Artikolu 32 · Rimedji
Parti minn: Infurzar u penali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-konsumaturi li jġarrbu ħsara minn prattiki kummerċjali żleali kien ikollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-danni u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri kienu jkunu jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. Rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali ma kinux jiġu affettwati.
It-test tal-Artikolu 32il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 32
Rimedji
1.Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiki kummerċjali żleali għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.
2.L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra.
3.Ir-rimedji imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 86 Jenħtieġ li r-rimedji jkunu disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali…
Jissostitwixxi
- Artikolu 11a(1), first sentence ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 32(1)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 11a(1), second sentence ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 32(2)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 11a(2) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 32(3)) · Qabbel f’Eureka
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)