikolu 97(10), il-punt (c) |
|
Artikolu 136(3) |
Artikolu 97(10), il-punt (d); Artikolu 101(8), il-punt (b); Artikolu 103(4) |
|
Artikolu 137(1) |
Artikolu 102(3) |
|
Artikolu 137(2) |
Artikolu 102(3) |
|
Artikolu 137(3) |
Artikolu 102(4) |
|
Artikolu 138, il-punt (a) |
Artikolu 101(12) |
|
Artikolu 138, il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 139(1) to (6) |
Artikolu 103(1) |
|
Artikolu 139(7) |
Artikolu 103(3) |
|
Artikolu 140(1) |
Artikolu 101(9) u (10); Artikolu 101(13) |
|
Artikolu 140(2) |
Artikolu 65(1) |
|
Artikolu 141 |
— |
|
Artikolu 142 |
Artikolu 103(5) |
|
Artikolu 143 |
Artikolu 103(6) |
|
Artikolu 144 |
Artikolu 104(1) |
|
Artikolu 145(1) |
Artikolu 105(1) |
|
Artikolu 145(2) |
Artikolu 105(1) |
|
Artikolu 145(3) |
Artikolu 105(2) |
|
Artikolu 145(4) |
— |
|
Artikolu 145(5) |
— |
|
Artikolu 145(6) |
— |
|
Artikolu 145(7) |
Artikolu 64 |
|
Artikolu 145(8) |
— |
|
Artikolu 145(9) |
Artikolu 105(3), il-punt (a) |
|
Artikolu 145(10) |
— |
|
Artikolu 145(11) |
— |
|
Artikolu 146(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 106(1) |
|
Artikolu 146(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 106(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 146(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 106(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 146(2) |
Artikolu 107(1) |
|
Artikolu 147(1) |
Artikolu 104(3) |
|
Artikolu 147(2) |
Artikolu 104(4), il-punt (b) |
|
Artikolu 147(3) |
Artikolu 104(4), il-punt (a) |
|
Artikolu 147(4) |
Artikolu 104(7) |
|
Artikolu 148(1) |
Artikolu 108(1) |
|
Artikolu 148(2) |
Artikolu 108(2) |
|
Artikolu 148(3) |
Artikolu 108(3) |
|
Artikolu 148(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafus |
Artikolu 108(4) |
|
Artikolu 148(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 108(5) |
|
Artikolu 148(5) |
Artikolu 108(6) |
|
Artikolu 148(6) |
Artikolu 108(7) |
|
Artikolu 149 |
Artikolu 104(5) |
|
Artikolu 150 |
— |
|
Artikolu 151, il-punt (a) |
Artikolu 104(8) |
|
Artikolu 151, il-punt (b) |
Artikolu 108(8), il-punt (a) |
|
Artikolu 151, il-punt (c) |
Artikolu 108(8), il-punt (c) |
|
Artikolu 152, il-punt (a) |
Artikolu 105(5) |
|
Artikolu 152, il-punt (b) |
Artikolu 106(4) |
|
Artikolu 152, il-punt (c) |
Artikolu 107(3) |
|
Artikolu 152, il-punt (d) |
Artikolu 108(9) |
|
Titolu V |
Titolu V |
|
Artikolu 153(1) |
Artikolu 71(1) |
|
Artikolu 153(2) |
Artikolu 71(2) |
|
Artikolu 153(3) |
Artikolu 71(3) |
|
Artikolu 154 |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 155(1) |
Artikolu 73(1) |
|
Artikolu 155(2) |
Artikolu 73(2) |
|
Artikolu 156, il-punt (a) |
Artikolu 71(4), il-punt (a) |
|
Artikolu 156, il-punt (b) |
Artikolu 71(4), il-punt (b) |
|
Artikolu 156, il-punt (c) |
Artikolu 71(4), il-punt (c) |
|
Artikolu 156, il-punt (d) |
Artikolu 73(3) |
|
Artikolu 157 |
Artikolu 71(5) |
|
Artikolu 158(1) |
— |
|
Artikolu 158(2) |
Artikolu 81(2) |
|
Artikolu 158(3) |
Artikolu 54(5) u (6) |
|
Artikolu 159(1) |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 159(2) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 159(3) |
Artikolu 81(3) |
|
Artikolu 160 |
Artikolu 81(4) |
|
Artikolu 161, il-punt (a) |
Artikolu 81(5), il-punt (b) |
|
Artikolu 161, il-punt (b) |
Artikolu 81(5), il-punt (a) |
|
Artikolu 162 |
Artikolu 82(1) |
|
Artikolu 163(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 76(2) |
|
Artikolu 163(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 76(3) |
|
Artikolu 163(2) |
Artikolu 76(4) |
|
Artikolu 163(3) |
Artikolu 76(5) |
|
Artikolu 164 |
— |
|
Artikolu 165, il-punt (a) |
Artikolu 82(2) |
|
Artikolu 165, il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 166(1) |
Artikolu 83(1) |
|
Artikolu 166(1) |
Artikolu 83(2) |
|
Artikolu 167(1) |
Artikolu 84(1) |
|
Artikolu 167(2) |
Artikolu 84(2) |
|
Artikolu 167(3) |
Artikolu 84(3) |
|
Artikolu 167(4) |
Artikolu 84(4) |
|
Artikolu 167(5) |
Artikolu 84(5) |
|
Artikolu 168, il-punt (a) |
Artikolu 83(3) |
|
Artikolu 168, il-punt (b) |
Artikolu 84(6), il-punt (a) |
|
Artikolu 168, il-punt (c) |
Artikolu 84(6), il-punt (b) |
|
Artikolu 168, il-punt (d) |
Artikolu 84(6), il-punt (c) |
|
Artikolu 169, il-punt (a) |
Artikolu 83(4) |
|
Artikolu 169, il-punt (b) |
Artikolu 84(7) |
|
Artikolu 170(1) |
Artikolu 85(1) |
|
Artikolu 170(2) |
Artikolu 85(3) |
|
Artikolu 170(3) |
Artikolu 85(4) |
|
Artikolu 170(4) |
— |
|
Artikolu 171 |
Artikolu 86(1) |
|
Artikolu 172(1) |
Artikolu 87(1) |
|
Artikolu 172(2) |
Artikolu 87(2) |
|
Artikolu 173(1) |
Artikolu 88(1) |
|
Artikolu 173(2) |
Artikolu 88(2) |
|
Artikolu 173(3) |
Artikolu 88(3) |
|
Artikolu 174(1) |
Artikolu 89(1) |
|
Artikolu 174(2) |
Artikolu 89(3) |
|
Artikolu 175 |
Artikolu 89(4) |
|
Artikolu 176, il-punt (a) |
Artikolu 86(2) |
|
Artikolu 176, il-punt (b) |
Artikolu 87(3) |
|
Artikolu 176, il-punt (c) |
Artikolu 88(4) |
|
Artikolu 177(1) |
Artikolu 90(1) |
|
Artikolu 177(2) |
Artikolu 90(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 178 |
— |
|
Artikolu 179(1) |
Artikolu 91(1) |
|
Artikolu 179(2) |
Artikolu 91(2) |
|
Artikolu 179(3) |
Artikolu 91(3) |
|
Artikolu 179(4) |
Artikolu 91(4) |
|
Artikolu 179(5) |
Artikolu 91(5) |
|
Artikolu 179(6) |
Artikolu 91(6) |
|
Artikolu 180 |
Artikolu 91(7) |
|
Artikolu 181, il-punt (a) |
Artikolu 91(8) |
|
Artikolu 181, il-punt (b) |
Artikolu 92(6) |
|
Artikolu 182(1) |
Artikolu 92(1) |
|
Artikolu 182(2) |
Artikolu 92(2) |
|
Artikolu 182(3) |
Artikolu 92(3) |
|
Artikolu 182(4) |
Artikolu 92(4) |
|
Artikolu 183 |
Artikolu 92(5) |
|
Artikolu 184 |
Artikolu 92(6) |
|
Artikolu 185 |
— |
|
Artikolu 186 |
— |
|
Artikolu 187 |
— |
|
Artikolu 188, il-punt (a) |
Artikolu 64(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 188, il-punt (b) |
Artikolu 64(1), il-punt (b) u (c) |
|
Artikolu 188, il-punt (c) |
Artikolu 64(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 188, il-punt (d) |
Artikolu 64(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 189(1) |
Artikolu 65(2) |
|
Artikolu 189(2) |
Artikolu 65(3) |
|
Artikolu 189(3) |
Artikolu 65(4) |
|
Artikolu 190(1) |
Artikolu 65(5), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 190(2) |
— |
|
Artikolu 191(1) |
Artikolu 66(1) |
|
Artikolu 191(2) |
Artikolu 66(3) |
|
Artikolu 191(3) |
Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 192(1) |
Artikolu 67(1) |
|
Artikolu 192(1) |
Artikolu 67(2) |
|
Artikolu 193 |
Artikolu 64(2); Artikolu 65(6); Artikolu 66(5) |
|
Artikolu 194(1) |
Artikolu 77(1) u (3) |
|
Artikolu 194(2) |
— |
|
Artikolu 195 |
— |
|
Artikolu 196 |
— |
|
Artikolu 197 |
Artikolu 95(1) |
|
Artikolu 198(1) |
Artikolu 94(1) |
|
Artikolu 198(2) |
Artikolu 94(2) |
|
Artikolu 198(3) |
Artikolu 94(3) |
|
Artikolu 199 |
Artikolu 96(1) |
|
Artikolu 200, il-punt (a) |
Artikolu 95(3) |
|
Artikolu 200, il-punt (b) |
Artikolu 94(5) |
|
Artikolu 200, il-punt (c) |
Artikolu 96(2) |
|
Titolu VI |
Titolu VI (part) |
|
Artikolu 201(1) |
Artikolu 109(1) |
|
Artikolu 201(2) |
Artikolu 109(3), il-punti (c) u (e) |
|
Artikolu 201(3) |
Artikolu 109(2) |
|
Artikolu 202 |
Artikolu 110 |
|
Artikolu 203(1) |
Artikolu 111(1) |
|
Artikolu 203(2) |
Artikolu 111(2) |
|
Artikolu 203(3) |
Artikolu 111(3) |
|
Artikolu 203(4) |
Artikolu 111(4) |
|
Artikolu 203(5) |
Artikolu 111(5) |
|
Artikolu 203(6) |
Artikolu 111(6) |
|
Artikolu 204 |
— |
|
Artikolu 205(1) |
Artikolu 112(1) |
|
Artikolu 205(2) |
Artikolu 112(3) |
|
Artikolu 205(3) |
Artikolu 112(4) |
|
Artikolu 206, il-punt (a) |
Artikolu 111(7) |
|
Artikolu 206, il-punt (b) |
— |
|
Artikolu 207 |
Artikolu 111(8) |
|
Artikolu 208(1) |
Artikolu 113(1) |
|
Artikolu 208(2) |
Artikolu 113(2) |
|
Artikolu 209 |
Artikolu 113(3) |
|
Titolu VII |
Titolu VIII |
|
Artikolu 210 |
Artikolu 124 |
|
Artikolu 211(1) |
Artikolu 125(1) u (3) |
|
Artikolu 211(2) |
Artikolu 126 |
|
Artikolu 211(3) |
Artikolu 125(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (e) u (f) |
|
Artikolu 211(4) |
Artikolu 125(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (d) u (g); Artikolu 125(12) |
|
Artikolu 211(5) u (6) |
Artikolu 125(5) sa (9) |
|
Artikolu 212, il-punt (a) |
Artikolu 125(10), il-punt (a) |
|
Artikolu 212, il-punt (b) |
Artikolu 125(10), il-punt (b) |
|
Artikolu 212, il-punt (c) |
Artikolu 125(10), il-punti (c), (d) u (e) |
|
Artikolu 213 |
Artikolu 125(11), il-punt (b) |
|
Artikolu 214(1) |
Artikolu 128(1) |
|
Artikolu 214(2) |
Artikolu 128(2) |
|
Artikolu 215(1) |
Artikolu 129(1) |
|
Artikolu 215(2) |
Artikolu 129(2) |
|
Artikolu 215(3) |
Artikolu 129(3) |
|
Artikolu 215(4) |
Artikolu 129(4) |
|
Artikolu 216 |
Artikolu 129(5) |
|
Artikolu 217 |
Artikolu 129(6) |
|
Artikolu 218 |
Artikolu 130(1) |
|
Artikolu 219 |
Artikolu 131(1) |
|
Artikolu 220 |
Artikolu 132(1) |
|
Artikolu 221, il-punt (a) |
Artikolu 131(2) |
|
Artikolu 221, il-punt (b) |
Aricle 132(3) |
|
Artikolu 222, il-punt (a) |
Artikolu 130(3) |
|
Artikolu 222, il-punt (b) |
Artikolu 131(3) |
|
Artikolu 223(1) |
Artikolu 133(1) |
|
Artikolu 223(2) |
Artikolu 133(2) |
|
Artikolu 223(3) |
Artikolu 133(3) |
|
Artikolu 223(4) |
Artikolu 133(4) |
|
Artikolu 224 |
Artikolu 133(5) |
|
Artikolu 225 |
Artikolu 133(6) |
|
Artikolu 226(1) |
Artikolu 135(1) |
|
Artikolu 226(2) |
Artikolu 135(2) |
|
Artikolu 226(3) |
Artikolu 135(3) |
|
Artikolu 227(1) |
Artikolu 136(1) |
|
Artikolu 227(2) |
Artikolu 136(2) |
|
Artikolu 228 |
Artikolu 137 |
|
Artikolu 229 |
Artikolu 138 |
|
Artikolu 230 |
Artikolu 139(1) |
|
Artikolu 231 |
Artikolu 135(4); Artikolu 139(3) |
|
Artikolu 232 |
Artikolu 135(5); Artikolu 136(3) |
|
Artikolu 233(1) |
Artikolu 140(1) |
|
Artikolu 233(2) |
Artikolu 140(2) |
|
Artikolu 233(3) |
Artikolu 140(3) |
|
Artikolu 233(4) |
Artikolu 140(4) |
|
Artikolu 234(1) |
Artcle 141(1) |
|
Artikolu 234(2) |
Artikolu 141(2) |
|
Artikolu 235 |
Artikolu 140(6), il-punt (a) |
|
Artikolu 236 |
Artikolu 140(7); Artikolu 141(3) |
|
Artikolu 237(1) |
Artikolu 142(1) |
|
Artikolu 237(2) |
Artikolu 142(3) |
|
Artikolu 237(3) |
Artikolu 142(4) |
|
Artikolu 238 |
Artikolu 238(1); Artikolu 238(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 239 |
Artikolu 142(6) |
|
Artikolu 240 |
Artikolu 144 |
|
Artikolu 241 |
Artikolu 146 |
|
Artikolu 242 |
Artikolu 147 |
|
Artikolu 243 |
Artikolu 148 |
|
Artikolu 244 |
Artikolu 149 |
|
Artikolu 245 |
Artikolu 102(1), (2) u (4); Artikolu 103 |
|
Artikolu 246(1) |
Artikolu 142(4) |
|
Artikolu 246(2) |
Artikolu 152(1) |
|
Artikolu 247 |
Artikolu 150 |
|
Artikolu 248 |
Artikolu 151 |
|
Artikolu 249 |
Artikolu 152(2) |
|
Artikolu 250(1) |
Artikolu 153(1) |
|
Artikolu 250(2) |
Artikolu 153(2) |
|
Artikolu 251 |
Artikolu 154 |
|
Artikolu 252 |
Artikolu 155 |
|
Artikolu 253, il-punti (a) u (b) |
Artikolu 153(3), il-punti (a) u (c) |
|
Artikolu 254 |
Artikolu 156 |
|
Artikolu 255 |
Artikolu 157 |
|
Artikolu 256 |
Artikolu 158 |
|
Artikolu 257 |
Artikolu 159 |
|
Artikolu 258 |
Artikolu 160 |
|
Artikolu 259 |
Artikolu 161 |
|
Artikolu 260 |
Artikolu 162 |
|
Artikolu 260a |
Artikolu 163 |
|
Artikolu 261 |
Artikolu 164 |
|
Artikolu 262 |
Artikolu 165 |
|
Titolu VIII |
Titolu VII |
|
Artikolu 263(1) |
Artikolu 117(1) |
|
Artikolu 263(2) |
Artikolu 117(9) |
|
Artikolu 263(3) |
Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 263(4) |
Artikolu 117(2) |
|
Artikolu 264 |
Artikolu 118(1) |
|
Artikolu 265, il-punti (a) u (b) |
Artikolu 117(12), il-punti (b) u (c) |
|
Artikolu 266 |
Artikolu 118(3) |
|
Artikolu 267(1) |
Artikolu 54(5); Artikolu 118(2), il-punt (d) |
|
Artikolu 267(2) |
Artticle 122 |
|
Artikolu 267(3) |
Artikolu 114(2) u (3) |
|
Artikolu 267(4) |
Artikolu 117(11) u (14) |
|
Artikolu 268 |
Artikolu 114(8) |
|
Artikolu 269(1) |
Artikolu 114(1) |
|
Artikolu 269(2) |
Artikolu 114(4) |
|
Artikolu 269(3) |
Artikolu 114(5) |
|
Artikolu 270(1) |
Artikolu 116(1) |
|
Artikolu 270(2) |
Artikolu 116(3) |
|
Artikolu 270(3) |
Artikolu 116(4) |
|
Artikolu 271 |
Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 272(1) |
Artikolu 119; Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 272(2) |
Artikolu 120; Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 273, il-punt (a) |
Artikolu 117(13) u (14) |
|
Artikolu 273, il-punt (b) |
Artikolu 119(4); Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 273, il-punt (c) |
Artikolu 120(3); Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 274 |
Artikolu 116(5) u (6); Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 275 |
Artikolu 116(6); Artikolu 117(14) |
|
Artikolu 276 |
Artikolu 116(8) |
|
Artikolu 277 |
Artikolu 115 |
|
Titolu IX |
Titolu XV (parti) |
|
Artikolu 278 |
— |
|
Artikolu 278a |
— |
|
Artikolu 279 |
— |
|
Artikolu 280 |
— |
|
Artikolu 281 |
— |
|
Artikolu 282 |
— |
|
Artikolu 283 |
— |
|
Artikolu 284 |
Artikolu 282 |
|
Artikolu 285 |
Artikolu 283 |
|
Artikolu 286 |
Artikolu 284 |
|
Artikolu 287 |
Artikolu 287(1) |
|
Artikolu 288 |
Artikolu 287(2) sa (5) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2108/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)