02023R2859 — MT — 25.07.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2859 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L 2859 20.12.2023, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2024/1760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 |
L 1760 |
1 |
5.7.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2859 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2023
li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-ESMA għandha tistabbilixxi u topera punt ta’ aċċess uniku Ewropew (“ESAP”) li jipprovdi aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni ppubblikata skont l-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness jew skont atti ulterjuri tal-Unjoni legalment vinkolanti li jipprevedu aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni permezz tal-ESAP;
informazzjoni li kwalunkwe entità rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru tagħżel li tagħmel aċċessibbli fuq l-ESAP fuq bażi volontarja, f’konformità mal-Artikolu 3(1), u li hija msemmija fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni elenkati fl-Anness jew fi kwalunkwe att legalment vinkolanti ulterjuri tal-Unjoni li jipprevedi aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni fuq l-ESAP.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“entità” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika:
li hija meħtieġa tissottometti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), lil korp ta’ ġbir; jew
li tissottometti informazzjoni lil korp ta’ ġbir fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), sabiex dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP;
“korp ta’ ġbir” tfisser korp tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija jew korp, awtorità jew reġistru nazzjonali ddeżinjati bħala tali skont kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a) jew iddeżinjati bħala tali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 3(2);
“format ta’ data li tista’ tiġi estratta” tfisser kwalunkwe format miftuħ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tad-Direttiva (UE) 2019/1024 li jintuża b’mod wiesa’ jew li huwa meħtieġ bil-liġi, li jippermetti l-estrazzjoni ta’ data minn magna u li jista’ jinqara mill-bniedem;
“format li jinqara mill-magni” tfisser format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024;
“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
“interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet” jew “API” tfisser sett ta’ funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet u protokolli għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra u l-iskambju ta’ data mingħajr xkiel;
“metadata” tfisser informazzjoni strutturata li tagħmilha aktar faċli sabiex tiġi rkuprata, użata jew immaniġġjata riżorsa ta’ informazzjoni, inkluż billi tiddeskrivi, tispjega jew tillokalizza s-sors ta’ dik l-informazzjoni;
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;
“informazzjoni storika” tfisser l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), li tkun saret pubblika mhux qabel ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżit li dik l-informazzjoni tiġi sottomessa lill-ESAP;
“Kumitat Konġunt” tfisser il-kumitat msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 3
Sottomissjoni volontarja ta’ informazzjoni
Meta tissottometti tali informazzjoni lill-korp ta’ ġbir, l-entità għandha:
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata minn metadata li tispeċifika li l-informazzjoni hija aċċessibbli fuq l-ESAP fuq bażi volontarja;
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata minn metadata li tispeċifika jekk l-informazzjoni fihiex data personali;
tiżgura li l-informazzjoni tkun akkumpanjata mill-metadata meħtieġa għall-funzjonament tal-funzjoni tat-tiftix tal-ESAP imsemmija fl-Artikolu 7(3);
tuża format ta’ data li tista’ tiġi estratta għas-sottomissjoni tal-informazzjoni;
tiżgura li l-informazzjoni sottomessa taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1), il-punt (b);
tiżgura li ma tiġi inkluża l-ebda data personali fl-informazzjoni, għajr meta d-data personali hija mitluba mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew tikkostitwixxi element meħtieġ tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tal-entità.
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbiliti bir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (kollettivament, l-“ASE”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jispeċifikaw dan li ġej:
il-metadata li għandha takkumpanja l-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1;
meta applikabbli, il-formati jew il-mudelli speċifiċi li għandhom jintużaw għas-sottomissjoni tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1.
L-ASE għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2028.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida għall-entitajiet biex jiżguraw li l-metadata sottomessa tkun korretta, inklużi l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ data personali fis-sottomissjonijiet volontarji.
Artikolu 4
Lista tal-korpi ta’ ġbir
L-ESMA għandha tippubblika lista tal-korpi ta’ ġbir, li jkollha l-lokalizzatur uniformi tar-riżorsi għal kull korp ta’ ġbir, fuq il-portal web imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (a).
L-ESMA għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fiha.
Artikolu 5
Kompiti tal-korpi ta’ ġbir u r-responsabbiltajiet tal-entitajiet
Il-korpi ta’ ġbir għandhom jagħmlu dan li ġej:
jiġbru l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
jaħżnu l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet jew iġġenerata mill-korpi ta’ ġbir infushom u, meta rilevanti, jiddependu fuq il-proċeduri eżistenti u l-infrastruttura fis-seħħ għall-ħżin tal-informazzjoni;
iwettqu validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet sabiex jivverifikaw jekk l-informazzjoni tikkonformax ma’ dan li ġej:
tkun ġiet sottomessa bl-użu ta’ format ta’ data li tista’ tiġi estratta jew, meta jkun xieraq, il-format li jinqara mill-magni speċifikat fi kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), li skonthom tiġi sottomessa l-informazzjoni;
il-metadata għall-informazzjoni, kif speċifikat skont il-paragrafu 10, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu u, meta applikabbli, l-Artikolu 3(1), il-punt (a), tkun disponibbli u kompluta;
tkun akkumpanjata minn siġill elettroniku kwalifikat, meta meħtieġ;
ma jimponux kundizzjonijiet fuq l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP, għajr kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fil-liċenzji standard miftuħa kif imsemmi fl-Artikolu 9;
jimplimentaw l-API u, mingħajr ħlas u fil-limiti ta’ żmien applikabbli, jipprovdu lill-ESAP l-informazzjoni, il-metadata għal dik l-informazzjoni u, meta meħtieġa, is-siġill elettroniku kwalifikat;
sa fejn jaqa’ fil-kompetenza teknika tal-korp ta’ ġbir, jipprovdu assistenza lill-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni fir-rigward ta’, mill-anqas, il-proċess ta’ sottomissjoni, rifjut u sottomissjoni mill-ġdid;
jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) tibqa’ disponibbli għall-ESAP għal mill-anqas għaxar (10) snin, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a).
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, il-korpi ta’ ġbir għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li, meta l-metadata li takkumpanja l-informazzjoni sottomessa tirreferi għal kwalunkwe data personali, dik l-informazzjoni ma tinżammx għall-fini li ssir disponibbli għall-ESAP, u lanqas ma ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, għal aktar minn ħames (5) snin, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
Il-korpi ta’ ġbir għandhom ineħħu l-informazzjoni li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP li huma jiddeterminaw li hija manifestament mhux xierqa, abbużiva jew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1).
L-entitajiet jistgħu jagħżlu li jissottomettu informazzjoni darba biss u lil korp ta’ ġbir wieħed biss. Is-sottomissjoni u kwalunkwe sottomissjoni mill-ġdid tal-informazzjoni, flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjaha, għandhom isiru lill-istess korp ta’ ġbir.
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ delega għandhom jiżguraw li:
id-delegat ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess;
id-delegat ma jużax l-informazzjoni miksuba b’mod mhux xieraq jew b’mod antikompetittiv jew għal fini ieħor għajr dak iddikjarat fil-ftehim ta’ delega;
id-delegat jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 fir-rigward tal-kompiti ddelegati;
id-delegat jinforma regolarment lill-korp ta’ ġbir dwar il-prestazzjoni ġenerali tiegħu tal-kompiti ddelegati;
mingħajr dewmien żejjed id-delegat jinforma lill-korp ta’ ġbir dwar kwalunkwe nuqqas ta’ twettiq ta’ kompitu ddelegat.
Il-korp ta’ ġbir għandu jibqa’ responsabbli għal kwalunkwe kompitu li jiddelega, inkluż li jagħmel disponibbli lill-ESMA kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-ESMA rigward kompitu ddelegat.
Ir-responsabbiltà tal-korp ta’ ġbir ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-korp ta’ ġbir ikun iddelega kompiti lil parti terza. Il-korp ta’ ġbir ma għandux jiddelega l-kompiti tiegħu sal-punt li ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala korp ta’ ġbir.
Il-korp ta’ ġbir għandu jiżgura li kwalunkwe delega tal-kompiti tiġi eżerċitata b’mod kosteffiċjenti u li, sa fejn ikun possibbli, id-delega tintuża biex tippermetti li l-proċeduri ta’ ġbir u l-infrastruttura eżistenti jkomplu japplikaw għall-finijiet tal-ESAP.
Il-korp ta’ ġbir għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta’ delega li jikkonkludi.
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:
kif għandhom jitwettqu l-validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, għal kull tip ta’ informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
il-karatteristiċi tas-siġill elettroniku kwalifikat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu;
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu;
il-karatteristiċi tal-API li għandhom jiġu implimentati skont il-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
il-karatteristiċi tal-metadata meħtieġa għall-funzjoni tat-tiftix tal-ESAP imsemmija fl-Artikolu 7(3), il-metadata msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe metadata oħra meħtieġa għall-funzjonament tal-ESAP;
il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu;
il-lista indikattiva u l-karatteristiċi tal-formati li huma aċċettabbli bħala formati ta’ data li tista’ tiġi estratta u bħala formati li jinqraw mill-magni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c)(i) ta’ dan l-Artikolu.
L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Settembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-korpi ta’ ġbir li huma korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni li jagħmlu l-informazzjoni storika disponibbli għall-ESAP f’konformità mal-Artikolu 1(3) għandhom jagħmlu dan li ġej:
jippreparaw dik l-informazzjoni f’format ta’ data li tista’ tiġi estratta;
jakkumpanjaw dik l-informazzjoni b’metadata li tispeċifika dan li ġej:
l-ismijiet tal-entità;
it-tip ta’ informazzjoni, kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c);
meta disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b);
jispeċifikaw li l-informazzjoni hija informazzjoni storika.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu, informazzjoni storika ma għandiex tkun aċċessibbli fuq l-ESAP għal aktar minn ħames snin.
Artikolu 6
Iċ-Ċibersigurtà
L-ESMA għandha tistabbilixxi politika ta’ sigurtà tal-IT effettiva u proporzjonata għall-ESAP u għandha tiżgura livelli xierqa ta’ awtentiċità, disponibbiltà, integrità u nonripudju tal-informazzjoni magħmula aċċessibbli fuq l-ESAP, kif ukoll ta’ protezzjoni tad-data personali. L-ESMA tista’ twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-politika tas-sigurtà tal-IT u tas-sitwazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-ESAP fid-dawl tax-xejriet u l-aħħar żviluppi li qed jevolvu fir-rigward taċ-ċibersigurtà internazzjonali u tal-Unjoni.
Artikolu 7
Funzjonalitajiet tal-ESAP
L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP ikollu mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
portal web b’interfaċċa faċli għall-utent, li jqis il-ħtiġijiet ta’ aċċess tal-persuni b’diżabilità, biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni fuq l-ESAP fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
API li tippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni fuq l-ESAP;
funzjoni ta’ tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
mod ta’ wiri tal-informazzjoni;
servizz ta’ traduzzjoni awtomatika għall-informazzjoni rkuprata;
servizz ta’ tniżżil mill-Internet, inkluż għat-tniżżil ta’ kwantitajiet kbar ta’ data;
servizz ta’ notifika li jinforma lill-utenti dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida fuq l-ESAP;
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni sottomessa fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), b’tali mod li:
din tista’ tiġi distinta b’mod ċar mill-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a);
meta applikabbli, l-utenti jiġu infurmati li l-informazzjoni mhux neċessarjament tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-informazzjoni sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), u mhux neċessarjament tiġi aġġornata maż-żmien.
Il-funzjoni ta’ tiftix imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, għandha tippermetti tfittxija abbażi tal-metadata li ġejja:
l-ismijiet tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
it-tip ta’ informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), sottomessa mill-entità u jekk tali informazzjoni ġietx sottomessa fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), jew fuq bażi volontarja skont il-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;
id-data u l-ħin meta l-informazzjoni tkun ġiet sottomessa mill-entità lill-korp ta’ ġbir;
id-data jew il-perjodu li għalihom tirrelata l-informazzjoni;
id-daqs tal-entità skont il-kategorija li tkun issottomettiet l-informazzjoni u tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
is-settur(i) tal-industrija tal-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tirrelata l-informazzjoni;
il-korp tal-ġbir responsabbli għall-ġbir tal-informazzjoni;
il-lingwa li ntużat biex tiġi sottomessa l-informazzjoni:
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:
il-karatteristiċi tal-API msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b);
l-identifikatur speċifiku tal-entità ġuridika msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b);
il-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c);
il-kategoriji tad-daqs tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f);
il-karatterizzazzjoni tas-setturi tal-industrija msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (h).
L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Settembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Aċċess għall-informazzjoni fuq l-ESAP
Minkejja l-paragrafu 2, l-ESMA għandha tippermetti li l-entitajiet li ġejjin ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni fuq l-ESAP mingħajr ħlas sa fejn ikun meħtieġ sabiex dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom:
kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni;
kwalunkwe awtorità kompetenti ddeżinjata minn Stat Membru skont l-att leġiżlattivi tal-Unjoni;
kwalunkwe membru tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
kwalunkwe membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ddeżinjati skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
kwalunkwe istituzzjoni jew aġenzija governattiva jew korp governattiv ta’ Stat Membru;
kwalunkwe stabbiliment edukattiv u ta’ taħriġ għall-finijiet uniċi ta’ riċerka, akkademja, organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi sa fejn l-aċċess għall-informazzjoni jkun meħtieġ fit-twettiq tal-kompiti tagħhom;
entitajiet li jagħtu u jużaw informazzjoni fuq l-ESAP biex jissodisfaw l-obbligi regolatorji tagħhom.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
L-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP
L-ESMA għandha tiżgura li l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP ma jkunux suġġetti għall-ebda kundizzjoni dment li dawk il-kundizzjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti li ġejjin:
huma oġġettivi u nondiskriminatorji;
ikunu ġġustifikati abbażi ta’ objettiv ta’ interess pubbliku;
meta xieraq, skont it-tip ta’ informazzjoni, jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’liċenzji standard miftuħa skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2019/1024, u jippermettu l-użu, il-modifika u l-kondiviżjoni mingħajr ħlas ta’ dik l-informazzjoni minn kulħadd u għal kwalunkwe fini.
Artikolu 10
Il-kwalità tal-informazzjoni
Meta l-informazzjoni mogħtija mill-korp ta’ ġbir tkun ġiet sottomessa minn entità, l-ESMA tista’ twettaq il-validazzjonijiet awtomatizzati fuq il-bażi ta’ kampjuni. Tali validazzjonijiet awtomatizzati ma għandhomx ikunu differenti minn dawk imwettqa mill-korpi ta’ ġbir skont l-Artikolu 5(1), il-punt (c).
Artikolu 11
Kompiti tal-ESMA
L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA tagħmel dan li ġej:
tiżgura li l-informazzjoni mogħtija mill-korpi ta’ ġbir, wara li tiġi sottomessa mill-entitajiet, tkun aċċessibbli mingħajr dewmien żejjed fuq l-ESAP;
tipprovdi appoġġ ta’ servizz lill-korpi ta’ ġbir;
tiżgura li l-ESAP ikun aċċessibbli għal mill-anqas 97 % tal-ħin fix-xahar, mingħajr ma jitqiesu każijiet ta’ manutenzjoni skedata, aġġornamenti tal-kontenut u aġġornamenti tal-paġni, f’liema każ għandu jingħata avviż ċar lill-utenti fejn jiġi indikat id-durata probabbli tal-interruzzjoni tas-servizzi pprovduti mill-ESAP;
tikkonsulta, kif xieraq, mal-korpi ta’ ġbir sabiex tindirizza kwistjonijiet komuni u prinċipji ta’ kondotta komuni, u b’mod partikolari sabiex tiddiskuti:
il-ġestjoni ta’ kuljum tal-ESAP;
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar il-kwalità u, meta xieraq, ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn l-ESMA u l-korpi ta’ ġbir;
il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-ESAP, inkluż is-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jiġu imposti t-tariffi u l-kalkolu ta’ dawk it-tariffi;
theddid eżistenti u potenzjali b’rabta maċ-ċibersigurtà;
l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP fir-rigward ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 5(8);
timmonitorja l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP u tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwarhom, kif speċifikat fl-Artikolu 12.
Artikolu 12
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP
L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
in-numru ta’ viżitaturi, tfittxijiet u tniżżil;
it-tipi ta’ informazzjoni li jkunu rawhom u tniżżlu skont il-perċentwal;
it-tariffi msemmija fl-Artikolu 8(2) u l-ammonti imposti mill-ESMA;
il-perċentwal ta’ tfittxijiet li jwasslu għal viżjoni jew għal tniżżil skont it-tip ta’ informazzjoni u aċċess;
l-ammont u l-perċentwal ta’ informazzjoni li tinqara mill-magni aċċessibbli fuq l-ESAP u l-ammont u l-perċentwal ta’ viżjonijiet u tniżżil li jinqraw mill-magni;
il-proporzjon ta’ notifiki skont il-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);
kwalunkwe ħsara jew inċident sinifikanti b’effett fuq it-tħaddim jew il-prestazzjoni ġenerali tal-ESAP;
valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, tal-kwalità, tal-utilizzabbiltà, tal-affidabbiltà u tal-puntwalità tal-informazzjoni fuq l-ESAP;
valutazzjoni ta’ jekk l-ESAP jissodisfax l-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-użu tiegħu u tal-flussi ta’ informazzjoni fl-Unjoni;
valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-utent finali;
tqabbil ma’ sistemi simili f’pajjiżi terzi.
Artikolu 13
Rieżami
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi dan li ġej:
l-isfidi tekniċi ffaċċjati mill-entitajiet u mill-korpi ta’ ġbir matul l-implimentazzjoni tal-ESAP;
l-effettività tas-sistema ta’ ġbir u trażmissjoni ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-ESAP;
ir-reżiljenza operazzjonali tal-ESAP kontra r-riskji tal-ICT u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, inkluż permezz ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati;
il-kostijiet imġarrba mill-entitajiet u mill-korpi ta’ ġbir, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-korpi ta’ ġbir li huma awtoritajiet kompetenti żidux it-tariffi superviżorji tagħhom bħala riżultat tal-kostijiet imġarrba minħabba l-ESAP;
il-kostijiet imġarrba mill-ESMA bħala l-operatur tal-ESAP u l-iskema ta’ finanzjament tal-ESAP;
l-impatt tal-ESAP fuq l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni tal-entitajiet fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà;
l-impatt tal-ESAP fuq il-viżibbiltà tal-entitajiet għall-investituri transfruntiera, inkluża l-viżibbiltà tal-SMEs;
l-impatt tal-ESAP fuq il-pożizzjoni tas-suq tal-fornituri tad-data privati fl-Unjoni;
l-interoperabbiltà tal-ESAP ma’ pjattaformi globali simili;
l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP fir-rigward tad-delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 5(8).
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp futur tal-ESAP.
L-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinkludu dan li ġej:
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta’ atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament
PARTI A — REGOLAMENTI
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
2. Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).
3. Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
4. Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
5. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
6. Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).
7. Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
8. Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
9. Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
10. Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
11. Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
12. Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttiva 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
13. Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
14. Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
15. Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).
16. Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
17. Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
18. Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).
19. Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
PARTI B — DIRETTIVI
1. Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
2. Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).
3. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
4. Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
5. Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).
6. Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
7. Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
8. Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
9. Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
10. Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
11. Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
12. Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
13. Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
14. Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
15. Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
16. Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).
17. id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).
( 1 ) Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
( 3 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).