02022R0720 — MT — 11.02.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/720 tal-10 ta’ Mejju 2022 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 134 11.5.2022, p. 4) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/323 tad-19 ta’ Jannar 2024 |
L |
1 |
22.1.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/720
tal-10 ta’ Mejju 2022
dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew ibigħu mill-ġdid ċerti prodotti jew servizzi;
“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat;
“impriża kompetitriċi” tfisser kompetitur effettiv jew potenzjali; “kompetitur effettiv” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti; “kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju vertikali, għal raġunijiet realistiċi u mhux biss bħala possibbiltà teoretika sempliċi, x’aktarx tkun tista’, f’perjodu ta’ żmien qasir, tagħmel l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew iġġarrab spejjeż oħra meħtieġa biex tidħol fis-suq rilevanti;
“fornitur” tinkludi impriża li tipprovdi servizzi ta’ intermedjazzjoni online;
“servizzi ta’ intermedjazzjoni online” tfisser servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jippermettu li l-impriżi joffru l-prodotti jew is-servizzi:
lil impriżi oħra, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-impriżi, jew
lill-konsumaturi finali, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-impriżi u l-konsumaturi finali,
irrispettivament minn jekk u fejn jiġu finalment konklużi t-tranżazzjonijiet;
►C1 “obbligu ta’ nonkompetizzjoni” ◄ tfisser kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi li jikkompetu mal-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mingħand il-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80 % mix-xiri totali tax-xerrej tal-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt u prodotti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq rilevanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-valur jew, meta tali prattika industrijali tkun standard, fuq il-bażi tal-volum tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti;
“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni li permezz tagħha l-fornitur jaċċetta li jbigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji speċifikati biss u meta dawk id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbigħux dawk il-prodotti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju riżervat mill-fornitur biex jopera dik is-sistema;
“sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni li permezz tagħha l-fornitur jalloka territorju jew grupp ta’ klijenti esklużivament lilu nnifsu jew lil massimu ta’ ħames xerrejja u jirrestrinġi lix-xerrejja l-oħra kollha tiegħu milli jbigħu b’mod attiv fit-territorju esklużiv jew lill-grupp esklużiv ta’ klijenti;
“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tinkludi d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, ►C1 l-għarfien pratttiku ◄ , id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati;
“għarfien prattiku” tfisser pakkett ta’ informazzjoni prattika mhux koperta bi privattiva, li tirriżulta mill-esperjenza u l-ittestjar mill-fornitur, li tkun sigrieta, sostanzjali u identifikata; “sigriet” tfisser li l-għarfien prattiku ma jkunx ġeneralment magħruf jew aċċessibbli faċilment; “sostanzjali” tfisser li l-għarfien prattiku jkun sinifikanti u utli lix-xerrej, għall-użu, għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt; “identifikat” tfisser li l-għarfien prattiku huwa deskritt b’mod komprensiv biżżejjed sabiex ikun possibbli li jiġi vverifikat li jissodisfa l-kriterji ta’ segretezza u ta’ sostanzjalità;
“xerrej” tinkludi impriża li, skont akkordju li jaqa’fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat, tbiegħ prodotti jew servizzi f’isem impriża oħra;
“bejgħ attiv” tfisser li l-klijenti jiġu mmirati b’mod attiv permezz ta’ żjarat, ittri, emails, telefonati jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diretta jew permezz ta’ reklamar u promozzjoni mmirati, offline jew online, pereżempju permezz ta’ media stampata jew diġitali, inklużi media online, servizzi ta’ tqabbil tal-prezzijiet jew reklamar fuq magni tat-tiftix immirati lejn klijenti f’territorji partikolari jew lejn gruppi ta’ klijenti partikolari, it-tħaddim ta’ sit web b’isem ta’ dominju tal-ogħla livell li jikkorrispondi għal territorji partikolari, jew l-offerta fuq sit web ta’ lingwi li jintużaw b’mod komuni f’territorji partikolari, meta dawk il-lingwi jkunu differenti minn dawk użati komunement fit-territorju li fih ikun stabbilit ix-xerrej;
“bejgħ passiv” tfisser bejgħ bi tweġiba għal talbiet mhux mitluba minn klijenti individwali, inkluża l-konsenja ta’ prodotti jew servizzi lill-klijent mingħajr ma l-bejgħ jkun inbeda permezz ta’ reklamar immirat b’mod attiv lejn klijent partikolari, grupp ta’ klijenti partikolari jew territorju partikolari, u jinkludi l-bejgħ li jirriżulta minn parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku jew minn risposti għal sejħiet għall-offerti privati.
“Impriżi konnessi” tfisser:
impriżi fejn parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:
ikollha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew
ikollha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord tas-superviżjoni, tal-bord maniġerjali jew tal-korpi li legalment jirrapreżentaw l-impriża, jew
ikollha d-dritt li tmexxi l-affarijiet tal-impriża; jew
impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju; jew
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); jew
impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); jew
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:
partijiet fl-akkordju jew minn l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d), jew
parti waħda jew minn aktar partijiet fil-ftehim jew minn impriża konnessa jew minn aktar minn impriża konnessa waħda tagħhom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) u minn parti terza jew aktar partijiet terzi.
Artikolu 2
Eżenzjoni
►C1 L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn impriżi kompetituri. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tapplika meta impriżi kompetituri jidħlu f’akkordju vertikali li ma jkunx reċiproku, u tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄
il-fornitur ikun attiv f’livell upstream bħala manifattur, importatur jew bejjiegħ bl-ingrossa u f’livell downstream bħala importatur, bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejjiegħ bl-imnut ta’ prdotti, filwaqt li x-xerrej ikun importatur, bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejjiegħ bl-imnut f’livell downstream u ma jkux ►C1 impriża kompetitriċi ◄ fil-livell upstream meta tixtri l-prodotti tal-kuntratt; jew
il-fornitur ikun jipprovdi servizzi f’bosta livelli tal-kummerċ, filwaqt li x-xerrej ikun jipprovdi s-servizzi tiegħu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u ma jkunx ►C1 impriża kompetitriċi ◄ fil-livell tal-kummerċ meta jixtri s-servizzi tal-kuntratt.
Artikolu 3
Limitu tas-sehem mis-suq
Artikolu 4
Restrizzjonijiet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra fil-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala l-għan tagħhom:
ir-restrizzjoni tal-kapaċità tax-xerrej li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-fornitur li jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkommanda prezz ta’ bejgħ, sakemm ma jammontawx għal prezz tal-bejgħ iffissat jew minimu b’riżultat ta’ pressjoni min-naħa ta’ xi waħda mill-partijiet jew ta’ inċentivi offruti minnhom;
fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-grupp ta’ klijenti li lilu, id-distributur esklużiv jista’ attivament jew passivament ibigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, għajr:
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tad-distributur esklużiv u tal-klijenti diretti tiegħu, f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi oħra;
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tad-distributur esklużiv u tal-klijenti tiegħu lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu f’territorju li fih il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva għall-prodotti jew għas-servizzi tal-kuntratt;
ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment esklużiv tad-distributur;
ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn distributur esklużiv li jopera fil-livell ta’ kummerċ bl-ingrossa;
ir-restrizzjoni tal-kapaċità tad-distributur esklużiv li jbigħ b’mod attiv jew passiv komponenti, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;
fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva,
ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom, il-membri tas-sistema tad-distribuzzjoni selettiva jistgħu jbigħu b’mod attiv jew passiv il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, għajr:
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u tal-klijenti diretti tagħhom, f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi;
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva jew tal-klijenti tagħhom lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu fit-territorju fejn titħaddem is-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva;
ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva;
ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lil utenti finali minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-ingrossa;
ir-restrizzjoni tal-kapaċità li jinbiegħu komponenti b’mod attiv jew passiv, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;
ir-restrizzjoni ta’ provvisti inkroċjati bejn il-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fl-istess livell jew f’livelli differenti ta’ kummerċ;
ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut, mingħajr preġudizzju għall-punti (c)(i)(1) u (3);
fejn il-fornitur ma joperax la sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva u lanqas sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-grupp ta’ klijenti li lilu, ix-xerrej jista’ attivament jew passivament ibigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, ħlief:
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tax-xerrej u tal-klijenti diretti tiegħu f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi;
ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tax-xerrej jew tal-klijenti tiegħu lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu f’territorju li fih il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva għall-prodotti jew għas-servizzi tal-kuntratt;
ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment tax-xerrej;
ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn xerrej li jopera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-ingrossa;
ir-restrizzjoni tal-kapaċità tax-xerrej li jbigħ b’mod attiv jew passiv komponenti, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;
il-prevenzjoni tal-użu effettiv tal-internet mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu biex ibiegħu il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, billi jirrestrinġi t-territorju li fih, jew il-klijenti li lilhom, jistgħu jinbiegħu il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt fis-sens tal-punti (b), (c) jew (d), mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu imposti fuq ix-xerrej:
restrizzjonijiet oħra ta’ bejgħ online; jew
restrizzjonijiet ta’ reklamar online li ma għandhomx l-għan li jimpedixxu l-użu ta’ kanal ta’ reklamar sħiħ online;
ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, tal-kapaċità tal-fornitur li jbiegħ il-komponenti bħala spare parts lil utenti finali jew lil min isewwi, lil bejjigħa bl-ingrossa jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew bil-manutenzjoni tal-prodotti tiegħu.
Artikolu 5
Restrizzjonijiet esklużi
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordji vertikali:
kull obbligu dirett jew indirett ta’ nonkompetizzjoni, għal tul ta’ żmien indefinit jew għal iktar minn ħames snin;
kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi;
kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ma jbigħux il-prodotti tal-marka ta’ fornituri kompetituri partikolari;
kull obbligu dirett jew indirett li jwassal lil xerrej ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online biex ma joffrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi lill-utenti finali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli bl-użu ta’ servizzi kompetituri ta’ intermedjazzjoni online;
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
l-obbligu jkun relatat ma’ prodotti jew servizzi li jikkompetu mal-prodotti jew servizzi tal-kuntratt;
l-obbligu jkun limitat għall-bini u l-art li minnhom ix-xerrej ikun opera matul il-perjodu kuntrattwali;
l-obbligu jkun indispensabbli sabiex jiġi protett ►C1 l-għarfien pratttiku ◄ trasferit mill-fornitur lix-xerrej;
it-tul ta’ żmien tal-obbligu jkun limitat għal perjodu ta’ sena wara l-iskadenza tal-akkordju.
Il-paragrafu 1, il-punt (b) huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi imposta restrizzjoni li ma jkollhiex limitu ta’ żmien fuq l-użu u t-tixrid ta’ ►C1 għarfien prattiku ◄ li ma jkunx daħal fid-dominju pubbliku.
Artikolu 6
Irtirar f’każijiet individwali
Artikolu 7
In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn networks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50 % ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.
Artikolu 8
Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem mis-suq
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem mis-suq previsti fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw r-regoli li ġejjin:
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq u s-sehem mis-suq tax-xerrej għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tax-xiri fis-suq. Jekk ma tkunx disponibbli data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew dwar il-valur tax-xiri fis-suq, jistgħu jintużaw stimi magħmula fuq il-bażi ta’ informazzjoni oħra tas-suq li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ u tax-xiri fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-impriża kkonċernata;
l-ishma mis-suq għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ data relatata mas-sena kalendarja ta’ qabel;
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jinkludi kull prodott jew servizz fornut lil distributuri integrati vertikalment għall-iskopijiet ta’ bejgħ;
jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30 % iżda sussegwentement jiżdied aktar minn dak il-livell, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu ta’ 30 %;
is-sehem mis-suq tal-impriżi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b’mod indaqs bejn kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu.
Artikolu 9
Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat
Artikolu 10
Perjodu tranżizzjonali
Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2023 fir-rigward ta’ akkordji li jkunu diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2022 u li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li, fil-31 ta’ Mejju 2022, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 330/2010.
Artikolu 11
Perjodu ta’ validità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2022.
Għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2034.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għal-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).