Eureka 52021PC0709 Sign in

vjeġġ illegali

as defined in Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjeġġi ta’…, Article 3, point (25) (Definizzjonijiet)

(25)“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ ta’ skart li jitwettaq:

(a)mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;

(b)mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;

(c)bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament permezz ta’ falsifikazzjoni, dikjarazzjoni falza jew frodi;

(d)b’mod li mhuwiex f’konformità mal-informazzjoni fid-dokumenti ta’ notifika jew ta’ moviment;

(e)b’mod li jirriżulta f’irkupru jew f’rimi b’kontravenzjoni ta’ regoli tal-Unjoni jew internazzjonali;

(f)kuntrarjament għall-Artikoli 11, 34, 36, 37, 42, 44, 45, 46 jew 47;

(g)b’mod li, b’rabta ma’ vjeġġi ta’ skart kif imsemmija fl-Artikoli 4(3) u (5), jirriżulta minħabba kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) l-iskart ma jkunx elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB,

(ii) nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 4(5),

(iii) nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in