Artikolu 18 · Trasparenza tal-prezzijiet fis-settur tal-biljetti għal avveniment
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Meta l-prezz tal-biljetti għal avveniment jista’ jiżdied minħabba azzjonijiet tal-kummerċjant jew proċessi awtomatizzati jew algoritmiċi, l-istedina għax-xiri kien ikollha tiżvela kemm hemm biljetti disponibbli fil-kategorija rilevanti bil-prezz irreklamat u l-prezz massimu. Kummerċjant li joffri l-bejgħ mill-ġdid ta’ biljett għal avveniment kien ikollu juri l-prezz totali oriġinali mitlub mill-organizzatur tal-avveniment.
It-test tal-Artikolu 18il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 18
Trasparenza tal-prezzijiet fis-settur tal-biljetti għal avveniment
1.Fi stedina għax-xiri ta’ biljetti għal avveniment li l-prezz tagħhom jista’ jiżdied minħabba l-azzjonijiet tal-kummerċjant jew minħabba proċessi awtomatizzati jew algoritmiċi, il-kummerċjant għandu jiżvela b’mod ċar u prominenti kemm biljetti fil-kategorija rilevanti tal-biljetti huma disponibbli bil-prezz irreklamat u l-prezz massimu li konsumatur jista’ jintalab iħallas għal dak il-biljett.
2.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, kummerċjant li joffri bejgħ mill-ġdid ta’ biljett ta’ avveniment għandu juri b’mod ċar u prominenti:
(a)il-prezz totali oriġinali tal-biljett mitlub mill-organizzatur tal-avveniment;
(b)fejn applikabbli, il-kategorija tal-biljett, ir-ringiela u n-numru tas-sit.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 67 L-aċċess għal avvenimenti kulturali, sportivi u ta’ divertiment huwa aspett importanti tal-parteċipazzjoni…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
stedina għax-xiri
(8)“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;
Artikolu 3, punt (8)