Eureka 52025PC1006 Definitions Sign in

Brussell, 10.12.2025

COM(2025) 1006 final

2025/0399(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942, (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2022/869

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2025) 2000 final} - {SWD(2025) 2000 final} - {SWD(2025) 2001 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp f’waqtu u effiċjenti u għall-interoperabbiltà ta’ infrastruttura tal-enerġija reżiljenti madwar l-UE. L-infrastruttura tan-network tal-enerġija għandha rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE, fl-iżgurar tas-sigurtà tal-Unjoni tagħna u fit-tranżizzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-iżvilupp tan-networks tal-enerġija qed jiffaċċja sfidi ġodda u sinifikanti,

Il-grilji elettriċi se jkollhom jaqdu d-domanda dejjem tikber marbuta mal-elettrifikazzjoni tal-użi finali u l-irrankar tas-sistema tal-idroġenu. L-elettrifikazzjoni tal-konsum finali tal-enerġija fl-Unjoni hija mmirata li tiżdied minn madwar it-23 % ta’ bħalissa għal madwar 32 % fl-2030, kif stabbilit fil-Patt għal Industrija Nadifa 1 . L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal livell ta’ interkonnettività tal-elettriku ta’ 15 % sal-2030 2 . In-networks se jkollhom jintegraw kapaċità ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 2,2–2,4 TW biex jilħqu l-miri tal-UE għall-2040 3 . Il-grilji se jkollhom jadattaw biex l-UE jkollha sistema tal-elettriku aktar deċentralizzata, diġitalizzata u flessibbli b’miljuni ta’ pannelli solari fuq il-bjut u b’komunitajiet tal-enerġija lokali li jaqsmu r-riżorsi. Sal-2040, se jkunu meħtieġa investimenti ta’ EUR 1,2 triljun għall-grilji tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku u ta’ EUR 240 biljun għan-networks tal-idroġenu 4 . Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar waħedhom għandhom jiżdiedu sa 360 GW sal-2050 5 ; dawn se jkunu jeħtieġu li jiġu konnessi mal-kosta anke permezz ta’ rinfurzar meħtieġ tal-grilja fuq l-art. L-idroġenu se jkun importanti fid-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi industrijali u tat-trasport fejn l-elettrifikazzjoni ma hijiex soluzzjoni possibbli. In-networks tal-idroġenu se jgħaqqdu ċ-ċentri tal-produzzjoni u tad-domanda madwar l-Ewropa, meta l-produzzjoni tal-idroġenu fuq il-post ma tkunx fattibbli.

Ir-rapport ta’ Draghi 6 appella għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi u dawk għall-ħruġ tal-permessi kif ukoll għal approċċ strateġiku kkoordinat bejn l-UE u l-Istati Membri għall-iżvilupp tal-infrastruttura transfruntiera. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas imsaħħaħ biex l-ippjanar u t-tnedija tal-grilja jkunu konformi mal-miri tal-UE 7 . Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2025 8 , il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex tipproponi pakkett dwar il-grilji li jikkonsisti f’miżuri biex, fost l-oħrajn, jissimplifikaw ir-regoli tal-UE dwar il-grilji, jintegraw il-ħtiġijiet fil-livell tal-UE, f’dak reġjonali u f’dak nazzjonali, jiżguraw it-twettiq ta’ proġetti, jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi għall-kondiviżjoni tal-kostijiet għal proġetti transfruntieri ta’ interess komuni, u jivvalutaw il-ħtieġa ta’ aktar proposti leġiżlattivi biex jitħaffef il-ħruġ tal-permessi għall-infrastruttura tal-enerġija. Fil-Konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew appella wkoll għal ippjanar ta’ investiment fit-tul fl-Unjoni kollha biex is-suq tal-elettriku tal-UE jiġi integrat u interkonness bis-sħiħ, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, u għall-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura 9 . Il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-modernizzazzjoni u tal-espansjoni tal-grilji, kif ukoll ta’ investiment fid-diġitalizzazzjoni, b’enfasi fuq l-ippjanar integrat f’kull settur u livell 10 . Jenfasizza wkoll l-infrastruttura transfruntiera bħala kundizzjoni għall-approfondiment b’suċċess tas-suq uniku u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni 11 .

Ir-Regolament TEN-E, adottat fl-2013, ikkontribwixxa għall-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni għall-enerġija billi stabbilixxa regoli għall-identifikazzjoni u l-iżgurar tal-iżvilupp f’waqtu ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs, Projects of Common Interest), li se jiżguraw l-interoperabbiltà tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej, il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u l-integrazzjoni ta’ forom ta’ enerġija rinnovabbli. Ikkontribwixxa wkoll għal proċeduri razzjonalizzati għall-ħruġ tal-permessi għal Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs) u ppreveda assistenza regolatorja, regoli u gwida għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u inċentivi relatati mar-riskju u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE). Ir-Regolament TEN-E ġie rivedut fl-2022 biex il-qafas ikun konformi mal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Għalkemm l-objettivi tar-Regolament TEN-E għadhom fil-biċċa l-kbira validi, jeħtieġ li jiġu indirizzati diversi nuqqasijiet biex jiġi żgurat li l-qafas ikun adattat biex jappoġġa sistema tal-enerġija dekarbonizzata, kompetittiva u reżiljenti lejn l-2050, f’konformità mal-objettivi tal-Patt għal Industrija Nadifa u mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

L-ewwel nett, il-proġetti ta’ infrastruttura eżistenti u ppjanati ma humiex immirati biżżejjed biex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-enerġija u l-klima. Hemm differenza sostanzjali bejn il-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-elettriku transfruntiera tagħna u l-veloċità u l-livell ta’ żvilupp tal-infrastruttura kemm fil-livell tal-grilja tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tal-grilja tad-distribuzzjoni 12 . F’dak li jirrigwarda l-elettriku, madwar nofs il-ħtiġijiet transfruntieri tal-elettriku għall-2030 (41 minn 88 GW) se jibqgħu mhux indirizzati, u din id-differenza mistennija tiżdied fid-deċennju li ġej. Sal-2040, il-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-elettriku transfruntieri se jammontaw għal 108 GW 13 . In-nuqqas ta’ indirizzar tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura jista’ jtellef id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema, jikkomprometti s-sigurtà tal-provvista u potenzjalment iwassal għal aktar frammentazzjoni tas-suq u prezzijiet ogħla tal-enerġija. Mill-perspettiva tal-effiċjenza tas-sistema, il-qafas kurrenti ma jqisx l-użu ta’ alternattivi għall-espansjoni tal-grilja, bħal soluzzjonijiet mingħajr fili jew diġitali. Barra minn hekk, l-ippjanar u l-integrazzjoni mtejba tan-network tal-idroġenu se jkunu kruċjali biex jiġu żgurati l-ottimizzazzjoni tas-sistema u d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija.

It-tieni, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri hija bil-mod wisq, u dan iżid il-kostijiet ġenerali tal-proġetti u jfixkel l-iżvilupp tan-network. Il-proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku jieħdu sa 10 snin biex jitlestew għall-grilji ta’ trażmissjoni. Id-dewmien spiss jiġi attribwit għal diffikultajiet biex jintlaħaq ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet meta l-proġetti jipprovdu benefiċċji barra mill-Istati Membri li jospitawhom. Hekk kif l-infrastruttura transfruntiera ssir aktar integrata, l-għadd ta’ proġetti bħal dawn b’benefiċċji li jseħħu barra

mill-Istati Membri ospitanti huwa mistenni li jiżdied. Barra minn hekk, id-dewmien fil-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għadu jikkostitwixxi ostaklu ewlieni, peress li qed jieħu aktar minn nofs iż-żmien meħtieġ biex jitlesta proġett ta’ infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku.

Fl-aħħar nett, hemm tħassib dwar is-sigurtà tal-infrastruttura. L-inċidenti tas-sigurtà fiżika u ċibernetika riċenti enfasizzaw ir-riskju ta’ atturi ostili li jimmiraw lejn l-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni, b’implikazzjonijiet ta’ kostijiet ekonomiċi u konsegwenzi għall-istabbiltà tas-sistema tal-enerġija tagħna. Qed jiżdied ukoll l-interess ta’ atturi minn pajjiżi terzi li jinvestu fl-infrastruttura tal-enerġija tal-UE, li jista’ jżid l-esponiment tal-Unjoni għar-riskji relatati mas-sigurtà tal-enerġija. Lil hinn mill-atti intenzjonati ta’ sabotaġġ, ir-riskji emerġenti, fosthom il-perikli naturali u l-impatti relatati mal-klima, jaffettwaw ukoll ir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija tal-UE.

Din il-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament TEN-E għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet, li ġew identifikati fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Implimentazzjoni li jakkumpanja din il-proposta. B’mod speċifiku, il-proposta se tintroduċi bidliet sabiex:

·Jiġi żgurat li l-proġetti inklużi fil-pjanijiet ta’ żvilupp tan-networks u magħżula bħala Proġetti ta’ Interess Komuni/Proġetti ta’ Interess Reċiproku (PMI, Project of Mutual Interest) jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura identifikati b’mod xieraq u effettiv b’kunsiderazzjoni xierqa ta’ soluzzjonijiet mingħajr fili.

·Jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-varar aktar mgħaġġel ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri, li jwassal għal aktar użu ta’ għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u għal tnaqqis fiż-żmien għall-varar tal-proġetti.

·Jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija transfruntiera (PCIs/PMIs) biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-iskadenzi eżistenti.

·Jiġu msaħħa s-sigurtà fiżika u ċibernetika u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera.

Barra minn hekk, l-inizjattiva vvalutat u identifikat sett ta’ miżuri biex tiġi ssimplifikata u mtejba l-effiċjenza tar-Regolament TEN-E u jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u dawk regolatorji għall-partijiet ikkonċernati fejn possibbli (ara hawn taħt).

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Din il-proposta hija tweġiba għall-impenn tal-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli 14 li tipproponi pakkett dwar il-Grilji Ewropej li jikkonsisti f’miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biex, fost l-oħrajn, jiġi ssimplifikati r-Regolament TEN-E, jiġu żgurati ppjanar u twettiq integrati transfruntiera tal-proġetti, speċjalment dwar l-interkonnetturi; jiġi rrazzjonalizzat il-ħruġ tal-permessi għall-grilji, jittejjeb l-ippjanar tal-grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku; jitħaffef l-irrankar tas-suq tal-idroġenu; tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni u lill-innovazzjoni. Il-proposta tibni fuq ir-reviżjoni tar-Regolament TEN-E li saret fl-2022, kif ukoll fuq il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2023 tal-UE għall-Grilji 15  li ffoka fuq l-implimentazzjoni tal-qafas tar-Regolament TEN-E.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) hija komplementari għar-Regolament TEN-E billi tindirizza d-diskrepanza fil-finanzjament għall-PCIs b’valur soċjoekonomiku u soċjetali għoli, iżda li ma għandhomx vijabbiltà kummerċjali. L-eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja taħt il-FNE hija marbuta mal-ambitu tal-kategoriji tal-infrastruttura koperti mir-Regolament TEN-E rivedut meta wieħed iqis li l-kisba tal-istatus ta’ PCI jew PMI hija prekundizzjoni għall-finanzjament mill-FNE għal proġetti infrastrutturali transfruntieri. Il-proposta hija konsistenti mal-FNE kurrenti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2021–2027, kif ukoll mal-proposta għall-FNE skont il-QFP tal-2028–2034, li tenfasizza “l-importanza vitali ta’ Unjoni tal-Enerġija ġenwina u networks tal-infrastruttura tal-UE integrati sew” billi l-baġit propost għall-FNE-E jiżdied b’mod sostanzjali 16 .

Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-miri u l-objettivi stabbiliti fid-Direttiva u r-Regolament dwar is-Suq tal-Elettriku, fir-Regolament dwar il-Governanza u fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, b’mod partikolari billi tippermetti l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u l-varar u l-integrazzjoni fuq skala kbira ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tikkomplementa inizjattivi oħra li għandhom l-għan li joħolqu suq Ewropew tal-enerġija aktar integrat. Hija konsistenti wkoll mal-mira klimatika tal-UE proposta għall-2040 u mal-obbligu tan-newtralità klimatika sal-2050 stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Din il-proposta qed tiġi adottata flimkien ma’ Direttiva emendatorja li għandha l-għan li taċċellera l-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija, inklużi proġetti ta’ grilji tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, ta’ stazzjonijiet tal-ħżin u tal-irriċarġjar u proġetti ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jiġi ffaċilitat il-varar rapidu tagħhom.

Ir-reviżjoni tar-Regolament TEN-E għandha l-għan li tappoġġa l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq tal-elettriku billi tiżgura li l-infrastruttura ġġib magħha aktar benesseri soċjoekonomiku u li tkompli ssaħħaħ l-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti. Il-miżuri possibbli biex jittejbu l-miri tal-interkonnessjoni tal-elettriku stabbiliti fir-Regolament dwar il-Governanza se jiġu vvalutati bħala parti mir-reviżjoni ta’ dak ir-Regolament u minn miżuri biex jiġu appoġġati aktar il-livelli ta’ investiment nazzjonali meħtieġa fl-infrastruttura tal-enerġija.

Il-miżuri relatati mas-sigurtà skont din il-proposta jibnu fuq ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar is-sigurtà, inkluża d-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi tal-UE 17 , id-Direttiva NIS 2 18 u l-Kodiċi tan-Network dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku 19 . Il-miżuri ssuġġeriti taħt din il-proposta jappoġġaw l-objettivi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, filwaqt li huma ffukati speċifikament fuq l-infrastruttura fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-TEN-E. Ir-reviżjoni tal-2026 tal-Qafas tas-Sigurtà tal-Enerġija tal-UE se tindirizza s-sigurtà tal-enerġija b’mod orizzontali, filwaqt li tikkomplementa l-approċċ speċifiku għan-network skont din il-proposta.

L-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali se jinkludi miżuri biex jaċċellera l-ħruġ tal-permessi ta’ proġetti għad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija. Il-fatt li jkun hemm kapaċità suffiċjenti tal-grilja u konnessjoni f’waqtha mal-grilja huwa kruċjali biex l-industrija tiġi elettrifikata, u għalhekk iż-żewġ inizjattivi qed jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib 20 . Il-proposta hija rilevanti wkoll għall-Inizjattiva ta’ Kooperazzjoni Trans-Mediterranja dwar l-Enerġija u t-Teknoloġija nadifa (T-MED) u l-Patt għall-Mediterran.

Fid-dawl tal-Pakkett ippjanat dwar il-Qbid, Użu u Ħżin tal-Karbonju (CCUS, Carbon Capture, Utilisation and Storage), din il-proposta ma hijiex se tindirizza l-ippjanar tal-infrastruttura transfruntiera għad-diossidu tal-karbonju. Minħabba rabta qawwija bejn l-ippjanar tan-network fuq il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali u s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, ir-reviżjoni riċenti tad-Direttiva dwar il-Gass 21 tirrikjedi koordinazzjoni aktar b’saħħitha fost is-setturi. Il-Pakkett dwar il-Grilji għandu l-għan li jibni fuq dawn ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Elettrifikazzjoni li ġej u l-Pjan Direzzjonali Strateġiku dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-IA fis-settur tal-enerġija kif ukoll l-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ se jipprovdu kontribut importanti għall-ippjanar futur tal-grilja. Il-Pakkett jirfed ukoll l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA li ġej biex jattira l-investiment fiċ-ċentri tad-data. 

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprevedi l-bażi ġuridika biex jiġu adottati linji gwida li jkopru l-objettivi, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali ta’ miżuri previsti fil-qasam tan-networks trans-Ewropej kif stabbilit fl-Artikolu 171. Il-linji gwida jridu jidentifikaw il-PCIs li huma meħtieġa biex it-TEN-E jkun adattat għall-iskop tiegħu u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-UE tista’ tappoġġa finanzjarjament il-PCIs.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-emendi proposti jissodisfaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkontribwixxi għal integrazzjoni ulterjuri tas-suq tal-enerġija tal-Unjoni permezz tal-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tan-network transfruntier tal-enerġija tal-Ewropa b’mod aktar effettiv minn azzjoni fil-livell nazzjonali.

Il-ħtieġa ta’ azzjoni mill-UE

L-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija (inkluża grilja interkonnessa fuq il-baħar u infrastruttura tal-grilja intelliġenti) għandha valur miżjud Ewropew minħabba l-impatti transfruntiera tagħha u hija essenzjali biex tinkiseb sistema tal-enerġija newtrali għall-klima. Ir-Regolament TEN-E kkontribwixxa għall-kisba tar-riżultati fir-rigward tal-integrazzjoni u l-kompetizzjoni tas-suq tal-enerġija tal-Unjoni, u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Huwa meħtieġ qafas għall-kooperazzjoni reġjonali madwar l-Istati Membri biex tiġi żviluppata infrastruttura tal-enerġija transfruntiera. Is-suq intern tal-enerġija jirrikjedi infrastruttura transfruntiera, li l-iżvilupp tagħha jirrikjedi l-kooperazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, kollha bil-qafas regolatorju proprju.

Ir-regolamentazzjoni u l-ippjanar nazzjonali ma humiex biżżejjed peress li l-amministrazzjonijiet nazzjonali individwali ma għandhomx is-setgħa li jittrattaw l-ippjanar tal-infrastruttura transfruntiera. L-elementi tan-network intern jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-infrastruttura transfruntiera, li min-naħa tiegħu jaffettwa l-kummerċ transfruntier. Il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-ippjanar nazzjonali u dak Ewropew hija meħtieġa minħabba l-karattru tan-network interkonness tal-UE u biex tinbena sistema tal-enerġija aktar effiċjenti.

Valur miżjud tal-UE

Ir-Regolament TEN-E pprovda valur miżjud meta mqabbel ma’ dak li seta’ jinkiseb biss fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Aktar minn 100 proġett tlestew bis-saħħa tal-istatus ta’ PCI bejn l-2013 u l-2025. L-elettrifikazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni aċċellerati tal-industrija u l-varar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli jeħtieġu t-tisħiħ tal-infrastruttura tal-enerġija b’ritmu bla preċedent, li ma jistax jintlaħaq permezz ta’ miżuri nazzjonali biss. Ippjanar transfruntier aktar effettiv itejjeb l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija nadifa kif ukoll jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tal-elettriku, u dan jgħin lill-UE tilħaq il-miri tagħha tal-enerġija u tal-klima. Suq aktar integrat jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxi għal sistema flessibbli u għas-sigurtà tal-provvista. Dan jista’ jirriżulta f’network aktar effiċjenti u jtejjeb il-kummerċ transfruntier għal sistema tal-enerġija aktar kosteffiċjenti u sigura.

•Proporzjonalità

L-inizjattiva tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Din taqa’ fl-ambitu tal-azzjoni fil-qasam tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija, kif definit fl-Artikolu 170 tat-TFUE. L-intervent ta’ politika huwa proporzjonali għall-iskala u n-natura tal-problemi identifikati fil-Valutazzjoni tal-Impatt u għall-kisba tal-objettivi tal-inizjattiva stabbiliti. Ir-reviżjoni proposta tar-Regolament TEN-E ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali li jiġu żgurati l-iżvilupp f’waqtu u effiċjenti u l-interoperabbiltà ta’ infrastruttura tal-enerġija reżiljenti, ta’ enerġija rinnovabbli u flessibbiltà, inklużi stazzjonijiet tal-ħżin u tal-irriċarġjar, madwar l-UE.

Il-miżuri proposti jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv il-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni, jiżguraw varar aktar mgħaġġel tal-proġetti, u jtejbu r-reżiljenza tal-infrastruttura tan-network tal-enerġija tal-UE, mingħajr ma jimponu kostijiet sinifikanti għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni u għall-promoturi tal-proġetti, għall-Istati Membri, għall-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali u għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).

Abbażi tar-riżultati tar-Rapport ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni vvalutat diversi għażliet ta’ politika li jkopru erba’ oqsma ta’ impatt tal-qafas TEN-E kurrenti, jiġifieri l-ippjanar tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tal-proġetti, il-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji, il-ħruġ tal-permessi u s-sigurtà. It-tqabbil tal-għażliet (ara t-taqsima 6 u 7 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt) jindika li l-Għażla ta’ Politika 2 hija l-aktar adattata biex tilħaq l-objettiv speċifiku tal-inizjattiva mingħajr ma timponi piż addizzjonali sproporzjonat fuq l-atturi rilevanti. Il-proposta hija bbażata fuq l-Għażla ta’ Politika 2 li tidher proporzjonata għan-natura tal-problema billi tiffoka fuq ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi kurrenti u billi toffri għodod ġodda sostantivi meqjusa effettivi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-inizjattiva.

•Għażla tal-istrument

Filwaqt li jibni fuq l-esperjenza pożittiva ġenerali bl-implimentazzjoni tar-Regolament TEN-E kurrenti u l-evalwazzjoni pożittiva tar-Regolament preċedenti, l-istrument magħżul huwa Regolament, strument effettiv li għandu applikazzjoni diretta u li jorbot fl-intier tiegħu, u għaldaqstant jiżgura implimentazzjoni uniformi u ċertezza tad-dritt.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reviżjoni proposta u l-emenda riċenti tar-Regolament TEN-E fl-2022, ma kienx fattibbli li ssir evalwazzjoni ex post. Minflok, tħejja Rapport ta’ Implimentazzjoni u ġie inkluż bħala parti mir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni jiffoka fuq il-prestazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi introdotti u riveduti bħala parti mir-reviżjoni tal-2022 tar-Regolament TEN-E. Dan jieħu post evalwazzjoni sħiħa li tkun mistennija biss bħala parti mir-rieżami tar-Regolament TEN-E mistenni fl-2027 22 . Saret evalwazzjoni qabel bejn Jannar 2019 u Settembru 2020, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2022 tar-Regolament TEN-E 23 .

Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni pprovda evidenza tal-ħtieġa ta’ aktar titjib, b’mod speċifiku f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp tax-xenarji, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura u l-Pjan konsegwenti ta’ 10 snin għall-Iżvilupp tan-Network (TYNDP, Ten Year Network Development Plan), l-għażla u l-valutazzjoni tal-proġetti PCI/PMI, kif ukoll l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet (CBCA, cross-border cost allocation) u l-oqfsa tal-ħruġ tal-permessi. Ir-rapport sab li l-proċessi tal-iżvilupp tax-xenarji u tal-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura qed jiffaċċjaw ostakli, inkluż dewmien li jxekkel l-effettività tagħhom biex jiksbu l-għanijiet tar-Regolament TEN-E. Il-Kummissjoni u l-ACER ftit li xejn għandhom mezzi biex jiggwidaw il-proċess lejn l-identifikazzjoni tal-proġetti ewlenin għall-Unjoni. Barra minn hekk, għalkemm l-emendi tar-reviżjoni tal-2022 tar-Regolament TEN-E relatati mal-ħruġ tal-permessi ġeneralment laħqu l-objettiv maħsub tagħhom li jżidu ċ-ċarezza u l-flessibbiltà tal-proċeduri, jista’ jsir aktar titjib biex tiġi appoġġata l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri, u dan jikkontribwixxi għall-effiċjenza ġenerali tal-proċess. Fir-rigward tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament TEN-E ffaċilitaw l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment għall-PCI/PMIs, primarjament biex jappoġġaw l-applikazzjonijiet tal-FNE. Madankollu, ftit kien hemm każijiet ta’ involviment ta’ pajjiżi mhux ospitanti fid-deċiżjonijiet ta’ CBCA, u l-ebda wieħed ma kien fis-settur tal-elettriku. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ma kinux effettivi biżżejjed biex iħeġġu investimenti addizzjonali minn pajjiżi mhux ospitanti li altrimenti jistgħu jibbenefikaw b’mod sinifikanti mill-proġetti.

Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet identifikati fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni anness mar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, permezz ta’ emendi mmirati tar-Regolament TEN-E.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’konformità mal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika online komprensiva bejn it-13 ta’ Mejju u l-5 ta’ Awwissu 2025 fuq is-sit web “Semma’ Leħnek”. Il-konsultazzjoni kopriet dawn is-suġġetti li ġejjin: i) il-funzjonament ġenerali tar-Regolament TEN-E, ii) l-ippjanar tal-infrastruttura tal-UE, iii) l-ippjanar tan-network tal-elettriku fil-livell nazzjonali, iv) il-kapaċità ta’ ospitar tal-grilja tal-elettriku, v) il-ħruġ tal-permessi, vi) l-investimenti fl-infrastruttura tal-grilja, vii) il-ktajjen tal-provvista, viii) id-diġitalizzazzjoni u r-reżiljenza, u ix) is-simplifikazzjoni.

Il-konsultazzjoni rċeviet total ta’ 197 tweġiba. Barra minn hekk, waslu żewġ ittri elettroniċi permezz ta’ kaxxa postali funzjonali għall-konsultazzjoni. Kien hemm 197 tweġiba għal kull mistoqsija b’għażla multipla fil-konsultazzjoni pubblika, li jfisser li kull rispondent wieġeb kull mistoqsija. Għal xi mistoqsijiet, ir-rispondenti ġew mistoqsija kemm jaqblu jew ma jaqblux mad-dikjarazzjonijiet fuq skala ta’ ħames punti. L-iskala kienet i) Ma naqbilx assolutament ii) Pjuttost ma naqbilx, iii) Newtrali, iv) Pjuttost naqbel, v) Naqbel kompletament. Ingħatat ukoll l-għażla “ma nafx”.

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kienu maqsuma dwar jekk it-TYNDP u l-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tat-trażmissjoni jiżgurawx ippjanar integrat u koerenti fil-livelli tal-UE u dawk nazzjonali. L-opinjonijiet dwar sa liema punt it-TYNDP jidentifika l-ħtiġijiet kollha tal-infrastruttura transfruntiera kienu wkoll varjati. Madankollu, il-maġġoranza (54 %) indikat li l-qafas ta’ governanza kurrenti tat-TYNDPs, inkluż ir-rwoli tal-partijiet ikkonċernati, għandu jiġi rivedut biex titjieb l-effettività tiegħu. Barra minn hekk, f’konformità mal-proposta leġiżlattiva, madwar nofs (44 %) kienu tal-fehma li t-TYNDP jonqos milli jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fl-infrastruttura u l-maġġoranza (60 %) qablet li l-proġetti nazzjonali għandhom jappoġġaw b’mod aktar ċar il-prijoritajiet madwar l-UE. Il-maġġoranza tar-rispondenti (61 %) qablu wkoll li hemm ħtieġa ta’ allinjament aktar b’saħħtu bejn il-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, il-maġġoranza tar-rispondenti (59 %) kienu favur ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċess tal-applikazzjonijiet tal-PCI/PMI billi jiġu emendati r-rekwiżiti għall-proġetti bi status ta’ PCI/PMI biex issir applikazzjoni ġdida matul kull proċess (sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet) f’konformità ma’ din il-proposta.

Meta mistoqsija dwar jekk it-TYNDP għandux ikollu approċċ aktar minn fuq għal isfel għall-ippjanar tal-infrastruttura bit-tir li l-iżvilupp tan-network jiġi allinjat mal-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE u tal-Istati Membri, 41 % tar-rispondenti (li ħafna minnhom huma operaturi tas-sistema) ma qablux filwaqt li 36 % qablu. Bl-istess mod, 41 % tar-rispondenti (li ħafna minnhom huma operaturi tas-sistema) qalu li jaqblux li t-TYNDP jkollu approċċ Ewropew aktar minn fuq għal isfel biex jorbot aħjar il-ħtiġijiet identifikati u l-proġetti ta’ prijorità ta’ interess Ewropew komuni, filwaqt li 36 % qablu. Għalkemm din il-proposta leġiżlattiva ssaħħaħ it-tmexxija fil-livell tal-UE fil-proċess tal-ippjanar tal-infrastruttura minħabba li Kummissjoni tieħu f’idejha l-iżvilupp tax-xenarju ċentrali u jkollha s-setgħa li tniedi sejħiet għal proposti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-infrastruttura, il-proposta tiżgura l-involviment qawwi tal-Istati Membri u l-validazzjoni tagħhom tal-passi fil-proċess, b’mod li jirnexxilha tallinja wkoll mar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika. Dwar il-frekwenza tal-proċessi, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati (85 %) sabu ċ-ċiklu kurrenti ta’ sentejn xieraq. Il-proposta leġiżlattiva ttawwal iċ-ċiklu kurrenti ta’ sentejn tat-TYNDP għal 4 snin, iżda tħallih flessibbli jekk ikunu meħtieġa aġġornamenti.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu kienu favur l-inklużjoni ta’ rinforzi interni (72 %) u soluzzjonijiet mingħajr fili (54 %) fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, u għalhekk jallinjaw tajjeb mal-proposta leġiżlattiva. Il-maġġoranza (62 %) tal-partijiet ikkonċernati qablu wkoll li hija meħtieġa aktar azzjoni fil-livell tal-UE biex jittejbu l-viżibbiltà u l-benefiċċji kkwantifikati tat-teknoloġiji diġitali, innovattivi u li jsaħħu l-grilja. Maġġoranza akbar, 76 % argumentaw li huma meħtieġa aktar miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-grilja eżistenti.

Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet, 38 % 24 tar-rispondenti ddikjaraw li l-qafas kurrenti ma huwiex adattat għall-iskop tiegħu u 36 % 25 kienu favur li l-qafas tas-CBCA jkompli jiżviluppa biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-investiment fost il-pajjiżi, lil hinn mill-Istati Membri ospitanti, fi proporzjon mal-benefiċċji mistennija, u dan jindika appoġġ għal reviżjoni leġiżlattiva. Barra minn hekk, 37 % 26 tar-rispondenti kienu tal-fehma li talba għal investiment fi ħdan il-qafas tas-CBCA tista’ tkopri wkoll diversi proġetti (“ggruppar”) biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-kostijiet fost aktar Stati Membri benefiċjarji f’konformità ma’ din il-proposta.

Il-ħruġ tal-permessi kien ikklassifikat mill-biċċa l-kbira tar-rispondenti bħala ostaklu ewlieni għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-grilja bil-pass meħtieġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija, u dan jindika appoġġ għat-tisħiħ tal-qafas tat-TEN-E f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, madwar terz tar-rispondenti rrapportaw li d-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ tal-permessi tar-Regolament TEN-E ma humiex ċari jew faċli biex jiġu implimentati, b’16 % baqgħu newtrali u 34 % ma kinux ċerti. Maġġoranza kbira tal-partijiet ikkonċernati jappoġġaw is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali, id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi, it-tqassir tal-iskadenzi legali għall-ħruġ tal-permessi tan-networks f’konformità mal-proposta leġiżlattiva.

Fir-rigward ta’ miżuri relatati mas-sigurtà, aktar minn terz tal-partijiet ikkonċernati qablu li l-qafas legali tal-UE ma jindirizzax biżżejjed ir-riskji emerġenti tas-sigurtà (38 %) 27 u li huma meħtieġa kriterji addizzjonali ta’ sigurtà għall-PCIs u għall-PMIs biex tissaħħaħ il-protezzjoni mir-riskji fiżiċi u ċibernetiċi (36 %) 28 f’konformità mal-proposta leġiżlattiva. Barra minn hekk, 14 % biss indikaw li l-qafas jindirizza l-esklużjoni ta’ atturi mhux fdati milli jipparteċipaw fi proġetti infrastrutturali kritiċi, b’19 % jibqgħu newtrali u kważi maġġoranza, 45 % (kumpaniji 41 %, assoċjazzjonijiet tan-negozju 48 %, NGOs 86 %, awtoritajiet pubbliċi 40 %) baqgħu inċerti. 

Ir-rispons li wasal mill-partijiet ikkonċernati bħala parti mill-konsultazzjoni tqies fl-iżvilupp tal-proposta. Għalhekk, il-miżuri skont din il-proposta leġiżlattiva jallinjaw tajjeb mal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.

Għal analiżi dettaljata tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, jekk jogħġbok ara l-Anness 2 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja din l-inizjattiva.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt sottostanti tagħha huma msejsa fuq evidenza mir-Rapport ta’ Implimentazzjoni dwar ir-Regolament TEN-E, mill-kontribut tal-partijiet ikkonċernati għall-konsultazzjonijiet estensivi mwettqa f’dan ir-rigward, kif ukoll mill-analiżi tal-letteratura, mill-analiżi u mill-immudellar tal-portafolji tal-PCIs.

Fl-analiżi tqiesu wkoll il-konklużjonijiet formali adottati fil-qafas tal-Forum ta’ Copenhagen fl-2023, fl-2024 u fl-2025. Il-Forum ta’ Copenhagen jiġbor kull sena rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, tal-promoturi tal-proġetti, tar-regolaturi, tal-kumpaniji tal-enerġija, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili u l-komunità ta’ finanzjament biex jiddiskutu l-isfidi tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa.

Ir-rapporti annwali konsolidati ta’ monitoraġġ tal-ACER dwar il-progress tal-PCIs tal-elettriku u tal-gass, tal-proġetti tal-kapaċità inkrementali u tal-punti ta’ interkonnessjoni virtwali, dwar il-monitoraġġ tas-suq tal-elettriku u tal-gass u l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, kif ukoll aġġornamenti oħra dwar id-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u l-inċentivi bbażati fuq ir-riskji speċifiċi għall-proġetti ġew ikkunsidrati wkoll.

Il-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt sottostanti tagħha huma msejsa fuq evidenza mir-Rapport ta’ Implimentazzjoni dwar ir-Regolament TEN-E, mill-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u l-konsultazzjonijiet estensivi mwettqa f’dan ir-rigward, kif ukoll mill-analiżi tal-letteratura, mill-analiżi u mill-immudellar tal-portafolji tal-PCIs. Aktar informazzjoni nġabret permezz ta’ diversi studji ta’ appoġġ biex jgħinu fl-iżvilupp tal-għażliet ta’ politika u l-valutazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment fl-infrastruttura, fl-ippjanar tal-infrastruttura u fil-kostijiet tad-dewmien.

•Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ diversi għażliet ta’ politika. Din il-ħidma kienet appoġġata minn konsultazzjoni strutturata fi ħdan il-Kummissjoni permezz ta’ Grupp ta’ Tmexxija Interservizzi. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet ippreżentata lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u ġiet diskussa miegħu (RSB, Regulatory Scrutiny Board). L-RSB ta opinjoni pożittiva b’riżervi fis-26 ta’ Settembru 2025 li ġew indirizzati b’mod partikolari permezz ta’: i) kjarifika ulterjuri tal-fatturi u tal-kawżi ewlenin tal-problemi u r-rabtiet tagħhom mal-miżuri proposti, ii) l-elaborazzjoni tal-valutazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tas-sussidjarjetà, iii) ir-reviżjoni tal-objettivi ġenerali u speċifiċi, filwaqt li ġie speċifikat x’jitqies bħala suċċess, l-għemil ta’ objettivi operazzjonali aktar S.M.A.R.T, u l-elaborazzjoni tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ, iv) il-preżentazzjoni u l-ġustifikazzjoni aktar ċari ta’ kif l-għażliet differenti jikkomparaw bejniethom f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji, v) id-deskrizzjoni ulterjuri tal-kontenut tal-miżuri għall-ħruġ tal-permessi u tal-impatti tagħhom, vi) enfasi fuq il-kompromessi possibbli ma’ objettivi oħra tal-UE (ara l-Anness 1 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt).  

Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat tliet problemi ewlenin u l-fatturi ewlenin tal-problemi korrispondenti tagħhom. Matul il-ħidma tal-valutazzjoni tal-impatt, ġiet ikkunsidrata firxa ta’ miżuri f’erba’ oqsma ta’ intervent – i) l-ippjanar tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tal-proġetti, ii) il-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji, iii) il-ħruġ tal-permessi, u iv) is-sigurtà – biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati u jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-inizjattiva. Il-miżuri skont kull qasam ta’ intervent ġew raggruppati fi tliet għażliet ta’ politika, skont loġika ta’ gradi differenti ta’ intervent u koordinazzjoni fil-livell tal-UE, u filwaqt li tqiesu l-kompatibbiltà interna u l-koerenza tal-miżuri (ara t-Taqsima 5.2.2 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt).

L-għażla ta’ politika 1 tinvolvi approċċ imtejjeb minn isfel għal fuq, billi tintroduċi biss għadd limitat ta’ bidliet fil-qafas leġiżlattiv u ta’ politika kurrenti tal-UE meta mqabbel mal-istatus quo u tinvolvi intervent addizzjonali minimu fil-livell tal-UE. Fir-rigward tal-ippjanar tal-infrastruttura u tal-implimentazzjoni tal-proġetti, din issaħħaħ il-qafas eżistenti billi tiddefinixxi aħjar ċerti rekwiżiti u tissimplifika l-proċessi (inklużi l-għażla tal-PCIs/PMIs u l-approvazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-ACER) biex tiżgura proċess ta’ ppjanar aktar effiċjenti u aktar robust. Din tallinja wkoll l-ambitu tal-kategoriji tal-proġetti PCI/PMI, inkluż billi ssaħħaħ ir-rekwiżiti relatati mal-elettrolizzaturi u tneħħi l-kategorija tal-grilji tal-gass intelliġenti. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji, din ittejjeb it-trasparenza u ssaħħaħ il-prinċipji tal-UE kif ukoll tippermetti aktar l-użu tal-introjtu mill-konġestjoni għall-finanzjament tal-infrastruttura transfruntiera tal-elettriku bħala inċentiv għall-kondiviżjoni tal-kostijiet. Dwar il-ħruġ tal-permessi, din tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż billi toħroġ gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-qafas ta’ valutazzjoni ambjentali. Fir-rigward tas-sigurtà, din tintroduċi kunsiderazzjonijiet ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi u ċibernetiċi fil-monitoraġġ tal-PCIs u tal-PMIs.

L-għażla ta’ politika 2 tinvolvi bidla minn approċċ minn isfel għal fuq lejn approċċ aktar minn fuq għal isfel bi tmexxija aktar b’saħħitha mil-livell tal-UE u koordinazzjoni mtejba mal-atturi kurrenti fil-livell tal-Istati Membri. Din tintroduċi bidliet aktar sinifikanti fil-qafas leġiżlattiv u ta’ politika kurrenti tal-UE meta mqabbla mal-għażla ta’ politika 1, b’koordinazzjoni addizzjonali fil-livell tal-UE u riallokazzjoni ta’ ċerti responsabbiltajiet fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Fir-rigward tal-ippjanar tal-infrastruttura u tal-implimentazzjoni tal-proġett, din issaħħaħ b’mod partikolari r-rwol tal-Kummissjoni billi tafdalha l-iżvilupp tax-xenarju ċentrali għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura kif ukoll tintroduċi mekkaniżmu li jikkompensa għad-diskrepanzi biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet kollha tal-infrastruttura jiġu indirizzati mill-proposti ta’ proġetti. Din twessa’ wkoll l-ambitu tal-kategorija tal-PCIs tal-elettriku biex b’mod aktar prominenti tinkludi soluzzjonijiet mingħajr fili u tirrikonoxxi aħjar ir-rwol tal-linji interni. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji, din tintroduċi qafas ta’ abilitazzjoni għall-iggruppar volontarju ta’ proġetti transfruntiera biex tippermetti u tħeġġeġ diskussjonijiet fost l-Istati Membri rilevanti u pajjiżi terzi. Fir-rigward tal-ħruġ tal-permessi, din tinvolvi bidliet leġiżlattivi mmirati biex jiġu aċċellerati l-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għall-infrastruttura transfruntiera koperti mir-Regolament TEN-E. Fir-rigward tas-sigurtà, tintroduċi rekwiżiti addizzjonali ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mas-sidien benefiċjarji finali tal-PCIs/PMIs kandidati u li jinkludu tagħmir relatat mas-sigurtà u r-reżiljenza għall-aġġornament tal-infrastruttura transfruntiera tal-elettriku eżistenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-TEN-E.

L-għażla ta’ politika 3 tinvolvi approċċ sħiħ minn fuq għal isfel għall-infrastruttura transfruntiera. Tinkludi bidliet strutturali u istituzzjonali sostanzjali fl-istatus quo u grad ogħla ta’ ċentralizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni fil-livell tal-UE, inkluż billi l-ippjanar tal-infrastruttura u l-koordinazzjoni tal-ħruġ tal-permessi għal proġetti infrastrutturali transfruntieri jiġu fdati lill-korpi tal-UE. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji, din tibni fuq il-miżuri tal-għażla ta’ politika 2 iżda tintroduċi wkoll ippjanar reġjonali u kondiviżjoni tal-kostijiet obbligatorji għal proġetti ta’ infrastruttura transfruntieri fil-baħar. Fir-rigward tas-sigurtà, l-għażliet ta’ politika 2 u 3 huma identiċi.

L-għażliet ta’ politika tqabblu skont l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-proporzjonalità tagħhom. L-għażliet ta’ politika 2 u 3 huma meqjusa aktar effettivi, effiċjenti u koerenti mal-qafas ta’ politika ġenerali tal-UE mill-għażla ta’ politika 1. L-għażla ta’ politika 1 taħdem biss ftit aħjar f’termini ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità. Għalhekk, l-għażla ta’ politika 1 ma hijiex meqjusa bħala l-għażla ta’ politika ppreferuta possibbli. Filwaqt li l-għażliet ta’ politika 2 u 3 t-tnejn jagħtu riżultati aħjar mill-għażla ta’ politika 1 fir-rigward tal-effettività tagħhom biex jilħqu l-objettivi speċifiċi, l-għażla ta’ politika 2 tidher ġeneralment aktar effettiva f’dan l-istadju f’dak li jirrigwarda l-iżgurar li l-proġetti inklużi fil-pjanijiet tan-network u magħżula bħala PCI/PMIs jindirizzaw kif xieraq il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati kif ukoll biex tqassar u tissimplifika l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. F’dak li jirrigwarda l-effiċjenza, l-għażla ta’ politika 3 hija meqjusa inqas effiċjenti minħabba r-riżorsi addizzjonali meħtieġa u l-kostijiet inizjali għoljin biex jiġu stabbiliti żewġ entitajiet ġodda fil-livell tal-UE (jew biex jissaħħu dawk eżistenti) responsabbli għall-ippjanar tal-infrastruttura u għall-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. F’termini ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, il-miżuri proposti fl-għażla ta’ politika 3 (jiġifieri entitajiet tal-UE responsabbli għall-ippjanar tal-infrastruttura u l-ħruġ tal-permessi kif ukoll għall-ippjanar obbligatorju tal-grilji fuq il-baħar) b’livell għoli ta’ intervent fil-livell tal-UE jidhru sproporzjonati f’dan l-istadju meta wieħed iqis li ma humiex se jkunu aktar effettivi u huma mistennija li jinvolvu kostijiet addizzjonali sostanzjalment ogħla.

Wara t-tqabbil tal-għażliet ta’ politika, l-għażla ta’ politika 2 ġiet identifikata bħala l-għażla ppreferuta u dik l-aktar adattata biex tilħaq l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-inizjattiva b’mod proporzjonat. L-għażla ta’ politika 2 hija mistennija li jkollha impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali pożittivi. Il-gruppi ewlenin fil-mira li mistennija jiġu affettwati minn din l-inizjattiva huma ċ-ċittadini u l-konsumaturi Ewropej, il-promoturi tal-proġetti (inklużi t-TSOs, transmission system operators), l-assoċjazzjonijiet Ewropej tat-TSOs (l-ENTSO għall-Elettriku, l-ENTSO għall-Gass, u l-ENNOH), l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti u r-rappreżentanti lokali u reġjonali tagħhom, l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, ir-Regolaturi tal-Unjoni Ewropea, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-organizzazzjonijiet fergħat tad-DSOs, u l-produtturi/l-industrija tal-enerġija. 

Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi, hija mistennija li tnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tas-sistema tal-enerġija f’konformità max-xenarju ottimali tal-grilja billi tiżgura li l-proġetti identifikati jkunu jaqblu aktar mal-ħtiġijiet identifikati u jkopruhom kompletament. Għall-2040, investimenti ta’ EUR 6 biljun fis-sena fil-grilja ottimali jwasslu għal tnaqqis ta’ EUR 14-il biljun fis-sena fil-kostijiet tas-sistema, jiġifieri ffrankar nett ta’ EUR 8 biljun fis-sena. Hija mistennija wkoll li jkollha impatt sostanzjali fuq il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa billi ttejjeb l-interkonnettività, u b’hekk twassal għall-konverġenza tal-prezzijiet u, b’mod ġenerali, għal prezzijiet aktar stabbli u aktar baxxi madwar l-UE. Qafas imtejjeb għall-kondiviżjoni tal-kostijiet għandu jiffaċilita l-materjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni aktar rapida ta’ proġetti transfruntieri, bi gwadanji sinifikanti mil-lat soċjoekonomiku. Barra minn hekk, iż-żmien iqsar għall-ħruġ tal-permessi u allura għall-implimentazzjoni tal-proġetti, huwa mistenni jiġġenera benefiċċji ekonomiċi f’termini ta’ kostijiet evitati minħabba dewmien għall-promoturi tal-proġetti. Fl-aħħar nett, permezz ta’ sigurtà mtejba tal-infrastruttura tal-enerġija, l-għażla ppreferuta tista’ toħloq benefiċċji f’termini ta’ telf evitat tal-benesseri ekonomiku u ta’ kostijiet ta’ tiswijiet.

It-tnaqqis fil-kostijiet tas-sistema tal-enerġija huwa mistenni li jkollu implikazzjonijiet pożittivi għall-kompetittività, permezz ta’ kostijiet evitati u l-mitigazzjoni taż-żidiet fit-tariffi tan-network għall-konsumaturi, inkluża l-industrija. L-għażla ppreferuta turi wkoll impatti pożittivi fuq id-diġitalizzazzjoni, permezz ta’ enfasi aktar b’saħħitha fuq l-użu ta’ soluzzjonijiet mingħajr fili fl-ippjanar tal-grilja u d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. L-għażla ppreferuta b’mod ġenerali hija mistennija li tnaqqas il-kostijiet amministrattivi u dawk ta’aġġustament għan-negozji (inklużi l-ġeneraturi tal-enerġija, il-promoturi tal-proġetti, it-TSOs u l-ENTSOs) permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-ippjanar tal-infrastruttura, tal-proċessi għall-applikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-PCIs/PMIs kif ukoll tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. Għalkemm l-iffrankar tal-kostijiet annwali għan-negozji ma jistax jiġi stmat għalkollox peress li d-data rilevanti ma kinitx disponibbli, jista’ jiġi konkluż li l-għażla ppreferuta twassal għal iffrankar rikorrenti tal-kostijiet. Għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet nazzjonali, l-għażla ta’ politika 2 toħloq kostijiet amministrattivi addizzjonali fuq terminu qasir, relatati mal-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv rivedut.

L-inizjattiva hija mistennija li jkollha impatti soċjali pożittivi, għalkemm huwa diffiċli li jiġu stmati l-impatti kwantitattivi u l-effetti distributtivi. L-ippjanar ta’ grilja ottimizzata bbażat fuq stimi preċiżi tal-iżvilupp futur tad-domanda u tal-provvista għandu jevita assi mhux rekuperabbli futuri, jimminimizza l-kostijiet tal-grilja għall-konsumaturi, u jippermetti aktar elettrifikazzjoni li tippermetti t-tixrid tal-kostijiet tal-investiment tal-grilja fuq għadd ogħla ta’ kWh.

Fir-rigward tal-benefiċċji ambjentali, l-għażla ta’ politika ppreferuta hija mistennija li twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 (madwar 27 Mtunnellata/sena) billi tallinja max-xenarju tal-grilja ottimali u tnaqqas it-tnaqqis fl-enerġija rinnovabbli. Il-kapaċitajiet transfruntieri addizzjonali ta’ 108 GW meħtieġa sal-2040 f’konformità mat-TYNDP tal-2024 jippermettu wkoll li 65 TWh ta’ elettriku prodott mill-gass jiġu ssostitwiti bil-ġenerazzjoni mir-RES, billi jippermettu integrazzjoni aħjar tal-ġenerazzjoni mingħajr emissjonijiet tas-CO2, li twassal għal tnaqqis sinifikanti ta’ emissjonijiet tas-CO2 Ewropej stmati għal 27 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 evitati fl-2040 29 . F’dak li jirrigwarda l-ħruġ tal-permessi, l-impatti ambjentali jiddependu ħafna mit-teknoloġija użata u mill-post fejn ikunu jinsabu l-assi u mill-istatus ambjentali tal-fawna u l-flora tal-madwar. Madankollu, l-impatti potenzjali huma indirizzati fit-tfassil tal-miżuri proposti bl-introduzzjoni ta’ salvagwardji.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-Regolament TEN-E rivedut huwa mistenni li jġib impatti pożittivi f’termini ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza mtejba. L-inizjattiva hija mistennija li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-ENTSOs, it-TSOs u l-promoturi tal-proġetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ippjanar tal-infrastruttura, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-iżvilupp tax-xenarju ċentrali u permezz ta’ simplifikazzjonijiet bħall-frekwenza mnaqqsa għal ċiklu ta’ 4 snin u l-proċess emendat għall-applikazzjonijiet u għall-evalwazzjoni għal PCIs maturi. Il-proċeduri razzjonalizzati, simplifikati u diġitalizzati għall-ħruġ tal-permessi għall-PCIs u għall-PMIs inaqqsu wkoll il-piż amministrattiv għan-negozji. L-iffrankar tal-kostijiet annwali għan-negozji ma jistax jiġi stmat għalkollox peress li d-data rilevanti ma kinitx disponibbli, iżda jista’ jiġi konkluż li l-proposta se twassal għal iffrankar rikorrenti tal-kostijiet.

Ma ġie identifikat l-ebda impatt dirett f’termini ta’ konformità jew ta’ kostijiet amministrattivi għall-SMEs jew għall-mikrointrapriżi. L-SMEs jistgħu jibbenefikaw minn impatti pożittivi fuq il-kompetittività minħabba kostijiet aktar baxxi tas-sistema tal-enerġija, kif ukoll minn kompetittività akbar f’dawk l-oqsma tat-teknoloġija li huma inklużi jew imsaħħa fil-proposta (eż. it-teknoloġiji b’vultaġġ għoli).

L-inizjattiva hija konsistenti mal-Verifika Diġitali u hija lesta għall-internet u xierqa kemm għall-ambjent fiżiku kif ukoll għal dak diġitali. Il-proposta tinkludi miżuri għall-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni (ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva).

•Drittijiet fundamentali

L-inizjattiva ma hijiex mistennija li jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt baġitarju assoċjat mal-proposta jikkonċerna r-riżorsi tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, kif ukoll l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER). Il-Kummissjoni se tassumi responsabbiltajiet addizzjonali sostanzjali għall-iżvilupp tax-xenarju ċentrali bħala parti mill-proċess ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura fil-Pjan ta’ 10 snin għall-Iżvilupp tan-Network. Dawn ir-responsabbiltajiet se jirrikjedu riżorsi addizzjonali (ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva).

L-ACER se tingħata responsabbiltajiet addizzjonali fis-sorveljanza tal-Pjan ta’ 10 snin għall-Iżvilupp tan-Network, kif ukoll il-qafas tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet. Dawn ir-responsabbiltajiet addizzjonali se jirrikjedu wkoll riżorsi addizzjonali (ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva).

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fuq il-bażi tal-proċessi eżistenti għall-monitoraġġ tad-data minn rapporti regolari mħejjija mill-promoturi tal-proġetti u mir-regolaturi nazzjonali, ġew żviluppati diversi indikaturi biex titkejjel il-kisba ta’ kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tar-Regolament TEN-E rivedut. L-impatti reali tal-leġiżlazzjoni se jiġu mmonitorjati u evalwati skont sett ta’ indikaturi mfassla apposta għall-objettivi ta’ politika speċifiċi li jridu jintlaħqu bil-leġiżlazzjoni.

Id-data kollha se tiġi mmonitorjata abbażi ta’ rapporti regolari mill-promoturi tal-proġetti u mir-regolaturi nazzjonali, u abbażi tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ eżistenti tal-ACER inkluż il-monitoraġġ biennali tal-konsistenza bejn it-TYNDP għall-Unjoni kollha u l-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tan-network, il-monitoraġġ annwali tal-progress tal-PCIs u tal-PMIs u l-proċessi għall-ħruġ tal-permessi, ir-rapport ta’ monitoraġġ annwali dwar il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ teknoloġiji mingħajr fili u li jtejbu l-grilja bbażati fuq id-data disponibbli mill-Uffiċċju Konġunt tal-Allokazzjoni u l-monitoraġġ annwali tal-kisba tal-mira ta’ interkonnessjoni, magħmul bħala parti mis-Semestru Ewropew.

Sat-30 ta’ Ġunju 2033, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament, abbażi tar-riżultati tar-rapportar u tal-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/1153.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I tar-Regolament jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet ġenerali, b’mod partikolari s-suġġett, l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu kif ukoll id-definizzjonijiet applikabbli. Dan jintroduċi, ikkomplementat mill-Anness II, kategoriji ġodda ta’ infrastruttura meta mqabbel mar-Regolament (UE) 2022/869 biex jiġu żgurati sikurezza, sigurtà u effiċjenza msaħħa tan-networks eżistenti, b’mod partikolari biex l-elementi eżistenti tan-networks ta’ vultaġġ għoli jkunu jistgħu joperaw sistemi b’mod sikur permezz ta’ investimenti f’tagħmir u installazzjonijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u diġitalizzazzjoni u biex tiżdied il-protezzjoni u r-reżiljenza tal-elementi kritiċi tan-network permezz ta’ investiment f’tagħmir li huwa mfassal speċifikament għal dak l-iskop u konness fiżikament ma’ dawk l-elementi. Il-kategoriji u d-definizzjonijiet tal-proġetti huma aġġustati wkoll biex jallinjaw mal-pakkett leġiżlattiv tal-UE dwar il-gass dekarbonizzat u l-idroġenu adottat fl-2024 li jistabbilixxi regoli komuni għat-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; dan il-pakkett jagħti prijorità lill-produzzjoni u lill-użu tal-idroġenu fil-forma pura tiegħu u lit-trasport tiegħu fis-sistema ddedikata tal-idroġenu. Qed tiġi introdotta wkoll definizzjoni ta’ soluzzjonijiet “mingħajr fili” fl-elettriku; dawn is-soluzzjonijiet jeħtieġ li jitqiesu bir-reqqa peress li jistgħu jkunu orħos mill-espansjoni tal-grilja biex jiġi żgurat ippjanar kostottimali tal-grilja.

Il-Kapitolu II jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-proċess tat-tħejjija tal-listi tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku fi ħdan il-gruppi reġjonali, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-gruppi u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti.

L-Artikolu 3, ikkomplementat mill-Anness III, jipprevedi regoli għall-istabbiliment ta’ gruppi reġjonali kif ukoll għall-proċess għall-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Meta mqabbla mar-Regolament (UE) 2022/869, l-Artikolu 3 u l-Anness III jipprevedu approċċ simplifikat għal proġetti avvanzati li diġà jinsabu fil-lista tal-Unjoni biex iżommu l-istatus tagħhom ta’ proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku.

Meta mqabbel mar-Regolament (UE) 2022/869, l-Artikolu 4 li jistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-gruppi, ikkomplementat mill-Anness IV, jiċċara wkoll li l-proġetti ta’ interess reċiproku jestendu għall-ewwel punt ta’ konnessjoni fil-pajjiż terz u jiżgura li dawn il-proġetti jkunu akkumpanjati minn żvilupp korrispondenti fl-infrastruttura interna f’pajjiżi terzi. Għall-pajjiżi kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, il-benefiċċji li jirriżultaw minn proġetti individwali qed jiġu kkunsidrati kemm għall-pajjiżi tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, u mhux biss għall-UE kif sar s’issa.

Fl-Artikolu 5, id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni huma msaħħa permezz ta’ rekwiżiti relatati mal-valutazzjonijiet tar-riskju fir-rigward tas-sigurtà fiżika u ċibernetika, abbażi tad-Direttiva (UE) 2022/2557 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u d-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-koordinaturi Ewropej li jistgħu jiġu nnominati meta proġett jiltaqa’ ma’ diffikultajiet kbar fl-implimentazzjoni, l-Artikolu 6 jipprevedi li l-perjodu li għalih tapplika n-nomina jista’ jiġġedded.

Il-Kapitolu III jindirizza l-ħruġ tal-permessi u l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti ta’ interess komuni. Meta mqabbel mar-Regolament (UE) 2022/869 dan il-kapitolu ġie rivedut bi tliet objettivi ewlenin: (1) l-aġġornament tal-qafas għall-ħruġ tal-permessi biex jiġi żgurat li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku jingħataw l-aħjar trattament possibbli f’konformità mal-importanza strateġika u l-istatus speċjali tagħhom, speċjalment meta jitqiesu l-miżuri tal-ħruġ tal-permessi introdotti fil-Pakkett dwar is-Suq tal-Idroġenu u tal-Gass Dekarbonizzat u d-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli; (2) l-aġġornament tar-reġim għall-ħruġ tal-permessi biex jiġi appoġġat il-ħruġ aċċellerat tal-permessi għall-grilji tal-elettriku, f’konformità mal-ħtiġijiet rikonoxxuti fir-rapport ta’ Draghi u mal-emendi introdotti fid-Direttiva (UE) 2019/944; (3) iż-żieda taċ-ċarezza tar-reġim għall-ħruġ tal-permessi u t-titjib tal-effiċjenza tiegħu.

L-Artikolu 7 dwar l-istatus ta’ prijorità tal-proġetti fuq il-lista tal-Unjoni ġie aġġornat biex jinkludi rekwiżiti li l-proġetti tal-elettriku ta’ interess komuni u reċiproku jibbenefikaw minn preżunzjoni awtomatika ta’ interess pubbliku prevalenti u, meta jiġu inklużi fi Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali soġġett għal valutazzjoni ambjentali strateġika u għal valutazzjoni xierqa skont id-Direttiva 92/43/KEE f’każ li jkun hemm impatt sinifikanti probabbli fuq is-siti ta’ Natura 2000, jistgħu, soġġett għal kundizzjonijiet stretti, jiġu eżenti minn valutazzjonijiet skont leġiżlazzjoni ambjentali speċifikata.

L-Artikolu 8 dwar l-organizzazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi jiċċara r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament f’konformità mal-iskemi differenti ta’ ħruġ tal-permessi, speċjalment f’dak li jikkonċerna l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra u l-medjazzjoni tal-kuntatti mal-promoturi tal-proġetti. Iżid ukoll ir-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni transfruntiera għal proġetti li jinvolvu diversi ġuriżdizzjonijiet.

L-Artikolu 9 dwar it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika jipprevedi aktar ċarezza u sempliċità tal-proċedura, b’mod partikolari billi jiġbor l-obbligi ta’ rapportar ta’ dan l-artikolu f’rapport wieħed.

L-Artikolu 10 dwar id-durata u l-implimentazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi jintroduċi b’mod partikolari obbligu li l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi jiġu ddiġitalizzati; jiċċara dik li titqies bħala d-data tal-bidu għall-proċedura għall-ħruġ tal-permessi; jiċċara aktar in-natura fakultattiva tal-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni; jelabora dwar il-passi li jiffurmawha (l-ambitu, l-iskrinjar, l-iskedar, il-verifika tal-fajl tal-applikazzjoni); jiċċara l-ħtieġa li jitqiesu l-istudji u l-awtorizzazzjonijiet eżistenti biex titnaqqas id-duplikazzjoni meta tiġi ddefinita d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi; u jintroduċi approvazzjoni taċita ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet ambjentali.

Il-Kapitolu IV jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ippjanar transsettorjali tal-infrastruttura, li huma msaħħa meta mqabbla mar-Regolament (UE) 2022/689, bil-ħsieb li l-ippjanar jiġi mmexxi aħjar, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ xenarji futuri, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-enerġija u tal-punti ta’ konġestjoni fit-tul u l-indirizzar ta’ dawk il-ħtiġijiet bl-aktar soluzzjonijiet adegwati.

L-Artikolu 11 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jistabbilixxu xenarju ċentrali għas-setturi tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass li għandu jintuża għat-TYNDP għall-Unjoni kollha, il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha u l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija. Sabiex tiżgura li d-data użata għall-iżvilupp tax-xenarju tkun aġġornata, il-Kummissjoni għandha d-dritt li titlob din id-data lill-Istati Membri, lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-ENTSO għall-Gass u lill-ENNOH, skont kif ikun rilevanti. Ix-xenarju għandu jiġi żviluppat b’mod transsettorjali. Ix-xenarji tat-TYNDP sa issa ġew żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku, mill-ENTSO għall-Gass u mill-ENNOH.

L-Artikolu 12 jafda lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH, bl-iżvilupp ta’ rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura għall-elettriku u għall-idroġenu rispettivament. Ir-rapport għandu jidentifika nuqqasijiet fl-infrastruttura li jaffettwaw l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-elettriku u l-idroġenu, abbażi b’mod partikolari ta’ metodoloġija vinkolanti li trid titħejja mill-ACER u x-xenarju ċentrali skont l-Artikolu 11. L-Artikolu jipprevedi li r-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura jridu jiġu approvati mill-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp TEN-E, li huwa l-konfigurazzjoni tal-laqgħat transreġjonali tal-Gruppi kollha stabbiliti skont ir-Regolament. B’mod speċifiku għall-elettriku, ir-rapport irid iqis soluzzjonijiet mingħajr fili meta jivvaluta u jindirizza l-ħtiġijiet.

L-Artikolu 13 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tniedi proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet fis-sistema tal-elettriku biex tidentifika soluzzjonijiet possibbli għal ħtiġijiet mhux imqabbla f’każ li r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura għall-elettriku jikkonkludi li l-proġetti sottomessi għall-inklużjoni fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network ma jissodisfawx għalkollox il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati skont l-Artikolu 12. Il-proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet għandu jkun ibbażat fuq il-kooperazzjoni reġjonali eżistenti, iggwidat mill-Kummissjoni u marbut mal-proċess tat-TYNDP.

L-Artikolu 14 jagħti mandat lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH biex jużaw metodoloġiji konsistenti għal kull settur għal analiżi armonizzata tal-kostijiet-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha fil-livell tal-Unjoni meta jivvalutaw il-proġetti (fil-kategoriji kollha tal-infrastruttura tal-enerġija ħlief għall-grilji intelliġenti tal-elettriku u s-CO2) biex jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ 10 snin rispettivi tagħhom għall-iżvilupp tan-network. Il-metodoloġiji jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH huma meħtieġa jikkalkulaw u jippubblikaw, bħala parti mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, ir-riżultati tal-analiżijiet tal-kostijiet-benefiċċji għall-proġetti kollha, li juru kif il-benefiċċji huma distribwiti fost il-pajjiżi. L-Artikolu jispeċifika wkoll li għall-proġetti tal-grilji intelliġenti tal-elettriku u għall-proġetti tas-CO2, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżviluppa metodoloġiji għal analiżi armonizzata tal-kostijiet-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha fil-livell tal-Unjoni, kif jiġri llum.

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V jindirizzaw il-ħtieġa li l-grilja tiġi żviluppata biex takkomoda ż-żieda sinifikanti mistennija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar. Il-Kapitolu jappoġġa l-ippjanar u l-iżvilupp fit-tul ikkoordinati tal-infrastruttura fuq il-baħar u fuq l-art. Bħala novità, skont l-Artikolu 15, l-Istati Membri huma meħtieġa, bħala parti mill-ftehimiet mhux vinkolanti tagħhom u fi ħdan il-kurituri prijoritarji speċifiċi tagħhom tal-grilja fuq il-baħar, jikkunsidraw li jistabbilixxu għanijiet transfruntieri speċifiċi, bħal pereżempju għal proġetti ibridi jew radjali transfruntiera, bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar li jridu jiġu implimentati f’kull baċir tal-baħar bl-aktar mod effiċjenti.

Il-Kapitolu VI jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet għal qafas regolatorju li jiffaċilita investimenti b’impatt transfruntier.

L-ewwel nett, fl-Artikolu 17 jispeċifika l-prinċipji li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtiġilhom japplikaw meta jallokaw il-kostijiet bejn il-fruntieri, inkluż li sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tal-investiment, l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet (“CBCA”) trid tkun ibbażata fuq ftehim ex ante dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet, bil-possibbiltà ta’ aġġustamenti ex post, sakemm tali aġġustamenti jkunu definiti b’mod espliċitu fid-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet u mfassla b’mod ċar, inkluż fir-rigward tal-perjodi ta’ żmien u l-kategoriji tal-kostijiet koperti. Meta jkun xieraq, l-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq id-distribuzzjoni tal-benefiċċji netti. Jinkludi wkoll li jekk 10 % jew aktar tal-benefiċċji stmati ta’ proġett iseħħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru u l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu għandhom jieħdu sehem fil-proċess tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet. L-ACER għandha l-mandat li taġġorna r-Rakkomandazzjoni tagħha dwar l-identifikazzjoni ta’ prattiki tajbin għall-ipproċessar ta’ talbiet għal investiment għal proġetti f’konformità mal-prinċipji msemmija hawn fuq u li tistabbilixxi repożitorju ċentrali tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u li tospitah fuq is-sit web tagħha kif ukoll li tipprovdi mudell mhux vinkolanti għas-CBCA biex tiffaċilita x-xogħol tal-aġenziji regolatorji nazzjonali.

It-tieni, qed jiġi introdott Artikolu ġdid (l-Artikolu 18), li jappoġġa proċess li permezz tiegħu l-promoturi tal-proġetti jistgħu jiggruppaw żewġ proġetti jew aktar ta’ interess komuni u ta’ interess reċiproku biex jiffaċilitaw id-diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet bejn l-Istati Membri rilevanti, u ma’ pajjiżi terzi kif xieraq, u d-deċiżjonijiet dwar is-CBCA bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tal-Istati Membri jew bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi, kif xieraq. L-Artikolu 18 jiċċara aktar ir-regoli dwar l-analiżi konġunta tal-kostijiet-benefiċċji u s-CBCA applikabbli għal tali pakketti ta’ proġetti bl-għan li tiġi ffaċilitata applikazzjoni possibbli tal-FNE.

It-tielet, qed jiġi introdott Artikolu ġdid (l-Artikolu 19), li jirrikjedi li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (“TSOs”) iwarrbu, għall-investimenti fin-network fi proġetti fil-lista tal-Unjoni rilevanti għat-tnaqqis tal-konġestjoni tal-interkonnetturi, 25 % tal-kirjiet tal-konġestjoni mhux minfuqa biex tiġi ggarantita d-disponibbiltà reali tal-kapaċità allokata u bħala kumpens lill-operaturi tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fuq il-baħar. L-Artikolu 19 jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-użu tal-fondi u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li skonthom it-TSOs jistgħu jużaw dawn il-fondi u l-kundizzjonijiet għall-għoti tagħhom. L-ACER hija meħtieġa taġġorna l-metodoloġija eżistenti tagħha dwar l-użu tad-dħul mill-introjtu mill-konġestjoni skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament dwar l-Elettriku biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 20 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu inċentivi xierqa għal proġetti li jġarrbu riskji ogħla għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni, meta mqabbla mar-riskji normalment imġarrba minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli.

Il-Kapitolu VII jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, inkluż għall-kategoriji l-ġodda tal-infrastruttura. B’mod partikolari, meta mqabbel mar-Regolament (UE) 2022/689, l-Artikolu 21 jistabbilixxi f’aktar dettall il-kriterji applikabbli għal proġetti għajr l-infrastruttura tal-enerġija li huma taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Peress li dawk il-proġetti ma jirċevux CBCA, iridu jirċievu evalwazzjoni mwettqa mill-awtorità nazzjonali rilevanti u d-dispożizzjoni tiżviluppa l-kundizzjonijiet għal tali evalwazzjoni. L-Artikolu 22 jipprevedi li l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament iridu jiġu applikati bl-iskop li jiġu stabbiliti kriterji għall-għoti għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal proġetti tal-gass maturi li jikkonċernaw lil Ċipru u lil Malta skont l-Artikolu 27 tar-Regolament.

Il-Kapitolu VIII jinkludi dispożizzjonijiet finali dwar l-atti delegati, ir-rapportar u l-evalwazzjoni, inkluż rigward id-diġitalizzazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi, it-titjib tar-reżiljenza tas-sigurtà fiżika u ċibernetika tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet mingħajr fili, ir-rieżami tar-Regolament kif ukoll l-informazzjoni dwar il-proġetti u l-pubblikazzjoni tagħhom. Dan iżomm ukoll id-derogi eżistenti għall-interkonnetturi tal-gass ta’ Malta u Ċipru sakemm Ċipru jew Malta, rispettivament, tkun interkonnessa direttament man-network tal-gass trans-Ewropew jew sal-31 ta’ Diċembru 2029, skont liema jiġi l-ewwel. Il-Kapitolu jelenka wkoll emendi għal acquis ieħor tal-enerġija li jirriżultaw mill-emendi introdotti fir-Regolament u jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali u dispożizzjonijiet għar-revoka tar-Regolament TEN-E kurrenti. B’mod partikolari, ir-Regolament rivedut ma jaffettwax l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-assistenza finanzjarja mogħtija preċedentement taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-lista eżistenti tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku trid tibqa’ fis-seħħ u tipproduċi effetti sakemm tiġi stabbilita u tidħol fis-seħħ lista ġdida tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku skont dan ir-Regolament.

2025/0399 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942, (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2022/869

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 30 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 31 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 dwar il-“Patt għal Industrija Nadifa” 32 tistabbilixxi pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni. L-iżgurar ta’ enerġija affordabbli huwa kundizzjoni ewlenija għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment għas-setturi intensivi fl-enerġija. Għalhekk, l-aċċess għal enerġija affordabbli huwa l-pedament tal-Patt għal Industrija Nadifa kif ukoll tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli 33 . Fl-istess ħin, il-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni huma mutur b’saħħtu tat-tkabbir meta jkunu integrati sew mal-politiki industrijali, tal-kompetizzjoni, ekonomiċi u kummerċjali kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 dwar “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” 34 . Bir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , l-Unjoni stabbiliet qafas ambizzjuż biex issir ekonomija dekarbonizzata sal-2050.

(2)Bħala parti mill-ambizzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 żdiedet għal 42,5 % ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-Unjoni sal-2030, bil-mira li tilħaq il-45 % 36 , u l-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika saret aktar ambizzjuża, bi tnaqqis tal-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni bi 11,7 % sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-2020 37 . Bil-mira intermedja ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (GHGs, greenhouse gases) meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030 tinsab fit-triq it-tajba, fit-2 ta’ Lulju 2025 il-Kummissjoni pproponiet emenda tar-Regolament (UE) 2021/1119 38 li tistabbilixxi mira klimatika tal-Unjoni għall-2040 ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet netti tal-GHGs, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

(3)L-infrastruttura jeħtieġ li tkun fis-seħħ biex tappoġġa t-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Unjoni f’konformità ma’ dawk il-miri, inkluż l-elettrifikazzjoni rapida, iż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u mingħajr fjuwils fossili, iż-żieda fl-użu ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-integrazzjoni tal-enerġija u aktar adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi. L-investimenti kurrenti fl-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera huma bla dubju insuffiċjenti biex jittrasformaw u jibnu l-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa biex tappoġġa dawk il-miri u hemm differenza sostanzjali bejn il-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-elettriku transfruntiera tagħna u l-veloċità u l-livell ta’ żvilupp tal-infrastruttura kemm fil-livell tal-grilja tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tal-grilja tad-distribuzzjoni 39 . F’dak li jirrigwarda l-elettriku, madwar nofs il-ħtiġijiet transfruntieri tal-elettriku għall-2030 (41 minn 88 GW) se jibqgħu mhux indirizzati, u din id-differenza mistennija tiżdied fid-deċennju li ġej. Sal-2040, il-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-elettriku transfruntiera se jammontaw għal 108 GW 40 . Għalhekk hemm bżonn ta’ aktar investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, u r-rapport ta’ Draghi 41 indika b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżdied malajr il-varar ta’ infrastruttura tal-enerġija transfruntiera għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-Ewropa. Fil-Patt għal Industrija Nadifa 42 u fil-“Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli” 43 li jakkumpanjah, il-Kummissjoni ssottolinjat ir-rwol kruċjali tat-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija billi jsir investiment fl-infrastruttura tal-enerġija u fil-grilji transfruntieri għas-salvagwardja tal-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u għall-prosperità tan-nies kif ukoll għall-affordabbiltà u għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(4)Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 stabbilixxa linji gwida għall-iżvilupp u l-interoperabbiltà f’waqthom ta’ kurituri u oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea sabiex jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b’mod partikolari l-kisba tal-miri tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u biex jiġu żgurati l-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema u l-kompetizzjoni li minnha jibbenefikaw l-Istati Membri kollha, kif ukoll l-affordabilità tal-prezzijiet tal-enerġija. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2022/869 jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku, jiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom u jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta’ dawk il-proġetti għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura transfruntiera tagħhom, il-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku mhux biss joħolqu esternalitajiet pożittivi sinifikanti u jrawmu s-solidarjetà, iżda jinvolvu wkoll sfidi speċifiċi għall-promoturi tal-proġetti, minħabba n-natura multiġuriżdizzjonali tagħhom, l-isfidi ta’ koordinazzjoni u distribuzzjoni spiss asimetrika tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għalhekk, dawn għadhom jirrikjedu qafas fil-livell tal-Unjoni.

(5)Filwaqt li l-objettivi tar-Regolament (UE) 2022/869 għadhom fil-biċċa l-kbira validi, il-qafas kurrenti tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija għandu jiġi aġġustat biex jirrifletti bis-sħiħ il-bidliet mistennija fis-sistema tal-enerġija li se jirriżultaw mill-kuntest il-ġdid ta’ politika u b’mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u l-mira intermedja proposta għall-2040. B’mod partikolari, hemm bżonn ta’ ppjanar aktar integrat tal-grilja biex jiġi appoġġat suq intern tal-enerġija dejjem aktar interdipendenti u deċentralizzat, proċessi aktar rapidi għall-ħruġ tal-permessi, u biex jiġu żgurati s-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera li jridu jiġu riflessi b’mod adegwat fil-qafas rivedut tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija. Minbarra l-kuntest ta’ politika u l-objettivi l-ġodda, l-iżvilupp teknoloġiku kien rapidu f’dawn l-aħħar 10 snin. Dak l-iżvilupp għandu jiġi kkunsidrat fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija koperti minn dan ir-Regolament, fil-kriterji tal-għażla għall-proġetti ta’ interess komuni u għall-proġetti ta’ interess reċiproku kif ukoll fil-kurituri u l-oqsma prijoritarji. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 194 tat-Trattat.

(6)L-implimentazzjoni tat-13-il kuritur prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u tal-oqsma tematiċi identifikati hija essenzjali għall-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni, inkluż aktar integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-enerġija, l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 kif ukoll l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija. Dawk il-prijoritajiet ikopru l-investimenti fit-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, il-grilji fuq il-baħar għall-enerġija rinnovabbli, il-grilji intelliġenti tal-elettriku, it-tagħmir u l-installazzjonijiet imfassla biex jiżguraw il-protezzjoni u r-reżiljenza tal-elementi kritiċi eżistenti tan-network, it-trażmissjoni, il-ħżin u t-terminals tal-idroġenu, l-elettrolizzaturi, u t-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju kif ukoll tagħmir u installazzjonijiet tal-monitoraġġ, il-kontroll u d-diġitalizzazzjoni essenzjali għan-networks ta’ vultaġġ għoli eżistenti ta’ rilevanza transfruntiera.

(7)L-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi aġġornata sabiex tiżdied ir-reżiljenza tagħha kontra d-diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, l-effetti avversi tat-tibdil fil-klima, l-azzjonijiet ostili intenzjonati u t-theddid għas-sigurtà tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont id-Direttiva 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 .

(8)Fil-kuntest ġeopolitiku kurrenti, huwa importanti li jiġi żgurat il-fluss mingħajr interruzzjoni tal-elettriku bejn il-fruntieri biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Dan jiddependi mhux biss fuq ir-reżiljenza tal-interkonnetturi bejn l-Istati Membri, iżda wkoll fuq ir-reżiljenza tal-elementi kritiċi tan-network. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi kategorija ġdida ta’ infrastruttura fil-forma ta’ investimenti f’tagħmir u f’installazzjonijiet direttament konnessi mal-elementi kritiċi tan-network u mfassla biex itejbu r-reżiljenza u l-protezzjoni tagħhom. Dik il-kategorija ġdida ta’ infrastruttura jenħtieġ li tkopri l-elementi kritiċi tan-network, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 , li jappoġġaw is-sigurtà tan-network u s-sigurtà tal-provvista f’konformità max-xenarji ta’ kriżi tal-Istati Membri u l-pjanijiet ta’ tħejjija għar-riskji skont ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  47 .

(9)Għalkemm l-investiment barrani jista’ jġib benefiċċji bħal żieda fl-opzjonijiet ta’ finanzjament għal proġetti b’kapital intensiv, jista’ wkoll iżid l-esponiment tal-Unjoni għal riskji relatati mas-sigurtà tal-enerġija bħal interruzzjonijiet jew affidabbiltà mnaqqsa tal-flussi transfruntiera, b’mod partikolari meta tali investimenti barranin joriġinaw minn pajjiżi terzi b’interessi ġeopolitiċi diverġenti mill-Unjoni. It-trasparenza rigward is-sjieda tal-benefiċjarju finali, inkluża informazzjoni dwar l-investitur finali u l-parteċipazzjoni fil-kapital kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 , tal-infrastruttura u l-proġetti tal-enerġija transfruntiera b’impatt transfruntier hija għalhekk kruċjali biex l-Unjoni ma ssirx dipendenti fuq pajjiżi terzi mhux fdati u jenħtieġ li titqies meta jintgħażlu proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku.

(10)Sabiex jiġu żgurati żvilupp kosteffiċjenti u aċċellerat tal-grilja u aċċess għall-grilji fl-Unjoni, jenħtieġ li s-soluzzjonijiet mingħajr fili jkollhom rwol prominenti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tas-sistema flimkien mat-tisħiħ fiżiku tal-grilja, peress li jistgħu jiġu varati aktar malajr u b’kostijiet aktar baxxi. Il-varar ta’ teknoloġiji bħal dawn jenħtieġ li jitqies qabel ma jsir investiment fl-espansjoni tal-infrastruttura tal-grilja. Għal dan l-għan, jenħtieġ li kategorija ġdida ta’ infrastruttura tkopri l-investimenti f’teknoloġiji mingħajr fili u f’soluzzjonijiet diġitali, inkluż soluzzjonijiet ta’ software, meta jintużaw fuq elementi kritiċi eżistenti tan-network rilevanti għall-kummerċ transfruntier, u meta jġibu benefiċċji kwantifikati għall-integrazzjoni tas-suq f’termini ta’ żieda fil-kapaċità transfruntiera.

(11)Pakkett leġiżlattiv dwar il-gass dekarbonizzat u l-idroġenu ġie adottat bir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 u d-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 biex jiġu stabbiliti regoli komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tranżizzjoni lejn gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompletament allinjati mal-objettivi ta’ dak il-pakkett u jiżguraw li l-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija jkollhom impatt transfruntier sinifikanti. Fejn ikun teknikament possibbli u l-aktar effiċjenti, jenħtieġ li titqies il-possibbiltà li l-infrastruttura u t-tagħmir eżistenti jingħataw skop ġdid fl-iżvilupp ta’ proġetti bħal dawn.

(12)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti gruppi reġjonali (Gruppi) bl-iskop li jipproponu u jirrieżaminaw proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku, li jwasslu għall-istabbiliment ta’ listi reġjonali ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Sabiex jiġi żgurat konsensus mifrux, jenħtieġ li dawk il-Gruppi jinkludu u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. Fil-kuntest ta’ dik il-kooperazzjoni, jenħtieġ li, meta jkun meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jagħtu pariri lill-Gruppi, fost l-oħrajn dwar il-fattibbiltà tal-aspetti regolatorji nazzjonali tal-proġetti proposti u dwar il-fattibbiltà tal-iskeda ta’ żmien proposta għall-approvazzjoni regolatorja.

(13)Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ippjanar tan-network u tal-proċessi tal-iżvilupp tal-proġetti, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Gruppi. Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol importanti fl-iffaċilitar ta’ dik il-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġi indirizzat l-impatt possibbli ta’ proġetti żviluppati f’reġjun wieħed fuq reġjuni oħra.

(14)Sabiex jikkomplementaw il-Gruppi, ġew stabbiliti diversi fora ta’ kooperazzjoni reġjonali bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Il-kooperazzjoni reġjonali fi ħdan u bejn il-fora u l-Gruppi hija għodda ewlenija biex tiġi żgurata integrazzjoni aktar profonda tas-sistema Ewropea tal-enerġija. L-erba’ Gruppi ta’ Livell Għoli jkopru reġjuni Ewropej differenti wkoll bl-involviment ta’ pajjiżi terzi: il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP, Baltic Energy Market Interconnection Plan), il-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC, North Seas Energy Cooperation) il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Interkonnessjonijiet għall-Ewropa tal-Lbiċ (SWE, South-West Europe) u l-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC, Central and South-Eastern European Energy Connectivity). Il-kooperazzjoni reġjonali f’dawk il-fora kienet ta’ suċċess fl-appoġġ tal-monitoraġġ u l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ewlenin ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ dimensjoni reġjonali u ta’ azzjonijiet ta’ integrazzjoni tas-suq. Konsegwentement, dawk il-fora ta’ kooperazzjoni reġjonali jenħtieġ li jintużaw dejjem aktar biex jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(15)Jenħtieġ li kull sentejn tiġi stabbilita lista ġdida tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku (“il-lista tal-Unjoni”). Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku li jkunu tlestew jew li ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti kif stabbiliti f’dan ir-Regolament, ma jidhrux fil-lista tal-Unjoni sussegwenti.

(16)Il-proġetti eżistenti ta’ interess komuni u l-proġetti eżistenti ta’ interess reċiproku li jridu jiġu inklużi fil-lista sussegwenti tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess proċess ta’ għażla għall-istabbiliment ta’ listi reġjonali u għall-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni applikata għall-proġetti proposti ħlief jekk ikunu kisbu approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti jew deċiżjoni finali dwar investiment li tipprovdi assigurazzjoni suffiċjenti tal-kostruzzjoni tal-proġetti jew li l-kostruzzjoni tagħhom tkun għadha għaddejja u juru progress suffiċjenti fir-rapport annwali tagħhom, f’liema każ jenħtieġ li jibqgħu fil-lista tal-Unjoni.

(17)Meta proġetti eżistenti ta’ interess komuni u proġetti eżistenti ta’ interess reċiproku li jridu jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni li ġejja jkunu soġġetti għall-istess proċess ta’ għażla għall-istabbiliment ta’ listi reġjonali u għall-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni applikata għall-proġetti proposti, il-piż amministrattiv jenħtieġ li jitnaqqas kemm jista’ jkun, pereżempju billi tintuża l-informazzjoni dwar il-proġetti ppreżentata qabel fil-valutazzjoni, jekk tkun għadha aġġornata.

(18)Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku jikkonformaw ma’ kriterji ġenerali u speċifiċi komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-politika dwar l-enerġija. Sabiex ikunu eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni, il-proġetti proposti tal-elettriku, bl-eċċezzjoni ta’ grilji tal-elettriku intelliġenti u proġetti mfassla speċifikament biex jipprovdu protezzjoni u reżiljenza għall-elementi kritiċi eżistenti tan-network, jenħtieġ li jkunu parti mill-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha. Bl-istess mod, il-proġetti proposti tal-idroġenu u tal-elettrolizzaturi jenħtieġ li jkunu parti mill-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha.

(19)Is-sostenibbiltà f’termini tal-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kif rilevanti, hija kriterju ewlieni biex jiġi żgurat li l-politika tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej tkun koerenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u mal-objettivi tan-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika. Għal dan l-għan, is-sostenibbiltà hija waħda mill-kriterji ta’ valutazzjoni li jridu jiġu applikati għall-kategoriji kollha tal-proġetti.

(20)Hemm ħtieġa dejjem tikber ta’ integrazzjoni tas-suq u interkonnettività tan-networks tal-Unjoni aktar b’saħħithom ma’ dawk taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-Komunità tal-Enerġija. Għalhekk, il-benefiċċji u l-kostijiet ta’ proġetti ta’ interess reċiproku bejn Stat Membru u pajjiż fiż-ŻEE jew parti kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jenħtieġ li jitqiesu b’mod kumulattiv għall-Unjoni u għall-pajjiż ikkonċernat fiż-ŻEE jew għall-parti kontraenti kkonċernata fil-Komunità tal-Enerġija.

(21)Jenħtieġ li l-Unjoni tiffaċilita l-proġetti ta’ infrastruttura li jgħaqqdu n-networks tal-Unjoni direttament ma’ networks ta’ pajjiżi terzi li jkunu ta’ benefiċċju reċiproku u meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-enerġija u għall-kisba tal-miri klimatiċi, u li jissodisfaw ukoll il-kriterji speċifiċi tal-kategoriji ta’ infrastruttura rilevanti skont dan ir-Regolament. Biex jissaħħaħ il-fokus fuq proġetti transfruntiera u biex tinżamm il-komplementarjetà mal-politika esterna tal-Unjoni, fil-każ ta’ proġetti ta’ interess reċiproku, jenħtieġ li l-proġetti jqabbdu direttament Stat Membru mal-ewwel punt ta’ konnessjoni tan-network tal-elettriku jew mal-ewwel punt ta’ konnessjoni tal-idroġenu jew tad-diossidu tal-karbonju fil-pajjiż terz.

(22)Fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess reċiproku relatati man-networks tal-elettriku, jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss proġetti ta’ interkonnessjoni li jgħaqqdu s-sistemi tal-enerġija, dment li l-kapaċità ta’ trasferiment tagħhom tkun tista’ tintuża bis-sħiħ għall-iskambji tas-suq. Hija r-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSOs) rispettivi li jivvalutaw bil-quddiem l-impatti ta’ kwalunkwe proġett fuq is-sigurtà u l-istabbiltà tal-grilja sabiex jikkonfermaw li l-proġett jista’ jiġi integrat bis-sħiħ fin-networks tal-elettriku tal-pajjiżi kkonċernati.

(23)Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-proġetti ta’ interess reċiproku, li jingħataw trattament prijoritarju, jippromwovu b’mod ġenwin l-objettivi tal-Unjoni rigward is-suq intern, is-sigurtà tal-provvista u n-newtralità klimatika. Għalhekk, il-proġetti ta’ interess reċiproku jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni biss meta l-qafas ta’ politika ta’ pajjiż terz involut ikollu livell għoli ta’ konverġenza u jkun appoġġat minn mekkaniżmi ta’ infurzar, u dawn il-proġetti juru kontribut għall-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi dwar l-enerġija u l-klima f’termini ta’ sigurtà tal-provvista u d-dekarbonizzazzjoni.

(24)Jenħtieġ li jiġi preżunt livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas tal-politika għaż-ŻEE jew għall-partijiet kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, jew li jkun jista’ jintwera fil-każ ta’ pajjiżi terzi oħra permezz ta’ ftehimiet bilaterali li jinkludu dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-objettivi tal-politika tal-klima u tal-enerġija fejn tidħol id-dekarbonizzazzjoni u jiġi vvalutat ulterjorment mill-Grupp xieraq bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-pajjiż terz li miegħu l-Unjoni tikkoopera fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess reċiproku jenħtieġ li jiffaċilita skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u miżuri oħra ta’ appoġġ għall-politika, kif previst f’dan ir-Regolament.

(25)Il-pajjiż terz involut jenħtieġ li jiżgura li t-taqsima tal-proġett ta’ interess reċiproku li tkun tinsab fil-pajjiż terz u kwalunkwe investiment addizzjonali meħtieġ għall-benefiċċji totali tal-proġett ta’ interess reċiproku li jrid jiġi implimentat, bħar-rinforzi tal-grilja interna, jiġu ttrattati wkoll bħala prijorità u varati fil-ħin biex jiġi żgurat użu sħiħ tal-proġett.

(26)Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jinvolvu pajjiżi terzi jikkontribwixxu għat-trasport u l-ħżin transfruntieri tad-diossidu tal-karbonju b’mod konsistenti mar-rekwiżiti klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, jenħtieġ li tali proġetti jkunu eliġibbli biss jekk ikunu meħtieġa għall-funzjonament tat-trasport u l-ħżin transfruntieri tad-diossidu tal-karbonju u meta l-pajjiż terz iżomm u effettivament jinforza qafas legali adegwat. Dan il-qafas legali fil-pajjiż terz jenħtieġ li jiżgura l-applikazzjoni ta’ standards u salvagwardji li jipprevjenu t-tnixxijiet tad-diossidu tal-karbonju u li jiggarantixxu s-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju għall-protezzjoni tal-klima, tas-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistemi. Dawk l-istandards u s-salvagwardji jenħtieġ li jipprovdu livell ta’ protezzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dak stabbilit fid-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi preżunt li ż-ŻEE jew il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jissodisfaw dawk l-istandards u s-salvagwardji.

(27)Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun u jenħtieġ li jkunu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Aġenzija u l-Gruppi, filwaqt li jiġu debitament irrispettati r-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u l-leġiżlazzjoni ambjentali u filwaqt li l-piż amministrattiv għall-promoturi tal-proġetti jinżamm għall-minimu. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u fir-rigward tas-sigurtà fiżika u ċibernetika, billi, fejn applikabbli, jintużaw bħala bażi r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2022/2557 fir-rigward tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 fir-rigward ta’ miżuri għal livell għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, u jenħtieġ li l-promoturi tal-proġetti jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-miżuri meħuda b’riżultat tar-riskji vvalutati. Il-promoturi tal-proġetti jenħtieġ li jirrapportaw ukoll dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u juru li l-proġetti ma jagħmlu “l-ebda ħsara sinifikanti” lill-ambjent skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 . Għal proġetti eżistenti ta’ interess komuni li jkunu laħqu maturità suffiċjenti, jenħtieġ li l-Gruppi jqisu dawk il-kunsiderazzjonijiet matul l-għażla tal-proġetti għal-lista sussegwenti tal-Unjoni.

(28)Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tinnomina koordinaturi Ewropej għal proġetti li jiffaċċjaw diffikultajiet jew dewmien partikolari, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet.

(29)Jenħtieġ li l-proċess għall-ħruġ tal-permessi la jwassal għal piżijiet amministrattivi li jkunu sproporzjonati għad-daqs jew għall-kumplessità ta’ proġett, u lanqas joħloq ostakli għall-iżvilupp tan-networks trans-Ewropej u għall-aċċess għas-suq.

(30)Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku jingħataw status ta’ prijorità fil-livell nazzjonali biex jiġu żgurati trattament amministrattiv rapidu u trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u ta’ soluzzjoni tat-tilwim kollha li jkunu relatati magħhom.

(31)L-Istati Membri li bħalissa ma jattribwixxux l-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli għall-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija fir-rigward tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi, huma mħeġġa jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ tali sinifikat nazzjonali għoli, b’mod partikolari meta dan jista’ jwassal għal proċess aktar mgħaġġel għall-ħruġ tal-permessi.

(32)L-Istati Membri li bħalissa ma għandhomx fis-seħħ proċeduri ġudizzjarji aċċellerati jew urġenti applikabbli għal proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ tali proċeduri, b’mod partikolari billi jevalwaw jekk dan iwassalx għall-implimentazzjoni aktar mgħaġġla ta’ tali proġetti.

(33)Il-proġetti li jikkonċernaw l-assi tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi u l-assi tad-diossidu tal-karbonju jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-enerġija u tal-klima, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jaċċelleraw l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tagħha fit-taħlita tal-enerġija tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku kollha li jikkonċernaw l-idroġenu, il-faċilitajiet tal-elettrolizzatur, u l-assi tad-diossidu tal-karbonju jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku minn perspettiva ta’ politika tal-enerġija, u jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jqisuhom bħala ta’ interess pubbliku prevalenti, ħlief għall-wirt kulturali u meta jkun hemm evidenza ċara li dawk il-proġetti jkollhom effetti avversi sinifikanti fuq l-ambjent li ma jistgħux jittaffew jew jiġu kkompensati.

(34)Minħabba r-rwol tagħhom li jintegraw l-assi tal-enerġija rinnovabbli, is-soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà, il-ħżin tal-enerġija u l-elettrifikazzjoni b’mod ġenerali, il-proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku huma meqjusa essenzjali biex tintlaħaq in-newtralità klimatika. Għalhekk, sakemm tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għan-newtralità klimatika, proġetti bħal dawn jenħtieġ li jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku prevalenti u li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika meta jiġu bbilanċjati interessi legali konfliġġenti, ħlief għall-wirt kulturali u meta jkun hemm evidenza ċara li dawk il-proġetti jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent li ma jistgħux jittaffew jew jiġu kkompensati, kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 .

(35)Minħabba l-importanza tagħhom biex tinkiseb in-newtralità klimatika, u l-importanza strateġika tagħhom bħala proġetti fil-lista tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu li proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku li jikkonċernaw l-elettriku 54 li jkunu ġew inklużi espressament fi Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali li kien soġġett għal valutazzjoni ambjentali strateġika f’konformità mad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 , u, jekk x’aktarx ikollu impatt sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000, għall-valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, jiġu eżentati mill-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE, mill-valutazzjonijiet tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE, u minn valutazzjonijiet tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000. Jenħtieġ li tali eżenzjonijiet ikunu possibbli sakemm tinkiseb in-newtralità klimatika.

(36)Sabiex jittaffa kwalunkwe impatt possibbli ta’ tali eżenzjonijiet, wara l-iskrinjar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati, filwaqt li jqisu l-użu tal-aqwa teknoloġiji disponibbli. Meta ma jkunx possibbli li jiġu applikati dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-promoturi tal-proġetti jadottaw miżuri kompensatorji xierqa biex jindirizzaw dawk l-effetti, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet, jekk miżuri kompensatorji propozjonati oħra ma jkunux disponibbli. Barra minn hekk, meta proġett x’aktarx ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw li l-Istati Membri kkonċernati jkunu kkooperaw biex jidentifikaw miżuri biex jevitaw l-impatti sinifikanti, jew, fejn meħtieġ, biex itaffuhom jew jikkompensaw għalihom.

(37)Sabiex jitħaffef il-varar tan-network trans-Ewropew tal-enerġija, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ derogi speċifiċi kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni jkunu ċari. B’mod partikolari, meta jiġi vvalutat jekk hemmx soluzzjonijiet alternattivi sodisfaċenti għal proġetti tal-enerġija, l-ambitu ta’ tali valutazzjoni jenħtieġ li jkun limitat għal soluzzjonijiet alternattivi li jiżguraw il-kisba tal-istess objettiv fl-istess perjodu ta’ żmien jew f’perjodu ta’ żmien simili u mingħajr ma jirriżultaw f’kostijiet ferm ogħla. Meta jqabblu l-perjodu ta’ żmien u l-kost ta’ soluzzjonijiet alternattivi sodisfaċenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jqisu l-ħtieġa li jvaraw proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku b’mod aċċellerat u kosteffettiv f’konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

(38)Bl-istess mod, meta tiġi applikata d-deroga rilevanti prevista fid-Direttiva 92/43/KEE, huwa xieraq li l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jippermettu li l-miżuri kompensatorji jitwettqu b’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-pjan jew tal-proġett, f’każijiet ġustifikati u meta jista’ jintwera b’mod raġonevoli li l-pjan jew il-proġett ma jaffettwax b’mod irriversibbli l-koerenza ġenerali tan-network Natura 2000 qabel ma jiġu stabbiliti l-miżuri, l-integrità ambjentali tas-sit tiġi ppreservata u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-siti ta’ Natura 2000.

(39)Sabiex inaqqsu l-kumplessità, iżidu l-effiċjenza u t-trasparenza, u jgħinu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-proċessi kollha għall-ħruġ tal-permessi biex tinħareġ deċiżjoni komprensiva, li tikkoopera ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Stati Membri oħra, li taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-promoturi billi timmedja l-kuntatt tagħhom ma’ awtoritajiet oħra, u timmonitorja l-iżvilupp u d-dewmien tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni.

(40)Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu responsabbli wkoll biex jiżguraw li, għal proġetti ta’ trażmissjoni u ġenerazzjoni ibridi, l-iskeda ta’ żmien għall-ħruġ tal-permessi tallinja mal-assi kollha tal-proġett b’mod li jitħaffef il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għall-assi ta’ ġenerazzjoni u trażmissjoni.

(41)Sabiex jiġi ssimplifikat u jitħaffef il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar, jenħtieġ li jiġi nnominat punt uniku ta’ kuntatt fost l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’mod konġunt mill-Istati Membri kkonċernati. L-eżistenza ta’ awtorità waħda li tiffaċilita l-proċess, u li toħroġ id-deċiżjoni komprensiva finali, jenħtieġ li ttaffi l-piż amministrattiv għall-iżviluppaturi tal-proġetti u tnaqqas il-kumplessità, iżżid l-effiċjenza u tħaffef il-proċess għall-ħruġ tal-permessi, speċjalment meta l-Istati Membri jipprevedu proċeduri konġunti bi skedi ta’ żmien u valutazzjonijiet allinjati. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni transfruntiera effettiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka fuq proġetti ta’ prijorità ta’ interkonnessjoni identifikati billi ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-ħruġ tal-permessi tagħhom. Għal dak il-fini, jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ proċeduri konġunti għal proċess effettiv u effiċjenti għall-ħruġ tal-permessi.

(42)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu, f’deċiżjonijiet komprensivi, fejn xieraq, deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest ta’ negozjati ma’ sidien tal-art individwali biex jagħtu aċċess għal proprjetà, is-sjieda jew id-dritt ta’ okkupazzjoni tagħha, fil-kuntest ta’ ppjanar spazjali, li jiddetermina l-użu ġenerali tal-art ta’ reġjun definit, inkluż żviluppi oħra bħal awtostradi, linji ferrovjarji, bini u żoni ta’ protezzjoni tan-natura u li ma jitwettaqx għall-iskop speċifiku tal-proġett ippjanat u għall-ħruġ ta’ permessi operazzjonali. Fil-kuntest tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi, proġett ta’ interess komuni jenħtieġ li jkun jista’ jinkludi infrastruttura relatata sal-punt li jkun essenzjali għall-kostruzzjoni jew għall-funzjonament tal-proġett.

(43)Dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ tal-permessi, il-parteċipazzjoni pubblika u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, u dispożizzjonijiet adottati fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata, b’mod partikolari d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 .

(44)Huwa essenzjali li l-partijiet ikkonċernati, inkluż is-soċjetà ċivili, jinżammu informati u jiġu kkonsultati, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-proġetti u biex jiġu limitati l-oġġezzjonijiet għalihom. Minkejja l-eżistenza ta’ standards stabbiliti li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-ambjent, li japplikaw bis-sħiħ għal proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali biex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta’ trasparenza u parteċipazzjoni pubblika fil-kwistjonijiet rilevanti kollha fil-proċess tal-ħruġ tal-permessi għal proġetti ta’ interess komuni. Meta tkun koperta diġà mir-regoli nazzjonali taħt l-istess standards jew standards ogħla minn dawk ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-konsultazzjoni ta’ qabel il-proċess għall-ħruġ tal-permessi tkun fakultattiva u jenħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti legali.

(45)Jenħtieġ li l-implimentazzjoni korretta u koordinata tad-Direttivi 2001/42/KE u 2011/92/UE u, fejn applikabbli, tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti 57 , iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”), u tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali 58 , iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991 (“il-Konvenzjoni ta’ Espoo”) tiżgura l-armonizzazzjoni tal-prinċipji ewlenin għall-valutazzjoni tal-effetti ambjentali u klimatiċi, inkluż f’kuntest transfruntier. Il-Kummissjoni ħarġet gwida biex tappoġġa lill-Istati Membri biex jirrazzjonalizzaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali għall-infrastruttura tal-enerġija u biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni.

(46)Huwa importanti li l-proċess għall-ħruġ tal-permessi jiġi rrazzjonalizzat u mtejjeb, filwaqt li jiġu rrispettati u jitqiesu b’mod xieraq, sa fejn ikun possibbli, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kompetenzi nazzjonali u l-proċeduri għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tal-enerġija ġdida. Minħabba l-urġenza li jiġu żviluppati l-infrastrutturi tal-enerġija, is-simplifikazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi jenħtieġ li tistabbilixxi limitu ta’ żmien ċar għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet rilevanti rigward il-kostruzzjoni tal-proġett. Dak il-limitu ta’ żmien jenħtieġ li jistimula definizzjoni u mmaniġġar effiċjenti tal-proċeduri. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi limiti ta’ żmien massimi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistinkaw biex jiksbu limiti ta’ żmien iqsar meta dan ikun fattibbli u, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ proġetti bħall-grilji intelliġenti, li jistgħu ma jirrikjedux proċess għall-ħruġ tal-permessi daqstant kumpless daqs dak għall-infrastruttura ta’ trażmissjoni.

(47)In-nuqqas ta’ riżorsi tal-awtoritajiet li joħorġu l-permessi u n-nuqqas ta’ diġitalizzazzjoni tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi u d-disponibbiltà tad-data huma ostakli li jnaqqsu r-ritmu tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi. Id-diġitalizzazzjoni u użu xieraq ta’ karatteristiċi tal-intelliġenza artifiċjali huma mistennija jħaffu l-proċeduri u jżidu l-effiċjenza tal-proċessi billi jippermettu mmaniġġar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet u jżidu t-trasparenza permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-informazzjoni dwar il-passi u r-rekwiżiti tal-proċeduri. Madankollu, id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għadha lura, bid-data spiss imxerrda fost awtoritajiet kompetenti differenti mingħajr proċessi jew pjattaformi diġitali unifikati, u mingħajr assigurazzjoni tal-interoperabbiltà. Dan iwassal għal nuqqas ta’ ċarezza dwar l-istatus tal-applikazzjonijiet u jfixkel l-identifikazzjoni tal-ostakli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu pjattaforma diġitali fil-livell nazzjonali għall-passi kollha tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli, tal-ħżin u tal-grilja sabiex id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tkun uniformi, interoperabbli u trasparenti u jimmassimizzaw il-benefiċċji tagħha f’dak li jirrigwarda l-aċċellerazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi. Dawn il-pjattaformi jenħtieġ li jippermettu lill-promoturi tal-proġetti jippreżentaw applikazzjonijiet u jivverifikaw l-istatus tagħhom, jattribwuhom lill-awtoritajiet kompetenti, u jippermettu lill-awtoritajiet jipproċessawhom billi jkollhom aċċess għad-data u l-informazzjoni rilevanti kollha, mingħajr il-ħtieġa ta’ passi intermedji bbażati fuq il-karta. Barra minn hekk, jenħtieġ li tali pjattaforma tippermetti l-estrazzjoni tal-istatistika dwar il-progress ġenerali tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi fl-Istati Membri. Dawn il-pjattaformi diġitali jenħtieġ li jibbażaw fuq mezzi siguri u interoperabbli pprovduti permezz tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għall-persuni fiżiċi u, fil-futur, permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, f’konformità mar-[Regolament (UE) Nru XXX/20SS], għall-persuni ġuridiċi, biex jippermettu l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi, l-iffirmar jew l-issiġillar ta’ dokumenti, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti u t-trażmissjoni u l-wasla ta’ notifiki bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi

(48)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mal-urġenza li jiġu varati l-infrastrutturi tal-enerġija, u l-importanza strateġika ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima u sa fejn jeżisti l-kunċett ta’ approvazzjoni taċita skont id-dritt nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li n-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sal-iskadenza stabbilita f’dan ir-Regolament, jew nuqqas ta’ tweġiba minn awtorità kkonċernata sal-iskadenza stabbilita mill-awtorità nazzjonali kompetenti, iwassal biex l-opinjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-permess speċifiku jiġi approvat jew imwieġeb fl-affermattiv, bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-ambjent, u li tali konklużjoni tiġi ppubblikata.

(49)Il-proċess għall-ħruġ tal-permessi jenħtieġ li jipprevedi żewġ proċeduri, jiġifieri l-proċedura fakultattiva ta’ qabel l-applikazzjoni fejn ix-xogħol għal fajl ta’ applikazzjoni komplut jiġi kkonsenjat u aċċettat mill-awtorità nazzjonali kompetenti, u l-proċedura statutorja obbligatorja għall-ħruġ tal-permessi bejn l-aċċettazzjoni tal-fajl u l-mument li fih l-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni komprensiva. Fil-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jwettqu sensiela ta’ kompiti. Jenħtieġ li jeżaminaw il-proġett u jinnotifikaw lill-promotur tal-proġett dwar liema awtorizzazzjonijiet, studji, permessi u valutazzjonijiet huma meħtieġa biex jitlesta l-proċess għall-ħruġ tal-permess, inkluż il-valutazzjonijiet ambjentali u l-miżuri ta’ mitigazzjoni jew ta’ kumpens li jenħtieġ li jiġu implimentati. Jenħtieġ li jiddefinixxu l-ambitu u l-livell ta’ dettall tad-dokumentazzjoni identifikata fil-konklużjonijiet tal-eżami, filwaqt li jiżguraw li ma tintalab l-ebda dokumentazzjoni sussegwenti mill-promotur tal-proġett ħlief meta tkun seħħet bidla materjali fil-proġett jew fl-ambjent tal-madwar tiegħu li minħabba fiha l-kundizzjonijiet u s-suppożizzjonijiet użati biex jiġi ddeterminat l-ambitu ma jibqgħux applikabbli. Jenħtieġ li jfasslu skeda dettaljata għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi. Wara li jirċievu l-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, inkluż id-dokumenti preparatorji kollha, jenħtieġ li jiddeċiedu jekk il-fajl huwiex komplut jew jekk jirrikjedix l-informazzjoni nieqsa f’konformità ma’ dak li jkun ġie identifikat fil-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni.

(50)Fejn jitqies effiċjenti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jfasslu r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-permessi biex il-proċess għall-ħruġ tal-permessi u l-konsultazzjonijiet pubbliċi ta’ ċertu proġett isiru f’fażijiet, dment li l-proċess għall-ħruġ tal-permessi jkun issimplifikat u aċċellerat.

(51)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għall-ħruġ ta’ permessi għal proġetti ta’ interess komuni u għal proġetti ta’ interess reċiproku, għall-parteċipazzjoni pubblika fihom u għat-trattament regolatorju tal-proġetti. Jenħtieġ li l-Istati Membri xorta waħda jkunu kapaċi jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex japplikaw l-istess regoli jew regoli simili għal proġetti oħra li ma jkollhomx l-istatus ta’ proġetti ta’ interess komuni jew proġetti ta’ interess reċiproku fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(52)Il-proċess tal-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jipprovdi bażi soda għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Filwaqt li n-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO għall-Elettriku, European Network of Transmission System Operators for Electricity), in-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSO għall-Gass, European Network of Transmission System Operators for Gas), in-Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network għall-Idroġenu (ENNOH, European Network of Network Operators for Hydrogen) u t-TSOs għad għandhom rwol importanti fil-proċess, hemm bżonn ta’ aktar razzjonalizzazzjoni u tmexxija, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tax-xenarji għall-futur, l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet fl-infrastruttura u konġestjonijiet fl-infrastruttura tal-enerġija fit-tul u l-indirizzar ta’ dawk in-nuqqasijiet bl-aktar soluzzjonijiet adegwati, biex jiżdied il-piż politiku, il-pertinenza u r-robustezza tal-proċess. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Kummissjoni jkollhom rwol akbar fil-proċess għat-tfassil tal-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha skont ir-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789.

(53)Meta jitqies li x-xenarju magħżul u s-suppożizzjonijiet sottostanti tiegħu għandhom rwol ewlieni fil-proċess tal-ippjanar tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol ċentrali fid-definizzjoni tiegħu. Dan għandu jgħin biex jiġu rrazzjonalizzati l-inputs u tiġi żgurata konformità aħjar mal-miri ta’ politika tal-Unjoni. Huwa xieraq ukoll li l-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jkunu bbażati fuq xenarju ċentrali wieħed, b’analiżijiet possibbli tas-sensittività għax-xenarju f’każ ta’ bidla fil-kundizzjonijiet esterni, minħabba li l-fini ewlieni tax-xenarju huwa li jipprovdi bażi komuni għall-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura u tal-benefiċċji ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ interess reċiproku kandidati. L-importanza akbar tax-xenarju ċentrali tirrikjedi l-involviment mill-qrib tal-ENTSO għall-Elettriku, tal-ENNOH, u tal-ENTSO għall-Gass, tal-Istati Membri u tal-Aġenzija biex jiġi żgurat li jiġu pprovduti d-data u l-informazzjoni rilevanti, u li x-xenarju jkun allinjat mal-iżviluppi nazzjonali. Il-Grupp ta’ Referenza għall-Partijiet Ikkonċernati jenħtieġ li jkompli jipprovdi input u pariri kkoordinati tal-partijiet ikkonċernati dwar l-iżvilupp tax-xenarji.

(54)Il-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura jenħtieġ li jkollu rwol aktar b’saħħtu fil-gwida tal-investimenti ppjanati fl-infrastruttura. Meta mqabbel mal-prattika kurrenti, il-proċess jenħtieġ li jkun usa’ u jqis b’mod aktar dettaljat ir-rabtiet transsettorjali u s-soluzzjonijiet mingħajr fili, sabiex jiġi identifikat b’mod ċar liema soluzzjonijiet jaqdu bl-aħjar mod lis-sistema tal-enerġija biex jintlaħqu l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun aktar involuta fl-istabbiliment tal-qafas għall-proċess u l-verifika tiegħu biex tiżdied l-aċċettazzjoni tas-soluzzjonijiet sussegwenti meħtieġa biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi. L-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa metodoloġiji għall-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura li jrid jitwettaq mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-ENNOH sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu robusti biżżejjed u f’konformità mal-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-approvazzjoni aħħarija tar-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet mill-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp TEN-E jenħtieġ li tkun sinjal qawwi lill-promoturi tal-proġetti fejn ikunu meħtieġa l-proġetti possibbli. 

(55)Jekk il-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura jsir aktar komprensiv u granulari, dan jenħtieġ li jippermetti tqabbil aħjar tal-proġetti ppjanati mal-ħtiġijiet għall-espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll proċess ta’ segwitu li jwassal għall-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda li jistgħu jindirizzaw ħtiġijiet mhux imqabbla. Jenħtieġ li t-TSOs ikunu l-entità primarja li tissuġġerixxi proġetti possibbli biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, iżda jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll soluzzjonijiet alternattivi li jkunu ġejjin minn partijiet ikkonċernati oħra. Għalhekk, jenħtieġ li proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet ikun eżitu tal-kooperazzjoni reġjonali u jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fid-diskussjonijiet. Ir-rwol ċentrali tal-Kummissjoni fil-proċess jenħtieġ li jsaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali u l-involviment tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-promoturi tal-proġetti u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fl-isforz biex joħorġu bl-aktar proġetti adegwati, kemm jekk ikunu soluzzjonijiet mingħajr fili kif ukoll dawk tal-infrastruttura biex jissodisfaw kwalunkwe ħtieġa possibbilment mhux indirizzata. Bħala l-aħħar alternattiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha d-dritt li tniedi sejħa għal proposti biex tegħleb in-nuqqas ta’ progress fl-indirizzar ta’ nuqqasijiet persistenti. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-proġetti eliġibbli jiġu inklużi mill-aktar fis possibbli fil-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali sussegwenti, fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u fil-lista tal-Unjoni.

(56)Hija meħtieġa analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha sabiex jiġi żgurat li l-ippjanar tal-infrastruttura jirrifletti l-ħtiġijiet li qed jevolvu ta’ sistema integrata u dekarbonizzata, billi l-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jiġu vvalutati b’mod konsistenti sabiex jiġu identifikati l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għall-enerġija u l-klima. Is-soluzzjonijiet mingħajr fili, bħall-klassifikazzjoni dinamika tal-linji u tat-transformers, is-sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-fluss tal-enerġija jew il-pjattaformi diġitali doppji jenħtieġ li jkollhom rwol akbar fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tan-network kemm f’termini operazzjonali kif ukoll f’termini ta’ espansjoni u għalhekk jenħtieġ li jkunu koperti wkoll mill-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha.

(57)Il-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jenħtieġ li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-proġetti infrastrutturali ppjanati li jkollhom impatti transfruntiera fl-Unjoni. Is-soluzzjonijiet mingħajr fili u ta’ flessibbiltà jenħtieġ li jiffurmaw parti intrinsika mill-pjan sabiex jipprovdi stampa sħiħa tal-investimenti futuri meħtieġa għall-aħjar tħaddim tan-networks tal-elettriku u tal-idroġenu. Jenħtieġ li tingħata wkoll kunsiderazzjoni speċifika lill-proġetti li jtejbu s-sigurtà u r-reżiljenza tan-network.

(58)Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom qabel l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH, l-Aġenzija u l-Kummissjoni jwettqu proċess estensiv ta’ konsultazzjoni li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Dawk il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jinkludu l-entità Ewropea għall-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea, assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju u tal-qbid u l-użu tal-karbonju, aggregaturi indipendenti, operaturi tar-rispons tad-domanda, organizzazzjonijiet involuti f’soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, is-setturi industrijali inklużi t-trasport, id-diġitalizzazzjoni, u d-data, kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, skont kif rilevanti. Il-Grupp ta’ Referenza għall-Partijiet Ikkonċernati wera li huwa forum effettiv ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati u jenħtieġ li l-kontribut ulterjuri tiegħu għall-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jiġi appoġġat. Il-konsultazzjoni jenħtieġ li tkun miftuħa u trasparenti u jenħtieġ li tiġi organizzata f’waqtha biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jagħtu feedback għat-tħejjija tal-fażijiet ewlenin tal-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, bħall-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura u l-metodoloġija tal-analiżi tal-kostbenefiċċji għall-valutazzjoni tal-proġetti. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-kontribut li jirċievu mill-partijiet ikkonċernati waqt il-konsultazzjonijiet u jenħtieġ li jispjegaw kif qiesu dak il-kontribut meta jippreżentaw il-proposti finali.

(59)L-ippjanar tal-infrastruttura tal-enerġija jenħtieġ li jirrifletti kif xieraq l-akkoppjament tas-setturi u l-links inkoċjati bejn it-trasportaturi tal-enerġija. L-iżvilupp tax-xenarji, il-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura u l-metodoloġiji għall-analiżi tal-kostbenefiċċji jenħtieġ li jkunu bbażati fuq approċċ integrat, fit-tul u ottimizzat ta’ “sistema tal-enerġija waħda” u mmudellar li juża suppożizzjonijiet komuni u metodoloġiji konsistenti. Koordinazzjoni akbar tal-ippjanar tal-infrastruttura bejn is-setturi jenħtieġ li tgħin biex jiġu pprijoritizzati u implimentati soluzzjonijiet infrastrutturali ġodda b’mod aktar effettiv.

(60)L-importanza li jiġi żgurat li l-proġetti ta’ infrastruttura li għalihom ma teżisti l-ebda soluzzjoni alternattiva raġonevoli biss jistgħu jirċievu l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku tfisser ukoll li l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” jenħtieġ li jitqies fl-ippjanar tal-infrastruttura tal-enerġija u fil-ħidma tal-gruppi reġjonali meta jistabbilixxu l-listi reġjonali tal-proġetti proposti. F’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, jenħtieġ li jitqiesu l-alternattivi rilevanti kollha għal infrastruttura ġdida biex jiġu żgurati l-ħtiġijiet futuri tal-infrastruttura. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet mingħajr fili jew dawk diġitali, l-użu tar-rispons tad-domanda jew il-flessibbiltà mhux fossili, li tista’ ttejjeb l-effiċjenza ġenerali tan-networks, jingħataw kunsiderazzjoni speċjali. Għal dan l-għan, dawn is-soluzzjonijiet jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bi prijorità mill-operaturi tas-sistema meta jivvalutaw proġetti għall-espansjoni tas-sistema. Jenħtieġ li jiġi inċentivat ukoll użu kosteffiċjenti tan-networks, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ sinjali tal-prezzijiet skont il-lokalità u l-ħin tal-użu fit-tariffi tan-network u fl-iskemi ta’ appoġġ.

(61)Sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, l-Unjoni trid iżżid b’mod sinifikanti l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. L-investiment fl-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar jenħtieġ li jiżdied bl-għan li jintlaħqu mill-inqas 350 GW ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli fuq il-baħar installata f’konformità mal-għanijiet kumulattivi reġjonali mhux vinkolanti tal-Istati Membri dwar l-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar aġġornati f’Diċembru 2024 u appoġġati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2023 intitolata “Twettiq tal-ambizzjonijiet tal-UE rigward l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta” 59 . L-ewwel pjanijiet ta’ żvilupp tan-network fuq il-baħar (ONDPs, Offshore network development plans) ippubblikati mill-ENTSO għall-Elettriku f’Jannar 2024 għamlu pass importanti ’l quddiem billi ankraw l-ambizzjonijiet reġjonali tal-Istati Membri fuq il-baħar fl-ippjanar tan-network fuq il-baħar. Jenħtieġ li dan jappoġġa l-identifikazzjoni ta’ proġetti transfruntieri ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar, inklużi dawk ibridi u radjali transfruntieri, biex jiġi żgurat żvilupp ottimizzat u kosteffiċjenti tan-networks fuq il-baħar fil-livell tal-baċiri tal-baħar. Il-loġika strateġika fit-tul inkluża fl-ONDPs jenħtieġ li tiġi estiża għall-grilji tal-elettriku fuq l-art, kif ukoll għan-networks tal-idroġenu.

(62)Il-valutazzjoni tal-benefiċċji u tal-kostijiet tal-kurituri prijoritarji tal-grilja fuq il-baħar għall-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri biex iwettqu analiżi preliminari tal-kondiviżjoni tal-kostijiet fil-livell ta’ prijorità tal-kuritur tal-grilja fuq il-baħar, sabiex jiġu sostnuti l-impenji politiċi konġunti sussegwenti għal proġetti transfruntieri tal-grilja fuq il-baħar. Il-gwida tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar l-oqfsa ta’ investiment kollaborattiv għal proġetti fuq il-baħar jenħtieġ li tinforma l-valutazzjoni tal-benefiċċji u tal-kostijiet tal-kurituri prijoritarji tal-grilja fuq il-baħar għall-enerġija rinnovabbli u tista’ tiġi aġġornata mill-Kummissjoni, bl-involviment tal-Istati Membri, it-TSOs rilevanti, l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jitqies rilevanti.

(63)Jenħtieġ li, b’mod ġenerali, il-kostijiet tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni, tat-tħaddim u tal-manutenzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jinġarru mill-utenti tal-infrastruttura. L-allokazzjoni tal-kostijiet jenħtieġ li tiżgura li l-utenti finali ma jitgħabbewx b’mod sproporzjonat, speċjalment meta dan jista’ jwassal għal faqar enerġetiku. Il-proġetti ta’ interess komuni jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet meta valutazzjoni tad-domanda tas-suq, jew tal-effetti mistennija fuq it-tariffi, tindika li l-kostijiet ma jistgħux ikunu mistennija li jiġu rkuprati mit-tariffi mħallsa mill-utenti tal-infrastruttura.

(64)F’suq intern tal-enerġija dejjem aktar interkonness, huma meħtieġa regoli ċari u trasparenti għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet sabiex jiġi aċċellerat l-investiment fl-infrastruttura transfruntiera u fi proġetti b’impatt transfruntier. Hekk kif l-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera ssir aktar integrata, aktar proġetti jwasslu benefiċċji lil hinn mit-territorji fejn jinbnew. Dan jagħmel il-kondiviżjoni ġusta u trasparenti tal-kostijiet essenzjali biex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati fuq il-konsumaturi lokali. Id-diskussjoni dwar l-allokazzjoni xierqa tal-kostijiet jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji ta’ proġett ta’ infrastruttura mwettqa abbażi ta’ metodoloġija armonizzata għall-analiżi tas-sistema tal-enerġija kollha, bl-użu tax-xenarju ċentrali u kwalunkwe analiżi tas-sensittività stabbilita għall-fini tal-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha mħejjija skont ir-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789, biex tippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni jew ta’ interess reċiproku għall-politiki tal-Unjoni dwar l-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li fihom jinsabu mill-inqas 10 % tal-benefiċċji ta’ proġett jenħtieġ li jipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet biex jiżguraw li l-proġett ikun jista’ jiġi implimentat u li l-benefiċċji tiegħu jitwasslu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ftehimiet dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet jikkunsidraw arranġamenti ex post biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ġusta u proporzjonata ta’ pajjiżi mhux ospitanti, dment li tali aġġustamenti jkunu definiti b’mod ċar u strutturati b’tali mod li tiġi ssalvagwardjata ċ-ċertezza tal-investiment.

(65)Huwa essenzjali li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, filwaqt li fl-istess ħin jiġu mħeġġa l-investituri interessati, b’inċentivi xierqa u mekkaniżmi finanzjarji. Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jallokaw il-kostijiet imġarrba tal-investiment b’mod effiċjenti bejn il-fruntieri fl-intier tagħhom, skont kif rilevanti fid-dawl tal-approċċi u l-metodoloġiji nazzjonali tagħhom għal infrastruttura simili, u jinkluduhom fit-tariffi nazzjonali. Wara, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiddeterminaw jekk l-impatt tagħhom fuq it-tariffi nazzjonali jistax jirrappreżenta piż sproporzjonat għall-konsumaturi fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jevitaw ir-riskji ta’ appoġġ doppju għall-proġetti billi jqisu l-ħlasijiet u d-dħul reali jew stmati. Jenħtieġ li dawk il-ħlasijiet u d-dħul jitqiesu biss sa fejn ikunu relatati mal-proġetti u sa fejn ikunu mfassla biex ikopru l-kostijiet ikkonċernati.

(66)Sabiex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri rilevanti u pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ ggruppar ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Jekk gruppi ta’ Stati Membri jitħallew jittrattaw pakkett ta’ proġetti bħala ta’ benefiċċju reċiproku, jistgħu jitrawmu soluzzjonijiet fejn kulħadd jirbaħ, jitnaqqsu r-riskji u l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet fin-negozjati, u tista’ tiżdied il-probabbiltà ta’ implimentazzjoni. Appoġġ addizzjonali fil-livell tal-Unjoni, pereżempju permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jew fil-livell reġjonali bl-użu tal-introjtu mill-konġestjoni, jista’ jiffaċilita aktar tali ftehimiet u jippromwovi l-konsenja f’waqtha tal-infrastruttura ta’ prijorità.

(67)Ir-Regolament (UE) 2019/943 jistabbilixxi, fl-Artikolu 19(2), tliet objettivi ta’ prijorità għall-użu tad-dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ kapaċità transżonali, jiġifieri: (a) il-garanzija tad-disponibbiltà reali tal-kapaċità allokata inkluż il-kumpens għaċ-ċertezza; (b) iż-żamma jew iż-żieda tal-kapaċitajiet transżonali permezz tal-ottimizzazzjoni tal-interkonnetturi eżistenti jew bil-kopertura tal-kostijiet li jirriżultaw minn investimenti fin-network rilevanti biex titnaqqas il-konġestjoni tal-interkonnetturi; u (c) l-għoti ta’ kumpens lill-operaturi tal-impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fuq il-baħar fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fih. Jenħtieġ li t-TSOs jiżguraw li t-tliet objettivi prijoritarji kollha jiġu ssodisfati, inkluż l-objettiv fil-punt (b). Sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku li jnaqqsu l-konġestjoni tal-interkonnetturi u biex id-diskussjonijiet dwar deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet ikunu prevedibbli u trasparenti skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li t-TSOs jintalbu jwarrbu sehem limitat mill-introjtu mill-konġestjoni għal tali investimenti. Dak ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tat-TSOs li jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet ta’ finanzjament, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji u f’konformità mal-metodoloġija approvata skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2019/943. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax meta jkun jista’ jintwera li ma hemm l-ebda ħtieġa li tinbena kapaċità transfruntiera addizzjonali fil-fruntieri tal-Istat Membru kkonċernat.

(68)Meta ma jkun hemm l-ebda TSO fi Stat Membru, ir-referenzi għat-TSOs f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (DSO, distribution system operators).

(69)Il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija tirrikjedi li t-tariffi għall-aċċess għan-networks jipprovdu inċentivi xierqa għall-investiment. Madankollu, bosta tipi ta’ proġetti ta’ interess komuni x’aktarx li jkollhom esternalitajiet li jaf ma jkunux jistgħu jiġu koperti kompletament fis-sistema tariffarja regolari u rkuprati permezz tagħha. Meta japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw qafas regolatorju u finanzjarju stabbli u prevedibbli b’inċentivi għall-proġetti ta’ interess komuni, inkluż inċentivi fit-tul, li jkunu proporzjonati għal-livell ta’ riskju speċifiku tal-proġett. Jenħtieġ li dak il-qafas japplika b’mod partikolari għal proġetti transfruntieri, għal teknoloġiji innovattivi ta’ trażmissjoni tal-elettriku li jippermettu l-integrazzjoni fuq skala kbira ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ riżorsi tal-enerġija distribwiti jew ta’ rispons tad-domanda f’networks interkonnessi, u għal proġetti tat-teknoloġija tal-enerġija u ta’ diġitalizzazzjoni, li jew x’aktarx iġarrbu riskji ogħla minn proġetti simili li jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew li jwiegħdu benefiċċji akbar għall-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proġetti b’nefqa operazzjonali għolja jkollhom ukoll aċċess għal inċentivi xierqa għall-investiment. B’mod partikolari, il-grilji fuq il-baħar għall-enerġija rinnovabbli, li jaqdu l-funzjonalità doppja ta’ interkonnetturi tal-elettriku u jikkollegaw proġetti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli fuq il-baħar, x’aktarx li jġarrbu riskji ogħla minn proġetti ta’ infrastruttura simili fuq l-art, minħabba l-konnessjoni intrinsika tagħhom mal-assi ta’ ġenerazzjoni li tinvolvi riskji regolatorji, riskji ta’ finanzjament, bħall-ħtieġa ta’ investimenti antiċipatorji, riskji tas-suq u riskji marbuta mal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi ġodda.

(70)Ir-Regolament (UE) 2022/869 wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ tal-finanzjament privat permezz ta’ assistenza finanzjarja sinifikanti mill-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati proġetti ta’ sinifikat għall-Unjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u tar-restrizzjonijiet baġitarji, jenħtieġ li l-appoġġ immirat ikompli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, bil-ħsieb ukoll li jitnaqqsu r-riskji tal-proġetti u jiġi attirat l-investiment privat, sabiex jiġu mmassimizzati l-impatt tal-finanzjament pubbliku u l-benefiċċji tiegħu għaċ-ċittadini tal-Unjoni u jiġu attirati investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tibqa’ minima.

(71)Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jkunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-istudji u, skont ċerti kundizzjonijiet, għax-xogħlijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 fil-forma ta’ għotjiet jew strumenti finanzjarji innovattivi sabiex jiġi żgurat li jkun jista’ jingħata appoġġ imfassal apposta għal dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli skont il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Huwa importanti li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari bejn proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istess kuritur prijoritarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali assistenza finanzjarja tiżgura s-sinerġiji meħtieġa ma’ fondi oħra tal-Unjoni disponibbli għall-finanzjament ta’ networks ta’ distribuzzjoni tal-enerġija intelliġenti u mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 61 .

(72)Jenħtieġ li tapplika loġika maqsuma fi tliet stadji għall-investimenti fi proġetti ta’ interess komuni. L-ewwel nett, is-suq jenħtieġ li jkollu l-prijorità li jinvesti. It-tieni, meta l-investimenti ma jsirux mis-suq, jenħtieġ li jiġu esplorati soluzzjonijiet regolatorji, jenħtieġ li l-qafas regolatorju rilevanti jiġi aġġustat meta jkun meħtieġ, u jenħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-qafas regolatorju rilevanti. It-tielet, meta l-ewwel żewġ stadji ma jkunux biżżejjed sabiex jinkisbu l-investimenti meħtieġa fi proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni meta l-proġett ta’ interess komuni jkun jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli.

(73)Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku ma jkunux eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni meta l-promoturi, l-operaturi jew l-investituri tal-proġetti jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 , bħal f’każijiet ta’ kundanna minħabba frodi, korruzzjoni jew imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali. Jenħtieġ li jkun possibbli li proġett ta’ interess komuni jitneħħa mil-lista tal-Unjoni jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew jekk il-proġett ma jkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għal proġett ta’ interess komuni li jinsab fl-Istati Membri li jibbenefikaw minn deroga skont dan ir-Regolament, dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, meta jappoġġaw kwalunkwe applikazzjoni għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2022/869 għal tali proġetti, li l-proġetti ma jipprovdux benefiċċju dirett jew indirett lil persuni jew entitajiet li jkunu jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

(74)Jenħtieġ li l-għotjiet għal xogħlijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess reċiproku jkunu disponibbli bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk għall-proġetti ta’ interess komuni meta jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima u meta l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-pajjiż terz ikunu konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi.

(75)Jenħtieġ li l-Unjoni tiffaċilita proġetti tal-enerġija f’reġjuni żvantaġġati, inqas konnessi, periferiċi, ultraperiferiċi jew iżolati sabiex tippermetti l-aċċess għan-networks trans-Ewropej tal-enerġija sabiex taċċellera l-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili.

(76)F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 li jenħtieġ li l-ebda Stat Membru ma jibqa’ iżolat min-networks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015 jew jara s-sigurtà tal-enerġija tiegħu tiġi pperikolata minħabba n-nuqqas ta’ konnessjonijiet xierqa, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura aċċess għan-networks trans-Ewropej tal-enerġija billi jtemm l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ Ċipru u Malta, li għadhom ma humiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass. Dak l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq billi l-proġetti fil-fażi ta’ żvilupp jew ippjanar li jkunu ngħataw l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 2022/869 jitħallew iżommu l-istatus tagħhom sakemm Ċipru u Malta jkunu interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass jew sal-31 ta’ Diċembru 2029, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Minbarra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq tal-enerġija rinnovabbli, għall-flessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija, u għas-sigurtà tal-provvista, dawk il-proġetti jiżguraw aċċess għas-swieq futuri tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima.

(77)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-bidliet proposti skont dan ir-Regolament mal-qafas tal-Unjoni dwar is-swieq tal-elettriku, tal-gassijiet u tal-idroġenu, qed jiġu proposti emendi korrispondenti tal-Artikoli 3 u 11 tar-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 , tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2019/943 u tal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2024/1789. Dawk l-emendi huma relatati mal-użu tax-xenarju ċentrali fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, il-kunsiderazzjoni ta’ soluzzjonijiet mingħajr fili u alternattivi oħra għall-espansjoni tas-sistema u l-kjarifika tal-iskeda ta’ żmien tal-pjanijiet. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-Regolamenti jiġu emendati kif xieraq.

(78)Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tempestiv ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija essenzjali għall-Unjoni, it-tielet lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ sakemm tidħol fis-seħħ l-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jingħata lok għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-finanzjament tal-proġetti ta’ interess komuni fit-tielet lista tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 2022/869, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/869 jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ u jipproduċu effetti sad-dħul fis-seħħ tal-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament.

(79)Sabiex jiġi żgurat li l-lista tal-Unjoni tkun limitata għal proġetti li jikkontribwixxu l-aktar għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li, f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat, il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li temenda l-annessi ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi u tirrieżamina l-lista tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li japprovaw proġetti fil-lista tal-Unjoni relatati mat-territorji tagħhom.

(80)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat biex tiżviluppa x-xenarju ċentrali, li huwa bażi għall-ippjanar tan-network fil-livell tal-Unjoni.

(81)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom it-TSOs jistgħu jużaw l-introjtu mill-konġestjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom l-objettiv tal-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943 jitqies bħala ssodisfat b’mod adegwat.

(82)Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 64 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(83)Id-diskussjonijiet fil-Gruppi huma strumentali biex il-Kummissjoni tadotta l-atti delegati li jistabbilixxu l-lista tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li, sa fejn ikun possibbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmati dwar ir-riżultati tal-laqgħat tal-Gruppi u jkunu jistgħu jibagħtu esperti għal dawk il-laqgħat, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-għadd ta’ proġetti fil-listi tal-Unjoni s’issa, jenħtieġ li l-għadd totali ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni jibqa’ maniġġabbli, u, għalhekk, jenħtieġ li ma jaqbiżx b’mod sinifikanti l-220.

(84)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2019/942, (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789 jiġu emendati kif xieraq, u jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/869 jitħassar.

(85)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-interoperabbiltà tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija u l-konnessjoni ma’ dawk in-networks li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050, u għall-iżgurar tal-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema, il-kompetizzjoni li minnha jibbenefikaw l-Istati Membri kollha u prezzijiet affordabbli tal-enerġija, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp f’waqtu u għall-interoperabbiltà tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (kurituri u oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija) stabbiliti fl-Anness I li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u għall-iżgurar tal-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema u l-kompetizzjoni li minnha jibbenefikaw l-Istati Membri kollha, kif ukoll l-affordabilità tal-prezzijiet tal-enerġija.

2.B’mod partikolari, dan ir-Regolament:

(a)jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku stabbiliti fil-lista tal-Unjoni;

(b)jiffaċilita l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni billi jirrazzjonalizza, jikkoordina aktar mill-qrib u jaċċellera l-proċessi għall-ħruġ tal-permessi, u billi jtejjeb it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika;

(c)jipprovdi regoli għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u inċentivi marbuta mar-riskju għal proġetti fuq il-lista tal-Unjoni;

(d)jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolamenti (UE) 2018/1999, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789, u fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65  u fid-Direttivi (UE) 2019/944 u (UE) 2024/1788 japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li taqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II li tinsab fl-Unjoni, jew li tgħaqqad l-Unjoni ma’ pajjiż terzi;

(2)“konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta’ flussi fiżiċi f’sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta’ trażmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi, fost l-oħrajn, l-assenza ta’ infrastruttura;

(3)“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-dokument vinkolanti, disponibbli għall-promoturi tal-proġett f’forma bil-miktub jew elettronika, li jinkludi, jew jikkonsisti mid-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew minn awtoritajiet ta’ Stat Membru, li ma jkunux qrati jew tribunali, li jiddetermina jekk promotur ta’ proġett ikunx awtorizzat jew le jibni l-infrastruttura tal-enerġija sabiex iwettaq proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku billi jkollu l-possibbiltà li jibda, jew jakkwista u jibda, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa (fażi “lest għall-bini”) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv;

(4)“proġett” tfisser linja waħda jew diversi linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness II;

(5)“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness I u li jkun fil-lista tal-Unjoni;

(6)“proġett ta’ interess reċiproku” tfisser proġett promoss mill-Unjoni f’kooperazzjoni ma’ pajjiż terz, li jkun appoġġat mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament, jikkontribwixxi għall-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, jinsab fil-lista tal-Unjoni, u jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ infrastruttura tal-elettriku stabbiliti fil-punti (1)(a), (d) jew (h) tal-Anness II, u jorbot is-sistema tal-elettriku tal-Unjoni mal-grilja tal-elettriku ta’ pajjiż terz, jew jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ infrastruttura għall-idroġenu stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness II, jew jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ infrastruttura għas-CO2 stabbiliti fil-punti (4)(a) jew (c) ta’ dak l-Anness;

(7)“proġetti f’kompetizzjoni” tfisser proġetti li jindirizzaw għalkollox jew parzjalment l-istess ħtieġa ta’ infrastruttura identifikata;

(8)“promotur ta’ proġett” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni (TSO, transmission system operator), operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni (DSO, distribution system operator), operatur tan-network tal-idroġenu (HNO, hydrogen network operator) jew operatur jew investitur ieħor li jiżviluppa proġett fil-lista tal-Unjoni;

(b)f’każ li jkun hemm aktar minn wieħed min tali TSO, DSO, HNO, operatur jew investitur ieħor, jew kwalunkwe grupp magħmul minn dawn, l-entità b’personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli li tkun intgħażlet b’arranġament kuntrattwali bejniethom u li jkollha l-kapaċità li twettaq l-obbligi legali u li terfa’ r-responsabbiltà finanzjarja għan-nom tal-partijiet fl-arranġament kuntrattwali;

(9)“grilja intelliġenti tal-elettriku” tfisser network tal-elettriku, inkluż fuq gżejjer li ma jkunux interkonnessi jew li ma jkunux konnessi biżżejjed man-networks tal-enerġija trans-Ewropej, li jippermetti l-integrazzjoni kosteffiċjenti u l-kontroll attiv tal-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu, inklużi l-ġeneraturi, il-konsumaturi u l-prosumaturi, sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija ekonomikament effiċjenti u sostenibbli b’telf baxx u livell għoli ta’ integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ sikurezza, u li fih l-operatur tal-grilja jkun jista’ jimmonitorja b’mod diġitali l-azzjonijiet tal-utenti konnessi miegħu, u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-komunikazzjoni ma’ operaturi tal-grilja relatati, ma’ ġeneraturi, ma’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u ma’ konsumaturi jew ma’ prosumaturi, bl-għan li l-elettriku jiġi trażmess u distribwit b’mod sostenibbli, kosteffiċjenti u sigur;

(10)“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura f’konformità mal-Artikolu 76(1) tad-Direttiva (EU) 2024/1788 jew awtorità regolatorja fil-livell nazzjonali maħtura f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(11)“awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtorità regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri li jospitaw il-proġetti u fl-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv sinifikanti;

(12)“awtorità kkonċernata” tfisser awtorità li, skont id-dritt nazzjonali, tkun kompetenti biex toħroġ diversi permessi u awtorizzazzjonijiet relatati mal-ippjanar, id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ assi immobbli meħtieġa biex jitlesta proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku, inkluż l-infrastruttura tal-enerġija nnifisha, u l-awtorità kompetenti biex toħroġ permessi u awtorizzazzjonijiet relatati max-xogħlijiet meħtieġa biex jitlesta l-proġett;

(13)“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp, l-adattament għal skop ġdid u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett;

(14)“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa sabiex titħejja l-implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni minn qabel sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ tas-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(15)“ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jitħaddem ladarba jkun inbena;

(16)“assi ddedikati għall-idroġenu” tfisser infrastruttura tal-idroġenu ddisinjata għall-użu jew għat-trasport esklużiv ta’ idroġenu pur mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe xogħol ta’ adattament ulterjuri, inklużi networks ta’ pipelines jew faċilitajiet ta’ ħżin li jkunu għadhom kif inbnew ġodda, ġew adattati għal skop ġdid minn assi tal-gass naturali, jew it-tnejn li huma;

(17)“adattament għal skop ġdid” tfisser it-titjib jew il-modifika ta’ natura teknika ta’ infrastruttura eżistenti tal-gass naturali sabiex jiġi żgurat li din tiġi ddedikata għall-użu esklużiv tal-idroġenu;

(18)“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess li jiżgura li r-reżiljenza għall-impatti avversi potenzjali tat-tibdil fil-klima tal-infrastruttura tal-enerġija tinkiseb permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għall-klima u tar-riskji tal-klima, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ adattament rilevanti;

(19)“soluzzjonijiet mingħajr fili” tfisser investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija fl-elettriku, li jistgħu jżidu l-kapaċità tal-grilja disponibbli jew itejbu l-effiċjenza tat-tħaddim tal-grilja billi jużaw teknoloġiji li jsaħħu l-grilja, inkluż soluzzjonijiet diġitali.

KAPITOLU II

Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku

Artikolu 3

Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku

1.Gruppi reġjonali (“Gruppi”) għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness III. Is-sħubija f’kull Grupp għandha tkun ibbażata fuq kull kuritur u qasam prijoritarju u fuq il-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Il-Gruppi jistgħu jingħaqdu jew jiltaqgħu f’konfigurazzjonijiet differenti kif meħtieġ. Il-konfigurazzjoni tal-laqgħat transreġjonali tal-Gruppi kollha għandha tkun il-Grupp TEN-E. Is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Gruppi għandha tkun ristretta għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni (flimkien imsejħa “il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet”), u għandha tkun ibbażata fuq konsensus.

2.Il-Grupp TEN-E għandu jadotta regoli ta’ proċedura, filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III. Dawk ir-regoli ta’ proċedura għandhom japplikaw għall-Gruppi kollha.

3.Il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta lista reġjonali ta’ proġetti mfassla f’konformità: mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III; mal-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I; ma kemm kull proġett ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4.

Meta l-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:

(a)kull proposta individwali għal proġett għandha tirrikjedi l-approvazzjoni tal-Istati Membri li l-proġett ikun relatat mat-territorju tagħhom; meta Stat Membru ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, għandu jippreżenta r-raġunijiet sostanzjati tiegħu lill-korp deċiżjonali;

(b)għandu jqis il-parir tal-Kummissjoni bl-għan li fil-lista tal-Unjoni jkollu għadd totali ta’ proġetti li jkun maniġġabbli.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni, soġġett għall-Artikolu 172, it-tieni paragrafu, tat-Trattat.

Il-lista tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita kull sentejn, abbażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi deċiżjonali tal-Gruppi stabbiliti skont it-Taqsima 1, il-punt (1), tal-Anness III, billi jsegwu l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 2029.

Jekk att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma jkunx jista’ jidħol fis-seħħ minħabba oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 23(6), il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Gruppi sabiex jitfasslu listi reġjonali ġodda filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat ġdid li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli.

5.Meta tkun qed tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni billi tgħaqqad il-listi reġjonali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis kif xieraq id-deliberazzjonijiet tal-Gruppi:

(a)tiżgura li jiġu inklużi biss il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 4;

(b)tiżgura l-konsistenza transreġjonali;

(c)tqis l-opinjonijiet tal-Istati Membri msemmija fit-Taqsima 2, il-punt (10), tal-Anness III;

(d)timmira li tiżgura għadd totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni.

6.Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (f) u (h) tal-Anness II, kif rilevanti, għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti adottati f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943 u mill-pjanijiet nazzjonali rilevanti ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network adottati f’konformità mal-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944. Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness II, kif rilevanti, għandhom isiru parti integrali mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-idroġenu skont l-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u minn pjanijiet nazzjonali oħra tal-infrastruttura, kif xieraq. Dawk il-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli f’kull wieħed minn dawk il-pjanijiet nazzjonali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-proġetti f’kompetizzjoni jew għall-proġetti li ma jkunux laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

7.Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (f) u (h) u fil-punt (2) tal-Anness II, kif rilevanti, u li jkunu proġetti f’kompetizzjoni jew proġetti li ma jkunux laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d) tal-Anness III jistgħu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network u pjanijiet ta’ infrastruttura nazzjonali oħra, kif xieraq, bħala proġetti li qed jiġu kkunsidrati.

Artikolu 4

Kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-Gruppi

1.Proġett ta’ interess komuni għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali li ġejjin:

(a)il-proġett ikun meħtieġ għal mill-inqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I;

(b)il-benefiċċji ġenerali potenzjali tal-proġett, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rilevanti fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fuq terminu itwal;

(c)il-proġett jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)jinvolvi tal-inqas żewġ Stati Membri billi jaqsam direttament jew indirettament, il-fruntiera ta’ żewġ Stati Membri jew aktar permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz;

(ii)ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, jew internament jew fuq il-baħar, inkluż fi gżejjer, u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stipulat fil-punt (1) tal-Anness IV.

2.Proġett ta’ interess reċiproku għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali kollha li ġejjin:

(a)il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1), u dawk tal-pajjiż terz, b’mod partikolari billi ma jxekkilx il-kapaċità tal-pajjiż terz milli jelimina gradwalment l-assi li jiġġeneraw il-fjuwils fossili għall-konsum domestiku tiegħu, u għas-sostenibbiltà;

(b)il-benefiċċji ġenerali potenzjali tal-proġett, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rilevanti fil-paragrafu 3, għall-Unjoni, jew b’mod kumulattiv għall-Unjoni u għall-parti kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jew għall-pajjiż taż-ŻEE direttament involut fil-proġett, jisbqu l-kostijiet tiegħu għall-Unjoni, jew b’mod kumulattiv għall-Unjoni u għall-parti kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jew għall-pajjiż taż-ŻEE, kif rilevanti, inkluż fuq terminu itwal;

(c)il-proġett jgħaqqad direttament it-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed mat-territorju ta’ pajjiż terz billi jgħaqqad direttament lill-Istat Membru rilevanti mal-ewwel punt ta’ konnessjoni fin-network tal-elettriku tal-pajjiż terz jew l-ewwel punt ta’ konnessjoni tal-idroġenu jew tas-CO2 fil-pajjiż terz, u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness IV;

(d)għall-parti tal-proġett li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-proġett ikun konformi mad-Direttivi (UE) 2019/944 u (UE) 2024/1788 meta jkun jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(e)hemm livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas ta’ politika tal-pajjiż terz involut u huma evidenti mekkaniżmi ta’ infurzar legali li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw:

(i)il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija fl-Unjoni;

(ii)is-sigurtà tan-network u s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, fuq il-bażi, fost l-oħrajn, ta’ sorsi diversi, kooperazzjoni u solidarjetà;

(iii)sistema tal-enerġija, inkluż il-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, miexja lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u mal-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, b’mod partikolari, l-evitar tat-tnixxija tal-karbonju;

(f)il-pajjiż terz involut jappoġġa l-istatus ta’ prijorità tal-proġett, kif stabbilit fl-Artikolu 7, u investimenti oħrajn fil-pajjiż terz meħtieġa biex iseħħu l-benefiċċji tal-proġett kif imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, u jintrabat b’mod espliċitu li jikkonforma ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u ma’miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorji kif applikati għall-proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni.

Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4)(c) tal-Anness II, il-proġett għandu jkun meħtieġ biex jippermetti t-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju u l-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-proġett għandu jkollu qafas legali adegwat ibbażat fuq mekkaniżmi ta’ infurzar evidentement effettivi biex jiġi żgurat li l-istandards u s-salvagwardji li jipprevjenu kwalunkwe tnixxija tad-dijossidu tal-karbonju japplikaw għall-proġett. Fir-rigward tal-klima, tas-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistemi, is-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju għandhom jiġu żgurati, u għandhom tal-inqas jilħqu l-istess livell bħal dawk previsti mid-dritt tal-Unjoni.

3.Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti ta’ interess komuni u għall-proġetti ta’ interess reċiproku, kif rilevanti, li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:

(a)għall-proġetti tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (f) u (h) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, it-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin, u biex jitnaqqas it-tnaqqis tal-enerġija, fejn applikabbli, u jikkontribwixxi għal tal-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i)l-integrazzjoni tas-suq, inkluż billi jneħħi l-iżolament tal-enerġija ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-tnaqqis tal-konġestjonijiet fl-infrastruttura tal-enerġija, il-kompetizzjoni, l-interoperabbiltà u l-flessibbiltà tas-sistema;

(ii)is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-interoperabbiltà, tal-flessibbiltà tas-sistema, taċ-ċibersigurtà, tal-konnessjonijiet xierqa u tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema;

(b)għal proġetti tal-grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(g) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, u jikkontribwixxi għal tal-inqas tnejn mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i)is-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-effiċjenza u tal-interoperabbiltà tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku fit-tħaddim ta’ kuljum tan-network, l-evitar tal-konġestjoni, u l-integrazzjoni u l-involviment tal-utenti tan-network;

(ii)l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tat-tħaddim effiċjenti tas-sistema u l-użu tal-interkonnetturi;

(iii)is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, inkluż permezz ta’ użu akbar tal-innovazzjoni fl-ibbilanċjar, fis-swieq tal-flessibbiltà, fiċ-ċibersigurtà, fil-monitoraġġ, fil-kontroll tas-sistema u fil-korrezzjoni tal-iżbalji;

(iv)l-integrazzjoni ta’ setturi intelliġenti, jew fis-sistema tal-enerġija permezz tal-kollegament ta’ vetturi u setturi tal-enerġija differenti, jew b’mod usa’, billi jiffavorixxi sinerġiji u koordinazzjoni bejn is-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni;

(c)għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi għall-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i)is-sigurtà tal-provvista, inkluż billi jipproteġi l-assi mir-riskji u jikkontribwixxi għall-miżuri identifikati skont l-Artikoli 7 u 11 tar-Regolament (UE) 2019/941 dwar it-tħejjija għar-riskju fis-settur tal-elettriku;

(ii)is-sigurtà tan-network, inkluż permezz ta’ miżuri li jiffaċilitaw livell ogħla ta’ sigurtà fiżika u ċibersigurtà, monitoraġġ u kontroll tas-sistema;

(d)għall-proġetti tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (4) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-installazzjonijiet industrijali konnessi u jikkontribwixxi għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

(i)l-evitar ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju filwaqt li tinżamm is-sigurtà tal-provvista;

(ii)iż-żieda fir-reżiljenza u s-sigurtà tat-trasport u tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;

(iii)l-użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jippermetti l-konnessjoni ta’ diversi sorsi u siti tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju permezz ta’ infrastruttura komuni u billi jimminimizza l-piż u r-riskji ambjentali;

(e)għall-proġetti tal-idroġenu li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà, inkluż billi jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi jsaħħaħ l-użu ta’ idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’enfasi fuq l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli b’mod partikolari f’applikazzjonijiet tal-użu aħħari, bħas-setturi diffiċli li jitrażżnu, li fihom ma humiex fattibbli soluzzjonijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u billi jappoġġa l-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli billi joffri soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà, ta’ ħżin, jew it-tnejn li huma, u l-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i)l-integrazzjoni tas-suq, inkluż permezz tal-konnessjoni ta’ networks eżistenti jew emerġenti tal-idroġenu tal-Istati Membri, jew b’xi mod ieħor jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ network għall-Unjoni kollha għat-trasport u għall-ħżin tal-idroġenu, u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi konnessi;

(ii)is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà, inkluż permezz ta’ konnessjonijiet xierqa u l-iffaċilitar ta’ tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema;

(iii)il-kompetizzjoni, inkluż billi jippermetti l-aċċess għal diversi sorsi ta’ provvista u utenti tan-network fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja;

(f)għall-elettrolizzaturi li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

(i)is-sostenibbiltà, inkluż billi jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jtejjeb l-użu ta’ idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’mod partikolari minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll fjuwils sintetiċi minn dawk l-oriġini;

(ii)is-sigurtà tal-provvista, inkluż billi jikkontribwixxi għat-tħaddim sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema, jew billi joffri soluzzjonijiet ta’ ħżin, ta’ flessibbiltà, jew it-tnejn li huma, bħal servizzi ta’ rispons fin-naħa tad-domanda u servizzi ta’ bbilanċjar;

(iii)il-faċilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin billi jiffaċilita l-integrazzjoni ta’ setturi tal-enerġija intelliġenti permezz tal-ħolqien ta’ konnessjonijiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija.

4.Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-indikaturi stabbiliti fil-punti (3) sa (8) tal-Anness IV.

5.Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta’ interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f’lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija b’mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta’ valutazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kontribut aggregat għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dik il-valutazzjoni għandha twassal għal klassifikazzjoni tal-proġetti għall-użu intern tal-Grupp. La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni ma għandu jkollhom xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal xi skop sussegwenti ħlief kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (15), tal-Anness III.

Meta jivvaluta l-proġetti, sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ valutazzjoni konsistenti fost il-Gruppi, kull Grupp għandu jqis kif xieraq:

(a)l-urġenza u l-kontribut ta’ kull proġett propost sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

(b)il-komplementarjetà ta’ kull proġett propost ma’ proġetti proposti oħra, inkluż proġetti f’kompetizzjoni jew potenzjalment f’kompetizzjoni;

(c)is-sinerġiji possibbli mal-kurituri u mal-oqsma prijoritarji identifikati taħt networks trans-Ewropej għat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;

(d)għall-proġetti proposti li, fiż-żmien tal-valutazzjoni, ikunu proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ trasparenza previsti minn dan ir-Regolament;

(e)kwalunkwe sjieda diretta jew indiretta ta’ pajjiż terz bħala benefiċjarju, azzjonist jew benefiċjarju finali bħala promotur ta’ proġett fi kwalunkwe wieħed mill-proġetti proposti.

Fir-rigward ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(g) tal-Anness II, u għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(e) tal-Anness II, għandha ssir klassifikazzjoni għal dawk il-proġetti li jaffettwaw lill-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni xierqa lill-għadd ta’ utenti affettwati mill-proġett, lill-konsum annwali tal-enerġija u lis-sehem tal-ġenerazzjoni minn riżorsi varjabbli fiż-żona koperta minn dawk l-utenti.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni

1.Il-promoturi tal-proġetti għandhom ifasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni fi żmien xahrejn mill-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-Unjoni, bi skeda ta’ żmien li tinkludi dawn kollha li ġejjin:

(a)studji dwar il-fattibbiltà u d-disinn, inkluż studji dwar il-valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u s-sigurtà fiżika u ċibernetika, ibbażati fuq ir-rekwiżiti tad-Direttivi (UE) 2022/2557 u (UE) 2022/2555, fejn applikabbli, kif ukoll dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, u mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;

(b)l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata;

(c)il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar;

(d)il-proċess għall-ħruġ tal-permessi msemmi fl-Artikolu 10(9), il-punt (c).

2.It-TSOs, id-DSOs, l-HNOs u operaturi oħra għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni fiż-żona tagħhom.

3.L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) u l-Gruppi kkonċernati għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, isejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti u jistiednu lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni pprovduta fuq il-post.

4.Sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tidħol fis-seħħ u tibda tipproduċi effetti l-lista tal-Unjoni li fiha jkun inkluż il-proġett, u kull sena sussegwenti, il-promoturi tal-proġetti għandhom jippreżentaw rapport għal kull proġett ta’ interess komuni u proġett ta’ interess reċiproku li jippromwovu, lill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1).

Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar:

(a)il-progress li jkun sar fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar tal-proġett kif stabbilit fil-pjan ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi u l-proċedura ta’ konsultazzjoni, kif ukoll dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, mal-prinċipju li l-proġett “ma jagħmilx ħsara sinifikanti” lill-ambjent, il-miżuri li jkunu ttieħdu ta’ adattament għall-klima, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni li jkunu ttieħdu wara l-valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-proġett skont l-Artikolu 5(1), il-punt (a), fejn rilevanti u bbażati fuq ir-rekwiżiti tad-Direttivi (UE) 2022/2557 u (UE) 2022/2555 fejn applikabbli;

(b)fejn ikun rilevanti, kwalunkwe dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra li jkunu nqalgħu;

(c)fejn ikun rilevanti, pjan ta’ implimentazzjoni rivedut bit-tir li jingħeleb id-dewmien.

5.Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena wara li l-promotur tal-proġett jippreżenta r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija u lill-Grupp rilevanti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ssupplimentat b’informazzjoni dwar il-progress u, fejn rilevanti, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni u fil-proċessi għall-ħruġ tal-permessi ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni li jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom, inkluż ir-raġunijiet għal dan id-dewmien. Il-kontribut tal-awtoritajiet kompetenti għar-rapport għandu jkun immarkat u abbozzat b’mod ċar mingħajr ma jiġi mmodifikat it-test tar-rapport ipprovdut mill-promoturi tal-proġetti.

6.Sat-30 ta’ April ta’ kull sena li fiha għandha tiġi adottata lista ġdida tal-Unjoni, l-Aġenzija jenħtieġ li tippreżenta lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jkunu soġġetti għall-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jevalwa l-progress miksub u t-tibdiliet mistennija fil-kostijiet tal-proġetti, u l-evalwazzjoni tal-kostijiet tal-proġett mistennija, u, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet li jkunu nqalgħu. Dak ir-rapport konsolidat għandu jevalwa wkoll l-implimentazzjoni tal-Artikolu 3(6) u (7) fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. 

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet kompetenti li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.

7.Meta l-ikkummissjonar ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni jittardja meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, għajr għal raġunijiet prevalenti li jaqgħu barra mill-kontroll tal-promotur tal-proġett, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)sa fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 55(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u fl-Artikolu 51(7), il-punti (a), (b) jew (c) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jkunu applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali rispettiv, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment isir;

(b)meta l-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu ma jkunux applikabbli, il-promotur tal-proġett għandu jagħżel parti terza, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-ikkummissjonar stabbilita fil-pjan ta’ implimentazzjoni, sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett kollu jew parti minnu;

(c)meta parti terza ma tintgħażilx f’konformità mal-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-punt (b), taħtar parti terza li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett;

(d)meta d-dewmien meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni jaqbeż is-26 xahar, il-Kummissjoni, soġġett għall-qbil u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kkonċernati, tista’ tniedi sejħa għal proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li tkun tista’ ssir promotur ta’ proġett sabiex tibni l-proġett f’konformità ma’ skeda ta’ żmien miftiehma;

(e)meta jiġu applikati l-miżuri msemmija fil-punti (c) jew (d), l-operatur tas-sistema li fiż-żona tiegħu jinsab l-investiment għandu: jipprovdi lill-operaturi ta’ implimentazzjoni jew lill-investituri jew lill-parti terza bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitwettaq l-investiment; iqabbad assi ġodda man-network ta’ trażmissjoni; jew, fejn applikabbli, man-network ta’ distribuzzjoni u ġeneralment għandu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u t-tħaddim u l-manutenzjoni siguri, affidabbli u effiċjenti tal-proġett fil-lista tal-Unjoni.

8.Proġett fil-lista tal-Unjoni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(4) jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew jekk il-proġett ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni.

9.Il-proġetti li ma jibqgħux fil-lista tal-Unjoni għandhom jitilfu d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni jew ta’ proġett ta’ interess reċiproku previsti f’dan ir-Regolament.

Madankollu, proġett li ma jkunx baqa’ fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni sabiex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III, ħlief meta l-proġett ikun tneħħa mil-lista tal-Unjoni għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

10.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija lil kwalunkwe proġett fil-lista tal-Unjoni qabel ma jitneħħa mil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 6

Koordinaturi Ewropej

1.Meta proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku jiltaqa’ ma’ diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taħtar, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena, li jista’ jiġġedded darbtejn.

2. Il-koordinatur Ewropew għandu:

(a)jippromwovi l-proġetti, li għalihom ikun inħatar bħala koordinatur Ewropew u d-djalogu transfruntier bejn il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati interessati kollha;

(b)jassisti u jikkoordina lill-partijiet kollha kif ikun meħtieġ fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati interessati, fid-diskussjoni dwar rotot alternattivi, fejn xieraq, u fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti;

(c)meta jkun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġetti dwar il-finanzjament tal-proġett;

(d)jiżgura li jingħataw l-appoġġ u d-direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

(e)jippreżenta kull sena mid-data tal-ħatra tiegħu u, meta jkun xieraq, meta jintemm il-mandat tiegħu, rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultà u ostaklu li x’aktarx idewmu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti; fejn xieraq, ir-rapport għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jingħelbu l-ostakli u d-diffikultajiet.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-koordinatur Ewropew imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati.

3.Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel wara proċess miftuħ, nondiskriminatorju u trasparenti u fuq il-bażi tal-esperjenza ta’ kandidat fir-rigward tal-kompiti speċifiċi li jkun ġie assenjat għall-proġetti kkonċernati.

4.Id-deċiżjoni ta’ ħatra tal-koordinatur Ewropew għandha tispeċifika t-termini ta’ referenza, filwaqt li tispjega d-durata tal-mandat, il-kompiti speċifiċi u l-iskadenzi korrispondenti, u l-metodoloġija li għandha tiġi segwita. L-isforz ta’ koordinazzjoni għandu jkun proporzjonat għall-kumplessità u għall-kostijiet stmati tal-proġetti.

5.L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur Ewropew fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

KAPITOLU III

Ħruġ ta’ permessi u parteċipazzjoni pubblika

Artikolu 7

Status ta’ prijorità tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni

1.Il-lista tal-Unjoni għandha tistabbilixxi, għall-finijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni maħruġa fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi, il-ħtieġa tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni mill-perspettiva tal-politika dwar l-enerġija u l-klima, mingħajr preġudizzju għall-post eżatt, ir-rotta jew it-teknoloġija tal-proġetti.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-proġetti f’kompetizzjoni jew għall-proġetti li ma jkunux laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

2.Għall-fini li jiġi żgurat l-ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-fajls tal-applikazzjonijiet relatati mal-proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet kollha kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-fajls jiġu pproċessati bl-aktar mod rapidu possibbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.

3.Il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandu jkollhom l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli, meta tali status jeżisti fid-dritt nazzjonali u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi, inkluż dawk relatati mal-valutazzjonijiet ambjentali, fl-ippjanar spazjali, u fil-kisba ta’ kurituri tal-linji tal-elettriku u esproprjazzjoni ta’ art meħtieġa.

4.Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji kollha relatati ma’ proġetti fil-lista tal-Unjoni quddiem kwalunkwe qorti, tribunal jew bord nazzjonali, inkluż il-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, meta dawn ikunu jeżistu fid-dritt nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sakemm id-dritt nazzjonali jipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza.

5.Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE u fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi jiġu ssodisfati, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura msemmija fil-punti (2), (3) u (4) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku minn perspettiva tal-politika tal-enerġija, u jistgħu jitqiesu li jkollhom interess pubbliku prevalenti.

Meta tkun meħtieġa l-opinjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, il-Kummissjoni u l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni fir-rigward tal-interess pubbliku prevalenti ta’ proġett tittieħed fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw għall-proġetti f’kompetizzjoni jew għall-proġetti li ma jkunux laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

6.Sakemm tinkiseb in-newtralità klimatika fil-livell tal-Unjoni, fil-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura msemmija fil-punt (1) tal-Anness II jaqgħu taħt id-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(8) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u huma preżunti li huma fl-interess pubbliku prevalenti u li jaqdu s-saħħa u s-sikurezza pubblika meta jiġu bbilanċjati l-interessi legali f’każijiet individwali għall-finijiet tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 16(1), il-punt (c), tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/147/KE. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi, jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-preżunzjoni għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, għal ċerti tipi ta’ teknoloġija jew għal proġetti b’ċerti karatteristiċi tekniċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-ippjanar u għall-ħruġ tal-permessi, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ infrastruttura msemmija fil-punt (1) tal-Anness II jingħataw prijorità meta jiġu bbilanċjati l-interessi legali f’każijiet individwali għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu bl-eċċezzjoni tal-wirt kulturali abbażi ta’ kriterji legali biex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-proġetti f’kompetizzjoni jew għall-proġetti li ma jkunux laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

7.Sakemm tinkiseb in-newtralità klimatika fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ infrastruttura msemmija fil-punt (1) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament li huma inklużi espressament fi Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali li kien soġġett għal valutazzjoni ambjentali strateġika f’konformità mad-Direttiva 2001/42, u, meta x’aktarx ikollu impatt sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000, għall-valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri jistgħu, sa fejn il-proġett jikkonforma mal-qafas tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali vvalutat u ma jmurx lil hinn minnu:

(a)jeżentaw dawk il-proġetti mill-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, u

(b)jeżentaw dawk il-proġetti minn valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE u mill-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE.

Għall-proġetti li jinsabu f’siti ta’ Natura 2000 u f’żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi ta’ protezzjoni nazzjonali, jew li jgħaddu minn ġo fihom, l-eżenzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu applikabbli biss f’każ li ma jkun hemm l-ebda alternattiva proporzjonata għall-użu tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sit. Il-proġetti msemmija fl-Anness II, il-punt 1(c) għandhom jeskludu s-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati taħt skemi nazzjonali ta’ protezzjoni.

8.Meta l-Istati Membri japplikaw l-eżenzjonijiet skont il-paragrafu 7, huma għandhom jiżguraw li r-regoli dwar miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni li jridu jiġu adottati għall-proġetti fuq il-lista tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ infrastruttura msemmija fl-Anness II, il-punt (1) jiġu identifikati abbażi tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali, sabiex jiġi evitat l-impatt ambjentali avvers li jista’ jinħoloq jew, meta dan ma jkunx possibbli, biex dan jittaffa b’mod sinifikanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa jiġu applikati fil-ħin biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE u fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex jevitaw id-deterjorament u jiksbu status ekoloġiku tajjeb jew potenzjal ekoloġiku tajjeb f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/60/KE.

Il-konformità tal-proġetti individwali mar-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa għandhom iwasslu għall-preżunzjoni li l-proġetti ma jiksrux id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak is-subparagrafu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2001/42/KE, inkluż l-identifikazzjoni tal-pubbliku affettwat jew li x’aktarx jiġi affettwat kif ukoll l-Istati Membri li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta’ dak il-Pjan u tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ infrastruttura msemmija fil-punt (1) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament inklużi f’dak il-Pjan.

10.Għall-proġetti li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw eżenzjonijiet skont il-paragrafu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu skrinjar biex jidentifikaw:

(a)jekk il-proġett x’aktarx li joħloq effetti avversi sinifikanti, li ma kinux identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, fejn rilevanti, id-Direttiva 92/43/KEE.

(b)jekk il-proġett jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali minħabba l-probabbiltà ta’ effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew minħabba t-talba ta’ Stat Membru li x’aktarx jiġi affettwat b’mod sinifikanti.

Dan l-iskrinjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi ffinalizzat fi żmien 45 jum min-notifika tal-promotur tal-proġett imsemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 10.

11.Meta proġett fit-territorju ta’ Stat Membru x’aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stati Membri oħra, l-Istat Membru fejn jinsab il-proġett għandu jiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Artikoli 2 sa 7 tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali.

12.Meta l-proċess ta’ skrinjar jidentifika proġett li x’aktarx joħloq effetti avversi sinifikanti mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-promotur tal-proġett li l-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu huma meħtieġa u jiżguraw, abbażi tad-data eżistenti, li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati għal dawn il-proġetti biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE. Meta ma jkunx possibli li jiġu applikati tali miżuri ta’ mitigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-promoturi tal-proġetti jadottaw miżuri ta’ kumpens xierqa biex jindirizzaw dawk l-effetti, li, jekk miżuri ta’ kumpens oħrajn ma jkunux disponibbli, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet, sabiex jiġi żgurat jew imtejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.

13.Meta jiġi vvalutat jekk jeżistux soluzzjonijiet alternattivi sodisfaċenti għal proġetti fuq il-lista tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ infrastruttura msemmija fil-punti (2), (3) u (4) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet tal-Artikolu 6(4) u tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7), il-punt (d), tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE, il-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda alternattiva sodisfaċenti għandha tiġi ssodisfata jekk ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi sodisfaċenti li jkunu kapaċi jilħqu l-istess objettiv tal-proġett inkwistjoni, f’termini tal-iżvilupp tal-istess kapaċità permezz tal-istess teknoloġija fl-istess perjodu ta’ żmien jew wieħed simili u mingħajr ma jirriżultaw f’kostijiet ferm ogħla.

14.Meta jimplimentaw miżuri ta’ kumpens għal proġetti fil-lista tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ infrastruttura msemmija fil-punti (2), (3) u (4) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li tali miżuri ta’ kumpens jitwettqu b’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-proġett, f’każijiet ġustifikati u fejn jista’ jintwera b’mod raġonevoli li l-pjan jew il-proġett ma jaffettwax b’mod irriversibbli l-proċessi ekoloġiċi essenzjali għaż-żamma tal-istruttura u l-funzjonijiet tas-sit u jikkomprometti l-koerenza ġenerali tan-network Natura 2000 qabel ma jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ kumpens. L-Istati Membri jistgħu jippermettu, f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li dawk il-miżuri ta’ kumpens jiġu adattati maż-żmien, skont jekk l-effetti negattivi sinifikanti jkunux mistennija li jirriżultaw fuq terminu qasir, medju jew twil.

15.Rigward il-valutazzjoni, is-soluzzjonijiet alternattivi sodisfaċenti għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ infrastruttura msemmija fil-punt (1) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens għal dawk il-proġetti, għandu japplika l-Artikolu 8a tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Artikolu 8

Organizzazzjoni tal-proċess għall-ħruġ ta’ permessi

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li awtorità nazzjonali kompetenti waħda tkun responsabbli sabiex:

(a)taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-promoturi tal-proġetti fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi, billi twieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom, timmedja l-kuntatti kollha mal-awtoritajiet ikkonċernati u tappoġġahom bl-għarfien u bl-informazzjoni bl-għan li l-proċess ikun kemm jista’ jkun rapidu;

(b)tirċievi applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ permessi mingħand il-promoturi ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni u d-dokumenti rilevanti kollha f’forma elettronika u tqassamhom lill-awtoritajiet ikkonċernati;

(c)tiffaċilita u tikkoordina l-proċess għall-ħruġ ta’ permessi ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni fit-territorju tagħha ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra, tiddetermina, f’kooperazzjoni magħhom, liema awtorizzazzjonijiet, permessi u valutazzjonijiet ikunu meħtieġa biex jitlesta l-proċess għall-ħruġ tal-permessi u tasal għal deċiżjoni komprensiva f’konformità mal-paragrafu 3. Dan jinkludi l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-istudji, il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni li l-promoturi tal-proġetti huma mistennija li jipproduċu;

(d)tikkoopera u tikkomunika mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Stati Membri oħra biex tiffaċilita u tikkoordina l-proċess għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni fit-territorju tagħha, u mal-awtoritajiet għall-ħruġ tal-permessi f’pajjiżi terzi fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess reċiproku, inkluż: billi tallinja l-konsultazzjonijiet pubbliċi għal proġetti transfruntieri, f’konformità mal-Artikolu 9(5); billi tikkondividi informazzjoni dwar impatti transfruntieri sinifikanti probabbli, f’konformità mal-Artikolu 9(6); billi tallinja l-iskeda ta’ żmien u r-rekwiżiti għall-istudji, il-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet li jridu jitwettqu; u, billi torganizza l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(9);

(e)timmonitorja l-iżvilupp u d-dewmien tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni fit-territorju tar-responsabbiltà tagħha, inkluż billi tirċievi u tapprova rapporti ppreżentati mill-promoturi tal-proġetti f’konformità mal-Artikolu 5(4) u tirrapporta lill-Aġenzija u lill-Gruppi rilevanti dwar l-iżvilupp u d-dewmien tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jinsab fit-territorju tagħha f’konformità mal-Artikolu 5(5).

F’każ ta’ aġġornament jew ta’ bidliet fl-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni malli jiġi deċiż it-tibdil u għandhom jinfurmawha meta dawn il-bidliet jipproduċu effetti.

2.Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u l-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil awtorità oħra, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni jew għal kull kategorija partikolari ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, jew għal kull żona ġeografika, dment li:

(a)l-awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni b’dik id-delega u l-informazzjoni f’dik in-notifika tkun magħmula faċilment disponibbli għall-pubbliku inkluż fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7);

(b)awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett, jew kategorija ta’ proġetti, fil-lista tal-Unjoni, u tkun il-punt uniku ta’ kuntatt għall-promoturi tal-proġetti, filwaqt li tassumi r-responsabbiltajiet kollha fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva fi żmien l-iskadenza legali prevista fl-Artikolu 10(2) u tikkoordina l-preżentazzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha inkluż lil kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata;

(c)irrispettivament mid-delega, l-awtorità nazzjonali kompetenti tibqa’ responsabbli biex tiġbor flimkien ir-rapporti ppreżentati mill-promoturi tal-proġetti f’konformità mal-Artikolu 5(4) u tirrapporta lill-Aġenzija u lill-Gruppi rilevanti f’konformità mal-Artikolu 5(5).

L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tkun responsabbli wkoll biex tistabbilixxi t-termini, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

3.L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li toħroġ id-deċiżjoni komprensiva fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost l-iskemi li ġejjin, filwaqt li jqisu liema skema hija l-aktar effettiva fid-dawl tad-dritt nazzjonali, l-ippjanar nazzjonali u l-ispeċifiċitajiet tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi, u jekk tistax tiġi implimentata b’mod li jikkontribwixxi għall-ħruġ l-aktar effiċjenti u f’waqtu tad-deċiżjoni komprensiva:

(a)skema integrata:

(i)id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċess statutorju għall-ħruġ tal-permessi;

(ii)meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, dawn jistgħu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura u dan għandu jitqies mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(b)skema koordinata:

(i)id-deċiżjoni komprensiva tinkludi diversi deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa mid-diversi awtoritajiet ikkonċernati u tkun ikkoordinata ċentralment mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(ii)l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma fejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati jkunu rrappreżentati sabiex ifassal l-iskrinjar jew l-iskeda dettaljata għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi f’konformità mal-Artikolu 10(9), il-punt (b), u sabiex jimmonitorja u jikkoordina l-implimentazzjoni tagħha;

(iii)wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi fuq bażi ta’ każ b’każ terminu raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali bl-għan li timminimizza d-durata tal-proċess mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2);

(iv)l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tkun tista’ tieħu deċiżjoni individwali f’isem awtorità oħra kkonċernata, meta d-deċiżjoni ta’ dik l-awtorità ma tingħatax fil-limitu ta’ żmien stabbilit u meta d-dewmien ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat b’mod adegwat. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ wkoll tinjora deċiżjoni individwali ta’ awtorità oħra kkonċernata jekk tqis li d-deċiżjoni ma tkunx issostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza sottostanti ppreżentata minn dik l-awtorità kkonċernata;

(c)skema kollaborattiva:

(i)id-deċiżjoni komprensiva għandha tkun magħmula minn diversi deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet ikkonċernati u kkoordinati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(ii)l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma fejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati jkunu rrappreżentati sabiex ifassal l-iskrinjar jew l-iskeda dettaljata għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi f’konformità mal-Artikolu 10(9), u sabiex jimmonitorja u jikkoordina l-implimentazzjoni tagħha;

(iii)wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi fuq bażi ta’ każ b’każ limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali bl-għan li timminimizza d-durata tal-proċess mingħajr preġudizzju għat-termini stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2);

(iv)l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmonitorja l-konformità tal-awtoritajiet ikkonċernati mat-termini u, f’każ ta’ dewmien, għandha tieħu miżuri bl-għan li timminimizza d-durata tal-proċess;

(v)meta Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu.

L-awtoritajiet ikkonċernati għandhom, f’konformità mal-iskema għall-ħruġ tal-permessi magħżula mill-Istati Membri, jew jiddelegaw il-kompetenzi meħtieġa lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-awtorità nazzjonali kompetenti biex jiżguraw il-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

Meta awtorità kkonċernata ma tkunx qed tistenna li tagħti deċiżjoni individwali fil-limitu ta’ żmien stabbilit, dik l-awtorità għandha minnufih tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti, u tipprovdi raġunijiet għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ieħor li fih għandha tinħareġ dik id-deċiżjoni individwali, f’konformità mal-limiti ta’ żmien ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

4.L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskemi stabbiliti fil-paragrafu 3 għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni fuq l-art u fuq il-baħar.

Fil-każ ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni li jkunu intrinsikament marbuta ma’ assi ta’ ġenerazzjoni, bħall-proġetti inklużi fil-kategoriji tal-infrastruttura previsti mill-punti (1)(b) jew (h) tal-Anness II, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi tal-proġett rispettiv fil-lista tal-Unjoni mal-ħruġ tal-permessi għall-assi ta’ ġenerazzjoni sabiex l-iskedi ta’ żmien ikunu koeżivi u flimkien jimmiraw li jiksbu l-ħruġ ta’ permessi l-aktar effiċjenti u f’waqtu possibbli għall-assi kollha relatati mal-proġett.

5.Meta proġett fil-lista tal-Unjoni jkun jinsab fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi tagħhom għandhom jaħtru b’mod konġunt waħda minnhom biex taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt responsabbli biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u awtoritajiet oħra kkonċernati dwar il-proċess għall-ħruġ tal-permessi, kif ukoll, biex toħroġ id-deċiżjonijiet komprensivi finali f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċedura konġunta li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi tagħhom ikkonċernati, joħolqu sinerġiji proċedurali u jallinjaw l-iskedi ta’ żmien biex jiffaċilitaw il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali, u l-konsultazzjonijiet pubbliċi meħtieġa skont l-Artikolu 9.

Fuq talba mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha r-rwol ta’ faċilitatur biex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-ftehim dwar proċedura konġunta unifikata billi tipprovdi opinjoni u tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aspetti proċedurali.

Artikolu 9

Trasparenza u parteċipazzjoni pubblika

1.Sal-24 ta’ Ottubru 2027, l-Istat Membru jew l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fejn meħtieġ, f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra, tippubblika manwal aġġornat tal-proċeduri għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi applikabbli għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni sabiex tinkludi tal-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-punt (1) tal-Anness VI. Il-manwal ma għandux ikun legalment vinkolanti, iżda għandu jirreferi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti jew jikkwotahom. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fejn rilevanti, jikkooperaw u jsibu sinerġiji mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jallinjaw l-iskedi ta’ żmien u jiffaċilitaw il-proċess għall-ħruġ tal-permessi, inkluż għall-iżvilupp tal-manwal tal-proċeduri.

2.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni pubblika skont il-liġi ambjentali, il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-Konvenzjoni ta’ Espoo u d-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-partijiet kollha involuti fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi għandhom isegwu l-prinċipji għall-parteċipazzjoni pubblika stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness VI.

3.Fi żmien perjodu indikattiv ta’ 3 xhur wara l-bidu tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi skont l-Artikolu 10(5), il-promotur tal-proġett għandu jfassal u jippreżenta kunċett għall-parteċipazzjoni pubblika lill-awtorità nazzjonali kompetenti, billi jsegwi l-proċess deskritt fil-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI.

4.L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha titlob emendi jew tapprova l-kunċett għall-parteċipazzjoni pubblika fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-kunċett, filwaqt li tqis, mingħajr il-ħtieġa ta’ ripetizzjoni, kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjoni pubbliċi li tkun seħħet qabel ma beda l-proċess għall-ħruġ tal-permessi, sakemm tali parteċipazzjoni u konsultazzjoni pubbliċi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-promotur ta’ proġett ikun beħsiebu jagħmel bidliet sinifikanti f’kunċett approvat għall-parteċipazzjoni pubblika, huwa għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti b’dan. F’dak il-każ l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob emendi addizzjonali.

5.Meta ma jkunx diġà meħtieġ mid-dritt nazzjonali, il-promotur tal-proġett għandu jwettaq mill-inqas konsultazzjoni pubblika waħda fi stadju bikri, qabel ma jippreżenta l-applikazzjoni finali u sħiħa għall-ħruġ tal-permessi lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 10(10). Il-konsultazzjoni pubblika tista’ titwettaq flimkien ma’ kwalunkwe konsultazzjoni pubblika wara l-preżentazzjoni tat-talba għall-kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/UE.

6.Il-konsultazzjoni pubblika meħtieġa fil-paragrafu preċedenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness VI u għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati msemmija fil-punt (3)(a) tal-Anness VI dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin biex jiġu identifikati l-aktar post, trajettorja jew teknoloġija xierqa, inkluż, fejn rilevanti, fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet adegwati ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u sigurtà għall-proġett, l-impatti rilevanti kollha skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali rilevanti, u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni.

7.Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta’ trasparenza fl-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 10 rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tal-proġett inkluż kwalunkwe attività li tkun saret qabel il-konsultazzjoni pubblika bikrija, u li jispjega kif tqiesu l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjonijiet pubbliċi, juri l-emendi magħmula fil-post, fit-trajettorja u fid-disinn tal-proġett, jew jipprovdi raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati.

Il-promotur tal-proġett għandu jippreżenta r-rapport flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tqis kif xieraq ir-riżultat ta’ dan ir-rapport.

8.Għal proġetti transfruntieri li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, il-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqa skont il-paragrafu 5 f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom, sa fejn ikun possibbli, isiru f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn minn xulxin, u, fejn possibbli, jiġu kkombinati.

9.Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fi Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li għalihom japplikaw l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni ta’ Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati għandhom jindikaw, fil-proċess ta’ notifika fejn xieraq, jekk huma, jew kwalunkwe awtorità kkonċernata oħra, tixtieqx tipparteċipa fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.

10.Il-promotur tal-proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna b’mod regolari sit web iddedikat għall-proġett b’informazzjoni rilevanti dwar il-proġett ta’ interess komuni, li għandu jkun illinkjat mas-sit web tal-Kummissjoni u mal-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 26 u li għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-punt (6) tal-Anness VI. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivverifikaw it-twettiq ta’ dan l-obbligu mill-promoturi tal-proġett u jieħdu miżuri li jiżguraw il-konformità fejn meħtieġ.

Artikolu 10

Durata u implimentazzjoni tal-proċess għall-ħruġ ta’ permessi

1.Il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għandu jipprevedi ż-żewġ proċeduri li ġejjin:

(a)il-proċedura fakultattiva ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi u l-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni komplut ippreżentat min-naħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti, li għandha sseħħ fi żmien perjodu indikattiv ta’ 24 xahar;

(b)il-proċedura statutorja obbligatorja għall-ħruġ tal-permessi, li tkopri l-perjodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni komplut ippreżentat sad-data tad-deċiżjoni komprensiva, li ma għandhiex taqbeż it-18-il xahar.

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta possibbli, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura statutorja għall-ħruġ tal-permessi li tkun iqsar minn 18-il xahar.

2.L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li d-durata totali taż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx perjodu ta’ 42 xahar.

Madankollu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tqis li waħda mill-proċeduri jew it-tnejn li huma ma jkunux se jitlestew fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista’ testendi wieħed minn dawk il-limiti ta’ żmien jew it-tnejn li huma, qabel l-iskadenza tagħhom u fuq bażi ta’ każ b’każ. L-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex testendi d-durata kkombinata taż-żewġ proċeduri għal aktar minn 6 xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti testendi l-limiti ta’ żmien, hija għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat dwar ir-raġunijiet għal tali estensjoni u tippreżentalu l-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu għall-konklużjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi bl-inqas dewmien possibbli. Il-Grupp jista’ jitlob li l-awtorità nazzjonali kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f’dak ir-rigward u tagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) ikollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati biex jieħdu deċiżjoni komprensiva fil-perjodu ta’ żmien indikat fl-Artikolu 10(2).

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmija fil-paragrafu 1:

(a)in-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 2 ikun ifisser li d-deċiżjoni komprensiva hija approvata;

(b)in-nuqqas ta’ tweġiba minn awtoritajiet oħra kkonċernati fil-limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilit minn awtorità nazzjonali kompetenti f’konformità mal-Artikolu 8(3), ikun ifisser li l-opinjoni speċifika, l-awtorizzazzjoni jew il-permess tagħha jkun ingħata jew ġie mwieġeb b’mod pożittiv.

Dan il-paragrafu ma joħloqx effetti għad-deċiżjonijiet ambjentali, u meta l-prinċipju tal-approvazzjoni taċita amministrattiva ma jeżistix fis-sistema legali tal-Istat Membru kkonċernat.

Id-deċiżjonijiet kollha, inkluż id-deċiżjonijiet finali mogħtija b’mod taċitu wara n-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew l-awtoritajiet ikkonċernati, għandhom ikunu ppubblikati.

5.Meta jitolbu li jinbeda l-proċess għall-ħruġ tal-permessi, il-promoturi tal-proġett għandhom jinnotifikaw il-proġett f’forma bil-miktub jew elettronika lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat Membru fejn jinsab il-proġett, inkluż fl-Istati Membri fejn il-proġett jaqsam iż-żona ekonomika esklużiva tagħhom, u jinkludu deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett.

Fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, f’forma elettronika, jew:

(a)toħroġ konferma tal-wasla; jew 

(b)jew tirrifjuta n-notifika jekk il-proġett ma jkunx meqjus matur biżżejjed biex jidħol fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi, u tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha inkluż f’isem awtoritajiet oħra kkonċernati.

Id-data tal-konferma tal-wasla għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi. Meta żewġ Stati Membri jew aktar ikunu kkonċernati, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti pjattaformi diġitali ddedikati għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-permessi, tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi, tad-deċiżjonijiet li jkunu għaddejjin rigward il-ħruġ tal-permessi, u tad-deċiżjonijiet maħruġa f’format faċilment aċċessibbli.

Dawk il-pjattaformi għandhom jipprovdu aċċess għad-data u għad-deċiżjonijiet ambjentali u ġeoloġiċi rilevanti disponibbli fil-portal online ċentrali msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament [xxxxx] 66 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

6.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċess għall-ħruġ tal-permessi jiġi aċċellerat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-bidu tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi u għall-aċċettazzjoni tal-fajl komplut tal-applikazzjoni, f’konformità mal-kategorija rilevanti tal-proġett, in-natura, id-dimensjoni tagħhom, in-nuqqas ta’ rekwiżit għall-valutazzjoni ambjentali, jew kwalunkwe valutazzjoni oħra skont id-dritt nazzjonali, jew il-fatt li jistgħu jirrikjedu inqas awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet biex jilħqu l-fażi “lest għall-bini”.

Bħala tali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 6 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx meħtieġa f’każ li l-promotur tal-proġett ma jkunx jeħtieġ dan il-perjodu biex iwettaq studji, valutazzjonijiet u biex jiġbor data biex ilesti l-fajl tal-applikazzjoni tiegħu għall-ħruġ tal-permessi.

7.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu, fl-iskrinjar għall-istabbiliment tar-rekwiżiti għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi, kwalunkwe studju mwettaq u permess jew awtorizzazzjoni maħruġa sa 5 snin qabel ma l-proġett ikun daħal fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi f’konformità ma’ dan l-Artikolu, inkluż valutazzjonijiet imwettqa għall-varar ta’ proġetti oħra li jkunu rilevanti u li jistgħu jerġgħu jintużaw, u ma għandhomx jirrikjedu studji, valutazzjonijiet, permessi jew awtorizzazzjonijiet mhux meħtieġa jew duplikati.

8.Fi Stati Membri fejn id-determinazzjoni ta’ rotta jew ta’ post imwettqa biss għall-fini speċifiku ta’ proġett ippjanat, inkluż l-ippjanar ta’ kurituri speċifiċi għall-infrastrutturi tal-grilja, ma tkunx tista’ tiġi inkluża fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva, id-deċiżjoni korrispondenti għandha tittieħed f’perjodu separat ta’ 6 xhur, li jibda fid-data tal-preżentazzjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni finali u kompluta mill-promotur tal-proġett.

9.Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi: l-iskrinjar u d-definizzjoni tal-ambitu tal-istudji meħtieġa, ir-rapporti u d-dokumentazzjoni mistennija mill-promotur tal-proġett; it-tfassil tal-iskeda dettaljata; u, il-verifika tal-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, skont il-passi li ġejjin:

(a)mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 3 xhur wara n-notifika mill-promotur tal-proġett imsemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddetermina, u tinnotifika lill-promotur tal-proġett bl-awtorizzazzjonijiet, il-permessi u l-valutazzjonijiet meħtieġa biex jitlesta l-proċess għall-ħruġ tal-permessi.

In-notifika magħmula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinkludi l-lista ta’ kontroll imsemmija fil-punt (1)(e) tal-Anness VI, u fejn rilevanti, il-kontenut tagħha għandu jiġi stabbilit f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri l-oħra fejn jinsab il-proġett, inkluż jekk il-proġett jaqsam iż-żona ekonomika esklużiva tagħhom.

Fejn applikabbli, in-notifika għandha tagħti dettalji dwar il-kundizzjonijiet biex il-proġett jibbenefika mill-eżenzjoni tal-Artikolu 7(7) u tidentifika:

(i)jekk huwiex probabbli ħafna li l-proġett jikkawża effetti avversi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun ippjanat li jsir, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-Pjanijiet ta’ Żvilupp Nazzjonali mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE;

(ii)il-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati, jew il-kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet applikabbli għall-proġett f’konformità mal-Artikolu 7(8);

(iii)jekk kwalunkwe parti mill-proġett aktarx tipproduċi effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor; f’każ bħal dan l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-proġett għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u tal-Artikoli 2 sa 7 tal-Konvenzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali;

 

(b)in-notifika għandha tindika wkoll jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti tapprovax, jew temendax, il-kunċett għall-parteċipazzjoni pubblika ppreżentat mill-promotur tal-proġett f’konformità mal-Artikolu 9(3). Matul il-perjodu ta’ skrinjar, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati, tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-istudji, tar-rapporti u tad-dokumentazzjoni, inkluż il-valutazzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ tal-permessi ambjentali tal-proġett, li l-promotur tal-proġett ikun mistenni jipproduċi u jippreżenta bħala parti mill-fajl komplut tal-applikazzjoni.

La l-awtorità nazzjonali kompetenti, u lanqas kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati ma għandhom sussegwentement jitolbu informazzjoni, studji, rapporti jew valutazzjonijiet addizzjonali minn dawk iddeterminati f’dan il-proċess ta’ skrinjar inizjali, ħlief fejn tkun seħħet bidla materjali fil-proġett jew fl-ambjent tal-madwar tiegħu. Meta sseħħ tali bidla materjali, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-promotur tal-proġett abbażi ta’ ġustifikazzjoni motivata;

(c)l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tfassal skeda dettaljata għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness VI, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri l-oħra fejn ikun jinsab il-proġett, inkluż jekk il-proġett jaqsam iż-żona ekonomika esklużiva tagħhom, u filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;

(d)malli tirċievi l-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’, f’isimha stess jew f’isem awtoritajiet oħra kkonċernati, titlob lill-promotur tal-proġett jippreżenta informazzjoni nieqsa relatata mal-elementi mitluba msemmija fil-punt (a) fi żmien massimu ta’ xahar.

Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali mill-promoturi tal-proġett, kif meħtieġ, inklużi d-dokumentazzjoni u l-valutazzjonijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima u tas-sigurtà ċibernetika u fiżika.

F’kooperazzjoni mal-promotur tal-proġett u, kif meħtieġ, ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati jew ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra ta’ Stati Membri oħra fejn ikun jinsab il-proġett, inkluż jekk il-proġett jaqsam iż-żona ekonomika esklużiva tagħhom, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tfassal ir-rekwiżiti għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi ta’ ċertu proġett, u l-iskeda ta’ żmien għall-konsultazzjoni pubblika stabbilita fil-punt (4) tal-Anness VI, f’fażijiet, ħlief jekk dan idewwem l-iżvilupp ġenerali tal-proġett u jekk dan jiżgura li l-proċess għall-ħruġ tal-permessi jiġi ssimplifikat u aċċellerat. L-iskadenzi massimi tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal kull waħda mill-fażijiet.

Fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni nieqsa msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni kompluta bil-miktub jew f’forma elettronika jew fuq pjattaformi diġitali ddedikati biex teżaminaha, u b’hekk tibda l-proċedura statutorja għall-ħruġ tal-permessi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b).

10.Il-promotur tal-proġett għandu jikkoopera bona fide mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet kollha kkonċernati, sabiex jipprovdilhom informazzjoni kompluta u korretta, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni identifikata fil-proċess tal-iskrinjar.

Il-promotur tal-proġett għandu jiżgura li l-fajl tal-applikazzjoni jkun komplut u adegwat, filwaqt li jitlob l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti kemm jista’ jkun kmieni fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi.

Il-promotur tal-proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex ikun konformi mal-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament. Kwalunkwe dewmien minħabba t-tort tal-promotur tal-proġett bona fide f’dan ir-rigward, ma għandux jingħadd mad-durata massima tal-ħruġ tal-permessi.

11.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe emenda fid-dritt nazzjonali ma twassalx għall-estensjoni ta’ kwalunkwe proċess għall-ħruġ tal-permessi li jkun beda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-emendi. Bil-ħsieb li jinżamm proċess aċċellerat għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw b’mod adegwat l-iskeda stabbilita f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biex jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li l-limiti ta’ żmien għall-proċess għall-ħruġ tal-permessi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jinqabżux.

12.Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali u dak tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u għar-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal kwalunkwe proċedura għall-ħruġ tal-permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu ta’ żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.

KAPITOLU IV

Ippjanar transsettorjali tal-infrastruttura

Artikolu 11

Xenarju ċentrali għall-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network

1.Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] u mill-inqas kull 4 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa xenarju ċentrali għas-setturi tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass li għandu jintuża għall-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha msemmija fi: l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2024/1789, il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema kollha tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, u l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.Ix-xenarju ċentrali għandu:

(a)ikun konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u jinkludi perspettiva fit-tul sa mill-inqas l-2050 f’konformità mal-objettiv tal-Unjoni għan-newtralità klimatika;

(a)jieħu approċċ transsettorjali li jiżgura l-konsistenza bejn is-setturi tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass, filwaqt li jottimizza l-effiċjenza tas-sistema;

(b)jinkludi analiżijiet tas-sensittività kif xieraq.

3.In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO għall-Elettriku), in-Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network għall-Idroġenu (ENNOH), in-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSO għall-Gass) u l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fuq it-talba tal-Kummissjoni, id-data u l-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp tax-xenarju ċentrali msemmi fil-paragrafu 1. Dan jinkludi, iżda mhux biss, id-data tas-suq u tan-network, bħall-projezzjonijiet tad-domanda u tal-provvista, il-karatteristiċi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-produzzjoni u n-networks tal-idroġenu, is-sorsi ta’ flessibbiltà, is-suppożizzjonijiet tal-importazzjonijiet, kif ukoll id-data tas-snin klimatiċi. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta d-data u l-informazzjoni, filwaqt li tqis il-komplessità u l-urġenza tad-data u tal-informazzjoni meħtieġa. Meta destinatarju ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi li l-informazzjoni tiġi pprovduta. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija tivverifika d-data ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż billi tivverifika d-data nazzjonali mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti. 

4.Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-ENNOH, lill-ENTSO għall-Gass, lill-entità Ewropea għall-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea (Entità tal-UE għad-DSO), lill-Istati Membri kif ukoll lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra dwar id-data miġbura għall-fini tal-proċess tal-iżvilupp tax-xenarju ċentrali, inkluż is-suppożizzjonijiet u l-użu tagħhom fl-iżvilupp tax-xenarju ċentrali.

5.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz tax-xenarju ċentrali lill-Grupp TEN-E, flimkien ma’ informazzjoni dwar kif tqiesu l-kummenti li tkun irċeviet fil-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Il-membri tal-Grupp TEN-E għandhom jagħtu l-kummenti tagħhom, jekk ikun hemm, fi żmien xahar minn meta jirċievu l-abbozz tax-xenarju ċentrali.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi x-xenarji ċentrali skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta x-xenarju ċentrali filwaqt li tqis il-kummenti mill-Grupp TEN-E.  

7.Wara l-pubblikazzjoni tal-att delegat dwar ix-xenarju ċentrali, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data sottostanti dwar l-input u l-output għax-xenarju ċentrali, soġġett għal restrizzjonijiet skont id-dritt nazzjonali u l-ftehimiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità.

8.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Aġenzija, tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tista’ tiżviluppa analiżijiet tas-sensittività għax-xenarju ċentrali jekk dan ikun meħtieġ abbażi tal-iżviluppi tas-suq jew tal-politika. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu sabiex tinkludi kwalunkwe analiżi tas-sensittività ta’ dan it-tip.

Artikolu 12

Rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura

1.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH rispettivament, għandhom jiżviluppaw rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fl-infrastruttura li jaffettwaw l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-elettriku u l-idroġenu.

2.Ir-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura għandhom:

(a)ikunu bbażati fuq ix-xenarju ċentrali żviluppat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 11 u l-analiżijiet tas-sensittività tagħha;

(b)jikkonformaw mal-metodoloġija żviluppata mill-Aġenzija skont il-paragrafu 11;

(c)jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

(d)jiżguraw approċċ transsettorjali li jiżgura l-konsistenza bejn is-setturi tal-elettriku u tal-idroġenu kif ukoll, fejn applikabbli, is-setturi tal-gass, tat-tisħin distrettwali u tas-CO2.

3.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH, rispettivament, għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar id-data addizzjonali, is-suppożizzjonijiet u l-użu tagħhom għall-iżvilupp tar-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura tagħhom. 

4.Fi żmien 6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ xenarju ċentrali skont l-Artikolu 11, ħlief meta l-pubblikazzjoni tkun limitata għaż-żieda ta’ analiżi tas-sensittività, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippreżentaw l-abbozz rispettiv tagħhom tar-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, inkluż il-valutazzjoni ta’ kif il-proġetti ppreżentati għall-inklużjoni fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jaqblu mal-ħtiġijiet identifikati, lill-Grupp TEN-E. F’każ li l-pubblikazzjoni tkun limitata għaż-żieda ta’ analiżi tas-sensittività, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH biex jiżviluppaw rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura l-ġdida f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.

5.Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-abbozzi tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura mill-Grupp TEN-E, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-konformità tal-abbozzi tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, inkluż il-valutazzjoni ta’ kemm il-proġetti ppreżentati għall-inklużjoni fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jaqblu mal-ħtiġijiet identifikati, mal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 12 u mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness VII u tinforma lill-Grupp TEN-E.

6.Fi żmien xahar minn meta jiġu infurmati mill-Aġenzija dwar il-konformità tal-abbozzi tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, il-membri tal-Grupp TEN-E, filwaqt li jqisu il-kontribut tal-Aġenzija dwar il-konformità, jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom u jinfurmaw lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH rispettivament.

7.Fi żmien xahrejn minn meta jkunu rċevew il-kummenti mill-membri tal-Grupp TEN-E, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jadattaw l-abbozzi tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, filwaqt li jqisu l-kummenti tal-Grupp TEN-E u tal-Aġenzija, biex jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti fil-paragrafu 2, u għandhom jissottomettu r-rapport finali ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura lill-Kummissjoni.

8.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz finali tar-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura lill-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp TEN-E għall-approvazzjoni. Qabel ma tippreżenta l-abbozz finali tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura lill-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp TEN-E, il-Kummissjoni tista’ titlob aġġornamenti u titjib b’ġustifikazzjoni xierqa u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, meta ssib li l-abbozzi finali tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura ma jirriflettux b’mod xieraq il-kummenti mill-membri tal-Grupp TEN-E u biex tiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness VII. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH rispettivament, għandhom jindirizzaw bis-sħiħ dawn it-talbiet fi żmien xahar u jippreżentaw mill-ġdid l-abbozzi finali rivedut tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura lill-Kummissjoni.

9.Il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp TEN-E għandu japprova r-rapporti finali ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura fi żmien xahar minn meta jirċevihom.

10.Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni tar-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura skont il-paragrafu 8, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom rispettivament. Meta rilevanti, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jaġġornaw ir-rapporti ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura f’konformità mal-analiżijiet tas-sensittività adottati skont l-Artikolu 11(8), meta mitluba mill-Kummissjoni. 

11.Sa [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Aġenzija għandha tippubblika metodoloġija vinkolanti għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, wara li tkun wettqet konsultazzjoni estensiva li tinvolvi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-ENTSO għall-Gass, lill-ENNOH, lill-Entità tal-UE għad-DSO u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

12.Il-metodoloġija għandha tiżgura li r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness VII.

13.L-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ, taġġorna l-metodoloġija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni.

14.Sal-1 ta’ Jannar 2027, dan l-Artikolu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1789. 

Artikolu 13

Proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet fis-sistema tal-elettriku

1.Meta r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura għall-elettriku jikkonkludi li l-proġetti ppreżentati għall-inklużjoni fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha ma jissodisfawx kompletament il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati skont l-Artikolu 12, il-Kummissjoni tista’ tniedi proċess biex tidentifika soluzzjonijiet possibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mhux imqabbla.

2.Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, l-Istati Membri u l-Aġenzija, għandha tistieden lill-operaturi tas-sistema fil-Gruppi rilevanti biex jipproponu proġetti li kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux imqabbla fi żmien 6 xhur mill-istedina. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proġetti proposti lill-Gruppi rilevanti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3 għad-diskussjoni. Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u fora ta’ kooperazzjoni reġjonali oħra. Il-promoturi ta’ proġetti li jkunu kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux imqabbla għandhom jippreżentaw proġetti eliġibbli mill-aktar fis possibbli għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali sussegwenti, fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u fil-lista tal-Unjoni. 

3.Meta l-proċess skont il-paragrafu 2 ma jidentifikax proġetti li jkunu kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux imqabbla, il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħa għal proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li tista’ ssir promotur ta’ proġett biex tipproponi proġetti li kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux imqabbla. Il-promoturi ta’ proġetti li jkunu kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux imqabbla għandhom jippreżentaw proġetti eliġibbli mill-aktar fis possibbli għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali sussegwenti, fil-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u fil-lista tal-Unjoni. 

4.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-eżitu tal-proċess u l-progress tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u tinvolvi mill-qrib il-Gruppi rilevanti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3 u fora ta’ kooperazzjoni reġjonali rilevanti oħra.

Artikolu 14

Analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha

1.Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (e), (f) u (h) u l-punti (2) u (3) tal-Anness II, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jużaw metodoloġiji konsistenti għal kull settur għal analiżi armonizzata tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha meta jivvalutaw proġetti għall-inklużjoni tagħhom fil-pjanijiet ta’ 10 snin rispettivi tagħhom għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha.

2.Il-metodoloġiji għandhom:

(a)jitfasslu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V;

(b)ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet komuni li jippermettu t-tqabbil tal-proġetti;

(c)ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050 u x-xenarju ċentrali msemmi fl-Artikolu 11, kif ukoll mar-regoli u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV;

(d)jippermettu l-valutazzjoni ta’ pakketti ta’ proġetti skont l-Artikolu 18 u, fis-settur tal-elettriku, il-kunsiderazzjoni ta’ soluzzjonijiet mingħajr fili;

(e)jadottaw approċċ transsettorjali.

3.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw abbozzi preliminari tal-metodoloġiji għall-fini tal-konsultazzjoni mal-Entità tal-UE għad-DSO, u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun miftuħ, f’waqtu u trasparenti. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni.

4.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikaw u jippreżentaw l-abbozzi tal-metodoloġiji tagħhom lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jipprovdu raġunijiet meta ma jkunux qiesu l-kummenti mill-Istati Membri, mill-awtoritajiet nazzjonali, jew minn partijiet ikkonċernati oħra, jew meta jkunu qisuhom biss parzjalment. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikaw u jippreżentaw l-ewwel abbozzi tagħhom tal-metodoloġiji konsistenti għal kull settur lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija sa Diċembru 2027.

5.Fi żmien 3 xhur minn meta jirċievu l-abbozzi tal-metodoloġiji, l-Aġenzija u l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ torganizza laqgħat speċifiċi tal-Gruppi biex jiddiskutu l-abbozzi tal-metodoloġiji.

6.Fi żmien 3 xhur minn meta jirċievu l-opinjonijiet tal-Aġenzija u tal-Istati Membri, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jemendaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom biex iqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-Aġenzija u tal-Istati Membri u jippreżentawhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

7.Fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-metodoloġiji rispettivi, il-Kummissjoni għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha.

8.Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-abbozz tal-metodoloġija, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH rispettivament għandhom jirrevedu l-abbozz tal-metodoloġija u jerġgħu jippreżentawh lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

9.Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom fuq is-siti elettroniċi tagħhom.

10.Il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ENNOH, kif applikabbli, biex jaġġornaw il-metodoloġiji tagħhom u jistabbilixxu skeda ta’ żmien. L-Aġenzija tista’ taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess, jew fuq talba debitament motivata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-partijiet ikkonċernati. L-Aġenzija għandha tippubblika t-talbiet li tirċievi u d-dokumenti rilevanti kollha mhux kummerċjalment sensittivi li fuqhom tkun ibbażata t-talba tagħha.

11.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jaġġornaw il-metodoloġiji tal-kostbenefiċċji konsistenti għal kull settur f’konformità mal-proċedura ta’ approvazzjoni skont il-paragrafi 3 sa 9 meta l-Aġenzija jew il-Kummissjoni jitolbu dan.

12.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikaw, fil-kuntest ta’ kull pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, id-data tal-input aġġornata rilevanti għall-applikazzjoni tal-metodoloġiji, inkluż il-metodi tal-kalkoli, il-mudelli tan-network, il-fluss tat-tagħbija rilevanti u d-data tas-suq. Din id-data għandha tiġi ppubblikata f’forma akkurata biżżejjed soġġett għal restrizzjonijiet skont id-dritt nazzjonali u ftehimiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw it-trattament kunfidenzjali tad-data li tasal għandhom u għand kwalunkwe parti li twettaq f’isimhom xogħol analitiku abbażi ta’ dik id-data.

13.L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw, bħala parti mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, ir-riżultati tal-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għall-proġetti kollha, biex juru kif il-benefiċċji huma distribwiti mal-pajjiżi. Dawn għandhom jinkludu l-benefiċċji kemm għall-pajjiżi ospitanti kif ukoll għall-pajjiżi mhux ospitanti li jibbenefikaw mill-proġett rispettiv.

14.Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(g) u fil-punt (4) tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iżvilupp ta’ metodoloġiji għal analiżi armonizzata tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-metodoloġiji għandhom ikunu kompatibbli f’termini ta’ benefiċċji u kostijiet mal-metodoloġiji żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-ENNOH. Il-metodoloġiji għandhom jiġu żviluppati b’mod trasparenti, u jinkludu konsultazzjoni estensiva mal-Aġenzija, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

15.Minn [April 2028] ’il quddiem u kull sentejn, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippubblika sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet tal-investiment fl-unitajiet għall-proġetti komparabbli tal-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija inklużi fl-Anness II. Il-promoturi tal-proġetti għandhom jipprovdu d-data mitluba lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-Aġenzija. Dawk il-valuri ta’ referenza jistgħu jintużaw mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-ENNOH għall-analiżijiet tal-kostbenefiċċji mwettqa għal pjanijiet sussegwenti ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha.

KAPITOLU V

Grilji fuq il-baħar għall-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Artikolu 15

Ippjanar tal-grilja fuq il-baħar

1.Sa [fi żmien 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ], l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, fi ħdan il-kurituri prijoritarji speċifiċi tagħhom tal-grilja fuq il-baħar, stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f’kull reġjun, għandhom jaġġornaw il-ftehim mhux vinkolanti biex jikkooperaw fuq l-għanijiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar li jridu jiġu implimentati f’kull baċir tal-baħar sal-2030, l-2040 u l-2050, f’konformità mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, u mal-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar ta’ kull baċir tal-baħar. Il-ftehim għandu jinkludi għanijiet ta’ idroġenu minn enerġija rinnovabbli fuq il-baħar kif applikabbli.

Bħala parti mill-ftehimiet mhux vinkolanti, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, fi ħdan il-kurituri prijoritarji speċifiċi tagħhom tal-grilja fuq il-baħar, stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, għandhom jikkunsidraw ukoll jekk jenħtieġx li jiġu stabbiliti għanijiet transfruntieri speċifiċi, bħal għal proġetti ibridi jew radjali transfruntieri, bejn żewġ Stati Membri jew aktar fil-pjanijiet nazzjonali rispettivi tagħhom dwar l-enerġija u l-klima bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar li jridu jiġu implimentati f’kull baċir tal-baħar bl-aktar mod effiċjenti.

Dak il-ftehim mhux vinkolanti għandu jsir bil-miktub fir-rigward ta’ kull baċir tal-baħar marbut mat-territorju tal-Istati Membri, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiżviluppaw proġetti fil-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklużiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-ħidma fil-Gruppi.

2.Sa [fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], u kull 4 snin wara dan, bħala parti mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network sussegwenti, l-ENTSO għall-Elettriku, bl-involviment tat-TSOs rilevanti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u f’konformità mal-ftehim mhux vinkolanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw, bħala rapport separat li jkun parti mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, pjanijiet strateġiċi integrati ta’ livell għoli għall-iżvilupp tan-network fuq il-baħar għal kull baċir tal-baħar, f’konformità mal-kurituri prijoritarji tal-grilja fuq il-baħar imsemmija fl-Anness I, filwaqt li jqisu l-protezzjoni ambjentali u użi oħra tal-baħar.

Fl-iżvilupp tal-pjanijiet strateġiċi integrati ta’ livell għoli għall-iżvilupp tan-network fuq il-baħar fl-iskeda ta’ żmien prevista fil-paragrafu 1, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jikkunsidra l-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għall-iżvilupp tax-xenarji tal-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha.

Il-pjanijiet strateġiċi integrati ta’ livell għoli għall-iżvilupp tan-network fuq il-baħar għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-potenzjal tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni fuq il-baħar u l-ħtiġijiet riżultanti tal-grilja fuq il-baħar, inkluż il-ħtiġijiet potenzjali ta’ interkonnetturi, proġetti ibridi, konnessjonijiet radjali, rinforzi, u infrastruttura tal-idroġenu.

3.Il-pjanijiet strateġiċi integrati ta’ livell għoli għall-iżvilupp tan-network fuq il-baħar għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ investiment reġjonali ppubblikati skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u integrati fi ħdan il-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-ippjanar tal-grilji fuq l-art u fuq il-baħar u r-rinforzi meħtieġa.

4.Sa mhux aktar tard minn kull 4 snin wara l-adozzjoni tal-ftehim mhux vinkolanti tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-ftehimiet mhux vinkolanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż fid-dawl tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-aħħar kostbenefiċċju u kondiviżjoni tal-kostijiet għall-kurituri prijoritarji tal-grilja fuq il-baħar.

5.Wara kull aġġornament tal-ftehimiet mhux vinkolanti f’konformità mal-paragrafu 4, għal kull baċir tal-baħar, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna l-pjanijiet strateġiċi integrati ta’ livell għoli għall-iżvilupp tan-network fuq il-baħar fil-pjan ta’ 10 snin li jkun imiss għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 16

Gwida dwar oqfsa ta’ investiment kollaborattiv għal proġetti tal-enerġija fuq il-baħar

1.Il-Kummissjoni għandha, bl-involviment tal-Istati Membri, tat-TSOs rilevanti, tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tikkunsidra jekk ikunx meħtieġ aġġornament tal-gwida dwar oqfsa ta’ investiment kollaborattiv għal proġetti tal-enerġija fuq il-baħar, li jipprevedi kostbenefiċċju speċifiku u kondiviżjoni tal-kostijiet għall-varar tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network integrat fuq il-baħar għall-baċiri tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 15(2) f’konformità mal-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fl-Artikolu 14(1), u, fejn rilevanti, tippubblika verżjoni aġġornata tal-gwida. Din il-gwida għandha tkun kompatibbli mal-Artikolu 17(1). Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-gwida tagħha meta jkun xieraq, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tagħha.

2.L-ENTSO għall-Elettriku, bl-involviment tat-TSOs rilevanti, tal-Aġenzija, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni, għandu jaġġorna r-riżultati tal-applikazzjoni tal-kostbenefiċċju u tal-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-kurituri prijoritarji tal-grilja fuq il-baħar, inkluż kull meta l-Kummissjoni tippubblika kwalunkwe aġġornament tal-gwida għal kostbenefiċċju speċifiku u kondiviżjoni tal-kostijiet għall-varar tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network integrat fuq il-baħar għall-baċiri tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 15(2) f’konformità mal-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fl-Artikolu 15(1).

KAPITOLU VI

Qafas regolatorju

Artikolu 17

 Iffaċilitar ta’ investimenti b’impatt transfruntier

1.Il-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti, li jeskludu l-kostijiet ta’ manutenzjoni, relatati ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (e), (f) u (h) tal-Anness II, u ma’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (2) tal-Anness II, meta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kull Stat Membru kkonċernat, għandhom jiġġarrbu mit-TSOs, l-HNOs rilevanti, operaturi oħra jew mill-promoturi tal-proġett tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv nett, u, sa fejn ma jkunux koperti mill-kirjiet tal-konġestjoni jew minn ħlasijiet oħra, jitħallsu mill-utenti tan-network permezz ta’ tariffi għall-aċċess għan-network f’dak l-Istat Membru jew f’dawk l-Istati Membri. 

2.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 27 u fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (e), (f) u (h) u l-punt (2) tal-Anness II, meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-applikazzjoni tagħhom għall-kostijiet tal-proġett. 

Il-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(g) tal-Anness II jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. 

Meta proġett ikollu diversi promoturi ta’ proġett, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-promoturi tal-proġett kollha sabiex jippreżentaw it-talba għal investiment b’mod konġunt f’konformità mal-paragrafu 4. 

3.Għal proġett ta’ interess komuni li għalih japplika l-paragrafu 1, il-promoturi tal-proġett għandhom iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha infurmati b’mod regolari, tal-inqas darba fis-sena minn meta l-proġett jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni u sakemm il-proġett jiġi kkummissjonat, dwar il-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-kostijiet u tal-impatt assoċjat miegħu. 

4.Hekk kif proġett ta’ interess komuni bħal dan ikun laħaq maturità suffiċjenti, u jkun stmat li jkun lest sabiex jibda l-fażi tal-kostruzzjoni fis-36 xahar sussegwenti, il-promoturi tal-proġett, wara li jkunu kkonsultaw lit-TSOs mill-Istati Membri li jirċievu impatt pożittiv nett sinifikanti minnu, għandhom jippreżentaw talba għal investiment. Dik it-talba għal investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha konċernati, flimkien ma’ dawn li ġejjin: 

(a)analiżi aġġornata tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett konsistenti max-xenarju ċentrali msemmi fl-Artikolu 11 u kwalunkwe sensittività msemmija fl-Artikolu 11, u l-metodoloġija għal analiżi armonizzata tal-kostbenefiċċji għas-sistema tal-enerġija kollha msemmija fl-Artikolu 14 u li tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsab il-proġett;

(b)pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluż is-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u, għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq; 

(c)meta l-promoturi tal-proġett jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet. 

Meta proġett ikun promoss minn diversi promoturi ta’ proġetti, dawn għandhom jippreżentaw it-talba għal investiment tagħhom b’mod konġunt. 

Malli jirċievu talba għal investiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jibagħtu kopja tagħha lill-Aġenzija mingħajr dewmien, għall-finijiet ta’ informazzjoni. 

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija għandhom jippreżervaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva. 

5.Fi żmien 6 xhur mid-data li fiha l-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti tirċievi t-talba għal investiment, dawk l-awtoritajiet għandhom, wara li jikkonsultaw lill-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet konġunti koordinati dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti li jridu jinġarru minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi, jew dwar ir-rifjut tat-talba kollha għal investiment, jew ta’ parti minnha, jekk l-analiżi komuni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tikkonkludi li l-proġett jew parti minnu jonqos milli jipprovdi benefiċċju nett sinifikanti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jinkludu l-kostijiet rilevanti tal-investiment imġarrba b’mod effiċjenti fit-tariffi, kif definit fir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 14, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema għall-proġett.

Għall-proġetti fit-territorji tal-Istat Membru rispettiv tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom, wara dan, jivvalutaw, fejn xieraq, jekk jistgħux jinqalgħu kwistjonijiet ta’ affordabbiltà minħabba l-inklużjoni tal-kostijiet tal-investiment fit-tariffi. 

6.Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom iqisu dawn li ġejjin: 

(a)il-kirjiet reali jew stmati tal-konġestjoni jew ħlasijiet oħra; 

(b)id-dħul reali jew stmat miksub mill-mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistema ta’ intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943. 

L-allokazzjoni tal-kostijiet b’mod transfruntier għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju. Meta jallokaw il-kostijiet b’mod transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, wara li jikkonsultaw lit-TSOs ikkonċernati, għandhom ifittxu ftehim reċiproku bbażat fuq, iżda mhux biss, l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tkun ibbażata fuq ix-xenarju ċentrali u kwalunkwe sensittività msemmija fl-Artikolu 11, filwaqt li tippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista.

7.Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin: 

(a)meta mill-inqas 10 % tal-benefiċċji stmati ta’ proġett iseħħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru u l-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti għandhom jieħdu sehem fil-proċess tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet;

(b)fejn ikun xieraq, l-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq id-distribuzzjoni tal-benefiċċji netti, filwaqt li jiġi żgurat li l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-kostijiet jirrifletti dik id-distribuzzjoni;

(c)l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tkun ibbażata fuq ftehim ex ante dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet imfassal biex jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment, filwaqt li l-ftehim għandu jkun trasparenti u prevedibbli u l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet tista’ tipprevedi l-possibbiltà ta’ aġġustamenti ex post, dment li tali aġġustamenti jkunu definiti b’mod espliċitu fid-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet u mfassla b’mod ċar, inkluż fir-rigward tal-perjodi ta’ żmien u l-kategoriji ta’ kostijiet koperti. 

Meta proġett ta’ interess komuni jtaffi l-esternalitajiet negattivi, bħal flussi ta’ enerġija paralleli, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru tal-oriġini tal-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni ma għandhiex titqies bħala benefiċċju transfruntier u, għalhekk, ma għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-kostijiet lit-TSO tal-Istati Membri affettwati minn dawk l-esternalitajiet negattivi. 

8.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fuq il-bażi tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, iqisu l-kostijiet reali mġarrba minn TSO, HNO jew minn promotur tal-proġett ieħor b’riżultat tal-investimenti meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi f’konformità mal-Artikolu 78(1) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u mal-Artikolu 59(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/944, sa fejn dawk il-kostijiet jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli. 

9.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet lill-Aġenzija mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari, id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għall-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri, inkluż dawn li ġejjin: 

(a)evalwazzjoni tal-impatt identifikat fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż dawk l-impatti li jikkonċernaw it-tariffi tan-network; 

(b)evalwazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); 

(c)l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew għall-Unjoni kollha li jiġġenera l-proġett, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; 

(d)ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi tal-proġett ikkonċernati. 

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti web tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u kondiviża mal-Aġenzija u mal-Kummissjoni.

Sa [fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ], l-Aġenzija għandha tistabbilixxi repożitorju ċentrali tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tospitah fuq is-sit web tagħha.

10.Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba għal investiment fi żmien 6 xhur mid-data li fiha l-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti tkun irċeviet it-talba, dawn għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien. 

F’dak il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni dwar it-talba għal investiment, inkluż dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5, fi żmien 3 xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija. 

Qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u lill-promoturi tal-proġett. Il-perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta l-Aġenzija titlob aktar informazzjoni. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta. 

Il-valutazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun ibbażata fuq ix-xenarju ċentrali stabbilit skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe sensittività, filwaqt li tippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-miri tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista.

L-Aġenzija, fid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għal investiment, inkluż dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, għandha tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-mument tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jiddeterminaw il-mod kif il-kostijiet tal-investiment għandhom jiġu inklużi fit-tariffi f’konformità mal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet preskritta. 

Id-deċiżjoni dwar it-talba għal investiment inkluż dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata. L-Artikolu 25(3) u l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw. 

11.L-Aġenzija għandha tgħaddi lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kopja tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni. L-Aġenzija għandha tippubblika verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-deċiżjonijiet kollha fuq is-sit web tagħha. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’forma aggregata. L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jippreżervaw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. 

12.Id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tat-TSOs li japplikaw ħlasijiet għall-aċċess għan-networks u d-dritt tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japprovawhom f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789 u mad-Direttivi (UE) 2019/944 u (UE) 2024/1788.

13.Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: 

(a)eżenzjoni mill-Artikoli 31, 32, 33 u mill-Artikolu 78(7) u mid-Direttiva (UE) 2024/1788, skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2024/1789; 

(b)eżenzjoni mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, mill-Artikolu 59(7) u mill-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943; 

(c)deroga mir-regoli tas-separazzjoni jew tal-aċċess ta’ partijiet terzi, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 67 jew l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944. 

14.Sa [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ prattiki tajbin għat-trattament ta’ talbiet għal investiment għal proġetti ta’ interess komuni f’konformità mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

L-Aġenzija għandha taġġorna dik ir-rakkomandazzjoni regolarment kif meħtieġ. Hija għandha tqis l-ispeċifiċitajiet settorjali, u għandha tiżgura konsistenza mal-prinċipji dwar il-grilji fuq il-baħar għall-kondiviżjoni transfruntiera tal-kostijiet tal-enerġija rinnovabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16(1). Meta tadotta jew taġġorna r-rakkomandazzjoni, l-Aġenzija għandha twettaq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi wkoll mudell mhux vinkolanti ta’ allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-aġenziji regolatorji nazzjonali.

15.Il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom jiksbu allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-istess regoli u kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu fir-rigward tal-benefiċċji li jġibu għall-Unjoni. Din għandha tinħareġ b’mod koordinat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri benefiċjarji. 

16.Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-pakketti ta’ proġetti skont l-Artikolu 18.

Artikolu 18

Iffaċilitar tal-iggruppar ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija għall-fini tal-kondiviżjoni tal-kostijiet

1.Il-promoturi tal-proġetti jistgħu jiggruppaw żewġ proġetti jew aktar fil-lista tal-Unjoni biex jiffaċilitaw id-diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi rilevanti, kif xieraq, u d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tal-Istati Membri jew bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, kif xieraq.

2.Il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-promoturi tal-proġetti jippreżentaw proposta għal pakkett wieħed jew aktar ta’ żewġ proġetti jew aktar fil-lista tal-Unjoni lill-Gruppi rilevanti għad-diskussjoni. Pakkett ta’ proġetti jista’ jinkludi proġetti fi stadji differenti ta’ maturità, dment li l-iggruppar tagħhom ma jdewwimx l-implimentazzjoni tal-aktar proġetti maturi.

3.Wara d-diskussjonijiet fil-Gruppi, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ENTSO għall-Elettriku jew lill-ENNOH biex jipprovdi analiżi komuni tal-kostbenefiċċji għall-pakketti proposti ta’ żewġ proġetti jew aktar fil-lista tal-Unjoni. L-analiżi komuni tal-kostbenefiċċji għandha tkun konsistenti max-xenarju ċentrali u mas-sensittivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11, u mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 15. L-ENTSO għall-Elettriku jew l-ENNOH għandu jipprovdi l-analiżi komuni tal-kostbenefiċċji fi żmien xahrejn mit-talba lill-Kummissjoni.

4.L-Istati Membri rilevanti, bl-involviment tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandhom jikkonkludu dwar il-pakkett ta’ proġetti u, fejn xieraq, jistiednu lill-promoturi tal-proġetti biex iżidu proġetti mal-pakkett jew ineħħu proġetti mill-pakkett, jekk dan jiffaċilita d-diskussjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, dment li l-għadd ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni inklużi fil-pakkett jibqa’ maniġġabbli.

5.L-Istati Membri rilevanti jistgħu jiddeċiedu li japprovaw il-pakketti u jistiednu lill-promoturi tal-proġetti jippreżentaw talba konġunta għal investiment skont l-Artikolu 17(4). Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kondiviża mal-Gruppi rilevanti u mal-Kummissjoni. Għall-fini tal-Artikolu 17(4), fit-talba għal investiment għandhom jiġu inklużi biss analiżi aġġornata tal-kostbenefiċċji waħda u proposta għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet waħda, bl-għan li tiġi ffaċilitata applikazzjoni possibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 21.

Artikolu 19

Introjtu mill-konġestjoni delimitat għal proġetti fil-lista tal-Unjoni

1.It-TSOs għandhom iwarrbu 25 % tal-kirjiet tal-konġestjoni mhux minfuqa biex jiggarantixxu d-disponibbiltà reali tal-kapaċità allokata skont l-Artikolu 19(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/943 u bħala kumpens lill-operaturi tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fuq il-baħar skont l-Artikolu 19(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2019/943, għall-investimenti fin-network fi proġetti fil-lista tal-Unjoni rilevanti għat-tnaqqis tal-konġestjoni tal-interkonnetturi skont l-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943.

2.It-TSOs għandhom iqiegħdu l-fondi msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu f’linja ta’ kont separata sakemm ikunu jistgħu jintefqu għall-finanzjament ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni rilevanti għat-tnaqqis tal-konġestjoni tal-interkonnetturi, jew sakemm ikunu wrew li l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943 ikunu ġew issodisfati b’mod adegwat u ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li tinbena kapaċità transfruntiera addizzjonali fil-fruntieri tal-Istati Membri kkonċernati biex titnaqqas il-konġestjoni tal-interkonnetturi.

3.L-użu tal-fondi msemmija fil-paragrafu 1:

(a)għandu jindirizza d-diskrepanza fil-finanzjament tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jkollhom benefiċċji sinifikanti barra mill-pajjiżi ospitanti tagħhom, filwaqt li jitqies kif xieraq il-finanzjament mistenni mit-tariffi;

(b)għandu jkun trasparenti fit-talbiet għal deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament;

(c)għandu jevita l-finanzjament doppju u jiżgura l-proporzjonalità, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni;

(d)ma għandux jikkomprometti l-ilħuq tal-objettivi prijoritarji skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2019/943.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom it-TSOs jistgħu jużaw il-fondi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet li skonthom l-objettiv tal-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/943 jitqies bħala ssodisfat b’mod adegwat.

5.Fi żmien [6 xhur] wara d-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, l-Aġenzija għandha taġġorna l-metodoloġija dwar l-użu tad-dħul mill-konġestjoni skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2019/943. Il-metodoloġija aġġornata għandha tkun konsistenti mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Inċentivi regolatorji

1.Meta promotur ta’ proġett iġarrab riskji ogħla għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, it-tħaddim jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta mqabbla mar-riskji normalment imġarrba minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu inċentivi xierqa lil dak il-proġett skont ir-Regolamenti (UE) 2019/943 u 2024/1789 u d-Direttivi (UE) 2019/944 u (UE) 2024/1788.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-proġett ta’ interess komuni jibbenefika minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)eżenzjoni mill-Artikoli 31, 32, u 33, u mill-Artikoli 78(7) u (9) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2024/1789;

(b)eżenzjoni mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, mill-Artikolu 59(7) u mill-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;

(c)eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(d)deroga skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 714/2009.

2.Fil-każ ta’ deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu r-riżultati tal-analiżi tal-kostbenefiċċji b’mod konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 14 u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew għall-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw ukoll ir-riskji speċifiċi mġarrba mill-promoturi tal-proġett, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meħuda u r-raġunijiet għall-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva b’riskju aktar baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari r-riskji relatati ma’ teknoloġiji ġodda tat-trażmissjoni, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, riskji relatati mal-irkupru insuffiċjenti tal-kostijiet u r-riskji tal-iżvilupp.

3.Id-deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi għandha tqis in-natura speċifika tar-riskju mġarrab u tista’ tagħti inċentivi li jkopru, fost l-oħrajn, waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)ir-regoli għal investiment antiċipatorju;

(b)ir-regoli għar-rikonoxximent tal-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett;

(c)ir-regoli għall-provvista ta’ redditu addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett;

(d)kwalunkwe miżura oħra meqjusa neċessarja u xierqa.

KAPITOLU VII

Finanzjament

Artikolu 21

 Eliġibbiltà tal-proġetti għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153

1.Il-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 27 u fl-Anness II għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji.

2.Il-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 27 u fil-punti (1)(a), (b), (c), (d), (e), (f) u (h) u fil-punt (2) tal-Anness II u taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)l-analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett imfassla skont l-Artikolu 17(4), il-punt (a), tipprovdi evidenza dwar l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;

(b)il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 17;

(c)il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq jew permezz tal-qafas regolatorju f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri potenzjali, kredituri jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar inċentivi u r-raġunijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 20(2) meta tiġi vvalutata l-ħtieġa tal-proġett ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

3.Il-proġetti ta’ interess komuni mwettqa f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(7), il-punt (d), għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.Il-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-kategorija tal-infrastruttura stabbilita fil-punt (3) ta’ dak l-Anness għandhom ikunu eliġibbli wkoll għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)l-analiżi tal-kostbenefiċċji speċifika għall-proġett imfassla mill-promotur tal-proġett bl-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-analiżi tal-kostbenefiċċji rilevanti żviluppata f’konformità mal-Artikolu 11 tipprovdi evidenza dwar l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;

(b)il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mfassal mill-promotur tal-proġett u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri potenzjali, kredituri jew l-awtorità regolatorja nazzjonali;

(c)il-proġett ikun irċieva evalwazzjoni mwettqa mill-awtorità nazzjonali rilevanti jew, fejn applikabbli, mill-awtorità regolatorja nazzjonali, f’konsultazzjoni mat-TSOs jew mad-DSOs rilevanti mill-Istati Membri fejn il-proġett jipprovdi impatt pożittiv nett sinifikanti, li turi b’mod ċar l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, iġġenerati mill-proġett u tinkludi evalwazzjoni tiegħu, u tipprovdi evidenza ċara tan-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom, f’konformità mal-analiżi tal-kostbenefiċċji, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u l-valutazzjonijiet imwettqa mill-promotur tal-proġett u mill-investituri jew mill-kredituri potenzjali u, fejn applikabbli, minn awtorità regolatorja nazzjonali.

5.L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq ix-xenarju stabbilit skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe analiżi tas-sensittività eżistenti tiegħu u għandha tinkludi evalwazzjoni u valutazzjoni preċiżi tal-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti, deskrizzjoni akkurata tal-benefiċċji tal-proġett inkluż il-qsim transfruntier tagħhom għal Stati Membri individwali jew pajjiżi terzi inkluż pajjiżi mhux ospitanti, deskrizzjoni tal-qsim tal-kostijiet bejn il-fruntieri u tas-sorsi ta’ finanzjament kollha rilevanti għall-proġett u diġà ċerti.

6.Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għal proġetti ta’ interess reċiproku u għal pakketti ta’ proġetti skont l-Artikolu 18.

Il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1153. Fir-rigward tal-għotjiet għal xogħlijiet, il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, kif applikabbli, u meta l-proġett ikun jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima.

Artikolu 22

Gwida għall-kriterji tal-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni

Il-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-fini li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153. Għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament, minbarra r-rekwiżiti previsti mill-Artikolu 21(2), għandhom japplikaw il-kriterji tal-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetizzjoni u s-sostenibbiltà.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), fl-Artikolu 11(6) u fl-Artikolu 19(4) għal perjodu ta’ 7 snin mit-23 ta’ Ġunju 2027. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 7 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4), fl-Artikolu 11(6) u fl-Artikolu 19(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 11(6) u l-Artikolu 19(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jesprimu ebda oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Rapportar u evalwazzjoni

Sat-30 ta’ Ġunju 2032, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

(a)tal-progress miksub fl-ippjanar, fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fl-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u, fejn rilevanti, tad-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra li jkunu nqalgħu;

(b)tal-fondi impenjati u żborżati mill-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, imqabbla mal-valur totali ta’ proġetti ffinanzjati fil-lista tal-Unjoni;

(c)tal-progress miksub f’termini ta’ integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-baħar, u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra permezz tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni;

(d)għas-setturi tal-elettriku u tal-idroġenu, tal-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, u tal-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija;

(e)tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:

(i)id-durata totali medja u massima tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluż id-durata ta’ kull stadju tal-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, meta mqabbla mat-twaqqit previst mill-objettivi intermedji ewlenin inizjali msemmija fl-Artikolu 10(9);

(ii)l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati;

(iii)l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima, waqt il-proċessi għall-ħruġ tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(iv)l-effettività tal-iskemi previsti fl-Artikolu 8(3) rigward il-konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2);

(v)ir-rata tad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi;

(f)tat-trattament regolatorju, b’mod partikolari:

(i)l-għadd ta’ proġetti ta’ interess komuni, jew ta’ pakketti ta’ proġetti, li jkunu ngħataw deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 17;

(ii)l-għadd u t-tip ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 20;

(g)tal-effettività ta dan ir-Regolament fil-kontribut għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;

(h)tat-titjib tar-reżiljenza fiżika u ċibernetika tal-infrastruttura transfruntiera tal-enerġija;

(i)l-għadd ta’ proġetti li jkunu għamlu użu minn soluzzjonijiet mingħajr fili u ż-żieda rispettiva fil-kapaċità tal-grilja.

Artikolu 25

Rieżami

Sat-30 ta’ Ġunju 2033, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament, abbażi tar-riżultati tar-rapportar u tal-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/1153.

Artikolu 26

Informazzjoni u pubbliċità

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm pjattaforma ta’ trasparenza faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-internet. Il-pjattaforma għandha tiġi aġġornata regolarment b’informazzjoni: mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4); mis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7); u minn informazzjoni diretta mill-promoturi tal-proġetti fir-rigward ta’ proġetti li ma jibqgħux fil-lista tal-Unjoni. Il-pjattaforma għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)informazzjoni ġenerali u aġġornata, inkluż informazzjoni ġeografika, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni;

(b)il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, ippreżentat b’mod li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni fi kwalunkwe mument;

(c)il-benefiċċji ewlenin mistennija u l-kontribut għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kostijiet tal-proġetti ħlief għal kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

(d)il-lista tal-Unjoni;

(e)il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni;

(f)il-links għall-manwal nazzjonali tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9;

(g)informazzjoni u status aġġornati rigward proġetti li kienu fil-lista tal-Unjoni, iżda li ma baqgħux inklużi.

Artikolu 27

Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta

1.Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, li ma humiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass, għandha tapplika deroga mill-Artikolu 3, mill-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), mill-Artikolu 4(5), u mill-Annessi I, II u III. Interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament bid-drittijiet u l-obbligi rilevanti kollha, meta dik l-interkonnessjoni:

(a)kienet qed tiġi żviluppata jew ippjanata fit-23 ta’ Ġunju 2022;

(b)ingħatat l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 ;

(c)tkun meħtieġa biex tiġi żgurata interkonnessjoni permanenti ta’ dawk l-Istati Membri man-network trans-Ewropew tal-gass.

Dawk il-proġetti għandhom jiżguraw il-kapaċità ta’ aċċess fil-futur għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu.

2.Il-promoturi tal-proġetti għandhom jipprovdu biżżejjed evidenza dwar kif l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 se jippermettu l-aċċess għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż tal-idroġenu, f’konformità mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima. Tali evidenza għandha tinkludi valutazzjoni tal-provvista u tad-domanda għal idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll kalkolu tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba bis-saħħa tal-proġett.

Il-Kummissjoni għandha tivverifika fuq bażi regolari dik il-valutazzjoni u dak il-kalkolu, kif ukoll l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġett.

3.Minbarra l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 21 għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu bil-ħsieb li jiżguraw aċċess għas-swieq futuri tal-enerġija, inkluż tal-idroġenu, ma għandhomx iwasslu għal estensjoni tal-ħajja tal-assi tal-gass naturali u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tan-networks ġirien. Kwalunkwe eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 21 għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027.

4.Kwalunkwe talba għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni għax-xogħlijiet għandha turi b’mod ċar l-għan li l-assi jiġi kkonvertit f’assi ddedikat għall-idroġenu sal-2036 jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, permezz ta’ pjan direzzjonali bi skeda ta’ żmien preċiża.

5.Id-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sakemm Ċipru jew Malta, rispettivament, tkun interkonnessa direttament man-network trans-Ewropew tal-gass jew sal-31 ta’ Diċembru 2029, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 28

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942

Ir-Regolament (UE) 2019/942 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta mitluba mill-ACER, l-awtoritajiet regolatorji, l-ENTSO għall-Elettriku, l-ENTSO għall-Gass, l-ENNOH, iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, l-Entità tal-UE għad-DSO, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u l-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operaturi tal-ħżin tal-idroġenu jew l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu għandhom jipprovdu l-informazzjoni lill-ACER bl-istess livell ta’ dettall meħtieġ għall-fini ta’ twettiq tal-kompiti tal-ACER skont dan ir-Regolament, sakemm l-ACER ma tkunx diġà talbet u rċeviet din l-informazzjoni.”

(2) fl-Artikolu 11, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c) twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 11, 12, 14, 17 tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] u fit-Taqsima 2, il-punt (8), tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament;

(d) tieħu deċiżjonijiet dwar it-talbiet għal investiment inkluż l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx].

___________

* Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] (ĠU…, ELI: …)”

Artikolu 29

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/943

L-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2019/943 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 48

Pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network

1.Il-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju ċentrali u r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sistema skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] u għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema. Il-parametri rilevanti tal-input għall-immudellar tax-xenarju ċentrali, bħal suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-karbonju jew l-installazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u s-suppożizzjonijiet għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi żviluppata skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti sa fejn ikun possibbli.

Il-pjan għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għandu, b’mod partikolari:

(a)jibni fuq proġetti ta’ rilevanza transfruntiera inklużi fil-pjanijiet nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network u fil-pjanijiet nazzjonali ta’ investiment, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta’ investiment reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament, u jkun ibbażat fuq l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-network kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx]; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-kostbenefiċċji permezz tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament;

(b)jikkunsidra bi prijorità alternattivi għall-espansjoni tan-network, bħal soluzzjonijiet mingħajr fili skont ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] jew il-flessibbiltà mhux fossili;

(c)rigward l-interkonnessjonijiet transfruntieri, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tas-sistema u jintegra impenji fit-tul mill-investituri msemmija fl-Artikoli 44 u 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(d)jidentifika n-nuqqasijiet fl-investiment, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kapaċitajiet transfruntieri.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni subparagrafu, il-punt (d), mal-pjan għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jista’ jiġi anness rieżami tal-ostakli għaż-żieda fil-kapaċità transfruntiera tan-network li jirriżultaw minħabba proċeduri jew prattiki ta’ approvazzjoni differenti.

2.L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network biex tivvaluta l-konsistenza tagħhom mal-pjan għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, inkluż il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx]. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn pjan nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network u l-pjan għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, hija għandha tirrakkomanda li l-pjan nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network jew il-pjan għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jkun emendat kif xieraq sa xahrejn minn meta tirċevih. Jekk dan il-pjan nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network ikun żviluppat f’konformità mal-Artikolu 40a tad-Direttiva (UE) 2019/944, l-ACER għandha tirrakkomanda li l-awtorità regolatorja temenda l-pjan nazzjonali ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network f’konformità mal-Artikolu 40a(7) ta’ dik id-Direttiva u tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

___________

* Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] (ĠU…, ELI: …)”

Artikolu 30

Emendi għar-Regolament (UE) 2024/1789

Ir-Regolament (UE) 2024/1789 huwa emendat kif ġej:

(1) l-Artikolu 60 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

“Artikolu 60

Pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha

1.Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju ċentrali u r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sistema skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] u għandu jinkludi l-immudellar tan-network tal-idroġenu integrat, prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea u valutazzjoni tal-kapaċità ta’ rkupru tas-sistema.

Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għandu, b’mod partikolari:

(a)     jibni fuq il-pjanijiet nazzjonali dwar l-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kif stabbilit fl-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u jkun ibbażat fuq l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-network kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx];

(b)    rigward l-interkonnessjonijiet transfruntieri, jibni fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tan-network u jintegra impenji fit-tul mill-investituri, kif imsemmi fl-Artikolu 55(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788;

(c)    jidentifika nuqqasijiet fl-investiment, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet transfruntieri meħtieġa, biex jiġu implimentati l-kurituri prijoritarji għall-idroġenu u l-elettrolizzaturi kif imsemmi fil-punt 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx].

Rigward it-tieni subparagrafu, il-punt (c), mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha jista’ jiġi anness rieżami tal-ostakli għaż-żieda fil-kapaċità transfruntiera tan-network li jirriżultaw minħabba proċeduri jew prattiki ta’ approvazzjoni differenti. Tali rieżami jista’ jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn pjan komprensiv biex jitneħħew tali ostakli u titħaffef l-implimentazzjoni tal-kurituri prijoritarji għall-idroġenu u l-elettrolizzaturi.

2.L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu meta rilevanti biex tivvaluta l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, inkluż il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx]. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, din għandha tirrakkomanda l-emendar kif xieraq tal-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jew tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, mhux aktar tard minn xahrejn wara li tirċievi l-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.

3.Waqt it-tfassil tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, l-ENNOH għandu jikkoopera mal-ENTSO għall-Elettriku u mal-ENTSO għall-Gass, b’mod partikolari b’rabta mal-iżvilupp tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx], u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

___________

* Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [ir-Regolament TEN-E kif propost minn COM(2025)xxxx] (ĠU…, ELI: …)”

 

(2) l-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 61

 Ippjanar integrat tan-network fil-livell tal-Unjoni

1.Matul il-perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2027, l-ENTSO għall-Gass għandu jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026, bl-involviment sħiħ tal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u flimkien mal-ENNOH hekk kif dan jiġi stabbilit. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026 għandu jikkonsisti f’żewġ kapitoli separati, wieħed għall-idroġenu u wieħed għall-gass naturali. L-ENTSO għall-Gass għandu jittrasferixxi mingħajr dewmien lill-ENNOH l-informazzjoni kollha, inkluż id-data u l-analiżijiet li jkun ġabar matul it-tħejjija tal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha sal-1 ta’ Jannar 2027.

2.L-ENNOH għandu jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2028 skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 60.

3.L-ENNOH għandu jikkoopera mill-qrib mal-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass biex jiżviluppaw pjanijiet integrati għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha skont l-Artikoli 32 u 60 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943 rispettivament.

4.Meta jkun meħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fost it-trasportaturi tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ENTSO għall-Elettriku, l-ENTSO għall-Gass u l-ENNOH jikkooperaw mill-qrib.

5.L-ENNOH, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jikkooperaw b’mod effiċjenti, inklużiv u trasparenti, għandhom jiffaċilitaw it-teħid tad-deċiżjonijiet b’konsensus u għandhom jiżviluppaw l-arranġamenti ta’ ħidma meħtieġa għall-fini li jippermettu tali kooperazzjoni u jiżguraw ir-rappreżentanza ġusta tagħhom.

L-ENNOH, flimkien mal-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass, jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (d) u għandu jiżgura rappreżentanza ġusta u ugwali tas-setturi tal-idroġenu, tal-elettriku u tal-gass fil-gruppi ta’ ħidma.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 69 u r-Regolament (UE) 2021/1153.

2.Kwalunkwe proċess għall-iżvilupp tal-metodoloġija tal-analiżi tal-kostbenefiċċji mibdija mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-ENNOH f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/869 qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ/il-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] għandu jkompli skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe pass imwettaq skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/869 għandu jitqies li tlesta skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe metodoloġija ta’ analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha approvata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2022/869 għandha titqies li ġiet approvata skont l-Artikolu 14(7) ta’ dan ir-Regolament u għandha tibqa’ valida sakemm tiġi ssostitwita b’metodoloġija ġdida ta’ analiżi tal-kostbenefiċċji għas-sistema tal-enerġija kollha żviluppata skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.Ix-xenarji konġunti li qed jiġu żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku, mill-ENTSO għall-Gass, u mill-ENNOH skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2022/869 għandhom ikomplu jiġu żviluppati u approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu. Dawk ix-xenarji konġunti, ladarba jiġu approvati mill-Kummissjoni, għandhom jitqiesu bħala xenarji ċentrali ta’ referenza skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jibqgħu validi sakemm jiġu ssostitwiti b’xenarji ċentrali ta’ referenza ġodda żviluppati skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

4.L-Anness VII tar-Regolament (UE) 2022/869 li jistabbilixxi l-[__] lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku kif ukoll l-Artikoli [___] tar-Regolament (UE) 2022/869, u l-Annessi [___] ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw għall-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku inklużi fil-[__] lista tal-Unjoni sakemm jibda japplika l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni.

Artikolu 32

Tħassir

Ir-Regolament (UE) 2022/869 huwa mħassar. Ir-referenzi kollha għar-Regolament (UE) 2022/869 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

1.1.Title of the proposal/initiative

1.2.Policy area(s) concerned

1.3.Objective(s)

1.3.1.General objective(s)

1.3.2.Specific objective(s)

1.3.3.Expected result(s) and impact

1.3.4.Indicators of performance

1.4.The proposal/initiative relates to:

1.5.Grounds for the proposal/initiative

1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative

1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention, which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.

1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past

1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments

1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment

1.6.Duration of the proposal/initiative and of its financial impact

1.7.Method(s) of budget implementation planned

2.MANAGEMENT MEASURES

2.1.Monitoring and reporting rules

2.2.Management and control system(s)

2.2.1.Justification of the budget implementation method(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed

2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them

2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)12

2.3.Measures to prevent fraud and irregularities12

3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected

3.2.Estimated financial impact of the proposal on appropriations

3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations

3.2.1.1.Appropriations from voted budget

3.2.2.Estimated output funded with operational appropriations (not to be completed for decentralised agencies)

3.2.3.Summary of estimated impact on administrative appropriations

3.2.3.1. Appropriations from voted budget

3.2.3.2.Total appropriations

3.2.4.Estimated requirements of human resources

3.2.4.1.Financed from voted budget

3.2.4.2.Total requirements of human resources

3.2.5.Overview of estimated impact on Digital related investments

3.2.6.Compatibility with the current multiannual financial framework

3.2.7.Third-party contributions

3.3.Estimated impact on revenue

4.DIGITAL DIMENSIONS

4.1.Requirements of digital relevance

4.2.Data

4.3.Digital solutions

4.4.Interoperability assessment

4.5.Measures to support digital implementation

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942, (UE) 2019/943 u (UE) 2024/1789 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2022/869.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam: Enerġija

Attività: Patt għal Industrija Nadifa

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali huwa l-iżvilupp u l-interoperabbiltà effiċjenti u f’waqthom ta’ infrastruttura tal-enerġija reżiljenti, ta’ enerġija rinnovabbli u tal-flessibbiltà, inklużi l-istazzjonijiet tal-ħżin u tal-irriċarġjar, madwar l-UE. Dan se jippermetti lill-UE twettaq l-objettivi tagħha tal-enerġija u l-klima, inkluż li tiżgura l-affordabbiltà tal-enerġija permezz ta’ titjib fl-interkonnettività, u b’hekk twassal għal konverġenza fil-prezzijiet, għal prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa mnaqqsa u għal volatilità aktar baxxa tal-prezzijiet tal-elettriku kif ukoll għal konnessjoni aċċellerata tal-ġenerazzjoni u d-domanda.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, din l-inizjattiva tindirizza erba’ objettivi speċifiċi (SOs, specific objectives):

i) SO1: Li jiġi żgurat li l-proġetti inklużi fil-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network u magħżula bħala PCI/PMIs jindirizzaw b’mod xieraq u effettiv il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati biex jiġi żgurat żvilupp f’waqtu u effiċjenti tal-infrastruttura tal-enerġija;

ii) SO2: Li jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-varar aktar mgħaġġel ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri, li jwassal għal aktar użu ta’ għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u għal tnaqqis fiż-żmien għall-varar tal-proġetti;

iii) SO3: Li jitqassru u jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-infrastruttura tal-enerġija, għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u tal-ħżin, kif ukoll għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar, li jwasslu għal żmien iqsar biex jinkisbu l-permessi meħtieġa, u b’hekk ikun aktar fattibbli li jiġu rrispettati l-iskadenzi eżistenti, u rekwiżiti ssimplifikati għall-permessi;

iv) SO4: Li jissaħħu s-sigurtà fiżika u ċibernetika u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera (PCIs/PMIs) billi jiżdied l-għadd ta’ tagħmir u installazzjonijiet ta’ protezzjoni u reżiljenza fuq elementi kritiċi tan-network.

Il-proposta tinvolvi rekwiżit ġdid għall-Kummissjoni, li huwa marbut mal-kisba ta’ SO1:

–Rekwiżit 1 (marbut ma’ SO1): Il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tiżviluppa xenarju ċentrali komprensiv u analiżijiet tas-sensittività, kif meħtieġ, mill-inqas kull 4 snin biex is-setturi tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass jintużaw għall-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network (TYNDP, ten year network development plans) għall-Unjoni kollha (l-Artikolu 11).

Il-proposta tinvolvi rekwiżiti ġodda għall-ACER, li huma marbuta mal-kisba ta’ SO1 u ta’ SO2:

–Rekwiżit 2 (marbut ma’ SO1): Għall-fini tal-iżvilupp tax-xenarju ċentrali, l-ACER għandha l-kompitu li tappoġġa kif ukoll li tivverifika l-ġbir tad-data mill-Kummissjoni (l-Artikolu 11). Barra minn hekk, l-ACER hija meħtieġa tiżviluppa u tippubblika metodoloġija qafas vinkolanti għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura (li għandha titwettaq mill-ENTSO-E u mill-ENNOH).

–Rekwiżit 3 (marbut ma’ SO2): L-ACER għandha l-mandat li taġġorna r-rakkomandazzjoni tagħha dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet (CBCA, cross-border cost allocation) u tistabbilixxi repożitorju ċentrali tad-deċiżjonijiet kollha dwar is-CBCA (l-Artikolu 17).

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Ir-riżorsi addizzjonali se jippermettu lill-Kummissjoni u lill-ACER iwettqu l-kompiti meħtieġa biex jissodisfaw il-mandat tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE f’konformità mar-rekwiżiti skont din il-proposta. Il-proposta mistennija tħalli l-effetti li ġejjin fuq il-benefiċjarji u l-gruppi fil-mira:

–Rekwiżit 1: Il-kompitu mogħti lill-Kummissjoni li tiżviluppa xenarju ċentrali huwa mistenni li jiżgura trasparenza, skrutinju u koerenza akbar tal-inputs użati fl-ippjanar tan-network kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, bl-għan aħħari li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-infrastruttura jiġu identifikati u indirizzati b’mod aktar effettiv, biex b’hekk jonqos id-distakk bejn il-proġetti ta’ infrastruttura ppjanati fit-TYNDP u l-ħtiġijiet ta’ infrastruttura transfruntiera identifikati maż-żmien, għall-benefiċċju tal-operaturi u tal-utenti kollha tas-sistema u tan-network billi jsir progress aktar mgħaġġel lejn grilja ottimali.

–Rekwiżit 2: Il-fatt li l-ACER tiġi fdata b’kompiti relatati mal-iżvilupp tax-xenarju ċentrali u mal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura se jiżgura li l-proċess u r-riżultati tiegħu jkunu robusti u kredibbli, b’benefiċċji simili għar-Rekwiżit 1.

–Rekwiżit 3: Il-fatt li l-ACER tiġi inkarigata bl-aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tagħha dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet se joħloq qafas aktar armonizzat għall-kondiviżjoni tal-kostijiet li jtejjeb il-konsistenza bejn l-Istati Membri u d-deċiżjonijiet dwar is-CBCA u jħeġġeġ involviment akbar tal-Istati Membri mhux ospitanti, bl-għan li jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-varar aktar mgħaġġel ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u l-kisba tal-objettivi tal-inizjattiva huma elenkati fl-Anness 8 tal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Pakkett dwar il-Grilji. Dawn jinkludu b’mod partikolari:

–kemm il-proġetti inklużi fl-iżviluppi tan-network u magħżula bħala PCIs/PMIs jindirizzaw b’mod xieraq u effettiv il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati;

–l-użu effettiv u akbar tal-għodod għall-kondiviżjoni tal-kostijiet;

–is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi, it-tqassir taż-żmien meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-ħruġ tal-permessi u l-ilħuq tal-iskadenzi kurrenti;

–is-sigurtà fiżika u ċibernetika u r-reżiljenza mtejba tal-infrastruttura tal-enerġija.

Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi li r-Rekwiżiti 1 sa 3 huma marbuta magħhom, japplikaw l-indikaturi li ġejjin:

–Indikaturi għar-Rekwiżiti 1 u 2 (marbuta ma’ SO1): In-numru u l-kapaċità totali ta’ interkonnetturi transfruntiera ġodda approvati/implimentati; kemm il-ħtiġijiet tal-infrastruttura identifikati jiġu indirizzati minn proġetti ta’ infrastruttura (kapaċità) inklużi fit-TYNDP (ippjanati, taħt kostruzzjoni jew ikkummissjonati) jew minn soluzzjonijiet oħra mingħajr fili (il-preżenza tad-distakk bejn il-ħtiġijiet u l-proġetti, u t-tnaqqis tad-distakk); l-għadd ta’ proġetti li jkunu għamlu użu minn soluzzjonijiet mingħajr fili u ż-żieda rispettiva fil-kapaċità tal-grilja.

–Indikaturi għar-Rekwiżit 3 (marbut ma’ SO2): L-għadd ta’ ftehimiet vinkolanti dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera; id-durata medja biex jintlaħaq ftehim dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet; l-għadd ta’ pajjiżi mhux ospitanti li jikkontribwixxu għall-ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet; l-għadd ta’ proġetti li jkunu parti minn pakketti ppreżentati għall-istatus ta’ PCI/PMI

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 70  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Rekwiżit 1: 

Qed tiġi introdotta dispożizzjoni ġdida li tirrikjedi li l-Kummissjoni tiżviluppa xenarju ċentrali li għandu jintuża għat-TYNDP għall-Unjoni kollha wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u mill-inqas kull 4 snin wara dan (l-Artikolu 11). Il-Kummissjoni trid tiżviluppa wkoll metodoloġija għall-ġbir tad-data mill-ENTSO-E, mill-ENNOH u mill-ENTSO-G u tikkonsulta lill-atturi rilevanti dwar id-data miġbura. Il-Kummissjoni trid tikkonsulta wkoll l-abbozz tax-xenarju ċentrali mal-Grupp TEN-E u tadotta u tippubblika x-xenarju ċentrali finali. Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa wkoll analiżijiet tas-sensittività għax-xenarju ċentrali jekk ikun meħtieġ abbażi tal-iżviluppi tas-suq tal-politika. Il-Kummissjoni jkollha tagħti segwitu għall-ħtiġijiet identifikati fil-fora reġjonali rilevanti. Fi ħdan il-Kummissjoni, dawn il-kompiti jiġu attribwiti lid-DĠ Enerġija u lill-JRC.

Fir-rigward tad-DĠ Enerġija, ir-rekwiżit il-ġdid relatat mal-iżvilupp tax-xenarju ċentrali, ikun jeħtieġ riżorsi addizzjonali għall-ġestjoni tal-proċess tal-iżvilupp tax-xenarju li jimplika għadd kbir ta’ interazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, l-Istati Membri, is-servizzi ta’ appoġġ u s-sħab eċċ. Abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta, l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kompiti tirriżulta f’ammont ta’ xogħol addizzjonali għad-DĠ Enerġija li jammonta għal total ta’ 6 FTEs. Dawn ir-riżorsi addizzjonali jkopru l-ħtiġijiet li ġejjin:

Tmexxija tal-proċess:

–Il-koordinazzjoni tal-proċess ġenerali bejn l-ENTSO/it-TSOs, il-Kummissjoni u l-ACER kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni dwar it-TEN-E; Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri matul il-fażijiet differenti tal-proċess (inkluż permezz ta’ workshops u laqgħat) u segwitu xieraq (kif deskritt fl-Artikoli 11 sa 13).

–L-iżgurar tal-kompatibbiltà tax-xenarji tal-grilja fl-arkitettura ġenerali tal-politika; L-allinjament tad-disinn tax-xenarju max-xenarji ta’ politiki li jkunu għaddejjin (eż. relatati mal-miri tal-2040, ir-RED, l-EE, l-ETS, eċċ.); L-iżgurar tal-allinjament mal-NECPs u mal-ERAA; Il-ġestjoni tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-abbozz tar-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura u tar-rapport finali (imwettaq mill-ENTSOs).

–Il-koordinazzjoni tal-proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet (wara l-adozzjoni tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura) mal-ENTSO-E, mat-TSOs, mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-iggwidar tal-proċess mal-gruppi reġjonali rilevanti. Is-segwitu mill-qrib tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha mal-ENTSOs u l-iżgurar ta’ implimentazzjoni xierqa inkluż l-inklużjonijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

–It-tħejjija u l-abbozzar ta’ atti legali u l-ġestjoni tal-proċess ta’ adozzjoni.

L-iżvilupp u l-koordinazzjoni tax-xenarji:

–L-iżgurar tal-ġbir tad-data mal-Istati Membri, mal-ENTSO-E, mal-ENTSO-G, mal-ENNOH, mal-ARN, u partijiet ikkonċernati oħra. Iż-żamma ta’ repożitorji u l-iżgurar tal-proċess tal-kwalità tad-data.

–Il-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ valutazzjoni. Dan se jinkludi l-passi kollha tal-proċess ta’ mmudellar, jiġifieri l-iżgurar tad-disponibbiltà tad-data, l-istabbiliment ta’ suppożizzjonijiet kritiċi, ir-rieżami u l-kontroll tal-kwalità tar-riżultati tal-immudellar, is-segwitu tal-pjan ta’ ħidma u l-ippjanar tal-interazzjoni tal-mudellaturi/analisti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

–Id-dokumentazzjoni tal-passi differenti tal-eżerċizzju ta’ mmudellar u t-tixrid tar-rapporti u tas-settijiet tad-data. Id-dokumentazzjoni se tinkludi l-metodoloġija, data, is-suppożizzjonijiet ewlenin u riżultati f’formati differenti: rapporti, fajls tad-data, riżorsi online.

Fir-rigward tal-JRC, dan se jingħata l-kompitu li jappoġġa lid-DĠ Enerġija fl-iżvilupp tax-xenarju ċentrali kif ukoll li jwettaq l-immudellar. Il-ġbir tad-data mill-Istati Membri u mit-TSOs għall-immudellar tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu se jkun ir-responsabbiltà tad-DĠ ENER b’appoġġ mill-JRC. Abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt, dan huwa mistenni li jirriżulta f’ammont ta’ xogħol ġdid għall-JRC li jammonta għal total ta’ 12 FTEs.

–Ħidma mad-DĠ Enerġija u l-għoti ta’ għarfien espert tekniku u ta’ politika fl-iżvilupp tal-metodoloġija għall-immudellar tax-xenarju ċentrali kif ukoll l-appoġġ lid-DĠ Enerġija bil-ġbir tad-data meħtieġ mill-ENTSO-E, mill-ENNOH u mill-ENTSO-G.

–L-immudellar tas-sistema tal-enerġija: Il-bini ta’ xenarji u sensittivitajiet; Il-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-immudellar tas-sistema tal-enerġija;

–L-immudellar tal-elettriku: L-immudellar tax-xenarji ta’ konsenja tal-elettriku; Il-kalkoli tal-fluss tal-enerġija; Il-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-immudellar tal-elettriku

–L-immudellar tal-gass u tal-idroġenu: L-aġġornament tal-aspettattivi fit-tul għall-gass u għall-idroġenu; L-immudellar tas-suq tal-gass u tan-network tax-xenarji; L-immudellar tal-flussi tal-gass/idroġenu; L-immudellar tad-data inkluż għall-immudellar tal-gass/idroġenu; Il-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-immudellar tal-gass u tal-idroġenu.

B’mod ġenerali, huwa stmat li l-proposta se tirriżulta f’ammont ta’ xogħol ġdid għall-Kummissjoni li jammonta għal total ta’ 18-il FTE (6 FTEs għad-DĠ Enerġija u 12-il FTE għall-JRC, li minnhom 4 se jiġu rriallokati mir-riżorsi kurrenti tagħha u 9 ffinanzjati permezz ta’ ftehim amministrattiv). Barra minn hekk, ikunu meħtieġa EUR 1 miljun f’kostijiet operazzjonali ta’ darba u EUR 500,000 f’kostijiet operazzjonali rikorrenti u annwali għal aġġornamenti tekniċi, estensjonijiet u manutenzjoni tal-mudelli tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, għall-immudellar tal-miri, tal-NECPs u tat-taħlitiet tal-enerġija, kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ workshops u ta’ missjonijiet.

ACER

Rekwiżit 2:

L-ACER għandha l-kompitu li tappoġġa kif ukoll li tivverifika d-data kollha tal-input miġbura mill-Kummissjoni bħala parti mill-iżvilupp tax-xenarju ċentrali (l-Artikolu 11). Barra minn hekk, l-ACER hija meħtieġa tiżviluppa metodoloġija vinkolanti għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura (l-Artikolu 12) u tivvaluta l-konformità tal-abbozz ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura żviluppat u ppreżentat mill-ENTSO-E u mill-ENNOH, mal-metodoloġija qafas żviluppata u tirrapporta lill-Grupp TEN-E. L-ACER hija meħtieġa wkoll taġġorna l-metodoloġija qafas meta jkun meħtieġ fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni

It-twettiq ta’ dawn il-kompiti l-ġodda huwa stmat li jirriżulta f’ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-ACER li jammonta għal 2 FTEs. Barra minn hekk, l-ACER jkollha nefqiet operazzjonali inkluż appoġġ ta’ konsulenza għall-iżvilupp tal-metodoloġija tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, l-iżvilupp ta’ għodda tal-IT biex tiffaċilita l-verifika tad-data u l-ispejjeż ġenerali, b’kost stmat ta’ darba ta’ EUR 130 000 kif ukoll kostijiet operazzjonali rikorrenti ta’ EUR 100 000 fis-sena.

Rekwiżit 3:

L-ACER hija meħtieġa tadotta Rakkomandazzjoni dwar l-Allokazzjoni Transfruntiera tal-Kostijiet, li tidentifika prattiki tajbin għat-trattament tat-talbiet għal investiment għall-PCIs, filwaqt li tqis il-prinċipji fir-Regolament TEN-E (l-Artikolu 17). Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment kif meħtieġ. Meta tadotta jew taġġorna r-rakkomandazzjoni, l-ACER għandha twettaq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi wkoll mudell mhux vinkolanti ta’ allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-aġenziji regolatorji nazzjonali.

L-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-Allokazzjoni Transfruntiera tal-Kostijiet kif ukoll iż-żamma ta’ repożitorju tad-Deċiżjonijiet dwar is-CBCA huma stmati li jirriżultaw f’ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-ACER li jammonta għal total ta’ FTE wieħed kif ukoll kost stmat ta’ darba ta’ EUR 70 000 għall-iżvilupp tal-għodda tal-IT għar-repożitorju tad-deċiżjonijiet dwar is-CBCA.

Għad-DĠ Enerġija u, għall-JRC u għall-ACER, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-implimentazzjoni tal-proposta leġiżlattiva jestendu lil hinn mill-QFP kurrenti tal-2021–2027.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk jogħġbok ara t-taqsimiet tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjoni tar-Regolament TEN-E preċedenti wriet li dan tejjeb b’mod effettiv l-integrazzjoni tan-networks tal-Istati Membri, stimula l-kummerċ tal-enerġija u b’hekk ikkontribwixxa għall-kompetittività tal-Unjoni. Il-PCIs ikkontribwew ukoll b’mod qawwi għas-sigurtà tal-provvista bħala xprunatur kuntestwali ewlieni għad-disinn tar-Regolament TEN-E. Wara l-evalwazzjoni tiegħu fl-2020, ir-Regolament TEN-E ġie rrivedut fl-2022. Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni anness mal-Valutazzjoni tal-Impatt janalizza t-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tar-Regolament TEN-E rivedut. Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni jipprovdi evidenza tal-ħtieġa ta’ aktar titjib, jiġifieri fir-rigward tal-iżvilupp tax-xenarju, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura u t-TYNDP konsegwenti, l-għażla u l-valutazzjoni tal-proġetti PCI/PMI, kif ukoll is-CBCA u l-oqfsa għall-ħruġ tal-permessi.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Pakkett dwar il-Grilji huwa riżultat ewlieni skont il-Patt għal Industrija Nadifa u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli, li huma parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2025. Il-proposta tikkomplementa inizjattivi oħra li għandhom l-għan li joħolqu suq Ewropew tal-enerġija aktar integrat u kostijiet tal-enerġija aktar baxxi għall-unitajiet domestiċi u l-industriji. L-infrastruttura tal-enerġija hija kruċjali wkoll biex tintlaħaq il-mira klimatika proposta tal-UE għall-2040, u għall-objettiv tal-UE li sal-2050 tinkiseb in-newtralità klimatika.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028–2034 il-ġdid tenfasizza “l-importanza vitali ta’ Unjoni tal-Enerġija ġenwina u networks infrastrutturali integrati sew tal-UE”, li hija riflessa f’baġit sostanzjalment miżjud propost għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għall-Enerġija. Ir-Regolament TEN-E jipprovdi l-bażi għal proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija ffinanzjati taħt il-FNE.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja din il-proposta analizza għażliet ta’ politika differenti biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-inizjattiva. L-għażla ta’ politika ppreferuta li qed tiġi segwita permezz ta’ din il-proposta leġiżlattiva, tqieset bħala l-aktar approċċ effettiv u kosteffiċjenti u konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Id-DĠ Enerġija, il-JRC u l-ACER huma kkunsidrati fl-aħjar pożizzjoni biex jeżegwixxu r-rekwiżiti addizzjonali li jirriżultaw mill-proposta leġiżlattiva minħabba l-esperjenzi preċedenti tagħhom bil-proċess tal-ippjanar tal-infrastruttura u l-immudellar tas-sistema tal-enerġija.

Id-DĠ Enerġija żviluppa esperjenza sinifikanti fil-proċess tal-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-infrastruttura minn meta r-Regolament TEN-E ġie adottat għall-ewwel darba fl-2013. Għalhekk, huwa l-aktar adattat biex jikkoordina l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura u l-mekkaniżmi għall-mili tal-lakuni fil-livell tal-UE b’mod imparzjali. Il-JRC għandu għarfien tekniku sinifikanti fl-immudellar tas-sistema tal-enerġija u żviluppa l-għodod ta’ mmudellar tiegħu stess. Għalhekk huwa meqjus fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-kompiti ta’ mmudellar marbuta mal-iżvilupp tax-xenarju ċentrali.

Minħabba l-mandat tagħha, l-ACER tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex timplimenta r-rekwiżiti 1 u 2. Din żviluppat għarfien tekniku sostanzjali bħala attur ewlieni bi rwol formali kemm fil-proċess tal-ippjanar tal-infrastruttura kif ukoll fil-qafas tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet fil-livell tal-UE skont il-qafas kurrenti tat-TEN-E

L-FTEs addizzjonali huma meħtieġa għal kompiti/rekwiżiti ġodda li jirriżultaw minn din il-proposta leġiżlattiva, filwaqt li l-kompiti eżistenti mhux se jonqsu fil-futur prevedibbli.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

–    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–    impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

– lill-korpi tad-dritt pubbliku

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

DĠ Enerġija u JRC

Il-kompiti implimentati direttament mid-DĠ Enerġija se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ Enerġija u r-Rapport Annwali tal-Attività tal-JRC.

ACER

Skont ir-regolament finanzjarju tagħha, l-ACER trid tipprovdi, fil-kuntest tad-Dokument ta’ Programmazzjoni tagħha, Programm ta’ Ħidma annwali li jinkludi d-dettalji dwar ir-riżorsi, kemm finanzjarji kif ukoll umani, għal kull waħda mill-attivitajiet imwettqa.

L-ACER tirrapporta kull xahar lid-DĠ Enerġija dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, inklużi l-impenji, u l-pagamenti skont it-titolu tal-baġit, u r-rati tal-postijiet tax-xogħol vakanti skont it-tip ta’ persunal.

Barra minn hekk, id-DĠ Enerġija huwa rrappreżentat direttament fil-korpi ta’ governanza tal-ACER. Permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Bord Amministrattiv, id-DĠ Enerġija se jiġi infurmat dwar l-użu tal-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu matul is-sena.

Fl-aħħar nett, f’konformità wkoll mar-regoli finanzjarji, l-ACER hija soġġetta għal rekwiżiti annwali għar-rapportar dwar l-attivitajiet u l-użu tar-riżorsi permezz tal-Bord Amministrattiv u r-Rapport Annwali tal-Attività tagħha.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Rekwiżit 1:

Il-kompiti skont ir-Rekwiżit se jiġu assenjati lill-Kummissjoni.

Soġġett għal deċiżjoni meħuda matul l-implimentazzjoni, dawn il-kompiti jistgħu jitwettqu internament jew jiġu esternalizzati lil fornitur tas-servizz, permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku. Fil-każ li l-kompiti jiġu akkwistati minn fornitur tas-servizzi, l-akkwist jiġi implimentat b’ġestjoni diretta, b’applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-istrateġija ta’ kontroll għall-akkwisti fid-DĠ Enerġija u l-JRC tinkludi l-kontrolli speċifiċi legali, operazzjonali u finanzjarji ex ante dwar il-proċedura ta’ akkwist (rieżami mill-kumitat konsultattiv għall-akkwist u l-kuntratti) kif ukoll fuq l-iffirmar tal-kuntratti. Barra minn hekk, in-nefqa li ssir għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi hi soġġetta għal kontrolli ex ante u, meta meħtieġ, għal kontrolli ex post u finanzjarji.

Rekwiżiti 2 u 3:

Minħabba l-mandat tagħha, l-ACER tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tistabbilixxi għarfien espert relatat mal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti 4 u 3.

Id-DĠ Enerġija stabbilixxa strateġija ta’ kontroll għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-ACER, parti mill-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni tal-2017. L-Aġenzija rrevediet u adottat il-Qafas ta’ Kontroll Intern proprju tagħha f’Diċembru 2018.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

DĠ Enerġija

L-elementi ġestiti direttament mid-DĠ Enerġija jistgħu jkunu soġġetti għar-riskji tas-soltu li jaffettwaw il-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Dawn ir-riskji huma meqjusa ta’ livell baxx fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Kontrolli xierqa u effettivi huma fis-seħħ fil-livell korporattiv u tad-DĠ.

Fir-rigward tal-prestazzjoni, ir-riskju ewlieni huwa stimi ħżiena fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol maħluq minn din il-proposta, peress li tintroduċi kompiti ġodda. Dan ir-riskju jeħtieġ li jiġi aċċettat, minħabba li, kif uriet l-esperjenza, jekk il-ħtiġijiet ta’ riżorsi addizzjonali ma jiġux inklużi fil-proposta inizjali, huwa diffiċli ħafna li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata aktar tard.

JRC

Bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-attivitajiet xjentifiċi tiegħu, il-JRC jidentifika riskji potenzjali, jevalwa l-livell tagħhom u jippjana azzjonijiet ta’ mitigazzjoni meħtieġa u jidentifika l-kontrolli eżistenti. Ir-riskju ewlieni identifikat jirreferi għal a) l-istima tal-ammont ta’ xogħol relatat għall-kompiti l-ġodda assoċjati ma’ din il-proposta (l-ammont ta’ xogħol għal xi wħud mill-kompiti jista’ jiġi sottovalutat); b) kwantità jew kwalità insuffiċjenti tad-data biex tappoġġa d-diversi kompiti ġodda. Għal a) ir-riskju jeħtieġ li jiġi aċċettat; il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu ppjanar bir-reqqa tal-persunal matul id-durata tal-attivitajiet biex jiġi żgurat għarfien espert xieraq. Għal b) l-azzjonijiet jinkludu parteċipazzjoni bikrija fid-disinn u fit-tfassil tal-proċessi tal-ġbir tad-data, kif ukoll identifikazzjoni bikrija, fi ħdan kull kompitu li jeħtieġ attivitajiet intensivi fid-data, tal-ostakli potenzjali biex jinkiseb aċċess għad-data ta’ interess u komunikazzjoni bikrija mad-DĠ Enerġija u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex titqajjem il-kwistjoni tad-disponibbiltà tad-data.

ACER

Rigward kompiti ġodda għall-ACER, il-proposta tinkludi diversi kompiti ġodda li jtaffu dan ir-riskju, peress li filwaqt li l-ammont ta’ xogħol ta’ xi kompiti futuri jista’ jiġi sottovalutat, oħrajn jistgħu jkunu sopravalutati, u jipprovdu lok għal riallokazzjoni possibbli fil-futur.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

DĠ Enerġija

Il-kompiti assenjati lid-DĠ Enerġija se jiġu implimentati skont sistema ta’ kontroll diġà eżistenti u l-proporzjon tal-kost tal-kontroll huwa mistenni li jibqa’ stabbli (5 sa 6 % tal-fondi ġestiti abbażi ta’ snin finanzjarji riċenti).

ACER

L-allokazzjoni ta’ kompiti addizzjonali għall-mandat eżistenti tal-ACER ma hijiex mistennija li tiġġenera kontrolli addizzjonali speċifiċi fil-livell tal-Aġenzija, u għalhekk il-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll fuq il-valur tal-fondi ġestiti se jibqa’ l-istess għall-ACER.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

DĠ Enerġija

Id-DĠ Enerġija adotta Strateġija riveduta Kontra l-Frodi (AFS, Anti-fraud Strategy) fl-2020 u, fl-2023, pjan ta’ azzjoni rivedut li jkopri s-snin 2023–2025. Id-DĠ Enerġija bħalissa qed jirrevedi l-AFS tiegħu għas-snin 2026–2028, f’konformità mal-metodoloġija tal-OLAF. L-AFS tal-Enerġija hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi u fuq valutazzjoni tar-riskju speċifika mwettqa internament biex tidentifika l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ Enerġija li jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi l-frodi.

JRC

L-Istrateġija tal-JRC Kontra l-Frodi, flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha, ġiet adottata fl-2020 u mmodifikata fl-2024 biex il-pjan għall-perjodu 2025–2027 jiġi rrivedut u aġġornat. Il-pjan aġġornat jinkludi tliet azzjonijiet ġodda: kampanja ta’ sensibilizzazzjoni li tiffoka fuq kwistjonijiet ta’ etika tal-Kummissjoni u miżuri kontra l-frodi, b’eżempji rilevanti mfassla għall-persunal xjentifiku tal-JRC, imnedija fl-ewwel nofs tal-2025; programm ta’ taħriġ estiż li jinkludi sessjonijiet tematiċi dwar suġġetti bħall-kunflitt ta’ interess, l-awtur, l-użu tal-IA, il-whistleblowing u l-kanali ta’ rapportar, fost l-oħrajn; paġni aġġornati ta’ Sharepoint iddedikati għal kwistjonijiet ta’ etika u miżuri kontra l-frodi. Dawn l-azzjonijiet il-ġodda jikkomplementaw l-isforzi li għaddejjin mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-2021–2024 u l-parteċipazzjoni tal-JRC fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Istrateġija Kontra l-Frodi. Il-JRC japprezza l-kooperazzjoni tiegħu mal-OLAF, mat-tim ta’ kontroll intern, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra fl-isforzi kollettivi tagħna biex niġġieldu l-frodi.

ACER

L-ACER tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-Aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni u l-Linji Gwida tal-OLAF tal-2024 għall-aġenziji deċentralizzati u l-Impriżi Konġunti. F’Diċembru 2024, l-Aġenzija adottat Strateġija ġdida Kontra l-Frodi, li tħassar id-Deċiżjoni 15/2021 tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija. L-istrateġija l-ġdida, li tkopri l-perjodu 2025–2027, hija bbażata fuq l-objettivi strateġiċi li ġejjin: l-ottimizzazzjoni tal-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi, it-titjib tal-puntwalità u l-akkuratezza tas-sistemi ta’ detezzjoni eżistenti, it-tisħiħ tal-protokolli ta’ investigazzjoni, u l-ottimizzazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi għal irkupri rapidi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA  71

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 72 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 73

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 74

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

01

02.03.02 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Enerġija

Diff.

LE

LE

LE

LE

01

02.01.22.01 Nefqa ta’ appoġġ għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

01

02.10.06 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 75  

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–X    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

01

DĠ: ENER

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja: 02.03.02 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Enerġija

Impenji

(1a)

 

 

 

4,232

4,232 76

6,732

Pagamenti

(2 a)

 

 

 

3,232

3,232

7,732

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Linja baġitarja 02.01.22.01 Nefqa ta’ appoġġ għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija

 

(3)

 

 

 

0,428

0,428

2,996

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ Energija 77

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

4,660

4,660

9,728

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

3,660

3,660

10,728

JRC

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

M/A

Impenji

(1a)

 

 

 

 

 

 

Pagamenti

(2 a)

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Linja baġitarja 01 01 01 11 Nefqa relatata mal-uffiċjali u l-persunal temporanju li jimplimenta Orizzont Ewropa — Riċerka diretta

 

(3)

 

 

 

0,754

0,754

5,278

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għall-JRC 78

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

0,754

0,754

5,278

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

0,754

0,754

5,278

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

[Aġenzija]: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027

TOTAL QFP 2021-2027

Wara l-2027

Linja baġitarja: 02.10.06 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija / Il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-aġenzija

0,327

0,327

3,320

L-approprjazzjonijiet / il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-aġenzija se jiġu kkompensati bi tnaqqis tal-pakkett tal-programm li ġej Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija/ linja baġitarja: 02.03.02 / fis-sena/snin: 2027.

L-approprjazzjonijiet allokati fil-QFP li jmiss jenħtieġ li jiġu integrati fis-sussidju tal-Aġenzija minħabba n-natura permanenti tal-kompiti allokati minn din il-proposta u se jiġu kkompensati, jekk rilevanti, bi tnaqqis ekwivalenti ta’ pakkett ta’ programmi rilevanti taħt l-istess intestatura tal-QFP, mingħajr preġudizzju għall-qbil futur dwaru. Jekk ikun meħtieġ tnaqqis kompensatorju, ir-riżorsi allokati lill-Aġenzija jkollhom jiġu riveduti.

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

4,559

4,559

10,052

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

3,559

3,559

11,052

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

1,182

1,182

8,274

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

5,741

5,741

18,326

tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

4,741

4,741

19,326



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

DĠ: ENER

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027 79

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,376

0,376

2,632

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,012

0,012

0,084

TOTAL DĠ ENER

0,000

0,000

0,000

0,000

0,388

0,388

2,716

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
taħt l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,388

0,388

2,716

               

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,000

0,000

6,129

6,129

21,042

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,000

0,000

5,129

5,129

22,042

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turid-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 80

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 81 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–X    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,376

0,376

2,632

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,012

0,012

0,084

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,388

0,388

2,716

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

1,910

1,910

13,370

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,024

0,024

0,168

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

1,934

1,934

13,538

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

2,322

2,322

16,254

3.2.3.2.Total tal-approprjazzjonijiet

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

WARA L-2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,376

0,376

2,632

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,012

0,012

0,084

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,388

0,388

2,716

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

1,910

1,910

13,370

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,024

0,024

0,168

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

1,934

1,934

13,370

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

2,322

2,322

16,254

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani taħt H7 u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–X Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat 82

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Wara

2024

2025

2026

2027

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

4

4

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv 
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (02 01 22 01 Nefqa ta’ appoġġ għall-FNE-E) – Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

4

4

TOTAL

0

0

0

10

10

3.2.4.2.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

Wara

2024

2025

2026

2027 83

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

4

4

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (02 01 22 01 Nefqa ta’ appoġġ għall-FNE-E) – Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

4

4

TOTAL

0

0

0

10

10

Persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali*

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 / ir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

4 DĠ JRC (riallokazzjoni)

2 DĠ Enerġija

0

0

0

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

0

4 AK DĠ Enerġija

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

DĠ Enerġija: Iż-żewġ uffiċjali addizzjonali mitluba għad-DĠ Enerġija jkunu inkarigati mis-superviżjoni, mit-tmexxija u mill-koordinazzjoni tal-kompiti l-ġodda tad-DĠ Enerġija relatati mal-iżvilupp ta’ xenarju ċentrali (jekk jogħġbok ara t-taqsima 1.5.1 hawn fuq). Dawn il-kompiti huma relatati mat-tmexxija tal-proċess (inkluż il-koordinazzjoni effettiva tal-ekosistemi tal-partijiet ikkonċernati, il-kompatibbiltà tax-xenarji tal-grilja mal-arkitettura ġenerali tal-politika, il-koordinazzjoni tal-proċess ta’ tqabbil tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura l-ġdida u t-tħejjija ta’ atti legali), kif ukoll l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tax-xenarji (inkluż is-superviżjoni tal-ġbir tad-data, il-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ valutazzjoni, u s-superviżjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċess tal-immudellar).

Persunal estern

DĠ Enerġija: L-erba’ Aġenti Kuntrattwali addizzjonali mitluba għad-DĠ Enerġija jkollhom il-kompitu li jiżviluppaw ix-xenarju ċentrali u jappoġġaw iż-żewġ uffiċjali inkarigati mis-superviżjoni u t-tmexxija ta’ dan ix-xogħol. L-Aġenti Kuntrattwali jwettqu kompiti relatati mat-tmexxija tal-proċess u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tax-xenarju (jekk jogħġbok ara t-taqsima 1.5.1 hawn fuq).

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt jenħtieġ li tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 jenħtieġ li jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 jenħtieġ li jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella jenħtieġ li tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

TOTAL QFP wara l-2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

1,120

1,120

3,500

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

1,120

1,120

3,500

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

1,120

1,120

3,500

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–X tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Se tkun meħtieġa riallokazzjoni fi ħdan il-linja baġitarja tal-FNE-E biex tiġi ffinanzjata n-nefqa operazzjonali għall-2027.

Tista’ tkun meħtieġa riallokazzjoni bejn id-DĠ biex tipprevedi ż-żewġ uffiċjali mitluba għad-DĠ Enerġija biex iwettqu l-kompiti skont ir-Rekwiżit 1 deskritt fit-taqsima 1.5.1.

–    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

–    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–X ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 
3.2.8.    Riżorsi umani stmati u l-użu tal-approprjazzjonijiet meħtieġa f’aġenzija deċentralizzata 

Rekwiżiti tal-persunal (unitajiet ekwivalenti għall-full-time)

Aġenzija: ACER

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Wara l-2027

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

1

1

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Subtotal tal-aġenti temporanji (AD+AST)

0

0

0

1

1

Aġenti kuntrattwali

1

2

Esperti Nazzjonali Sekondati

Subtotal tal-aġenti kuntrattwali u tal-esperti nazzjonali sekondati

0

0

0

1

2

TOTAL tal-persunal

0

0

0

2

3

Approprjazzjonijiet koperti mill-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

In-nefqa fuq il-persunal għandha tiġi adattata skont ix-xahar ta’ reklutaġġ ippjanat (jekk ir-reklutaġġ iseħħ f’Lulju, jitqies biss 50 % tal-kost medju).

Aġenzija: ACER

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL 2021 - 2027

WARA L-2027 84

Titolu 1: Nefqa tal-persunal

0,127

0,127

2,546

Titolu 2: Nefqa operatorja u infrastrutturali

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

0,200

0,200

0,773

TOTAL tal-approprjazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE

0,000

0,000

0,000

0,327

0,327

3,320

Ħarsa ġenerali / sommarju tar-riżorsi umani u l-approprjazzjonijiet (f’miljuni ta’ EUR) meħtieġa mill-proposta / inizjattiva f’aġenzija deċentralizzata

Aġenzija: ACER

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL 2021 - 2027

Wara l-2027

Aġenti temporanji (AD+AST)

0

0

0

1

1

1

Aġenti kuntrattwali

0

0

0

1

1

2

Esperti Nazzjonali Sekondati

0

0

0

0

0

0

Total tal-persunal

0

0

0

2

2

3

Approprjazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE

0,000

0,000

0,000

0,327

0,327

3,320

Approprjazzjonijiet koperti minn tariffi

(jekk applikabbli)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet kofinanzjati

(jekk applikabbli)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,327

0,327

3,320

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–X Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–    indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 85

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

mhux applikabbli

Rimarki oħra (pereż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali fil-proposta:

Ir-Rekwiżit 1 (R1) huwa relatat mal-proċessi tal-iżvilupp tax-xenarji u mal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura, li jenħtieġ li jikkunsidraw l-użu potenzjali ta’ soluzzjonijiet diġitali u intelliġenti flimkien mal-iżvilupp fiżiku tal-grilja diġà fil-parti tal-immudellar tal-ippjanar tal-iżvilupp tan-network. Bħala rekwiżit relatat, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fl-elettriku huma meħtieġa jikkunsidraw bi prijorità soluzzjonijiet mingħajr fili u diġitali meta jipproponu proġetti ta’ infrastruttura ġdida, b’dawn ir-rekwiżiti applikabbli fuq livell Ewropew (bħala parti mill-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-UE kollha) kif ukoll fuq livell nazzjonali (pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tan-network fuq livell ta’ trażmissjoni). Dan se jgħin biex tiġi żgurata l-effiċjenza massima fl-iżvilupp tal-grilja u jinċentiva wkoll l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fil-prattika.

Dan ir-rekwiżit japplika għall-istituzzjonijiet tal-UE responsabbli għall-proċess tal-immudellar, għall-Istati Membri, għall-korpi li jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fuq livell Ewropew (ENTSO għall-Elettriku, ENTSO għall-Gass u l-ENNOH) kif ukoll għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fuq livell nazzjonali.

Ir-Rekwiżit 2 (R2) huwa relatat mal-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ trażmissjoni mingħajr fili u diġitali għal Proġetti ta’ Interess Komuni. Tali kategorija għandha l-għan li tipprovdi inċentivi aħjar għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali u li jsaħħu l-grilja mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tal-użu tal-grilja u tiżdied il-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera. Meta japplikaw għall-kategorija l-ġdida, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni huma meħtieġa jissottomettu data relatata mal-karatteristiċi tekniċi tas-sistemi ta’ diġitalizzazzjoni proposti kif ukoll mal-impatti mistennija fuq l-operat tas-sistema ta’ trażmissjoni. L-ENTSO għall-Elettriku, bħala korp propost għall-kalkolu tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġetti ġodda, ikun responsabbli għall-ipproċessar ta’ data relatata.

Ir-Rekwiżit 3 (R3) huwa relatat mal-proċedura tal-applikazzjoni għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku. L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri trid tkun tista’ tirċievi applikazzjonijiet għall-ħruġ tal-permessi u d-dokumenti rilevanti kollha f’format diġitali (l-Artikolu 8). Skont il-proposta, l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li jkun hemm pjattaforma diġitali disponibbli fil-livell nazzjonali biex jiġu ġestiti l-passi tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi (inkluż l-applikazzjonijiet għall-ħruġ tal-permessi, il-proċessi għall-ħruġ tal-permessi, id-deċiżjonijiet li jkun għaddejjin dwar il-ħruġ ta’ permessi) u jagħmlu disponibbli d-deċiżjonijiet maħruġa f’format faċilment aċċessibbli (l-Artikolu 10(4)). Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għal diġitalizzazzjoni u trasparenza aktar uniformi fost l-awtoritajiet differenti fl-Istati Membri għall-ħruġ tal-permessi u fl-aħħar mill-aħħar iħaffef il-ħruġ tal-permessi.

Dan se jkun minbarra l-obbligu fuq l-Istati Membri li d-deċiżjonijiet kollha jinħarġu f’format faċilment aċċessibbli.

4.2.Data

Għar-Rekwiżit 1: Ir-rekwiżit huwa relatat mal-ġbir tad-data eżistenti għall-finijiet tal-immudellar tal-grilja u l-iżvilupp tax-xenarju u jista’ jwassal biex tinġabar data ġdida dwar l-użu futur tat-teknoloġiji diġitali u l-potenzjal tagħhom. Għalkemm jeżistu suppożizzjonijiet dwar il-potenzjal ta’ teknoloġiji bħal dawn fil-letteratura, id-data tal-Istati Membri bħalissa ma hijiex disponibbli għall-pubbliku u ma tinġabarx għall-istess fini (il-prinċipju ta’ darba biss ġie segwit kif xieraq). L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni se jibdew jivvalutaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà skont ir-Regolament (UE) 2019/943 mill-2026 u xi data li qed tintuża tista’ tintuża wkoll għall-finijiet tal-ippjanar tal-grilja. Madankollu, il-medda ta’ dan tal-ewwel hija biss ta’ 10 snin, filwaqt li l-ippjanar tal-grilja għall-Unjoni kollha jkopri l-10 snin sa 20 sena li ġejjin. F’dan ir-rigward, il-ġbir tad-data jidher inevitabbli biex tiġi żgurata kopertura sħiħa. Il-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-format konkret tad-data se tiżgura li jitqiesu l-ġabriet eżistenti għall-finijiet tal-Valutazzjonijiet tal-Ħtiġijiet ta’ Flessibbiltà biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni fir-rekwiżiti. Fir-rigward tal-fluss tad-data, id-data hija pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, mill-awtoritajiet regolatorji u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni abbażi tar-regola li trid tiġi adottata permezz ta’ atti legali sekondarji. Data addizzjonali għall-immudellar tal-grilja, jekk ikun meħtieġ, għandha tiġi pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni direttament lill-ENTSO għall-Elettriku.

Għar-Rekwiżit 2: Id-data relatata mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-Proġett ta’ Interess Komuni hija unika għal kull proġett u għalhekk trid tinġabar fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni (il-prinċipju ta’ darba biss, għalhekk, jiġi rrispettat bis-sħiħ). Din id-data tirrigwarda l-ambitu tal-proġett, l-istimi finanzjarji, it-teknoloġiji użati, il-post, l-impatt fuq l-ambjent u l-grilja tal-enerġija, eċċ. Id-data tiġi ppreżentata mill-promoturi tal-proġetti (l-aktar l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni) lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-Kummissjoni Ewropea għall-fini tal-valutazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji skont il-proċessi ta’ evalwazzjoni għal Proġetti ta’ Interess Komuni.

Għar-Rekwiżit 3: Il-pjattaformi diġitali li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu jaħżnu d-data kollha meħtieġa għal permess komplut jew permessi kompluti għal proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Din hija data personali dwar l-applikant kemm jekk dan ikun persuna fiżika kif ukoll persuna ġuridika, il-karatteristiċi tal-proġett u d-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa.

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Għar-Rekwiżit 1: Il-pjattaforma relatata mar-rekwiżit 1 tirrigwarda l-immudellar tal-grilja u l-immudellar tax-xenarji għall-iżvilupp futur tal-infrastruttura. L-ENTSO għall-Elettriku diġà juża pjattaforma bħal din, u għalhekk ir-rekwiżit il-ġdid jirrigwarda l-aġġornament tal-pjattaforma biex tipproċessa aktar data. Fir-rigward tar-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fil-proċess tal-immudellar tax-xenarju, id-data se tintuża f’mudelli eżistenti, u għalhekk il-bidliet ma jistipulaw l-ebda rekwiżit ġdid biex tiġi stabbilita pjattaforma separata.

Għar-Rekwiżit 2: Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jwassalx għall-istabbiliment ta’ pjattaformi ġodda ta’ sistemi għall-ipproċessar tad-data, peress li l-proċess tal-għażla tal-PCI huwa stabbilit sew u l-għan huwa li jitwessa’ l-ambitu tal-kategoriji (filwaqt li jinżammu l-prinċipji għall-valutazzjoni, jintużaw sistemi eżistenti għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u jiġu kkalkolati l-kostijiet u l-benefiċċji).

Għar-Rekwiżit 3: Id-diġitalizzazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi se jiġu ffaċilitati mill-pjattaformi diġitali li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu. Biċ-ċentralizzazzjoni ta’ din id-data, nistennew li nissimplifikaw il-proċeduri u li nipprevjenu d-duplikazzjoni tal-istess data fi pjattaformi differenti. Fil-premessi, il-Kummissjoni tħeġġeġ li l-portal jenħtieġ li jippreżenta karatteristiċi, inkluż permezz tal-intelliġenza artifiċjali, li jippermettu lill-punt ta’ kuntatt uniku, lil awtoritajiet oħra u lil applikanti jivverifikaw l-istatus tal-applikazzjoni u fejn ikun hemm dewmien, kif ukoll jivverifikaw il-konformità mal-iskadenzi għall-ħruġ tal-permessi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jippermetti l-estrazzjoni tal-istatistika biex jiġi vverifikat il-progress ġenerali tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi fl-Istati Membri. Il-portal jenħtieġ li jiffaċilita d-dmirijiet tal-punt ta’ kuntatt uniku li jenħtieġ li jkollu aċċess għad-data u l-informazzjoni rilevanti kollha.

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà 

Ir-Rekwiżiti 1 u 2 ma jirrikjedux interazzjoni bejn il-fruntieri tal-Istati Membri peress li l-għan huwa li tiddaħħal data għall-evalwazzjonijiet fil-livell tal-UE, b’mod ċentralizzat. Lanqas ma huma relatati mal-interoperabbiltà transfruntiera peress li d-data skambjata hija dwar stimi futuri tal-iżvilupp tal-proġetti, mhux dwar il-flussi tad-data eżistenti relatati mal-operat tas-sistema (li diġà huma skambjati permezz ta’ pjattaformi oħra ta’ kooperazzjoni tat-TSOs). Hemm aspettattiva li d-data se tiġi kondiviża darba biss, jiġifieri jew mal-ENTSO għall-Elettriku (li konsegwentement tikkondividiha mal-Kummissjoni), jew mal-Kummissjoni direttament (f’każ li ma tkunx meħtieġa data identika mill-ENTSO għall-Elettriku). L-informazzjoni tiġi skambjata permezz ta’ fajls tad-data – mhux permezz tal-kollegament reċiproku ta’ żewġ pjattaformi.

Ir-Rekwiżit 3 ma jirrikjedix interazzjoni bejn il-fruntieri tal-Istati Membri, fost l-entitajiet tal-UE jew bejn l-entitajiet tal-UE u l-korpi tas-settur pubbliku. Lanqas ma għandu effett fuq l-interoperabbiltà transfruntiera peress li d-data hija rilevanti għall-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali, aktar milli fil-livell tal-UE. Ġiet ikkunsidrata u skartata struttura tad-data ddefinita ċentralment, peress li, minħabba l-karattru pjuttost nazzjonali tal-akbar perċentwal tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi f’kull Stat Membru u s-sistemi differenti għall-ħruġ tal-permessi, huwa loġiku li d-deċiżjoni reali dwar il-format għall-implimentazzjoni titħalla f’idejn l-Istati Membri, li jistgħu jiddeċiedu x’inhu l-aktar adattat għas-sistema tagħhom u għall-pjattaforma diġitali l-ġdida li se jistabbilixxu. Għalkemm ir-Regolament TEN-E jirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-permessi jikkooperaw fi proġetti transfruntiera sa fejn ikun possibbli, dan jagħti lill-Istati Membri l-libertà li jiddeċiedu dwar l-aktar mod xieraq biex jagħmlu dan. Peress li parti mid-data inkwistjoni tista’ tkun meħtieġa u vvalutata wkoll għal proċeduri relatati ma’ proġetti mhux koperti mir-Regolament TEN-E, se jiġi propost ukoll li dawn il-pjattaformi jiġu stabbiliti bħala pjattaforma b’diversi skopijiet li tkopri l-ħruġ ta’ permess ta’ firxa wiesgħa ta’ assi tal-enerġija (grilji, pipelines, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, ħżin, eċċ.).

Is-servizzi pubbliċi affettwati minn dawn is-suġġerimenti jkunu l-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti fil-ħruġ tal-permessi tal-assi tal-enerġija, eż. il-ministeru u/jew l-aġenziji tal-enerġija, l-amministrazzjoni muniċipali/lokali u l-awtoritajiet ambjentali. Il-korpi jew l-entitajiet amministrattivi responsabbli għall-opinjoni jew l-approvazzjoni dwar proġetti li jaffettwaw l-ippjanar spazjali u s-siti ta’ wirt kulturali jkunu affettwati wkoll.

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Il-miżuri huma relatati mar-Rekwiżit 2, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ trażmissjoni mingħajr fili u diġitali għal Proġetti ta’ Interess Komuni. Tali kategorija għandha l-għan li tipprovdi inċentivi aħjar għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali u li jsaħħu l-grilja mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tal-użu tal-grilja u tiżdied il-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera. Tali investiment, jekk jingħata status ta’ Proġett ta’ Interess Komuni, jibbenefika minn ħruġ aċċellerat tal-permessi u jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa, jista’ japplika għal finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjattaformi diġitali fi ħdan il-grilji tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-UE.

(1)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni, COM(2025) 85 final
(2)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika
(3)    COM(2025) 524 final: Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika
(4)    Artelys, LBST, Trinomics, Finesso, A. u oħrajn, Investment needs of European energy infrastructure to enable a decarbonised economy , 2025; il-ħtiġijiet ta’ investiment għall-grilji tad-distribuzzjoni waħedhom jammontaw għal EUR 730 biljun.
(5)     https://energy.ec.europa.eu/news/member-states-agree-new-ambition-expanding-offshore-renewable-energy-2024-12-18_en
(6)     https://commission.europa.eu/topics/eu-competitiveness/draghi-report_en#paragraph_47059
(7)        Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Enerġija tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar L-Iżvilupp ta’ Infrastruttura tal-Grilja tal-Elettriku Sostenibbli, 10459/24
(8)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 10279/25
(9)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2025 EUCO 1/25
(10)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2025 dwar il-grilji tal-elettriku (2025/2006(INI))
(11)    Ir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel (2024/2051(INI)),
(12)    ACER (2024): Electricity infrastructure development to support a competitive and sustainable energySystem (Rapport ta’ Monitoraġġ tal-2024)
(13)    ENTSO-E (2025), TYNDP 2024. Opportunities for a more efficient European power system by 2050. Infrastructure Gaps Report.
(14)    COM(2025) 79 final
(15)    COM(2023) 757 final
(16)    COM(2025) 547 final: Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2028–2034
(17)    Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE
(18)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)
(19)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku
(20)    Pereżempju, il-ħtiġijiet tal-industrija f’termini ta’ konsum tal-enerġija għandhom ikunu riflessi sew fil-pjanijiet ta’ żvilupp tan-networks nazzjonali u, viċi versa, hemm bżonn ta’ rikonoxximent tal-ippjanar tal-infrastruttura fil-politika industrijali meta titqies il-ħtieġa ta’ infrastruttura tal-grilja u tal-pipelines għall-idroġenu u għad-diossidu tal-karbonju.
(21)    Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (riformulazzjoni)
(22)    Ara l-Artikolu 22 tar-Regolament TEN-E.
(23)    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, ECORYS, Ramboll, REKK, Shepherd u Wedderburn, Akkermans, F., Le Den, X., Heidecke, L., Jansen, L., Juárez, V., Kácsor, E., Mezősi, A., Nigohosyan, D., Nguyen, N., Rodger, S., Selei, A., Takácsné Tóth, B., Møller Thomsen, S., Til, H. v.Yagafarova, A., Support to the evaluation of Regulation (EU) No 347/2013 on guidelines for trans-European energy infrastructure – Final report, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021, https://data.europa.eu/doi/10.2833/154438
(24)    20 % tar-rispondenti kienu newtrali u 35 % ma esprimew l-ebda opinjoni (ara l-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt).
(25)    18 % tar-rispondenti kienu newtrali u 31 % kienu inċerti (ara l-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt)
(26)    25 % ta’ dawk li wieġbu kienu newtrali u 32 % inċerti (ara l-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt).
(27)    18 % ta’ dawk li wieġbu kienu newtrali u 32 % inċerti (ara l-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt).
(28)    14 % ta’ dawk li wieġbu kienu newtrali u 27 % inċerti (ara l-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt).
(29)    ENTSO għall-Elettriku TYNDP 2024 Infrastructure Gaps Report.
(30)    ĠU C , , p. .
(31)    ĠU C , , p. .
(32)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Frar 2025, “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni, COM(2025) 85 final).
(33)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Frar 2025: “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli – Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall Ewropej kollha, COM(2025) 79 final.
(34)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Jannar 2025, “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025) 30 final).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj ).
(36)    Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj ).
(37)    Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj ).
(38)    COM(2025) 524 final tat-2 ta’ Lulju 2025.
(39)    ACER (2024): Electricity infrastructure development to support a competitive and sustainable energy system (Rapport ta’ Monitoraġġ tal-2024)
(40)    ENTSO-E (2025), TYNDP 2024. Opportunities for a more efficient European power system by 2050. Infrastructure Gaps Report.
(41)    M. Draghi (2025): “The future of European competitiveness”.
(42)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Frar 2025, “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”, COM(2025) 85 final.
(43)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Frar 2025, “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli – Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha” COM(2025)79 final).
(44)    Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj ).
(45)    Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj ).
(46)    Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj ).
(47)    Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/941/oj ).
(48)    Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj ).
(49)    Ir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (ĠU L, 2024/1789, 15.7.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1789/oj ).
(50)    Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj ).
(51)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
(52)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj ).
(53)    Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj ).
(54)    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj   http://data.europa.eu/eli/dir/2011/93/oj ).
(55)    Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30, http://data.europa.eu/eli/dir/2001/42/oj ).
(56)    Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135, http://data.europa.eu/eli/dir/2014/89/oj )
(57)    ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4
(58)    ĠU C 104, 24.4.1992, p. 7
(59)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Ottubru 2023, Twettiq tal-ambizzjonijiet tal-UE rigward l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (COM(2023) 668 final).
(60)    Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj ).
(61)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1294/oj ).
(62)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
(63)    Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/942/oj.)
(64)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj ).
(65)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(66)    [referenza għar-Regolament dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali]
(67)    Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2009/714/oj ).
(68)    Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/347/oj).
(69)    Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1316/oj .
(70)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(71)    Għalkemm dan l-LFDS ikopri biss il-QFP tal-2021–2027, il-proposta hija mistennija li jkollha impatt finanzjarju wara l-2027,
(72)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(73)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(74)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(75)    L-ammonti ta’ wara l-2027 huma indikattivi u ma jippreġudikawx l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-QFP li jmiss.
(76)    Parti mill-approprjazzjonijiet operazzjonali taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tkun iddedikata għal Ftehim Amministrattiv mal-JRC għad-9 FTEs (CA) kif indikat fit-Taqsima 1.5.1
(77)    Stimi bbażati fuq il-kostijiet medji tal-persunal applikabbli mill-2026 u li jikkorrispondu għal erba’ uffiċjali fil-kategorija rilevanti li għandhom jiġu riallokati fil-JRC.
(78)    Din in-nefqa amministrattiva għandha titkompla fil-QFP li jmiss.
(79)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(80)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(81)    Minħabba li l-FTEs addizzjonali se jkopru kompiti ġodda assenjati lill-Kummissjoni, bħalissa ma hemmx FTEs li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni jew li jistgħu jiġu rriallokati fi ħdan id-DĠ f’dak li jirrigwarda d-DĠ Enerġija.
(82)    Kif indikat aktar qabel, il-proposta għandha durata illimitata u l-ħtiġijiet tar-riżorsi se jestendu lil hinn mill-2027 anke taħt il-QFP tal-2028–2034.
(83)    Ċifra għall-QFP 2028–2034 kollu
(84)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 10.12.2025

COM(2025) 1006 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942, (UE) 2019/943, u (UE) 2024/1789 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2022/869

{SEC(2025) 2000 final} - {SWD(2025) 2000 final} - {SWD(2025) 2001 final}


ANNESS I

KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

(kif imsemmija fl-Artikolu 1(1))

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u għall-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:

1.KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU

(1)L-interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran inkluża l-peniżola Iberika, b’mod partikolari biex jiġi integrat l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jissaħħu l-infrastrutturi tal-grilja interna biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun u biex jintemm l-iżolament tal-Irlanda, biex jiżdiedu s-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tan-network, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet neċessarji fuq l-art tal-grilji fil-baħar għall-enerġija rinnovabbli u r-rinfurzar tal-grilja domestika neċessarju biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex jiġi pprovdut l-elettriku ġġenerat fil-baħar lill-Istati Membri mingħajr kosta.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.

(2)L-interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity): interkonnessjonijiet, u linji interni fid-direzzjonijiet Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jitlesta s-suq intern, tiġi integrata l-ġenerazzjoni minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli biex jintemm l-iżolament ta’ Ċipru, jiżdiedu s-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tan-network, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet neċessarji fuq l-art tal-grilji fil-baħar għall-enerġija rinnovabbli u r-rinfuzar tal-grilja domestika neċessarja biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex jiġi pprovdut l-elettriku ġġenerat fil-baħar lill-Istati Membri mingħajr kosta.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Kroazja, il-Greċja, Ċipru, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(3)Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku fl-elettriku (BEMIP Electricity, Baltic Energy Market Interconnection Plan In Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u linji interni fir-reġjun Baltiku, biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li jiġi integrat is-sehem dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun, u biex jiżdiedu s-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tan-network.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

2.KURITURI PRIJORITARJI TAL-GRILJI FIL-BAĦAR

(4)Il-grilji fil-baħar tal-Ibħra tat-Tramuntana (NSOG, Northern Seas Offshore Grids): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku fil-baħar, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku fil-baħar, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż, fil-Baħar Ċeltiku, fil-Kanal Ingliż, u fl-ilmijiet ġirien għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-baħar lejn ċentri ta’ konsum u ta’ ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvezja.

(5)Il-grilji fil-baħar tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku fil-baħar, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku fil-baħar, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Baltiku u fl-ilmijiet ġirien għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-baħar lejn ċentri ta’ konsum u ta’ ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

(6)Il-grilji fil-baħar fin-Nofsinhar u fil-Punent (SW offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku fil-baħar, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku fil-baħar, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, inkluż fil-Golf ta’ Cadiz, u fl-ilmijiet ġirien għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-baħar lejn ċentri ta’ konsum u ta’ ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall.

(7)Il-grilji fil-baħar fin-Nofsinhar u l-Lvant (SE offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku fil-baħar, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku fil-baħar, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, fil-Baħar l-Iswed u fl-ilmijiet ġirien għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-baħar lejn ċentri ta’ konsum u ta’ ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja.

(8)Il-grilji fil-baħar fl-Atlantiku: l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku fil-baħar, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku fil-baħar u l-interkonnetturi relatati fl-ilmijiet tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku għat-trasport tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-baħar lejn ċentri ta’ konsum u ta’ ħżin u għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-elettriku.

L-Istati Membri kkonċernati: l-Irlanda, Spanja, Franza u l-Portugall.

3.KURITURI PRIJORITARJI GĦALL-IDROĠENU U L-ELETTROLIZZATURI

(9)L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West): l-infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop differenti tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network għall-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu fl-Unjoni.

L-elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-varar ta’ applikazzjonijiet tal-gass bl-elettriku li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għat-tħaddim sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u għall-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija fl-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda. Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall.

(10)L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (HI East): l-infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop differenti tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network għall-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu fl-Unjoni.

L-elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-varar ta’ applikazzjonijiet tal-gass bl-elettriku li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għat-tħaddim sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u għall-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija fl-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(11)Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen): l-infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop differenti tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network għall-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu fl-Unjoni.

L-elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-varar ta’ applikazzjonijiet tal-gass bl-elettriku li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għat-tħaddim sigur, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u għall-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija fl-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

4.OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI

(12)Il-varar ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti madwar l-Unjoni biex jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi man-network tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons tad-domanda mill-konsumaturi, il-ħżin tal-enerġija, il-vetturi elettriċi u sorsi oħra ta’ flessibbiltà u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u tas-sistemi tal-gżejjer, it-tnaqqis tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija, l-appoġġ għal soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, u l-kontribut sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.

L-Istati Membri kkonċernati: kollha.

(13)In-network transfruntier tad-diossidu tal-karbonju: l-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi ġirien tal-qbid u tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju maqbud mill-installazzjonijiet industrijali bil-ħsieb ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti, kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-diossidu tal-karbonju għal gassijiet gassużi sintetiċi li jwassal għan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.

L-Istati Membri kkonċernati: kollha.

ANNESS II

KATEGORIJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

Il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(1)fir-rigward tal-elettriku:

(a)il-linji ta’ trażmissjoni fl-ajru b’vultaġġ għoli u għoli ħafna, li jaqsmu fruntiera jew fi ħdan territorju ta’ Stat Membru inkluża ż-żona ekonomika esklużiva, jekk ikunu tfasslu għal vultaġġ ta’ 220 kV jew aktar, u kejbils għat-trażmissjoni taħt l-art u sottomarini, jekk ikunu tfasslu għal vultaġġ ta’ 150 kV jew aktar. Għall-Istati Membri u għal sistemi iżolati żgħar b’sistema ta’ trażmissjoni ġenerali b’vultaġġ aktar baxx, dawk il-livelli limitu tal-vultaġġ huma ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistemi tal-elettriku rispettivi tagħhom;

(b)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (a) li jippermettu t-trażmissjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-baħar mis-siti ta’ ġenerazzjoni fil-baħar (infrastruttura tal-enerġija għall-elettriku rinnovabbli fil-baħar);

(c)il-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, f’forma individwali jew aggregata, użati għall-ħżin tal-enerġija fuq bażi permanenti jew temporanja f’infrastruttura jew f’siti ġeoloġiċi fuq l-art jew taħt l-art, dment li dawn ikunu konnessi direttament ma’ linji ta’ trażmissjoni u ma’ linji ta’ distribuzzjoni b’vultaġġ għoli mfassla għal vultaġġ ta’ 110 kV jew aktar. Għall-Istati Membri u għal sistemi iżolati żgħar b’sistema ta’ trażmissjoni ġenerali b’vultaġġ aktar baxx, dawk il-livelli limitu tal-vultaġġ huma ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistemi tal-elettriku rispettivi tagħhom;

(d)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) joperaw b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi t-tagħmir ta’ protezzjoni, ta’ reżiljenza, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ diġitalizzazzjoni jew l-installazzjoni fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha;

(e)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni, li jkunu mfassla speċifikament biex jipprovdu protezzjoni u reżiljenza għall-elementi kritiċi eżistenti tan-network skont ir-Regolament (UE) 2019/943, ikunu fiżikament konnessi magħhom, u jkunu essenzjali biex is-sistemi jitħaddmu b’mod sikur, sigur u effiċjenti;

(f)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali għall-elementi eżistenti tan-network b’vultaġġ għoli biex joperaw is-sistemi b’mod sikur u effiċjenti li jikkostitwixxu tagħmir ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ diġitalizzazzjoni jew installazzjoni;

(g)il-grilji intelliġenti tal-elettriku: kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni, sistema diġitali u komponent li jintegraw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), permezz ta’ pjattaformi diġitali operazzjonali, sistemi ta’ kontroll u teknoloġiji tas-sensuri kemm fil-livell ta’ trażmissjoni kif ukoll tad-distribuzzjoni b’vultaġġ medju u għoli, bl-għan li jiġi żgurat network ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku aktar effiċjenti u intelliġenti, kapaċità akbar biex jiġu integrati forom ġodda ta’ ġenerazzjoni, ta’ ħżin u ta’ konsum tal-enerġija u jiġu ffaċilitati mudelli ta’ negozju u strutturi tas-suq ġodda, inklużi investimenti fi gżejjer u f’sistemi tal-gżejjer biex jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jappoġġa soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni;

(h)il-grilji fil-baħar għall-enerġija rinnovabbli: kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (a) li għandhom funzjonalità doppja: interkonnessjoni u sistema ta’ konnessjoni tal-grilja fil-baħar mis-siti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli fil-baħar lejn żewġ Stati Membri jew aktar u lejn pajjiż terz, inkluża l-estensjoni fuq l-art ta’ dan it-tagħmir sal-ewwel substazzjon fis-sistema ta’ trażmissjoni fuq l-art, kif ukoll kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni kontigwa fil-baħar essenzjali għall-operat b’mod sikur, sigur u effiċjenti, inklużi sistemi ta’ protezzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, u s-substazzjonijiet neċessarji jekk jiżguraw ukoll l-interoperabbiltà teknoloġika, fost l-oħrajn il-kompatibbiltà tal-interfaċċa bejn diversi teknoloġiji;

(2)dwar l-idroġenu:

(a)il-pipelines għat-trasport, prinċipalment bi pressjoni għolja, tal-idroġenu, inkluża l-infrastruttura tal-gass naturali adattata għal skop differenti, li jagħtu aċċess lil utenti multipli tan-network fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja;

(b)il-faċilitajiet ta’ ħżin li huma konnessi mal-pipelines tal-idroġenu bi pressjoni għolja msemmijin fil-punt (a);

(c)il-faċilitajiet ta’ lqugħ, ta’ ħżin u ta’ rigassifikazzjoni jew ta’ dekompressjoni għall-idroġenu likwifikat jew għall-idroġenu integrat f’sustanzi kimiċi oħra bl-objettiv li l-idroġenu, fejn applikabbli, jiġi injettat fil-grilja;

(d)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema tal-idroġenu topera b’mod sikur, sigur u effiċjenti jew tippermetti kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta’ kompressjoni;

Kwalunkwe wieħed mill-assi elenkati fil-punti (a) sa (d) jista’ jkun mibni ġdid jew adattat għal skop differenti mill-gass naturali għall-idroġenu, jew kombinament tat-tnejn;

(3)fir-rigward tal-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi:

(a)l-elettrolizzaturi li:

(i) għandhom kapaċità ta’ mill-inqas 500 MW, ipprovduta minn elettrolizzatur wieħed jew minn sett ta’ elettrolizzaturi li jiffurmaw proġett wieħed u kkoordinat; u

(ii) il-produzzjoni tikkwalifika bħala idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju f’konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1788 fil-każ ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; u

(iii) għandhom funzjoni relatata man-network kemm għan-networks tal-elettriku kif ukoll tal-idroġenu, b’mod partikolari bl-għan tal-flessibbiltà ġenerali tas-sistema u tal-effiċjenza ġenerali tas-sistema taż-żewġ networks.

(b)it-tagħmir relatat, inkluża l-konnessjoni tal-pipelines man-network.

(4)fir-rigward tad-diossidu tal-karbonju:

(a)il-pipelines dedikati, minbarra network ta’ pipelines upstream, użati għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju minn iżjed minn sors wieħed, għall-fini tal-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(b)il-faċilitajiet fissi għal-likwefazzjoni, il-ħżin bafer u l-konvertituri tad-diossidu tal-karbonju fid-dawl tat-trasport ulterjuri tiegħu permezz ta’ pipelines u f’modi tat-trasport dedikati bħal vapur, barkun, trakk, u ferrovija;

(c)mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe projbizzjoni tal-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju fi Stat Membru, il-faċilitajiet tas-superfiċe u ta’ injezzjoni assoċjati mal-infrastruttura f’formazzjoni ġeoloġika li tintuża, f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE, għall-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju, fejn dawn ma jinvolvux l-użu tad-diossidu tal-karbonju għall-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi u huma neċessarji biex jippermettu t-trasport u l-ħżin transfruntier tad-diossidu tal-karbonju;

(d)kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera kif xieraq, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll.

ANNESS III

LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI

1.REGOLI GĦALL-GRUPPI

(1)Fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija li taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni (TSOs, Transmission System Operators), kif ukoll tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija, tal-entità tal-UE għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni (DSO, Distribution System Operators) u jew tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO, European Network of Transmission System Operators for Electricity) jew tan-Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network għall-Idroġenu (ENNOH, European Network of Network Operators for Hydrogen).

Għall-kategoriji l-oħra tal-infrastruttura tal-enerġija, kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Kummissjoni u mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti indikata fl-Anness I.

(2)Skont in-numru ta’ proġetti kandidati għal-lista tal-Unjoni, in-nuqqasijiet fl-infrastruttura reġjonali u fl-iżviluppi tas-suq, il-Gruppi u l-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Gruppi jistgħu jinqasmu, jingħaqdu jew jiltaqgħu f’konfigurazzjonijiet differenti, kif ikun neċessarju, biex jiddiskutu kwistjonijiet komuni għall-Gruppi kollha permezz tal-Grupp tan-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E, Trans-European Energy Network) jew li jappartjenu biss għal reġjuni partikolari. Kwistjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza bejn ir-reġjuni jew l-għadd ta’ proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali f’riskju li ma jkunux maniġġabbli.

(3)Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f’konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikoli 31 u 65 tar-Regolament (UE) 2024/1789, l-Artikolu 80 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943, u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, u strutturi eżistenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali.

(4)Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq għall-fini tal-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji rilevanti tal-infrastruttura tal-enerġija deżinjati fl-Anness I, il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment jista’ jkun eliġibbli għall-għażla bħala proġett ta’ interess komuni jew proġetti ta’ interess reċiproku kif ukoll rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, tas-soċjetà ċivili u tat-TSOs minn pajjiżi terzi.

(5)Għall-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, lir-rappreżentanti tal-Istati Membri mingħajr kosta, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tat-TSOs.

(6)Kull Grupp għandu jistieden għal-laqgħat, kif xieraq, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi r-rappreżentanti minn pajjiżi terzi, u, meta jitqies xieraq, direttament lill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-produtturi, id-DSOs, il-fornituri, il-konsumaturi, il-popolazzjonijiet lokali u l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent, biex jesprimu l-għarfien espert speċifiku tagħhom. Kull Grupp għandu jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(7)Fir-rigward tal-laqgħat tal-Gruppi, il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq pjattaforma aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati, ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat, fejn disponibbli. Id-deliberazzjonijiet tal-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Gruppi u l-klassifikazzjoni tal-proġetti skont l-Artikolu 4(5) għandhom ikunu kunfidenzjali. Id-deċiżjonijiet kollha dwar il-funzjonament u l-ħidma tal-Gruppi għandhom isiru b’konsensus bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(8)Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati.

(9)Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Aġenzija fil-Gruppi ma għandhiex tipperikola l-ilħuq tal-objettivi u t-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2019/942, l-Artikoli 77, 78, u 79 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u l-Artikoli 58, 59 u 60 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

2.PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI L-LISTI REĠJONALI

(1)Il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment ikun eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett fil-lista tal-Unjoni li jixtiequ jiksbu dak l-istatus għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għażla bħala proġett fil-lista tal-Unjoni lill-Grupp li tinkludi:

(a)valutazzjoni tal-proġetti tagħhom fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I;

(b)indikazzjoni tal-kategorija rilevanti tal-proġett stabbilita fl-Anness II;

(c)analiżi tal-issodisfar tal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4;

(d)għal proġetti li jkunu laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità, analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji, li tkun konsistenti mal-metodoloġiji skont l-Artikolu 14, u li, għall-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija relatati mal-elettriku li jaqgħu taħt il-punti 1(a), (b), (c), (d), (f), (h) tal-Anness II, mal-idroġenu li jaqgħu taħt il-punt 2 tal-Anness II, u mal-elettrolizzaturi li jaqgħu taħt il-punt 3 tal-Anness II, tkun twettqet mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-ENNOH, kif applikabbli, fil-qafas tal-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;

(e)informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji finali tagħhom u l-istruttura tas-sjieda interna tagħhom li għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni u mill-membri tal-korp tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ livell għoli fuq talba debitament ġustifikata mill-promoturi tal-proġetti, f’każ ta’ sigrieti tan-negozju/informazzjoni kummerċjali;

(f)għal proġetti ta’ interess reċiproku, ftehimiet mhux vinkolanti speċifiċi għall-proġett bejn il-gvernijiet jew ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament li jesprimu l-appoġġ espliċitu tagħhom għall-proġett u, għall-pajjiż terz, jikkonfermaw l-impenn espliċitu tiegħu li jikkonforma ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorju hekk kif japplikaw għal proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni skont l-Artikolu 4(2), il-punt (f), u, għall-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija relatati mal-elettriku li jaqgħu taħt il-punt 1(a), (d) jew (h), studju preliminari dwar is-sigurtà u l-istabbiltà tal-grilja mill-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jikkonferma li l-proġett jista’ jiġi integrat bis-sħiħ fin-networks tal-elettriku tal-pajjiżi kkonċernati;

(g)kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.

(2)Il-proġetti fil-lista tal-Unjoni li jkunu kisbu approvazzjoni regolatorja jew deċiżjoni finali dwar l-investiment li tipprovdi assigurazzjoni suffiċjenti tal-kostruzzjoni tal-proġett, jew il-proġetti li għalihom il-kostruzzjoni tkun għadha għaddejja u li juru progress suffiċjenti fir-rapport annwali tagħhom meħtieġ skont l-Artikolu 5, għandhom jibqgħu fil-lista tal-Unjoni u ma għandhomx ikunu meħtieġa jippreżentaw mill-ġdid l-informazzjoni skont il-punti (a) sa (f) u tal-punt 1. Ir-riċevituri kollha għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

(3)Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni u għall-ħżin tal-elettriku ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f), u (h) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, kif ikun rilevanti, għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għall-elettriku, żviluppat mill-ENTSO għall-Elettriku skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943. Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(b) u (h) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-iżvilupp tan-network integrat fil-baħar u mar-rinfuzar tal-grilja msemmija fl-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament.

(4)Il-proġetti tal-idroġenu proposti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (2) u (3) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għall-idroġenu, żviluppat mill-ENNOH skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2024/1789.

(5)Sat-30 ta’ Ġunju 2027 u sussegwentement għal kull pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom joħorġu linji gwida aġġornati għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjanijiet rispettivi tagħhom ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, kif imsemmi fil-punti (3) u (4), sabiex jiġu żgurati t-trattament ugwali u t-trasparenza tal-proċess. Għall-proġetti kollha fil-lista tal-Unjoni fis-seħħ dak iż-żmien, il-linji gwida għandhom jistabbilixxu proċess simplifikat għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-dokumentazzjoni u d-data diġà sottomessa matul il-proċessi preċedenti tal-pjan ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, dment li d-dokumentazzjoni u d-data diġà sottomessi jibqgħu validi.

L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jikkonsultaw mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija dwar l-abbozzi tal-linji gwida rispettivi tagħhom għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida finali.

(6)L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Grupp TEN-E dwar kif applikaw il-linji gwida għall-evalwazzjoni tal-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha.

(7)Il-proġetti proposti għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-inqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta’ infrastruttura transfruntiera għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, li jrid jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet deżinjati minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(8)Għal proġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, l-Aġenzija għandhom, filwaqt li jqisu l-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 80 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jivverifikaw l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-metodoloġija ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji speċifika għall-proġett skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, u jevalwaw ir-rilevanza transfruntiera tal-proġetti u l-progress miksub għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, filwaqt li jqisu r-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jippreżentaw il-valutazzjoni tagħhom lill-Grupp. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness IV jiġu applikati b’mod armonizzat biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-gruppi reġjonali kollha.

(9)Għall-proġetti kollha mhux koperti fil-punt (8) ta’ dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal għal estensjoni futura biex jiġu inklużi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha lill-Grupp. Għal proġetti li japplikaw għall-istatus ta’ proġett ta’ interess reċiproku, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw il-valutazzjoni.

(10)Kull Stat Membru li proġett propost ma jkunx relatat mat-territorju tiegħu, iżda li fit-territorju tiegħu l-proġett propost jista’ jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operat tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista’ jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu.

(11)Il-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta’ Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet sostanzjati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett relatat mat-territorju tiegħu.

(12)Il-Grupp għandu jikkunsidra jekk il-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel huwiex applikat fir-rigward tal-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura reġjonali u fir-rigward ta’ kull wieħed mill-proġetti kandidati. Il-Grupp għandu, b’mod partikolari, iqis soluzzjonijiet bħal soluzzjonijiet mhux bil-wajers, ġestjoni tad-domanda, flessibbiltà mhux fossili, soluzzjonijiet ta’ arranġament tas-suq, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali, u r-rinnovazzjoni tal-bini bħala soluzzjonijiet ta’ prijorità fejn dawn jitqiesu aktar kosteffiċjenti fuq perspettiva tas-sistema kollha mill-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida tal-provvista.

(13)Il-Grupp għandu jiltaqa’ biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti abbażi ta’ valutazzjoni trasparenti tal-proġetti u bl-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 filwaqt li jqis il-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għal proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(14)Il-korp tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta l-lista finali tiegħu ta’ proġetti proposti sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni tal-Artikolu 22, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u filwaqt li jqis il-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni għal proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali proposti f’konformità mal-punt (9), u l-parir mill-Kummissjoni li għandu l-għan li jiżgura għadd totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, speċjalment fi fruntieri relatati ma’ proġetti f’kompetizzjoni jew potenzjalment f’kompetizzjoni. Il-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Gruppi għandhom jippreżentaw il-listi finali lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10).

(15)Meta, abbażi tal-abbozzi tal-listi, l-għadd totali ta’ proġetti proposti fil-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tagħti parir lil kull Grupp ikkonċernat biex dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat f’konformità mal-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(5) ma jiġux inklużi fil-lista.

ANNESS IV

REGOLI U INDIKATURI LI JIKKONĊERNAW IL-KRITERJI GĦALL-PROĠETTI

(1)Proġett ta’ interess komuni b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jkun proġett fit-territorju ta’ Stat Membru u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)għall-proġetti ta’ trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu taħt il-punt (1)(a), (b), (d), u (f) tal-Anness II, il-proġett iżid il-kapaċità netta ta’ trasferiment, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru wieħed jew aktar b’mill-inqas 200 Megawatt (MW) meta mqabbla mas-sitwazzjoni mingħajr l-ikkummissjonar tal-proġett;

(b)għal kwalunkwe proġett li jinvolvi tagħmir jew installazzjoni li jaqa’ taħt il-punt (1)(e) tal-Anness II, jeħtieġ li jiġi varat fuq elementi kritiċi eżistenti tan-network, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (69) tar-Regolament (UE) 2019/943, jiġi inkluż bħala parti mill-miżuri definiti fil-pjanijiet ta’ preparatezza għar-riskji stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-Preparatezza għar-Riskji biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-enerġija, u tiżdied is-sigurtà tal-enerġija f’mill-inqas Stat Membru wieħed addizzjonali;

(c)għal proġetti ta’ ħżin tal-elettriku li jaqgħu taħt il-punt (1)(c) tal-Anness II, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 225 MW u jkollu kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali netta tal-elettriku ta’ 250 GW-siegħa/sena;

(d)għal proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-punt (1)(g) tal-Anness II, il-proġett huwa mfassal għal tagħmir u għal installazzjonijiet f’livell ta’ vultaġġ għoli u ta’ vultaġġ medju, u jinvolvi lit-TSOs, lit-TSOs u d-DSOs, jew lid-DSOs minn mill-inqas żewġ Stati Membri. Il-proġett jista’ jinvolvi lid-DSOs biss dment li jkunu mill-inqas żewġ Stati Membri u dment li tiġi żgurata l-interoperabbiltà. Il-proġett għandu jissodisfa mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin: jinvolvi 50 000 utent, ġeneratur, konsumatur jew prosumatur tal-elettriku, ikopri żona ta’ konsum ta’ mill-inqas 300 GW siegħa/sena, mill-inqas 20 % tal-konsum tal-elettriku marbut mal-proġett joriġina minn riżorsi rinnovabbli varjabbli, jew inaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar. Il-proġett mhux bilfors ikun jinvolvi fruntiera fiżika komuni. Għal proġetti relatati ma’ sistemi iżolati żgħar kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (42) tad-Direttiva (UE) 2019/944, inklużi gżejjer, dawk il-livelli ta’ vultaġġ għandhom ikunu daqs l-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistema tal-elettriku rilevanti;

(e)għat-trażmissjoni tal-idroġenu, il-proġett iżid il-kapaċità transfruntiera eżistenti tat-trasport tal-idroġenu fuq fruntiera bejn żewġ Stati Membri b’mill-inqas 10 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-ikkummissjonar tal-proġett, u l-proġett juri b’mod suffiċjenti li jkun parti essenzjali minn network tal-idroġenu transfruntier ippjanat u jipprovdi prova suffiċjenti tal-pjanijiet eżistenti u tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u ml-operaturi tan-network jew, għal proġetti li jnaqqsu l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-proġett ikollu l-għan li jforni, direttament jew indirettament, lil mill-inqas żewġ Stati Membri;

(f)għall-faċilitajiet ta’ ħżin tal-idroġenu jew ta’ lqugħ tal-idroġenu msemmija fil-punt (2) tal-Anness II, il-proġett ikollu l-għan li jforni direttament jew indirettament lil mill-inqas żewġ Stati Membri;

(g)għall-elettrolizzaturi, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 500 MW ipprovduta minn elettrolizzatur wieħed jew minn sett ta’ elettrolizzaturi li jiffurmaw proġett koordinat uniku u jġib benefiċċji direttament jew indirettament għal mill-inqas żewġ Stati Membri;

(h)għat-trażmissjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-baħar, il-proġett ikun imfassal biex jittrasferixxi l-elettriku minn siti ta’ ġenerazzjoni fil-baħar b’kapaċità ta’ mill-inqas 500 MW u jippermetti t-trażmissjoni tal-elettriku lill-grilja fuq l-art ta’ Stat Membru speċifiku, filwaqt li jżid il-volum ta’ elettriku rinnovabbli disponibbli fis-suq intern. Il-proġett għandu jiġi żviluppat f’żoni b’penetrazzjoni baxxa ta’ elettriku rinnovabbli fil-baħar u għandu juri impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050;

(i)għall-proġetti tad-diossidu tal-karbonju, il-proġett jintuża għat-trasport u, fejn applikabbli, għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju antropoġeniku li joriġina minn mill-inqas żewġ Stati Membri.

(2)Proġett ta’ interess reċiproku b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)għal proġetti ta’ interess reċiproku relatati mal-kategorija stabbilita fil-punt (1)(a), (d) u (h) tal-Anness II, il-proġett iżid il-kapaċità netta ta’ trasferiment fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ pajjiż terz u jġib benefiċċji sinifikanti għal mill-inqas żewġ pajjiżi kkonċernati direttament jew indirettament mill-proġett;

(b)għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (2)(a) tal-Anness II, il-proġett tal-idroġenu jippermetti t-trażmissjoni tal-idroġenu fuq il-fruntiera ta’ Stat Membru ma’ pajjiż terz u juri li jġib benefiċċji sinifikanti lil mill-inqas żewġ pajjiżi kkonċernati direttament jew indirettament mill-proġett;

(c)għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-proġett jista’ jintuża għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju antropoġeniku minn mill-inqas żewġ Stati Membri u pajjiż terz.

(3)Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d), (f) u (h) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)it-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn iċ-ċentri ta’ konsum u s-siti ta’ ħżin ewlenin, imkejla f’konformità mal-analiżi magħmula fl-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għall-elettriku, b’mod partikolari billi:

(i)fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku kif stabbilit fil-punt (1)(a), (b), (d), (f) u (h) tal-Anness II, jiġi stmat l-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (skont it-teknoloġija, f’MW), li tiġi konnessa u trażmessa bis-saħħa tal-proġett, meta mqabbel mal-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni totali ppjanata minn dawk it-tipi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru kkonċernat skont il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima sottomessi mill-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999;

(ii)jew il-ħżin tal-enerġija stabbilit fil-punt (1)(c) tal-Anness II, titqabbel il-kapaċità ġdida pprovduta mill-proġett mal-kapaċità totali eżistenti għall-istess teknoloġija ta’ ħżin fil-qasam ta’ analiżi kif stabbilit fl-Anness V;

(b)l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni u l-flessibbiltà tas-sistema, imkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għall-elettriku, speċjalment billi:

(i)jiġu kkalkolati, għall-proġetti transfruntieri, inklużi l-proġetti ta’ investiment mill-ġdid, l-impatt fuq il-kapaċità tal-grilja li tittrasferixxi fluss tal-elettriku fiż-żewġ direzzjonijiet, imkejjel f’termini tal-ammont ta’ enerġija (f’MW), u l-kontribut tagħhom sabiex tintlaħaq il-mira ta’ interkonnessjoni, u għall-proġetti b’impatt transfruntier sinifikanti, l-impatt fuq il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grilja fil-fruntieri bejn l-Istati Membri rilevanti, bejn l-Istati Membri rilevanti u pajjiż terz jew fi ħdan l-Istati Membri rilevanti u fuq l-ibbilanċjar tad-domanda mal-provvista u fuq l-operazzjonijiet tan-network fl-Istati Membri rilevanti;

(ii)jiġi vvalutat l-impatt, għall-qasam ta’ analiżi kif stabbilit fl-Anness V, f’termini tal-kostijiet għall-ġenerazzjoni u għat-trażmissjoni fis-sistema kollha tal-enerġija u l-evoluzzjoni u l-konverġenza fil-prezzijiet tas-suq ipprovduti minn proġett f’diversi xenarji ta’ ppjanar, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-varjazzjonijiet indotti fuq l-ordni ta’ mertu;

(c)is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà u l-operat tas-sistemi b’sigurtà, imkejla f’konformità mal-analiżi magħmula fl-aħħar pjan ta’ 10 snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha għall-elettriku, b’mod partikolari billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettattiva tat-tagħbija għall-qasam ta’ analiżi kif stabbilit fl-Anness V f’termini ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni u tat-trażmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ tagħbija tipika, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet mistennija fl-eventi ta’ temp estrem relatati mal-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-infrastruttura. Fejn ikun applikabbli, għandu jitkejjel l-impatt tal-proġett fuq il-kontroll indipendenti u affidabbli tal-operat tas-sistemi u tas-servizzi.

(4)Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(g) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)il-livell ta’ sostenibbiltà, imkejjel billi tiġi vvalutata l-firxa tal-kapaċità tal-grilji li jikkollegaw u jittrasportaw enerġija rinnovabbli varjabbli;

(b)is-sigurtà tal-provvista, imkejla bil-valutazzjoni tal-livell ta’ telf fin-networks ta’ distribuzzjoni jew ta’ trażmissjoni, jew it-tnejn li huma, tal-perċentwal tal-utilizzazzjoni (jiġifieri t-tagħbija medja) tal-komponenti tan-network tal-elettriku, id-disponibbiltà tal-komponenti tan-network (relatati mal-manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata) u l-impatt tiegħu fuq il-prestazzjonijiet tan-network, u fuq id-durata u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet, inklużi l-interruzzjonijiet relatati mal-klima;

(c)l-integrazzjoni tas-suq, imkejla billi tiġi vvalutata l-adozzjoni innovattiva fl-operat tas-sistema, it-tnaqqis tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija u l-interkonnessjoni, kif ukoll il-livell ta’ integrazzjoni ta’ setturi oħra u l-iffaċilitar ta’ mudelli ta’ negozju u ta’ strutturi tas-suq ġodda;

(d)is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, imkejla billi jiġu vvalutati l-approċċ innovattiv għall-flessibbiltà tas-sistema, iċ-ċibersigurtà, l-operabbiltà effiċjenti bejn il-livell tat-TSOs u tad-DSOs, il-kapaċità li jiġu inklużi r-rispons tad-domanda, il-ħżin, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, l-użu kosteffettiv tal-għodod diġitali u tal-ICT għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku u l-prestazzjoni tal-kwalità tal-vultaġġ.

(5)Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)is-sigurtà tal-provvista, imkejla permezz tal-perċentwal tal-utilizzazzjoni (jiġifieri t-tagħbija medja) tal-komponenti tan-network tal-elettriku; id-disponibbiltà tal-komponenti tan-network u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjonijiet tan-network; id-durata u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet, inklużi l-interruzzjonijiet relatat mal-klima;

(b)is-sigurtà tan-network, imkejla billi tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti sinifikanti permezz ta’ miżuri fiżiċi u taċ-ċibersigurtà;

(6)Fir-rigward tal-idroġenu li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (2) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)is-sostenibbiltà, imkejla bħala l-kontribut ta’ proġett għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’diversi applikazzjonijiet għall-użu finali f’setturi diffiċli sabiex jitrażżnu, bħall-industrija jew it-trasport; il-flessibbiltà u l-għażliet ta’ ħżin staġunali għall-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli; jew l-integrazzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bl-għan li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq u jiġi promoss l-idroġenu rinnovabbli;

(b)l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-suq, imkejla billi jiġi kkalkolat il-valur addizzjonali tal-proġett għall-integrazzjoni tal-oqsma tas-suq u għall-konverġenza tal-prezzijiet għall-flessibbiltà kumplessiva tas-sistema;

(c)is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà, imkejla billi jiġi kkalkolat il-valur addizzjonali tal-proġett għar-reżiljenza, għad-diversità u għall-flessibbiltà tal-provvista tal-idroġenu;

(d)il-kompetizzjoni, imkejla bil-valutazzjoni tal-kontribut tal-proġett għad-diversifikazzjoni tal-provvista, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess għal sorsi indiġeni tal-provvista tal-idroġenu.

(7)Fir-rigward tal-proġetti tal-elettrolizzaturi li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)is-sostenibbiltà mkejla billi jiġi vvalutat is-sehem tal-idroġenu rinnovabbli, jew tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’mod partikolari minn sorsi rinnovabbli li jissodisfaw il-kriterji definiti fil-punt (3)(a)(ii) tal-Anness II integrati fin-network jew billi jiġi stmat l-ammont ta’ varar ta’ fjuwils sintetiċi b’dawk l-oriġini u l-iffrankar relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(b)is-sigurtà tal-provvista, imkejla billi jiġi vvalutat il-kontribut tagħha għas-sikurezza, għall-istabbiltà u għall-effiċjenza tal-operat tan-network, inkluż permezz tal-valutazzjoni tat-tnaqqis evitat fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli;

(c)l-abilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ vetturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija, imkejla billi jiġi vvalutat l-iffrankar tal-kostijiet abilitat f’setturi u f’sistemi tal-enerġija konnessi, bħan-networks tal-gass, tal-idroġenu, tal-enerġija u tas-sħana u s-setturi tat-trasport u tal-industrija.

(8)Fir-rigward tal-infrastrutturi tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (4) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a)is-sostenibbiltà, imkejla billi jiġi vvalutat it-tnaqqis totali mistenni ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett u l-assenza ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi alternattivi bħal, pereżempju, l-effiċjenza enerġetika u l-elettrifikazzjoni li tintegra s-sorsi rinnovabbli, iżda mhux biss, biex jinkiseb l-istess livell ta’ tnaqqis ta’ gassijiet serra daqs l-ammont ta’ diossidu tal-karbonju li għandu jinqabad f’installazzjonijiet industrijali konnessi b’kost komparabbli fi ħdan skeda ta’ żmien komparabbli filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-enerġija neċessarja għall-qbid, għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, kif applikabbli, filwaqt li titqies l-infrastruttura inklużi, fejn applikabbli, użi potenzjali futuri oħra;

(b)ir-reżiljenza u s-sigurtà, imkejla billi tiġi vvalutata s-sigurtà tal-infrastruttura;

(c)il-mitigazzjoni tal-piż u tar-riskju ambjentali permezz tan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.

ANNESS V

ANALIŻI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA

Il-metodoloġiji għall-analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-ENNOH għandhom ikunu konsistenti ma’ xulxin, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali. Il-metodoloġiji għal analiżi armonizzata u trasparenti tal-kostijiet u l-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha għal proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu uniformi għall-kategoriji kollha tal-infrastruttura, sakemm ma jkunux ġustifikati diverġenzi speċifiċi. Dawn għandhom jindirizzaw il-kostijiet fis-sens usa’, inkluż l-esternalitajiet, fid-dawl tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(1)il-qasam ta’ analiżi ta’ proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun jinsab fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li fihom il-proġett ikollu impatt sinifikanti. Għal dan il-fini, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jikkooperaw mal-operaturi rilevanti kollha tas-sistema fil-pajjiżi terzi rilevanti. Fil-każ ta’ proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENNOH għandhom jikkooperaw mal-promotur tal-proġett, inkluż fejn dan ma jkunx operatur tas-sistema;

(2)kull analiżi tal-kost u l-benefiċċji għandha tinkludi analiżijiet tas-sensittività dwar is-sett ta’ data tal-input, inkluż il-kost tal-ġenerazzjoni u tal-gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp mistenni tad-domanda u tal-provvista, inkluż fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u inkluża l-flessibbiltà tat-tnejn, u d-disponibbiltà tal-ħżin, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati diversi proġetti fl-istess qasam ta’ analiżi, l-impatti klimatiċi u parametri rilevanti oħra;

(3)għandhom jistabbilixxu l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta’ data tal-input multisettorjali rilevanti, billi jiddeterminaw l-impatt b’kull proġett u mingħajru, u għandhom jinkludu l-interdipendenzi rilevanti ma’ proġetti oħra;

(4)għandhom jagħtu gwida għall-iżvilupp u għall-użu tal-immudellar tan-network u tas-suq tal-enerġija neċessarju għall-analiżi tal-kost u tal-benefiċċji. L-immudellar għandu jippermetti valutazzjoni sħiħa tal-benefiċċji ekonomiċi, inklużi l-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni, kif ukoll it-tneħħija tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija, l-impatti soċjali, ambjentali u klimatiċi, inklużi l-impatti transsettorjali. Il-metodoloġija għandha tkun kompletament trasparenti inklużi d-dettalji dwar għaliex jiġi kkalkolat kull wieħed mill-benefiċċji u mill-kostijiet, liema minnhom jiġu kkalkolati u kif;

(5)għandhom jinkludu spjegazzjoni dwar kif inhuwa implimentat il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fil-passi kollha tal-pjanijiet ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;

(6)għandhom jispjegaw li l-iżvilupp u l-varar tal-enerġija rinnovabbli mhux se jkunu mxekkla mill-proġett;

(7)għandhom jiżguraw li jiġu identifikati l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett pożittiv fuqhom, il-benefiċjarji, l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett negattiv fuqhom, u dawk li jġarrbu l-kostijiet, li jistgħu jkunu Stati Membri li ma jkunux dawk li fit-territorju tagħhom tinbena l-infrastruttura;

(8)għandhom iqisu, mill-inqas, in-nefqa kapitali, il-kostijiet tan-nefqa operazzjonali u tal-manutenzjoni, kif ukoll il-kostijiet imġarrba għas-sistema relatata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett kollu kemm hu, bħall-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart, inklużi l-kostijiet esterni. Il-metodoloġiji għandhom jagħtu gwida fuq ir-rati ta’ skont, it-tul tal-ħajja tekniku u l-valur residwu li għandhom jintużaw għall-kalkoli tal-kostijiet u l-benefiċċji. Barra minn hekk, għandhom jinkludu metodoloġija obbligatorja biex jiġi kkalkolat il-proporzjon kostijiet-benefiċċji u l-valur preżenti nett, kif ukoll differenzjazzjoni tal-benefiċċji f’konformità mal-livell ta’ affidabbiltà tal-metodi ta’ stima tagħhom. Il-metodi biex jiġu kkalkolati l-impatti klimatiċi u ambjentali tal-proġetti u l-kontribut għall-miri tal-enerġija tal-Unjoni, bħall-miri tal-penetrazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, tal-effiċjenza enerġetika u tal-interkonnessjoni għandhom jitqiesu wkoll;

(9)għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda għal kull proġett jiġu vvalutati u jirriflettu l-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li l-valutazzjoni tkun robusta u konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ma’ soluzzjonijiet oħra li ma jeħtiġux infrastrutturi ġodda.

ANNESS VI

LINJI GWIDA DWAR IT-TRASPARENZA U L-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU

(1)Il-manwal tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jkun fih mill-inqas:

(a)l-ispeċifikazzjonijiet tal-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni rilevanti li fuqhom ikunu bbażati d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti ta’ interess komuni rilevanti, inkluż id-dritt ambjentali;

(b)il-lista ta’ deċiżjonijiet u ta’ opinjonijiet rilevanti li jridu jinkisbu;

(c)l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti, ta’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u tal-partijiet ikkonċernati ewlenin;

(d)il-fluss tax-xogħol, b’deskrizzjoni ta’ kull stadju fil-proċess, inklużi skeda ta’ żmien indikattiva u ħarsa ġenerali fil-qosor lejn il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti rilevanti ta’ interess komuni;

(e)informazzjoni dwar l-ambitu, l-istruttura u l-livell ta’ dettall tad-dokumenti li jridu jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjoni għal deċiżjonijiet, inkluża lista ta’ kontroll;

(f)l-istadji u l-mezzi biex il-pubbliku ġenerali jipparteċipa fil-proċess;

(g)il-modalitajiet li bihom l-awtorità kompetenti, awtoritajiet ikkonċernati oħra u l-promotur ta’ proġett għandhom juru li l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika ġew ikkunsidrati, pereżempju billi juru x’emendi saru fil-post u fid-disinn tal-proġett jew billi jipprovdu raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati;

(h)sa fejn ikun possibbli, it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu bl-Ingliż u bil-lingwi kollha tal-Istati Membri ġirien iridu jitwettqu f’koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien rispettivi.

(2)L-iskeda dettaljata msemmija fl-Artikolu 10(8) għandha tispeċifika mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li jridu jinkisbu;

(b)l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(c)l-istadji individwali tal-proċedura u d-durata tagħhom;

(d)l-objettivi intermedji ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed;

(e)ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli ta’ riżorsi addizzjonali.

(3)Mingħajr ebda preġudizzju għar-rekwiżiti tal-konsultazzjonijiet pubbliċi skont id-dritt ambjentali, biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess għall-ħruġ tal-permessi u biex jiġu żgurati minn qabel l-informazzjoni u d-djalogu mal-pubbliku, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

(a)il-partijiet ikkonċernati affettwati minn proġett ta’ interess komuni, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti, is-sidien tal-artijiet u ċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri, b’mod inklużiv, meta jkun għadu jista’ jitqies it-tħassib potenzjali tal-pubbliku u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġa b’mod attiv l-attivitajiet imwettqa mill-promotur tal-proġett;

(b)l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għall-proġetti ta’ interess komuni jinġabru flimkien fejn ikun possibbli, inklużi l-konsultazzjonijiet pubbliċi li diġà jkunu meħtieġa skont id-dritt nazzjonali. Kull konsultazzjoni pubblika għandha tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-istadju partikolari tal-proċedura, u suġġett partikolari wieħed rilevanti għal dak l-istadju partikolari tal-proċedura ma għandux jiġi indirizzat f’iżjed minn konsultazzjoni pubblika waħda; madankollu, konsultazzjoni pubblika waħda tista’ ssir f’aktar minn post ġeografiku wieħed. Is-suġġetti indirizzati minn konsultazzjoni pubblika għandhom ikunu indikati b’mod ċar fin-notifika tal-konsultazzjoni pubblika;

(c)il-kummenti u l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli mill-bidu tal-konsultazzjoni pubblika sad-data ta’ skadenza biss;

(d)il-promoturi tal-proġett għandhom jiżguraw li l-konsultazzjonijiet isiru matul perjodu li jippermetti parteċipazzjoni pubblika miftuħa u inklużiva.

(4)Il-kunċett ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar:

(a)il-partijiet ikkonċernati u indirizzati;

(b)il-miżuri previsti, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali għall-postijiet u għad-dati proposti għal-laqgħat dedikati;

(c)l-iskeda ta’ żmien;

(d)ir-riżorsi umani allokati għal kompiti varji.

(5)Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika li għandha titwettaq qabel is-sottomissjoni tal-fajl ta’ applikazzjoni, il-partijiet rilevanti għandhom mill-inqas:

(a)jippubblikaw, f’forma elettronika u, fejn rilevanti, stampata, fuljett ta’ tagħrif ta’ mhux iżjed minn 15-il paġna, li jagħti ħarsa ġenerali, b’mod ċar u konċiż, lejn id-deskrizzjoni, l-iskop u l-iskeda ta’ żmien preliminari tal-passi tal-iżvilupp tal-proġett, il-pjan nazzjonali għall-iżvilupp tal-grilja, ir-rotot alternattivi kkunsidrati, it-tipi u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, inklużi dawk ta’ natura transfruntiera jew transkonfinali, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli, u t-tali fuljett ta’ tagħrif irid jiġi ppubblikat qabel ma tibda l-konsultazzjoni u jelenka l-indirizzi web tas-sit web tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), tal-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 23 u tal-manwal tal-proċeduri msemmi fil-punt (1) ta’ dan l-Anness;

(b)jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-konsultazzjoni fuq is-sit web tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), fuq it-tabelli tal-bulettini tal-uffiċċji tal-amministrazzjonijiet lokali, u, mill-inqas, f’sors wieħed jew, jekk applikabbli, f’żewġ sorsi tal-media lokali;

(c)jistiednu, f’forma bil-miktub jew elettronika, lill-partijiet ikkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet, lill-organizzazzjoni u lill-gruppi affettwati rilevanti għal-laqgħat dedikati, li matulhom għandu jiġi diskuss it-tħassib.

(6)Is-sit web tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 9(7) għandu mill-inqas jippubblika l-informazzjoni li ġejja:

(a)id-data meta s-sit web tal-proġett ġie aġġornat l-aħħar;

(b)it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu bl-Ingliż u bil-lingwi kollha tal-Istati Membri kkonċernati mill-proġett jew li fuqhom il-proġett ikollu impatt transfruntier sinifikanti f’konformità mal-punt (1) tal-Anness IV;

(c)il-fuljett ta’ tagħrif imsemmi fil-punt (5) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett;

(d)sommarju mhux tekniku li jiġi aġġornat regolarment, li jirrifletti l-istatus kurrenti tal-proġett, inkluża l-informazzjoni ġeografika, u li jindika b’mod ċar, fil-każ ta’ aġġornamenti, il-bidliet mill-verżjonijiet preċedenti;

(e)il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett;

(f)il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għall-proġett;

(g)l-ippjanar tal-proġett u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, b’indikazzjoni ċara tad-dati u tal-postijiet tal-konsultazzjonijiet u tas-seduti pubbliċi u tat-temi previsti rilevanti għal dawk is-seduti;

(h)id-dettalji ta’ kuntatt bil-ħsieb li tinkiseb informazzjoni jew dokumenti addizzjonali;

(i)id-dettalji ta’ kuntatt fejn jistgħu jintbagħtu kummenti u oġġezzjonijiet waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

ANNESS VII

RAPPORTI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-ĦTIĠIJIET TAL-INFRASTRUTTURA

Il-metodoloġija qafas żviluppata mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators) għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-ENNOH għandha tiżgura li r-rapport ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura msemmi fl-Artikolu 12 jikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:

(1)Għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju ċentrali skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, u kkomplementat minn valutazzjoni ulterjuri, fejn rilevanti, bl-użu tas-sensittivitajiet tax-xenarju ċentrali.

(2)Għandu jsegwi approċċ transsettorjali u integrat filwaqt li jqis l-interkonnessjonijiet bejn is-setturi tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass, kif ukoll, fejn applikabbli, is-setturi tat-tisħin distrettwali u tas-CO2.

(3)Għandu jiżgura li l-ħtiġijiet jiġu identifikati billi janalizza l-aktar kontribut konġunt effiċjenti tas-soluzzjonijiet tan-networks tal-elettriku u tal-idroġenu, inklużi soluzzjonijiet mhux tal-wajers, flessibbiltà mhux fossili jew alternattivi oħra għall-espansjoni tas-sistema, biex jinkiseb in-network ottimali tal-enerġija għall-kisba tal-miri u tal-objettivi tal-enerġija u tal-klima. In-network ottimali tal-enerġija għandu jiżgura wkoll is-sigurtà tal-provvista u jwassal għal integrazzjoni u għal kompetittività akbar tas-suq tal-industrija Ewropea billi jżid il-konverġenza tal-prezzijiet bejn iż-żoni rispettivi tas-suq tal-offerti kif ukoll livelli ogħla ta’ interkonnettività tal-elettriku.  

(4)Għandu jħares lejn perjodu ta’ żmien medju (10-15-il sena) u fit-tul (20-30 sena) abbażi ta’ network tal-bidu realistiku għal kull perjodu ta’ żmien, filwaqt li jidentifika l-ħtiġijiet fil-fruntieri tal-Istati Membri u fil-livell nazzjonali jekk ta’ rilevanza transfruntiera, filwaqt li jqis ukoll l-iżviluppi tal-infrastruttura fil-pajjiżi terzi f’konformità mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE.

(5)Għandu jirrifletti l-perspettiva Ewropea billi l-ewwel jidentifika l-ħtiġijiet transfruntieri li jwasslu għall-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet possibbli ta’ rinfurzar tal-infrastruttura fil-livell nazzjonali.

(6)Għandu jipprovdi livell suffiċjenti ta’ dettall u ta’ granularità biex jitqiesu kif xieraq il-limitazzjonijiet kurrenti u futuri tan-network u jippermetti l-identifikazzjoni sussegwenti tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura fil-livell reġjonali kif ukoll nazzjonali. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni ċara dwar l-investimenti neċessarji biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-infrastruttura kif ukoll il-benefiċċji kumulattivi ta’ dawn l-investimenti għas-sistema tal-enerġija.

(7)Fl-elettriku, dan għandu jikkunsidra l-infrastruttura u s-soluzzjonijiet mhux tal-wajers, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-potenzjal u tal-użu tal-flessibbiltà mhux fossili, inkluż il-ħżin, li jwasslu għal sistema tal-enerġija aktar ottimizzata. It-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet mal-proġetti sottomessi għall-inklużjoni fl-iżvilupp tan-network ta’ 10 snin madwar l-Unjoni għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni ta’ kif tqiesu s-soluzzjonijiet mhux tal-wajers, il-flessibbiltà mhux fossili jew alternattivi oħra għall-espansjoni tas-sistema.

(8)Għandu jkun eżitu ta’ proċess trasparenti, ibbażat fuq għodod u data robusti, li jeħtieġ suppożizzjonijiet aġġornati u verifikati tal-kostijiet. F’dan il-kuntest, għandu juża kriterji ċari u kwantifikabbli għall-istabbiliment tan-network tal-bidu. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti ewlenin għandhom ikunu involuti fil-forniment ta’ inputs kif ukoll fil-validazzjoni tar-riżultati permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni strutturat b’mod li jippermetti li jsiru kummenti.

(9)Għandu jagħti riżultati speċifiċi u kwantifikati li jippermettu l-kejl tad-daqs tan-nuqqasijiet potenzjali fl-infrastruttura f’postijiet speċifiċi, b’referenza kemm għall-infrastruttura mhux bil-wajers kif ukoll għal dik ġdida. Għal dan l-għan, il-ħtiġijiet identifikati għandhom jindikaw lill-parteċipanti fis-suq in-nuqqasijiet ewlenin fl-infrastruttura tat-trażmissjoni transfruntiera, inkluża l-infrastruttura interna b’impatt transfruntier sinifikanti, li jeħtieġ li jiġu indirizzati matul l-10 sa 20 sena li ġejjin.

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…