Artikolu 23 · Funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online
Parti minn: Abbonamenti, perjodi ta’ prova b’xejn u kanċellazzjoni
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Meta kummerċjant joffri l-possibbiltà li jiġu konklużi kuntratti permezz ta’ interfaċċa online, il-konsumaturi kien ikollhom ikunu jistgħu jitterminaw il-kuntratt permezz ta’ funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online, irrispettivament minn kif ikun ġie konkluż. Il-funzjoni kienet tkun ittikkettata “ittermina l-kuntratt hawnhekk” jew b’formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa. Il-kummerċjant kien ikollu jibgħat konferma tar-riċevuta fuq mezz li jservi għal żmien twil mhux aktar tard minn ġimgħa.
It-test tal-Artikolu 23il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 23
Funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online
1.Meta l-kummerċjant joffri lill-konsumaturi l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti permezz ta’ interfaċċa online, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitterminaw il-kuntratt billi jużaw funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt fuq l-interfaċċa online (“funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online”), irrispettivament mill-mod li bih ikun ġie konkluż il-kuntratt.
2.Il-funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online għandha tkun ittikkettata bil-kliem “ittermina l-kuntratt hawnhekk” jew formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa b’mod li tinqara faċilment. Din għandha tintwera b’mod prominenti fuq l-interfaċċa online u tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur.
3.Il-funzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online għandha tippermetti lill-konsumatur jibgħat dikjarazzjoni ta’ terminazzjoni online li tinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt.
Dik id-dikjarazzjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt online għandha tippermetti lill-konsumatur jipprovdi jew jikkonferma faċilment l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem tal-konsumatur;
(b)dettalji li jidentifikaw il-kuntratt li l-konsumatur jixtieq jittermina;
(c)dettalji tal-mezzi elettroniċi li bihom il-konferma tat-terminazzjoni tal-kuntratt imsemmija fil-paragrafu 5 se tintbagħat lill-konsumatur.
4.Mat-tlestija tad-dikjarazzjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt online mill-konsumatur f’konformità mal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu jippermetti lill-konsumatur jissottomettihielu permezz ta’ funzjoni ta’ konferma. Dik il-funzjoni ta’ konferma għandha tkun ittikkettata b’mod li jinqara faċilment, u biss bil-kliem ‘ikkonferma t-terminazzjoni tal-kuntratt” jew b’formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa.
5.Ladarba l-konsumatur jattiva l-funzjoni ta’ konferma, il-kummerċjant għandu jibgħat lill-konsumatur konferma tar-riċevuta tad-dikjarazzjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt online fuq mezz li jservi għal żmien twil, inkluż il-kontenut tagħha, id-data u l-ħin tas-sottomissjoni tagħha, mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn fi żmien ġimgħa.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 72 Sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt, il-proċedura…
- Premessa 74 Il-funzjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt online u l-funzjoni ta’ rexissjoni online jenħtieġ li jiġu…
- Premessa 75 Il-funzjoni ta’ rexissjoni online u l-funzjoni ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt online jenħtieġ li jkunu faċli…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
interfaċċa online
(11)“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, inkluż applikazzjoni mobbli, li jkunu operati minn jew f’isem kummerċjant u li jservu biex jagħtu lill-konsumaturi aċċess għall-prodotti;
Artikolu 3, punt (11)