Artikolu 10 · Disinji qarrieqa
Parti minn: Disinji qarrieqa (dark patterns)
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kummerċjanti ma kinux ikunu jistgħu jfasslu, jorganizzaw jew iħaddmu l-interfaċċi online tagħhom b’mod li x’aktarx iqarraq bil-konsumaturi jew jimmanipulahom, jew li b’xi mod ieħor joħloq distorsjoni materjali fl-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Il-Parti III tal-Anness I telenka disinji qarrieqa li f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. Il-Kummissjoni kienet tkun tista’ żżid ma’ dik il-lista jew timmodifikaha permezz ta’ att delegat.
It-test tal-Artikolu 10il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 10
Disinji qarrieqa
1.In-negozjanti ma għandhomx ifasslu, jorganizzaw jew joperaw l-interfaċċi online tagħhom, inklużi komponenti viżivi, tas-smigħ u komponenti oħra tagħhom, b’mod li x’aktarx iqarraq jew jimmanipula lill-konsumaturi, jew b’mod li x’aktarx ifixkel materjalment b’xi mod ieħor l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi.
2.Fil-Parti III tal-Anness I tinsab lista ta’ disinji qarrieqa li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali.
3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-lista msemmija fil-paragrafu 2 billi żżid jew timmodifika d-disinji qarrieqa fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, ir-riċerka dwar l-imġiba tal-konsumatur u l-esperjenza ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Kummissjoni, dment li tali emenda tkun meħtieġa biex jinżamm il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur previst minn dan ir-Regolament.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 51 In-negozjanti qed jużaw dejjem aktar dark patterns fuq l-interfaċċi online tas-siti web…
- Premessa 52 Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-użu ta’ dark patterns biex joħolqu…
- Premessa 119 Dikjarazzjonijiet preċiżi u mhux ambigwi dwar id-disponibbiltà jew il-popolarità ta’ prodott jistgħu…
- Premessa 120 Tekniki li jiddependu fuq għażliet prestabbiliti li l-konsumatur huwa meħtieġ jirrifjuta, bħal kaxxi mmarkati…
- Premessa 121 Notifiki foloz jew bla bażi ma jservu l-ebda skop leġittimu u huma intrinsikament qarrieqa. Dan jinkludi…
- Premessa 122 It-tipi ta’ disinji qarrieqa użati mill-kummerċjanti fl-ambjent diġitali jistgħu jinbidlu malajr u b’mod…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
interfaċċa online
(11)“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, inkluż applikazzjoni mobbli, li jkunu operati minn jew f’isem kummerċjant u li jservu biex jagħtu lill-konsumaturi aċċess għall-prodotti;
Artikolu 3, punt (11)