Artikolu 30 · Infurzar
Parti minn: Disinn li joħloq dipendenza, Minorenni, Infurzar u penali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
L-Istati Membri kien ikollhom jiżguraw mezzi adegwati u effettivi biex tiġi żgurata l-konformità, inkluża azzjoni minn persuni jew organizzazzjonijiet b’interess leġittimu, inklużi l-kompetituri, quddiem il-qrati u/jew l-awtoritajiet amministrattivi. Dawn kienu jkunu jistgħu jordnaw il-waqfien ta’ prattiki kummerċjali żleali jew jipprojbixxu dawk imminenti. Il-Kummissjoni kien ikollha setgħat ta’ investigazzjoni u infurzar fir-rigward ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, soġġett għal eċċezzjonijiet elenkati.
It-test tal-Artikolu 30il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 30
Infurzar
1.L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jassiguraw konformità ma’ dan ir-Regolament fl-interess ta’ konsumaturi.
Dawn il-mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li skonthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu l-prattiki kummerċjali żleali, inklużi kompetituri, jistgħu:
(a)jistitwixxu azzjoni legali kontra tali prattiki kummerċjali żleali;
u/jew
(b)iġibu każijiet ta’ tali prattiki kummerċjali żleali quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati.
Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun sar rikors qabel għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 31. Dawk il-mezzi għandhom ikunu disponibbli indipendentement minn jekk il-konsumaturi milquta jinsabux fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jinsab il-kummerċjant jew fi Stat Membru ieħor.
Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi jekk il-mezzi msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħux jiġu diretti:
(a)b’mod separat jew konġunt kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku;
(b)kontra sid ta’ kodiċi jekk il-kodiċi rilevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.
2.Skont id-dispożizzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-qrati nazzjonali jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom ikollhom setgħat li, fil-każijiet fejn jitqies li tali miżuri huma meħtieġa wara li jittieħed kont tal-interessi kollha involuti u b’mod partikolari tal-interess pubbliku:
(a)jordnaw il-waqfien, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta’ ordni ta’ waqfien, ta’ prattiki kummerċjali żleali;
jew
(b)jekk il-prattika kummerċjali żleali għadha ma seħħetx iżda hija imminenti, jordnaw il-projbizzjoni tal-prattika, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta' ordni ta' projbizzjoni tal-prattika,
anki mingħajr prova ta' telf jew ħsara attwali jew ta' intenzjoni jew negligenza min-naħa tal-kummerċjant.
L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu sabiex il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu meħuda taħt proċedura aċċelerata:
(a)jew b’effett provviżorju;
jew
(b)b’effett definittiv,
iżda għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema miż-żewġ possibbiltajiet jagħżel.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, bil-ħsieb li jeliminaw l-effetti kontinwi ta’ prattiki kummerċjali żleali li t-terminazzjoni tagħhom ġiet ordnata permezz ta’ deċiżjoni definittiva:
(a)jesiġu l-pubblikazzjoni sħiħa jew parzjali ta' dik id-deċiżjoni u fil-forma li huma jikkunsidraw adegwata;
(b)li jitolbu barra minn dan il-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni rettifikattiva.
3.L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
(a)ikunu komposti b’mod li ma jqanqlu l-ebda dubbju dwar l-imparzjalità tagħhom;
(b)ikollhom setgħat adegwati, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament;
(c)normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom.
Meta s-setgħat msemmija fil-paragrafu 2 jiġu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva:
(a)għandhom dejjem jingħataw ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha;
(b)għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal proċeduri li bihom it-twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli minn awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli tat-twettiq tas-setgħat imsemmija jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħat li tinvestiga u tinforza l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE) [ir-Regolament CPC ġdid] f’konformità mal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament, ħlief fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), (4), (7), u (8) u l-Artikolu 28(3) ta’ dan ir-Regolament.
5.B’deroga mill-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, l-infurzar u s-superviżjoni tal-Artikoli 14 (2), 15 (3), 16 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) [EU KIDS Act] għan-negozjanti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu. Għal dak l-għan, kwalunkwe referenza fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-konformità jew għan-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2065 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2024/1689 għall-konformità jew għan-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2024/1689 għandha titqies li tinkludi l-Artikoli 14 (2), 15 (3), u 16 ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, l-infurzar u s-superviżjoni tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet iddeżinjati f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-kummerċjanti li huma fornituri ta’ pjattaformi online skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 u mill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikoli 70, 74 u 75 tar-Regolament (UE) 2024/1689 għall-kummerċjanti li huma fornituri jew implimentaturi ta’ sistemi tal-IA fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1689. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2024/1689, u kwalunkwe referenza fih għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2065 u r-Regolament (UE) 2024/1689 għandha titqies li tinkludi l-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament.
L-infurzar skont dan il-paragrafu jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jippermettu lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet meqjusa skont id-dritt nazzjonali bħala li għandhom interess leġittimu fil-ġlieda kontra prattiki kummerċjali żleali, inklużi l-kompetituri, jieħdu azzjoni legali kontra tali prattiki kummerċjali żleali.
6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura minnhom f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2065 u l-Artikoli 70 u 74 tar-Regolament (UE) 2024/1689 ikunu kompetenti biex jissorveljaw u jinfurzawl-Artikoli 14(2), 15(3), 16 u 17(1) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kummerċjanti speċifikati fil-paragrafu 5 li huma fil-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
7.Sa fejn jingħataw setgħat lill-Kummissjoni skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2024/1689, dawk is-setgħat għandhom ikopru wkoll is-superviżjoni, l-investigazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-konformità mal-Artikoli 14(2), 15(3), 16 u 17(1) ta’ dan ir-Regolament.
8.Meta awtorità amministrattiva nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jew awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu tieħu deċiżjoni dwar kwistjoni li tkun diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 14 (2), 15 (3) u 16 ta’ dan ir-Regolament jew relatata mas-suġġett regolat fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ma għandha tieħu l-ebda deċiżjoni li tmur kontra dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 5 Barra minn hekk, fid-dawl tal-mudelli ta’ negozju li qed jevolvu, b’mod partikolari fis-swieq diġitali…
- Premessa 84 Il-persuni u l-organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu jenħtieġ li…
Jissostitwixxi
- Artikolu 11 ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 30) · Qabbel f’Eureka
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)
sid ta’ kodiċi
(33)“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh;
Artikolu 3, punt (33)