02005R2173 — MT — 08.07.2025 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2173/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 (ĠU L 347 30.12.2005, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 657/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 189 |
108 |
27.6.2014 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1387 tad-9 ta' Ġunju 2016 |
L 223 |
1 |
18.8.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019 |
L 170 |
115 |
25.6.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/530 tat-30 ta’ Ottubru 2024 |
L 530 |
1 |
20.3.2025 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2173/2005
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005
dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Skema ta' liċenzi għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur tal-Forestrija” (minn hawn 'il quddiem l-iskema ta' liċenzi FLEGT') tfisser il-ħruġ ta' liċenzi għal prodotti ta' l-injam għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn pajjiżi msieħba u l-implimentazzjoni tagħha fil-Komunità, b'mod partikolari taħt id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar kontrolli fuq il-fruntiera;
“pajjiż imsieħeb” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali li jidħlu fi Ftehim ta' Sħubija, kif elenkati fl-Anness I;
“Ftehim ta' Sħubija” tfisser ftehim bejn il-Komunità u pajjiż imsieħeb li permezz tiegħu l-KE u pajjiż imsieħeb jimpenjaw ruħhom li jaħmdu flimkien sabiex jappoġġjaw il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT u jimplimentaw l-iskema ta' liċenzi FLEGT;
“organizzazzjoni reġjonali” tfisser organizzazzjoni magħmula minn Stati sovrani li trasferixxew il-kompetenza lil dik l-organizzazzjoni, u b'hekk ikunu tawha l-kapaċità li tidħol fi Ftehim ta' Sħubija f'isimhom, fir-rigward ta' kwistjonijiet regolati mill-iskema ta' liċenzi FLEGT, kif elenkati fl-Anness I;
“liċenzja FLEGT” tfisser dokument ibbażat fuq it-trasbord jew ibbażat fuq il-parteċipant fis-suq f'format standard li għandu jkun reżistenti għall-falsifikazzjoni u t-tbagħbis, ikun verifikabbli, u li jirriferi għal trasbord konformi mar-rekwiżiti ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT, debitament maħruġ u validat minn awtorità tal-liċenzi ta' pajjiż imsieħeb. Is-sistemi għall-ħruġ, registrazzjoni u komunikazzjoni ta' liċenzi jistgħu jkunu bbażati fuq l-użu ta' karti (paper-based) jew fuq l-użu ta' mezzi elettroniċi, skond kif ikun dettat mill-każ;
“parteċipant fis-suq” tfisser attur, privat jew pubbliku, involut fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew kummerċ ta' prodotti ta' l-injam;
“awtorità jew awtoritajiet tal-liċenzi” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn pajjiż imsieħeb għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzi FLEGT;
“awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn Stat Membru ta' l-UE sabiex jivverifikaw il-liċenzi FLEGT;
“prodotti ta' l-injam” tfisser il-prodotti elenkati fl-Annessi II u III, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzi FLEGT, u li, meta jiġu importati lejn il-Komunità, ma jistawx jiġu kwalifikati bħala “merkanzija ta' natura mhux kummerċjali” kif stabbilit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 1 Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 );
“injam prodott legalment” tfisser prodotti ta' l-injam prodotti minn injam domestiku li kien maqtugħ legalment jew li kien importat legalment f'pajjiż imsieħeb skond il-liġijiet nazzjonali determinati minn dak il-pajjiż imsieħeb u kif stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija;
“importazzjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta' prodotti ta' l-injam għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-sens ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 );
“trasbord” tfisser trasbord ta' prodotti ta' l-injam;
“esportazzjoni” tfisser it-tluq fiżiku jew it-teħid ta' prodotti ta' l-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ta' pajjiż imsieħeb sabiex jinġabu fil-Komunità;
“monitoraġġ minn parti terza” tfisser sistema li permezz tagħha organizzazzjoni li tkun indipendenti mill-awtoritajiet tal-gvern ta' pajjiż imsieħeb u mis-settur tiegħu tal-forestrija u ta' l-injam tissorvelja u tirrapporta dwar l-operat ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT.
KAPITOLU II
L-ISKEMA TA' LIĊENZI FLEGT
Artikolu 3
Artikolu 4
L-iskemi approvati mill-Kummissjoni jistgħu jiffurmaw il-bażi ta’ liċenzja tal-FLEGT.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dik l-eżenzjoni b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq u l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun meħtieġ, tressaq, proposti leġislattivi xierqa.
Artikolu 5
L-importazzjoni ta' prodotti ta' l-injam taħt liċenżja FLEGT ta' parteċipant fis-suq għandha tkun permessa sakemm il-liċenza ta' dak il-parteċipant fis-suq tibqa' valida.
Artikolu 6
Artikolu 7
Artikolu 8
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 9
Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni, b’mod partikolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan, hija għandha tieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami kull ħames snin u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT.
Artikolu 10
Artikolu 11
▼M1 —————
▼M1 —————
Artikolu 11a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PAJJIŽI MSIEħBA U L-AWTORITAJIET TAL-LIČENZI NOMINATI MINNHOM
|
Pajjiż sieħeb |
Awtorità tal-liċenzji deżinjata |
|
IR-REPUBBLIKA TAL-GHANA |
Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam Kummissjoni tal-Forestrija* Kummissjoni tal-Forestrija P.O. Box 783 Takoradi – Ghana. Tel. +233 312024100 Posta elettronika: info.tidd@fcghana.org |
|
Pajjiż sieħeb |
Awtoritajiet tal-liċenzji maħtura |
|
IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA |
L-Unità ta' Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU) (1) Il-Ministeru tal-Ambjent u l-Forestrija Gedung Manggala Wanabakti Blok I Lantai 2 Jln. Gatot Subroto — Senayan Jakarta — Pusat — l-Indoneżja — 10270 Telefon: +62 21 5730268/269 Faks: +62 21 5737093 Posta elettronika: subditivlk@gmail.com; marianalubis1962@gmail.com |
|
(1)
Skont l-Artikolu 4(4) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju (VPA), l-Indoneżja stabbiliet Unità ta' Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU) biex isservi bħala punt ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE u l-Awtoritajiet tal-Liċenzji Indoneżjani. Il-LIU hija unità ta' ġestjoni tal-informazzjoni li tivvalida l-informazzjoni relatata mal-ħruġ ta' Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT. Il-LIU hija responsabbli wkoll għall-iskambju ġenerali tal-informazzjoni dwar it-TLAS, u tirċievi u taħżen id-dejta u l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' legalità u ta' liċenzji FLEGT. Barra minn hekk, twieġeb ukoll il-mistoqsijiet mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-isħab kummerċjali u tal-partijiet ikkonċernati. Uħud mill-korpi ta' verifika, li huma korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN), huma awtorizzati u ssorveljati mill-Ministeru Indoneżjan tal-Forestrija u l-Ambjent biex jaġixxu bħala awtoritajiet tal-liċenzji. Il-lista aġġornata tal-awtoritajiet tal-liċenzji hija disponibbli permezz tal-LIU kif ukoll fuq il-link: http://silk.dephut.go.id/index.php/info/lvlk. |
|
ANNESS II
Prodotti ta' l-injam li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzi FLEGT irrispettivament mill-pajjiżi msieħba
|
HS — Intestatura |
Deskrizzjoni |
|
4403 |
Injam mhux maħdum, kemm jekk b'qoxortu jew l-alburnum imneħħija kif ukoll jekk le, jew maqtugħ kwadru. |
|
4406 |
Traversi ta' l-injam (cross-ties) tal-binarji tal-ferrovija jew tat-tramm. |
|
4407 |
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat mit-truf kif ukoll jekk le, ta' ħxuna li ma teċċedix is-6 mm. |
|
4408 |
Fuljetta għall-kisi bil-fuljetta (veneering) (inklużi dawk maħduma bit-tiflil ta' l-injam laminat) għall-plywood jew għal injam laminat simili ieħor u njam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat, impalellat (spliced) jew imġannat mit-truf kif ukoll jekk le, ta' ħxuna li ma teċċedix is-6mm. |
|
4412 |
Plywood, panewijiet miksija bil-fuljetta jew injam laminat simili ieħor. |
ANNESS III
Prodotti ta' l-injam li għalihom l-iskema ta' liċenzi FLEGT tapplika biss għall-pajjiżi msieħba korrispondenti
|
Pajjiż sieħeb |
Intestatura |
Subintestatura SA |
Deskrizzjoni |
|
Ir-Repubblika tal-Ghana |
Kapitolu 44: |
|
|
|
4403 |
|
Injam mhux maħdum, kemm jekk b’qoxortu jew l-alburnum imneħħija kif ukoll jekk le, jew maqtugħ kwadru |
|
|
|
|
– Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn: |
|
|
|
4403 11 |
– – Koniferu |
|
|
|
4403 12 |
– – Mhux koniferu |
|
|
|
|
– Oħrajn, ta’ injam tropikali: |
|
|
|
4403 49 |
– – Oħrajn |
|
|
4406 |
|
Traversi tal-injam (cross-ties) tal-binarji tal-ferrovija jew tat-tramm |
|
|
|
|
– Mhux imprenjat: |
|
|
|
4406 11 |
– – Koniferu |
|
|
|
4406 12 |
– – Mhux koniferu |
|
|
|
|
– Oħrajn: |
|
|
|
4406 91 |
– – Koniferu |
|
|
|
4406 92 |
– – Mhux koniferu |
|
|
4407 |
|
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat mit-truf kif ukoll jekk le, ta’ ħxuna li ma teċċedix is-6 mm |
|
|
|
|
– Koniferu: |
|
|
|
4407 11 |
– – Tal-arżnu (Pinus spp.) |
|
|
|
4407 19 |
– – Oħrajn |
|
|
|
|
– Ta’ injam tropikali: |
|
|
|
4407 21 |
– – Kawba (Swietenia spp.) |
|
|
|
4407 27 |
– – Sapelli |
|
|
|
4407 28 |
– – Iroko |
|
|
|
4407 29 |
– – Oħrajn |
|
|
|
|
– Oħrajn |
|
|
|
ex 4407 99 |
– – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
4408 |
|
Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għall-plajwud jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm |
|
|
|
4408 10 |
– Koniferu |
|
|
|
|
– Ta’ injam tropikali: |
|
|
|
4408 39 |
– – Oħrajn |
|
|
|
ex 4408 90 |
– Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
4409 |
|
Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le |
|
|
|
4409 10 |
– Koniferu |
|
|
|
|
– Mhux koniferu: |
|
|
|
4409 22 |
– – Tal-injam tropikali |
|
|
|
ex 4409 29 |
– – Oħrajn (mhux tal-kannadindja) |
|
|
4412 |
|
Plajwud, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom |
|
|
|
|
– Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm: |
|
|
|
4412 31 |
– – Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali |
|
|
|
4412 33 |
– – Oħrajn, b’mill-inqas saff wieħed fuq barra ta’ injam mhux koniferu tal-ispeċi alnu (Alnus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), ċirasa (Prunus spp.), qastan (Castanea spp.), ulmu (Ulmus spp.), ewkaliptu (Eucalyptus spp.), ġewż tal-Amerika ta’ Fuq (Carya spp.), eskulu (Aesculus spp.), tilju (Tilia spp.), aġġru (Acer spp.), ballut (Quercus spp.), platanu (Platanus spp.), luq (Populus spp.), robinja (Robinia spp.), injam tat-tulipan (Liriodendron spp.) jew ġewż (Juglans spp.) |
|
|
|
4412 34 |
– – Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu mhux speċifikat fis-subintestatura 4412 33 |
|
|
|
4412 39 |
– – Oħrajn biż-żewġ folji fuq barra magħmulin minn injam tal-koniferu |
|
|
|
|
– Blokkbord, laminbord u battenboard |
|
|
|
ex 4412 51 |
– – Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4412 52 |
– – Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4412 59 |
– – Oħrajn, biż-żewġ saffi ta’ barra t-tnejn tal-injam koniferu (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
|
– Oħrajn |
|
|
|
ex 4412 91 |
– – Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4412 92 |
– – Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4412 99 |
– – Oħrajn, biż-żewġ saffi ta’ barra t-tnejn tal-injam koniferu (mhux tal-kannadindja) |
|
|
4418 |
|
Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes |
|
|
|
|
– Twieqi, twieqi Franċiżi u l-gwarniċi tagħhom |
|
|
|
4418 11 |
– – Tal-injam tropikali |
|
|
|
ex 4418 19 |
– – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
|
– Bibien u ċ-ċaċċiż u s-sollijiet tagħhom |
|
|
|
4418 21 |
– – Tal-injam tropikali |
|
|
|
ex 4418 29 |
– – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 40 |
– Armar tax-xater għal xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 50 |
— Shingles u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 30 |
– Pilastri u travi għajr il-prodotti tas-subintestaturi 4418 81 sa 4418 89 (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
|
– Pannelli mmuntati għall-paviment: |
|
|
|
4418 74 |
– – Oħrajn, għal artijiet tal-mużajk |
|
|
|
4418 75 |
– – Oħrajn, b’diversi saffi |
|
|
|
ex 4418 79 |
– – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
|
– Prodotti strutturali, maħdumin, tal-injam ippreparat |
|
|
|
ex 4418 81 |
– – Injam ippreparat laminat bil-kolla (glulam) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 82 |
– – Injam ippreparat kontrolaminat (CLT jew X-lam) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 83 |
– – Travi I (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 89 |
– – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
|
– Oħrajn: |
|
|
|
ex 4418 92 |
– – Pannelli tal-injam ċellulari (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
ex 4418 99 |
– – Oħrajn (mhux tal-kannadindja) |
|
|
Kapitolu 94 |
|
|
|
|
9401 |
|
Sits (ħlief dawk tal-intestatura 9402 ), kemm jekk jinbidlu f’sodod kif ukoll jekk le, u partijiet tagħhom |
|
|
|
|
– Partijiet |
|
|
|
ex 9401 91 |
– – Tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
9403 |
|
Għamara oħra u l-partijiet tagħha |
|
|
|
9403 30 |
– Għamara tal-għuda ta’ tip użat fl-uffiċċji |
|
|
|
9403 40 |
– Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina |
|
|
|
9403 50 |
– Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda |
|
|
|
9403 60 |
– Għamara oħra tal-għuda |
|
|
|
|
– Partijiet |
|
|
|
|
ex 9403 91 |
– – Tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja). |
|
Pajjiż sieħeb |
Intestatura tas-SA |
Deskrizzjoni |
|
IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA |
KAPITOLU 44 |
|
|
|
Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le. |
|
|
4401 21 |
– Injam f'laqx jew frak – – koniferu |
|
|
ex 4401 22 |
– Injam f'laqx jew frak – – mhux koniferu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
4403 |
Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “VPA UE-Indoneżja”) (1), il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
ex 4404 10 |
Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – koniferu |
|
|
ex 4404 20 |
Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – mhux koniferu – – injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) |
|
|
ex 4404 |
Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
4406 |
Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
ex 4407 |
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. |
|
|
ex 4407 |
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. (l-esportazzjoni hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
|
Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm |
|
|
4408 10 |
– Koniferu |
|
|
4408 31 |
Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau |
|
|
4408 39 |
Oħrajn, minbarra dawk koniferi, Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau |
|
|
ex 4408 90 |
Oħrajn, minbarra l-injam koniferu u tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta' art bil-parkè, mhux immuntat) b'forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le. |
|
|
4409 10 |
– Koniferu |
|
|
ex 4409 29 |
– Mhux koniferu – ieħor (mhux tal-kannadindja) |
|
|
|
Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le |
|
|
ex 4410 11 |
– Tal-injam – – Bord tal-injam mill-frak (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4410 12 |
– Tal-injam – – Bord tat-tip oriented strand board (OSB) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4410 19 |
– Tal-injam – – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4411 |
Bord tal-fibri tal-injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
Plajwud, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili |
|
|
4412 31 |
– Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-Kapitolu |
|
|
4412 32 |
– Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn, b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam mhux koniferu |
|
|
4412 39 |
– Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn |
|
|
ex 4412 94 |
– Oħrajn: – – Blokkbord, laminbord u battenboard (mhux tal-kannadindja) |
|
|
ex 4412 99 |
– Oħrajn: – – Oħrajn: – – – Barecore (skart tal-injam inkullat ma' xulxin) (mhux tal-kannadindja) u – – – Oħrajn (mhux tal-kannadindja) |
|
|
ex 4413 |
Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4414 |
Gwarniċi tal-injam għall-pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4415 |
Kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, kannestri, tnabar u imballaġġ simili;tal-injam tnabar tal-injam għall-kejbils; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4416 |
Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta' buttar u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4417 |
Għodod, il-partijiet prinċipali tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom tal-bwiez jew taż-żraben, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4418 |
Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija għall-bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, xaħx u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4419 |
Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
|
Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi tal-ġojjellerija jew tal-pożati, u oġġetti simili, tal-injam. |
|
|
ex 4420 90 |
– Oħrajn – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (is-SA ex 4420 90 90 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
|
Oġġetti oħrajn tal-injam |
|
|
ex 4421 90 |
– Oħrajn – – Laqx għas-sulfarini (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) u – – Oħrajn – – Blokok tal-injam għall-pavimentar (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) |
|
|
ex 4421 90 |
– Oħrajn – – Oħrajn – – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar f'forma kwadra li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljar jew tiżbigħ fin, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 4421 90 99 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
KAPITOLU 47 |
||
|
|
Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; karta jew kartun (skart u fdalijiet) irkuprati: |
|
|
4701 |
Polpa ta' injam mekkanika |
|
|
4702 |
Polpa ta' injam kimika, gradi li jdubu |
|
|
4703 |
Polpa ta' injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu. |
|
|
4704 |
Polpa ta' injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu |
|
|
4705 |
Polpa ta' injam miksuba b'taħlita ta' proċessi mekkaniċi u kimiċi ta' sfibratura |
|
|
KAPITOLU 48 (2) |
||
|
ex 4802 |
Karta u kartun mhux miksijin, tat-tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief karta tal-intestatura 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4803 |
Stokk ta' karta iġjenika jew tal-wiċċ, stokk tax-xugamani jew srievet u karta simili tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, imġegħdin jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4804 |
Karta jew kartun kraft mhux miksi, f'rombli jew folji, ħlief dawk tal-intestatura 4802 jew 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4805 |
Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f'rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-Nota 3 għal dan il-Kapitolu (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4806 |
Parċmina veġetali, kartistrazzi, karti oljati, u glassine u karti oħrajn trasparenti jew trasluċenti, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4807 |
Karta u kartun magħmula minn kompożizzjoni (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta' karta jew kartun flimkien b'kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew imxappin, kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4808 |
Karta u kartun, immewġin (b'folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f'rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fl-intestatura 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4809 |
Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (inkluża karta miksija jew imxappa għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4810 |
Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b'materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisi ieħor, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat jew le, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4811 |
Karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, miksijin, imxappin, mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt fl-intestaturi 4803 , 4809 jew 4810 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4812 |
Blokki, ċangaturi u pjanċi tal-filtru, ta' polpa tal-karta (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4813 |
Karta tas-sigaretti, maqtugħa għal qies jew le jew f'forma ta' libretti jew tubi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4814 |
Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4816 |
Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (ħlief dawk tal-intestatura 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, tal-karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4817 |
Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għall-korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u kompendji tal-kitba, tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta' kartolerija tal-karti (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4818 |
Karta iġjenika u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampons, lożor u oġġetti simili domestiċi, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, tal-karta, ta' materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4821 |
Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta' kull tip, stampati jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4822 |
Ċombini, irkiekel, kobob u rfid simili, tal-polpa tal-karta, karta jew kartun kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
ex 4823 |
Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta' polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat) |
|
|
KAPITOLU 94 |
||
|
|
Sits (ħlief dawk tal-intestatura 94 02 ), kemm jekk jinbidlu f'sodod jew le, u partijiet tagħhom |
|
|
9401 61 |
– Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Miksijin bit-tapizzerija |
|
|
9401 69 |
– Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Oħrajn |
|
|
|
Għamara oħra u partijiet tagħha |
|
|
9403 30 |
– Għamara tal-għuda tat-tip użat f'uffiċċji |
|
|
9403 40 |
– Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kċina |
|
|
9403 50 |
– Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kamra tas-sodda |
|
|
9403 60 |
– Għamara oħra tal-injam |
|
|
ex 9403 90 |
– Partijiet: – – Oħrajn (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja) |
|
|
|
Bini prefabbrikat |
|
|
ex 9406 00 |
– Bini ieħor prefabbrikat: – – Tal-injam (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja) |
|
|
KAPITOLU 97 |
||
|
|
Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali. |
|
|
ex 9702 00 |
Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 9702 00 00 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni). |
|
|
(1)
ĠU L 150, 20.5.2014, p. 252.
(2)
Il-prodotti tal-karta li joriġinaw minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat ikollhom magħhom ittra formali mill-Ministeru Indoneżjan tal-Industrija li tivvalida l-użu tal-materjali li mhumiex tal-injam jew li huma rriċiklati. Prodotti bħal dawn ma jingħatawx liċenzja FLEGT. |
||
( 1 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 02 Volum 06, p. 3). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).
( 2 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 02 Volum 04 P. 307). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).
( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).
( 4 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).