Kapitolu VII Taqsima 3 Artikolu 74
Artikolu 74 · Kompiti tal-President
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-President isejjaħ il-laqgħat tal-Bord u jħejji l-aġenda tiegħu, jinnotifika d-deċiżjonijiet vinkolanti tal-Bord skont l-Artikolu 65 lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, u jiżgura t-twettiq f’waqtu tal-kompiti tal-Bord, b’mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Il-Bord jistabbilixxi t-tqassim tal-kompiti bejn il-President u l-viċi presidenti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.
It-test tal-Artikolu 74verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 74
Kompiti tal-President
Il-President għandu l-kompiti li ġejjin:
ilaqqa' l-laqgħat tal-Bord u jħejji l-aġenda tiegħu;
jinnotifika d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord skont l-Artikolu 58a lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati;
jiżgura t-twettiq fil-ħin tal-kompiti tal-Bord, b'mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Artikolu 4, punt (21)
awtorità superviżorja kkonċernata
“awtorità superviżorja kkonċernata” tfisser awtorità superviżorja li tkun ikkonċernata bl-ipproċessar ta' data personali peress li:
- (a) il-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru ta' dik l-awtorità superviżorja;
- (b) is-suġġetti tad-data li jgħixu fl-Istat Membru ta' dik l-awtorità superviżorja jiġu affettwati sostanzjalment jew x'aktarx li jkunu ser jiġu affettwati sostanzjalment mill-ipproċessar; jew
- (c) ikun tressaq ilment quddiem dik l-awtorità superviżorja;
Artikolu 4, punt (22)