|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1099 |
28.5.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1099
tal-21 ta’ Mejju 2025
dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Linji Gwida Politiċi (1) ħabbru l-intenzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida li tintroduċi kategorija ġdida ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u tivvaluta meta r-regolamentazzjoni eżistenti li tapplika għall-kumpaniji l-kbar tkun peżanti wisq, sproporzjonata jew tostakola l-iżvilupp kompetittiv tagħhom. Fil-Komunikazzjoni tagħha “Kumpass tal-Kompetittività għall-UE” (2), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi definizzjoni ġdida ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja biex tiżgura regolamentazzjoni proporzjonata adattata għad-daqs tal-kumpaniji. Bil-ħolqien ta’ kategorija ġdida bħal din għall-kumpaniji li jkunu akbar mill-SMEs iżda iżgħar mill-kumpaniji l-kbar, eluf ta’ kumpaniji fl-UE se jibbenefikaw minn miżuri mfassla apposta. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs” (3), il-Kummissjoni ppreżentat għadd kbir ta’ azzjonijiet li jkopru erba’ oqsma ewlenin: biex l-affarijiet isiru aktar faċli għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), jitjieb l-aċċess tagħhom għall-finanzi u għall-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati, u jiġu appoġġati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju tagħhom. Filwaqt li timmira li tipprovdi għajnuna fl-immedjat, tixpruna l-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul, u tippromwovi ambjent tan-negozju ġust u favorevoli għall-SMEs, l-għan hu li l-SMEs ikunu jistgħu jikkompetu u jikbru. Għalhekk, il-Kummissjoni hi impenjata għall-ħtiġijiet tal-kumpaniji li jaqbżu l-limiti tad-definizzjoni ta’ SME stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (4) ,, kif ukoll għall-firxa usa’ ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, u tiżviluppa definizzjoni armonizzata għal dawk l-intrapriżi. |
|
(3) |
L-istudju msejjaħ “Study to map, measure and portray the EU mid-cap landscape” (5) wera li l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jirrappreżentaw segment tas-settur kummerċjali li jiddistingwi lilu nnifsu b’mod ċar mill-SMEs u anki mill-intrapriżi kbar. Għalkemm il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja huma aktar b’saħħithom, normalment jikbru aktar malajr, huma aktar innovattivi u jindirizzaw id-diġitalizzazzjoni aħjar mill-SMEs, dawn isibu ċerti sfidi simili fosthom il-piż amministrattiv jew in-nuqqas ta’ impjegati tal-ħiliet. Meta mqabbla mal-intrapriżi kbar min-naħa l-oħra, dawn għadhom lura f’oqsma ewlenin tal-prestazzjoni. Definizzjoni bħal din hemm bżonnha wkoll biex tittejjeb il-konsistenza fost il-miżuri ta’ politika li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Għalhekk jixraq tinħoloq definizzjoni formali fil-livell tal-Unjoni ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li tista’ twitti t-triq għal miżuri ta’ politika ffokati fuq dak is-segment kummerċjali speċifiku tal-kumpaniji. |
|
(4) |
Definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja diġà qed tintuża skont ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (6) u l-Gwida dwar il-Finanzjament tar-Riskju (7), għall-fini ta’ fallimenti tas-suq identifikati suxxettibbli li jiġu indirizzati b’appoġġ finanzjarju pubbliku mmirat minn riżorsi nazzjonali. Iżda l-għan ta’ definizzjoni ġenerali tal-SMC mhuwiex li tirreplika d-definizzjoni użata fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat per se, iżda li sservi bħala bażi għal appoġġ ta’ politika mmirat li jista’ jgħin lill-kumpaniji jespandu f’setturi rilevanti u importanti. Id-definizzjoni tal-SMCs f’din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal-limiti meqjusa xierqa fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(5) |
Diversi Stati Membri, bħal Franza u l-Ġermanja (8) ,, diġà introduċew definizzjonijiet għal kumpaniji li mhumiex żgħar jew medji, iżda li ma jkunux intrapriżi kbar lanqas. Skont il-loġika ta’ suq uniku tal-UE mingħajr fruntieri interni, l-użu ta’ sett komuni ta’ kriterji meta ssir referenza għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jgħin biex ikun żgurat ambjent ekwu fit-trattament tal-intrapriżi madwar l-UE. |
|
(6) |
Hemm interazzjoni estensiva bejn il-miżuri nazzjonali u tal-Unjoni li jassistu lill-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, pereżempju b’rabta mal-Fondi Strutturali jew ir-riċerka. Għalhekk jeħtieġ ikunu evitati sitwazzjonijiet meta l-Unjoni tiffoka l-azzjoni tagħha fuq kategorija partikolari ta’ intrapriżi u l-Istati Membri fuq kategorija oħra. Jeħtieġ ukoll jiġi rakkomandat l-użu ta’ definizzjoni komuni mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) biex jissaħħu l-koerenza u l-effettività tal-politiki maħsuba għall-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. L-użu ta’ definizzjoni komuni hemm bżonnu wkoll biex konsegwentement jittaffew ir-riskji potenzjali ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(7) |
L-Artikolu 2, il-punt (103e) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (9) u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti tal-finanzjament tar-riskju (10) diġà fihom definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Hu meqjus importanti li wieħed jibni fuq l-esperjenza u l-għarfien espert miksuba b’dan il-mod hekk kif tissokta l-integrazzjoni tal-appoġġ lil dan is-settur speċifiku ta’ intrapriżi. Madankollu, fil-kuntest ekonomiku attwali, biex tkun takkumpanja aħjar it-tkabbir tal-intrapriżi u tkopri numru akbar ta’ kumpaniji, id-definizzjoni jenħtieġ li tkun tinkludi wkoll lill-intrapriżi li huma tliet darbiet akbar mill-SMEs (11). |
|
(8) |
L-enfasi fuq l-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja tqieset ġustifikata għax il-valutazzjoni tal-impatt tal-2014 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju” (12) kienet identifikat id-“diskrepanza fil-finanzjament” bħala falliment tas-suq li jaffettwa mhux biss lill-SMEs fl-istadji bikrija u tal-bidu tagħhom iżda anki waqt l-istadji tal-espansjoni u tat-tkabbir tagħhom aktar tard. Ir-rapport iċċara li f’xi każijiet, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċjaw l-istess falliment tas-suq bħall-SMEs, meta jkun għadhom fl-istadju tat-tkabbir tagħhom. |
|
(9) |
Biex l-intrapriżi jkunu jistgħu jespandu bla xkiel mis-segment tal-SMEs lejn is-segment tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, hu importanti li d-definizzjonijiet ta’ SME u tal-kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja jkunu msejsa fuq l-istess prinċipji u ma jkunx hemm trikkib bejn iż-żewġ definizzjonijiet. Li jiġi stabbilit x’jikkostitwixxi kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja hu meħtieġ ukoll biex tkun żgurata l-konsistenza fil-politiki kollha u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għall-kumpaniji li joħorġu mid-definizzjoni ta’ SME. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikoli 54, 101 u 102 tat-TFUE, intrapriża hi kwalunkwe entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, involuta f’attivitajiet ekonomiċi, inkluż fi sħubijiet jew assoċjazzjonijiet involuti b’mod regolari f’attivitajiet ekonomiċi. |
|
(11) |
Il-kriterju tal-għadd ta’ persunal (il-“kriterju tal-għadd tal-persunal”) jitqies bħala l-aktar wieħed importanti u għandu jiġi osservat bħala l-kriterju ewlieni. Madankollu, jeħtieġ ukoll jiddaħħlu kriterji finanzjarji kumplimentari biex mid-definizzjoni jiġu esklużi l-intrapriżi bi skala finanzjarja eċċezzjonalment għolja ta’ operazzjonijiet, imkejla skont il-fatturat tagħhom, u ta’ assi eċċezzjonalment għoljin, imkejla mill-karti tal-bilanċ tagħhom. Mhuwiex mixtieq li l-fatturat jintuża bħala l-uniku kriterju finanzjarju, u dan partikolarment għax l-intrapriżi fis-settur tan-negozju u d-distribuzzjoni, min-natura tal-attivitajiet tagħhom, ikollhom ċifri tal-fatturat akbar miċ-ċifri tas-settur tal-manifattura. Għalhekk, il-kriterju tal-fatturat għandu jiġi kkombinat mat-total tal-karta tal-bilanċ, kriterju li jirrifletti l-ġid ġenerali ta’ negozju, u intrapriża għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja biss jekk il-fatturat tagħha u anki l-karta tal-bilanċ tagħha jkunu jaqbżu l-limiti massimi. |
|
(12) |
Il-limiti finanzjarji massimi u l-limiti massimi tal-persunal jeħtieġ li jkunu jirrappreżentaw limiti massimi. L-Istati Membri, il-BEI u l-FEI jistgħu jiffissaw limiti massimi aktar baxxi mil-limiti massimi tal-Unjoni stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness, jekk ikunu jixtiequ jidderieġu l-miżuri tagħhom lejn segment speċifiku ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, l-Istati Membri, il-BEI u l-FEI jistgħu jużaw l-għadd tal-persunal bħala l-uniku kriterju biex jimplimentaw il-politiki tagħhom, kif xieraq, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat. |
|
(13) |
Biex jinkiseb għarfien aħjar dwar il-pożizzjoni ekonomika reali tal-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u biex jitneħħew minn din il-kategorija l-gruppi ta’ intrapriżi li s-saħħa ekonomika tagħhom tista’ taqbeż lil dik tal-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja ġenwini, għandha ssir distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ intrapriżi, skont kemm ikunu awtonomi, jekk ikollhomx parteċipazzjonijiet li ma jinvolvux pożizzjoni ta’ kontroll (intrapriżi sħab), jew jekk ikunux assoċjati ma’ intrapriżi oħra. Il-limitu stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, ta’ parteċipazzjoni ta’ 25% li inqas minnu intrapriża trid titqies awtonoma, għandu jkun japplika wkoll għad-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. |
|
(14) |
Biex jiġu ffaċilitati l-ħruġ tal-intrapriżi mis-segment tal-SMEs, il-finanzjament tal-ekwità tal-intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, u l-iżvilupp rurali u lokali, l-intrapriżi għandhom jitqiesu awtonomi anki jekk ikollhom parteċipazzjoni ta’ 25% jew aktar minn ċerti kategoriji ta’ investituri li għandhom rwol pożittiv fil-finanzjament u l-ħolqien tan-negozju. Dan għandu japplika wkoll għall-investimenti sa EUR 5 000 000 mill-hekk imsejħa “business angels” (individwi jew gruppi ta’ individwi li jkollhom negozju regolari fl-investiment tal-kapital tar-riskju) minħabba l-esperjenza maniġerjali tan-negozju, il-ħiliet, u l-kuntatti li jġibu magħhom għall-intraprenditur meta mqabbla ma’ investituri oħra tal-kapital tar-riskju. L-investiment tagħhom fil-kapital tal-ekwità jikkumplimenta wkoll l-attività tal-investituri tal-kapital tar-riskju. |
|
(15) |
Biex titħares l-abbiltà tal-intrapriżi innovattivi li jiksbu finanzjamenti mingħand fondi tal-investiment alternattivi, bħal fondi tal-kapital tar-riskju jew fondi tal-ekwità privati, biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet jew it-tkabbir tagħhom, dawn l-entitajiet jenħtieġ li ma jkunux jikkwalifikaw bħala intrapriżi assoċjati għall-finijiet tal-kalkolu tal-għadd tal-persunal u tal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni. Biex jitqiesu l-prattiki attwali tas-suq fejn jidħol l-investiment fl-intrapriżi innovattivi b’fondi tal-kapital tar-riskju jew b’fondi tal-ekwità privati, jixraq jiġi speċifikat li meta l-intrapriżi u l-fond tal-investiment alternattiv, u l-meniġer tiegħu jkunu jżommu rekords kontabilistiċi separati u meta l-fond tal-investiment alternattiv ikollu strateġija tal-investiment definita minn qabel biex joħroġ mill-intrapriża, inkluż billi jirrealizza l-valur tiegħu bil-bejgħ tal-intrapriża jew b’mezzi oħra, dawn l-entitajiet jenħtieġ li ma jkunux jikkwalifikaw bħala intrapriżi assoċjati. |
|
(16) |
Biex jissimplifikaw l-affari, l-Istati Membri u l-intrapriżi għandhom jużaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) meta jiddefinixxu l-intrapriżi assoċjati, sa fejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu adatatti għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Biex jiġi inċentivat l-investiment tal-ekwità fil-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, għandu jkun hemm preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ influwenza dominanti fuq l-intrapriża inkwistjoni għal ċerti tipi ta’ investituri, jiġifieri li dawn ma jinvolvux lilhom infushom direttament jew indirettament fit-tmexxija tan-negozju, f’konformità mad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2013/34/UE. |
|
(17) |
Għandhom jitqiesu wkoll, meta rilevanti, ir-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi li jgħaddu tramite l-persuni fiżiċi, biex ikun żgurat li l-vantaġġi akkumulanti għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja minn regoli jew miżuri differenti, ikunu ta’ benefiċċju biss għal dawk l-intrapriżi li ġenwinament jeħtiġuhom. Biex l-eżami ta’ dawk is-sitwazzjonijiet ikun limitat għall-minimu possibbli, l-eżami ta’ dawn ir-relazzjonijiet għandu jkun ristrett għas-suq rilevanti jew għas-swieq qrib – issir referenza għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità (14). |
|
(18) |
Biex ikunu evitati distinzjonijiet arbitrarji bejn korpi pubbliċi differenti ta’ Stat Membru, u minħabba l-bżonn taċ-ċertezza legali, hemm bżonn il-konferma li intrapriża b’25% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tagħha kkontrollati minn korp pubbliku ma tkunx intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja. |
|
(19) |
Biex jittaffa l-piż amministrattiv minn fuq l-intrapriżi, u jiġi ssimplifikat u jitħaffef it-trattament amministrattiv ta’ każijiet li jeħtieġu status ta’ intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja, l-intrapriżi għandhom jitħallew jagħmlu dikjarazzjonijiet solenni li jiċċertifikaw uħud mill-karatteristiċi tagħhom. |
|
(20) |
Jeħtieġ tiġi stabbilita fid-dettall il-kompożizzjoni tal-għadd tal-persunal biex intrapriża titqies bħala intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja. Biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali, meta jkun qed jiġi kkalkulat l-għadd tal-persunal jeħtieġ jiġu injorati l-apprendisti u l-istudenti b’kuntratt tat-taħriġ vokazzjonali. Bl-istess mod, meta jkun qed jiġi kkalkulat l-għadd tal-persunal m’għandhomx jingħaddu l-perjodi tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri. |
|
(21) |
Id-diversi tipi ta’ intrapriżi, sew awtonomi, sħab jew assoċjati, definiti skont ir-relazzjoni tagħhom jew l-involviment tagħhom f’intrapriżi oħra, jikkorrispondu għal gradi ta’ integrazzjoni oġġettivament differenti. Għaldaqstant jixraq jiġi rrakkomandat li fil-kalkolu tal-ammonti li jirrappreżentaw l-attivitajiet u s-saħħa ekonomika tagħhom, jintużaw proċeduri distinti għal kull wieħed minn dawk it-tipi ta’ intrapriża. |
|
(22) |
Biex ikun żgurat li l-Kummissjoni żżomm rekord tal-użu tad-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja prevista f’din ir-Rakkomandazzjoni jew referenza għal dik id-definizzjoni, l-Istati Membri, il-BEI u l-FEI għandhom jintalbu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan l-użu jew ir-referenza. |
|
(23) |
Biex il-Kummissjoni tiġġenera statistika li tikkunsidra din id-definizzjoni, jeħtieġ tinġabar informazzjoni dwar il-kriterji addizzjonali tad-daqs (il-fatturat, it-total fil-karta tal-bilanċ). Biex jevitaw stħarriġiet addizzjonali u jillimitaw il-piż fuq l-intrapriżi, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jiksbu aċċess sostenibbli għal sorsi amministrattivi rilevanti fl-Istati Membri, |
TIRRAKKOMANDA:
|
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja użata fil-politiki tal-Unjoni applikati fl-Unjoni u fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
2. |
L-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), huma mistiedna:
|
|
3. |
Il-limiti massimi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness għandhom jitqiesu bħala ċifri massimi. L-Istati Membri, il-BEI u l-FEI jistgħu japplikaw limiti massimi aktar baxxi. Fl-implimentazzjoni ta’ wħud mill-politiki tagħhom, huma jistgħu jagħżlu wkoll li japplikaw biss il-kriterju tal-għadd tal-impjegati, kif xieraq, u mingħajr preġudizzju għar-regoli fil-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat. |
|
4. |
L-istatistika ġġenerata mill-Kummissjoni għandha tiġi ppreżentata skont id-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja stabbilita fl-Anness. Għall-fini tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea komparabbli filwaqt li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż tar-rispons, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għal sorsi tad-data amministrattiva rilevanti. |
|
5. |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-programmi tal-Unjoni li jridu jiġu emendati jew adottati u li fihom hemm it-terminu “intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja”, jew issir enfasi fuq intrapriżi li jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness, għandhom ikunu jirreferu għad-definizzjoni stabbilita f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
6. |
Bħala miżura tranżizzjonali, il-programmi attwali tal-Unjoni li jirreferu għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja għandhom jibqgħu jiġu implimentati għall-benefiċċju tal-intrapriżi li kienu jitqiesu bħala kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja meta ġew adottati dawk il-programmi. L-impenji vinkolanti legalment li ħadet il-Kummissjoni abbażi ta’ dawk il-programmi ma għandhomx jiġu affettwati. |
|
7. |
Hu rakkomandat li kwalunkwe emenda fid-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fil-programmi ssir billi tintuża d-definizzjoni stabbilita fl-Anness. |
|
8. |
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tad-definizzjoni stabbilita fl-Anness sal-31 ta’ Mejju 2030 biex tqis l-esperjenza u l-iżviluppi ekonomiċi fl-Unjoni. |
|
9. |
Meta tirrieżamina d-definizzjoni f’konformità mal-punt 8, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkunx hemm trikkib mal-intrapriżi żgħar u medji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. |
|
10. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hi indirizzata lill-Istati Membri, lill-BEI u lill-FEI. |
|
11. |
L-Istati Membri, il-BEI u l-FEI qed jintalbu jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026 dwar kull miżura li jkunu ħadu biex jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
12. |
L-Istati Membri, il-BEI u l-FEI qed jintalbu wkoll jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe miżura li jieħdu li tirreferi għal, tikkopja l-kliem ta’, jew inkella tuża d-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li tinsab fl-Anness. |
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) LINJI GWIDA POLITIĊI GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA LI JMISS 2024-2029.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Kumpass tal-Kompetittività għall-UE, COM(2025) 30 final, https://commission.europa.eu/document/download/10017eb1-4722-4333-add2-e0ed18105a34_en.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, COM(2023) 535 final tat-12 ta’ Settembru 2023.
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u medji (notifikata bid-dokument C(2003) 1422) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
(5) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Dachs, B., Siedschlag, I., Yan, W. et al., Study to map, measure and portray the EU mid-cap landscape – Final report, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2873/546623.
(6) https://eur-lex.europa.eu/MT/legal-content/summary/general-block-exemption-regulation.html.
(7) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2021.508.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2021%3A508%3ATOC.
(8) Franza tikklassifika l-kumpaniji li jimpjegaw bejn 250 u 4 999 persuna bħala “Entreprises de Taille Intermédiaire” (https://www.insee.fr/fr/metadonnees/definition/c2034). Il-Ġermanja tirreferi għall-kumpaniji li jimpjegaw bejn 50 u 499 persuna bħala “Mittlere Unternehmen” (Deutschland – Institut für Mittelstandsforschung Bonn (ifm-bonn.org)) u sikwit tuża t-terminu “Mittelstand” biex tirreferi għall-kumpaniji li huma inqas definiti bl-għadd ta’ impjegati, iżda pjuttost b’valuri kondiviżi bħall-indipendenza, l-unità tas-sjieda u l-ġestjoni (https://www.kfw.de).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju, C/2021/8712 (OJ C 508, 16.12.2021, p. 1).
(11) Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.
(12) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Valutazzjoni tal-Impatt mehmuż mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investiment ta’ finanzjament ta’ riskju, SWD (2014) 6.
(13) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta’ intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj).
ANNESS
Definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja
1.
IntrapriżaKwalunkwe entità li twettaq xi attività ekonomika titqies li hi intrapriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dan jinkludi s-sħubijiet jew l-assoċjazzjonijiet involuti regolarment f’attività ekonomika.
2.
L-għadd tal-persunal u l-limiti finanzjarji massimiIl-kategorija ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja hija magħmula minn intrapriżi li mhumiex żgħar jew medji f’konformità mar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, iħaddmu anqas minn 750 persuna u għandhom fatturat annwali sa EUR 150 miljun jew total annwali fil-karta tal-bilanċ tagħhom sa EUR 129 miljun.
3.
Tipi ta’ intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd tal-persunal u tal-ammonti finanzjarji
3.1.
“Intrapriża awtonoma” hi kwalunkwe intrapriża li mhix ikklassifikata bħala intrapriża sieħba skont it-tifsira tal-punt 3.2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-punt 3.5.
3.2.
“Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-punt 3.4, u li fosthom intrapriża waħda (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-punt 3.5, 25% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).
3.3.
Għajr fil-każijiet stabbiliti fil-punt 3.4, intrapriża ma titqiesx bħala intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja jekk 25% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tagħha huma kkontrollati direttament jew indirettament, b’mod konġunt jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.
3.4.
B’deroga mill-punt 3.2, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri li ma għandhiex intrapriżi sħab, anke jekk 25% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tagħha jkunu miżmuma minn dawn l-investituri li ġejjin, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati individwalment jew b’mod konġunt skont it-tifsira tal-punt 3.5 mal-intrapriża inkwistjoni:|
(a) |
korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, fondi tal-kapital tar-riskju jew fondi tal-ekwità privati, individwi jew gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment fil-kapital tar-riskju li jinvestu l-kapital tal-ekwità f’negozji mhux ikkwotati (l-hekk imsejħa “business angels”), diment li l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun inqas minn EUR 5 000 000; |
|
(b) |
universitajiet jew ċentri tar-riċerka bla skop ta’ qligħ; |
|
(c) |
investituri istituzzjonali, inkluż il-fondi għall-iżvilupp reġjonali; |
|
(d) |
awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u b’anqas minn 5 000 abitant. |
3.5.
“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li bejniethom għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:|
(a) |
intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra; |
|
(b) |
intrapriża waħda jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, tat-tmexxija jew tas-sorveljanza ta’ intrapriża oħra; |
|
(c) |
intrapriża waħda jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet għalih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut tal-assoċjazzjoni tagħha; |
|
(d) |
intrapriża li tkun azzjonista jew membru f’intrapriża oħra, u li waħedha tikkontrolla, skont ftehim mal-azzjonisti l-oħra jew mal-membri l-oħra f’dik l-intrapriża, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża. |
Hemm preżunzjoni li ma jkun hemm l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri msemmijin fil-punt 3.4 ma jkunux huma stess involuti direttament jew indirettament fit-tmexxija tal-impriża kkonċernata, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.
3.5.1.
Anki l-intrapriżi li jkollhom xi waħda mir-relazzjonijiet imsemmijin fil-punt 3.5 permezz ta’ intrapriża oħra, waħda jew aktar, jew xi wieħed mill-investituri msemmija fil-punt 3.4, jitqiesu assoċjati.
3.5.2.
Anki l-intrapriżi li għandhom xi waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.5 hawn fuq permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien jitqiesu intrapriżi assoċjati jekk iwettqu l-attività tagħhom jew parti minnha fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib. Għall-fini ta’ dan il-punt, “suq qrib” tfisser is-suq ta’ prodott jew servizz li jkun jinsab direttament upstream jew downstream tas-suq rilevanti.L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża sieħba jew intrapriża assoċjata, inkluż data dwar il-limiti massimi stabbiliti fil-punt 2.
3.5.3.
Meta fond tal-investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/61/UE (1) ) ikun investa f’intrapriża, dan li ġej jenħtieġ li ma jitqiesx bħala “intrapriżi assoċjati” għall-finijiet tal-punt 3.5.:|
(a) |
dik l-intrapriża u dak il-fond tal-investiment alternattiv; |
|
(b) |
dik l-intrapriża u l-meniġer ta’ dak il-fond tal-investiment alternattiv; |
|
(c) |
dik l-intrapriża u intrapriża oħra li fiha jkun investa dak il-fond tal-investiment alternattiv. |
L-ewwel subparagrafu japplika diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-fond tal-investiment alternattiv u l-meniġer tiegħu, u l-intrapriżi kkonċernati jkunu jżommu rekords kontabilistiċi separati; |
|
(b) |
il-fond tal-investiment alternattiv u l-meniġer tiegħu ikollhom strateġija tal-investiment definita minn qabel biex joħorġu mill-intrapriża/i kkonċernati, inkluż billi jirrealizzaw il-valur tagħhom bil-bejgħ tal-intrapriża jew b’mezzi oħra. |
4.
Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi stabbilit eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fide li tista’ tippreżumi b’mod leġittimu li 25% jew aktar tal-kapital tagħha mhumiex il-proprjetà ta’ intrapriża waħda, jew mhuwiex proprjetà konġunta ta’ intrapriżi assoċjati ma’ xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr preġudizzju għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti mir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni. Id-data użata għall-għadd tal-persunal, l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza
4.1.
Id-data li trid tintuża fil-kalkolu tal-għadd tal-persunal u tal-ammonti finanzjarji hi dik dwar l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u tiġi kkalkulata fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat hu kkalkulat mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) u taxxi indiretti oħra.
4.2.
Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, l-intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, tkun qabżet jew niżlet taħt il-limiti tal-għadd tal-impjegati jew il-limiti finanzjarji massimi msemmija fil-punt 2, dan ma jwassalx għat-telf jew għall-kisba tal-istatus ta’ intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja, diment li dawk il-limiti massimi ma jinqabżux f’żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.
4.3.
Fil-każ ta’ intrapriża ġdida li l-kontijiet tagħha jkun għadhom ma ġewx approvati, id-data li trid tintuża għandha tittieħed minn stima in bona fide li tkun saret tul is-sena finanzjarja.
5.
L-għadd tal-persunal
5.1.
L-għadd tal-impjegati jikkorrispondi mal-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha tul is-sena ta’ referenza kollha li tkun qed titqies (“unitajiet tax-xogħol annwali”) Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena sħiħa, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament għal kemm żmien, u x-xogħol tal-ħaddiema staġunali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-unitajiet tax-xogħol annwali. Il-persunal jikkonsisti f’dan li ġej:|
(a) |
l-impjegati; |
|
(b) |
il-persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa’ taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali; |
|
(c) |
il-meniġers sidien; |
|
(d) |
is-sħab involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża. |
5.2.
L-apprendisti jew l-istudenti involuti f’taħriġ vokazzjonali skont kuntratt tal-apprendistat jew tat-taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi mal-persunal. It-tul taż-żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
6.
Biex tiġi stabbilita d-data ta’ intrapriża
6.1.
Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd tal-persunal, tiġi stabbilita esklussivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża.
6.2.
Id-data, inkluż l-għadd tal-persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi sħab jew intrapriżi assoċjati magħha, tiġi stabbilita abbażi tal-kontijiet jew ta’ data oħra tal-intrapriża jew, meta jeżistu, abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati tal-intrapriża, jew tal-kontijiet ikkonsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża b’konsolidament.Mad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta’ kull intrapriża sieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream tagħha. L-aggregazzjoni ssir b’mod proporzjonat mal-persentaġġ tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot, skont liema minnhom ikun l-akbar. Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar persentaġġ minn fosthom.
Mad-data msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu jiżdiedu 100% tad-data ta’ kull intrapriża assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, diment li dik id-data ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidament.
6.3.
Għall-applikazzjoni tal-punt 6.2, id-data tal-intrapriżi sħab tal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din jiżdiedu 100% tad-data tal-intrapriżi assoċjati ta’ dawn l-intrapriżi sħab, diment li d-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidament.Biex jiġi applikat il-punt 6.2, id-data tal-intrapriżi assoċjati tal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kull intrapriża sieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha, diment li ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet ikkonsolidati b’persentaġġ imqar proporzjonat għall-persentaġġ identifikat fil-punt 6.2, it-tieni paragrafu.
6.4.
Meta fil-kontijiet ikkonsolidati ma tkun tidher l-ebda data dwar il-persunal ta’ intrapriża partikolari, din tiġi kkalkulata b’aggregazzjoni proporzjonata tad-data mingħand l-intrapriżi sħab tagħha u tiżdied id-data mingħand l-intrapriżi li magħhom tkun assoċjata l-intrapriża inkwistjoni.
(1) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/1099/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)