02000L0031 — MT — 17.02.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA 2000/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 178 17.7.2000, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2022/2065 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Ottubru 2022 |
L 277 |
1 |
27.10.2022 |
|
ID-DIRETTIVA 2000/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2000
dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u qasam ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika fil-:
qasam tat-tassazzjoni;
kwistjonijiet li jirrigwardaw servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni koperti bid-Direttivi 95/46/KE u 97/66/KE;
kwistjonijiet li jirrigwardaw ftehim jew prattiċi regolati b’liġi dwar kartell;
dawn l-attivitajiet li ġejjin ta’ servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni:
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, dawn it-termini li ġejjin għandu jkollhom dawn it-tifsiriet:
|
(a) |
“servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” : servizzi fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE; |
|
(b) |
“dak li jipprovdi servizz” : kull persuna naturali jew legali li tipprovdi servizz għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni; |
|
(ċ) |
“min hu stabbilit li jipprovdi servizz” : dak li jipprovdi servizz li effettivament isegwi attività ekonomika billi juża stabbiliment fiss għal perjodu indefinit. Il-presenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġija meħtieġa biex jipprovdi s-servizz ma humiex, minnhom infushom, dak li jikkostitwixxi stabbiliment għal min jipprovdi s-servizz; |
|
(d) |
“dak li jirċievi s-servizz” : kull persuna naturali jew legali li, għal skopijiet professjonali jew mod ieħor, tagħmel użu minn servizz għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment bl-iskop li tfittex informazzjoni jew li tagħmilha aċċessibbli; |
|
(e) |
“konsumatur” : kull persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li huma ’l barra min-negozju, kummerċ jew professjoni tiegħu; |
|
(f) |
“komunikazzjoni kummerċjali” : kull għamla ta’ komunikazzjoni li għandha l-iskop li tippromwovi, direttament jew indirettament, merkanzija, servizzi jew l-immaġini ta’ kumpanija, organizzazzjoni jew persuna li ssegwi attività kummerċjali, industrijali jew ta’ l-artiġjanat jew li teżerċita professjoni regolata. Dawn li ġejjin minnhom infushom ma joħolqux komunikazzjoni kummerċjali:
—
informazzjoni li tippermetti aċċess dirett għall-attivitajiet tal-kumpanija, l-organizzazzjoni jew persuna, partikolarment isem ta’dominju jew indirizz ta’ posta elettronika,
—
komunikazzjonijiet li jirrigwardaw merkanzija, servizzi jew immaġini tal-kumpanija, organizzazzjoni jew persuna miġbura b’mod independenti, partikolarment meta dan ikun mingħajr implikazzjonijiet finanzjarji;
|
|
g) |
“professjoni regolata” : kull professjoni fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni għolja mogħtija mat-temma ta’ edukazzjoni professjonali u taħriġ ta’ mill-anqas tliet snin tul ( 1 ) jew ta’ l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema għar-rikonoxximent ta’ edukazzjoni professjonali u taħriġ biex jissupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE ( 2 ); |
|
(h) |
“qasam ikkordinat” : ħtiġijiet stipulati fis-sistemi legali ta’ Stati Membri applikabbli għal min jipprovdi servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni jew għas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, independentement minn jekk dawn ikunux ta’ natura ġenerali jew iddisinjati speċifikament għalihom.
(i)
Il-qasam ikkordinat jikkonċerna ħtiġijiet li magħhom dak li jipprovdi s-servizz għandu jkun konformi fir-rigward ta’:
—
il-bidu ta’ l-attività ta’ servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, bħal ma huma l-ħtiġijiet li jikkonċernaw kwalifiki, awtorizzazzjoni jew notifikazzjoni,
—
il-prattika ta’ l-attività ta’ servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, bħal ma huma ħtiġijiet li jikkonċernaw l-imġieba ta’ dak li jipprovdi servizzi, ħtiġijiet li jirrigwardaw il-kwalità jew kontenut tas-servizz inklużi dawk applikabbli għal reklamar u kuntratti, jew ħtiġijiet li jikkonċernaw ir-responsabbilità ta’ min jipprovdi s-servizz;
(ii)
Il-qasam ikkordinat ma jkoprix ħtiġijiet bħal ma huma:
—
ħtiġijiet applikabbli għal merkanzija bħala tali,
—
ħtiġijiet applikabbli għal kunsinna ta’ merkanzija,
—
ħtiġijiet applikabbli għal servizzi li ma humiex ipprovduti b’mezzi elettroniċi.
|
Artikolu 3
Suq intern
L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jidderogaw mill-paragrafu 2 fir-rigward ta’ servizz partikolari għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu mwettqa:
il-miżuri għandhom ikunu:
meħtieġa għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
meħuda kontra servizz partikolari għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni mingħajr preġudizzju għall-għanijiet li hemm referenza għalihom f’punt (1) jew li jippreżentaw riskju serju u gravi għal dawk l-għanijiet;
proporzjonat għal dawk l-għanijiet;
qabel ma jittieħdu l-miżuri f’dak il-każ u mingħajr preġudizzju għal proċess fil-qrati, inklużi proċedimenti prelimenari u atti mwettqa fil-qafas ta’ investigazzjoni kriminali, l-Istat Membru jkun:
KAPITOLU II
PRINĊIPJI
Taqsima 1:
Ħtiġijiet ta’ stabbiliment u informazzjoni
Artikolu 4
Prinċipju li jeskludi awtorizzazzjoni bil-quddiem
Artikolu 5
Informazzjoni ġenerali li għandha tkun provduta
Minbarra l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni oħra stabbilita b’liġi tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz għandu jagħmel faċli, direttament u permanenti aċċessibbli għal dawk li jirċievu s-servizz u l-awtoritajiet kompetenti, mill-anqas din l-informazzjoni:
l-isem ta’ dak li jipprovdi s-servizz;
l-indirizz ġeografiku li fih dak li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit;
id-dettalji ta’ dak li jipprovdi s-servizz, inkluż l-indirizz elettroniku tiegħu, li jippermettilu li jkun ikkuntattjat u li jikkuntattja b’rapidità u b’manjiera diretta u effettiva;
meta dak li jipprovdi s-servizz ikun irreġistrat f’reġistru tal-kummerċ jew reġistru pubbliku simili, ir-reġistru tal-kummerċ li fih dak li jipprovdi s-servizz ikun inkluż u n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;
meta l-attività tkun soġġetta għal skema ta’ awtorizzazzjoni, il-partikolaritajiet ta’ l-awtorità rilevanti ta’ sorveljanza;
f’dak li jikkonċerna l-professjonijiet regolati:
meta dak li jipprovdi servizz jipprovdi attività li hija soġġetta għal VAT, in-numru ta’ identifikazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 22(1) tas-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li li jirrigwardaw it-taxxa fuq in-negozju kollu - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta’ stima uniformi ( 4 ).
Taqsima 2:
Komunikazzjonijiet kummerċjali
Artikolu 6
Informazzjoni li għandha tkun provduta
Minbarra l-ħtiġijiet oħra għall-informazzjoni stabbiliti b’liġi tal-Komunità, Stati Membri għandhom jassiguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali li huma parti minn, jew jikkostitwixxu, servizz għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, li jkunu konformi mill-anqas ma’ dawn il-kundizzjonijiet:
il-komunikazzjoni kummerċjali għandha tkun identifikabbli b’mod ċar bħala tali;
il-persuna naturali jew [uridika li f’isimha l-komunikazzjoni kummerċjali ssir għandha tkun identifikabbli b’mod ċar;
offerti promozzjonali, bħal ma huma skonti, primjum jew rigali, meta permessi mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak li jipprovdi s-servizz, għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar bħala tali, u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa biex jikkwalifikaw għalihom għandhom ikunu faċilment aċċessibli u jkunu ppreżentati b’mod ċar u mingħajr ambigwità;
kompetizzjonijiet u logħob promozzjonali, meta permessi mill-Istat Membru fejn dak li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit, għandhom ikunu b’mod ċar identifikabbli bħala tali, u l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu faċilment aċċessibli u ppreżentati b’mod ċar u mingħajr ambigwità.
Artikolu 7
Komunikazzjoni kummerċjali mhux mitluba
L-Artikolu 8
Professjonijiet regolati
Taqsima 3:
Kuntratti konklużi b’mezzi elettroniċi
Artikolu 9
Trattament ta’ kuntratti
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-paragrafu 1 m’għandux ikun applikabbli fil-kuntratti kollha jew uħud minnhom li jidħlu f’waħda minn dawn il-kategoriji:
kuntratti li joħolqu jew jittrasferixxu d-drittijiet fi proprjetà immobbli, ħlief għal drittijiet ta’ kera;
kuntratti li jinħtieġu b’liġi l-involviment ta’ qrati, awtoritajiet pubbliċi jew professjonijiet li jeżerċitaw awtorità pubblika;
kuntratti jew garanzija mogħtija u sigurtajiet kollaterali fornuti minn persuni li jaġixxu għal għanijiet barra min-negozju, kummerċ jew professjoni tagħhom;
kuntratti regolati b’liġi tal-familja jew b’liġi dwar suċċessjoni.
Artikolu 10
Informazzjoni li għandha tkun provduta
Minbarra l-ħtiġijiet oħra ta’ informazzjoni stabbiliti b’liġi tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jassiguraw, ħlief meta jkun miftiehem mod ieħor minn partijiet li mhumiex konsumaturi, li mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja tkun mogħtija minn dak li jipprovdi s-servizz, b’mod ċar, b’mod komprensiv u mingħajr ambigwità u qabel ma tkun saret l-ordni minn dak li jirċievi s-servizz:
il-passi tekniċi differenti li għandhom jittieħdu biex ikun konkluż il-kuntratt;
jekk il-kuntratt konkluż ikun ġiex depożitat ma’ dak li jipprovdi s-servizz jew le u jekk dan ikunx aċċessibbli;
il-mezzi tekniċi għall-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji fid-dħul qabel ma titqiegħed l-ordni;
il-lingwi offruti għall-konklużjoni tal-kuntratt.
Artikolu 11
Tqegħid ta’ l-ordni
L-Istati Membri għandhom jassiguraw, ħlief meta b’mod ieħor miftiehem mill-partijiet li ma humiex konsumaturi, li f’każi meta dak li jirċievi s-servizz iqiegħed l-ordni tiegħu permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, dawn il-prinċipji li ġejjin huma applikabbli:
KAPITOLU III
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 16
Kodiċi ta’ kondotta
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu:
it-tħejjija ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-livell tal-Komunità, minn għaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’ negozjanti, professjonisti u konsumaturi, biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kif suppost ta’ l-Artikoli 5 sa 15;
it-trasmissjoni volontarja ta’ abbozz ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-livell nazzjonali jew tal-Komunità lill-Kummissjoni;
l-aċċessibilità ta’ dawn il-kodiċi ta’ kondotta fil-lingwi tal-Komunità b’mezzi elettroniċi;
il-komunikazzjoni lejn Stati Membri u l-Kummissjoni, minn għaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’ negozjanti, professjonisti u konsumaturi, ta’ x’jaħsbu dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi tagħhom ta’ kondotta u l-impatt tagħhom fuq il-prattiċi, drawwiet u użanzi li jirrigwardaw il-kummerċ elettroniku;
it-tħejjija ta’ kodiċi ta’ kondotta fir-rigward tal-protezzjoni ta’ minuri u d-dinjità umana.
Artikolu 17
Ftehim barra mill-qorti
Artikolu 18
Azzjonijiet Ġudizzjarji
L-Anness tad-Direttiva 98/27/KE huwa b’hekk issuplimentat kif ġej:
“11. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1).”
Artikolu 19
Koperazzjoni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta’ kuntatt li għandhom ikunu aċċessibbli mill-anqas b’mezzi elettroniċi u li minnhom dawk li jirċievu u dawk li jipprovdu servizz jistgħu:
jakkwistaw informazzjoni ġenerali dwar drittijiet u obbligazzjonijiet kontrattwali kif ukoll dwar ilmenti u mekkaniżmi ta’ sodisfazzjon disponibbli fil-każ ta’ tilwim, inklużi l-aspetti prattiċi involuti fl-użu ta’ dawk il-mekkaniżmi;
jakkwistaw dettalji ta’ awtoritajiet, għaqdiet jew organizzazzjonijiet li minnhom huma jkunu jistgħu jakkwistaw aktar informazzjoni jew għajnuna prattika.
Artikolu 20
Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għal nuqqasijiet ta’ disposizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jassiguraw li dawn ikunu infurzati. Is-sanzjonijiet li huma jipprovdu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Eżami mill-ġdid
Artikolu 22
Trasposizzjoni
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 24
Lil min indirizzata
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
DEROGI MILL-ARTIKOLU 3
Bħal ma hemm disposizzjoni fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 3(1) u (2) mhuwiex applikabbli għal:
( 1 ) ĠU L 19, ta’ l-24.1.1989, p. 16.
( 2 ) ĠU L 209, ta’ l-24.7.1992, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/38/KE (ĠU L. 184, tat-12.7.1997, p. 31).
( 3 ) ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 15.
( 4 ) ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/85/KE (ĠU L 277, tat-28.10.1999, p. 34).
( 5 ) ĠU L 24, tas-27.1.1987, p. 36.
( 6 ) ĠU L 77, tas-27.3.1996, p. 20.
( 7 ) Għadha mhiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
( 8 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE (ĠU L. 168, tat-18.7.1995, p. 7).
( 9 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE.
( 10 ) ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 2. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE.
( 11 ) ĠU L 172, ta’ l-4.7.1988, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/49/KE.
( 12 ) ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 50. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/96/KE.