mergers
Defined in 1 EU act of the Finanzi group: UCITS Directive First
In English: merger
UCITS Directive, Article 2(1)(p) First adopted 2009-07-13
(i) UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nett tal-assi ta’ dawk l-unitajiet; (ii) żewġ UCITS jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS li jiffurmaw huma jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur net tal-assi ta’ dawk l-unitajiet; (iii) UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, li jkomplu jeżistu sakemmma jkunx ġie regolat il-pasiv kolly, jittrasferixxu l-assi netti f’kumpartiment ta’ investiment ieħor tal-istess UCITS, f’UCITS oħra li jiffurmaw jew f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”