|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1021 |
11.5.2026 |
DIRETTIVA (UE) 2026/1021 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2026
dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(1), il-punt (d), u l-Artikolu 83(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-korruzzjoni għadha problema sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li thedded l-istabbiltà u s-sigurtà tas-soċjetajiet, inkluż billi tippermetti l-kriminalità organizzata u kriminalità serja oħra. Il-korruzzjoni ddgħajjef l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-valuri universali li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Hija tipperikola l-iżvilupp, il-prosperità u s-sostenibbiltà u l-inklużività tal-ekonomiji tagħna. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija essenzjali għat-tisħiħ tal-kwalità tad-demokrazija u għat-twettiq sħiħ tal-istat tad-dritt. Sabiex tiġi evitata u miġġielda b’mod effettiv il-korruzzjoni, huwa meħtieġ approċċ komprensiv u multidixxiplinari. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tindirizza l-korruzzjoni permezz tad-dritt kriminali, u b’hekk tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (4) tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kriminalizzazzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tas-settur privat. Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (5) (il-“Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea”) tindirizza ċerti atti ta’ korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri b’mod ġenerali. Madankollu, dawk l-istrumenti ma humiex komprensivi biżżejjed, u l-kriminalizzazzjoni attwali tal-korruzzjoni tvarja bejn l-Istati Membri, u dan ixekkel rispons koerenti u effettiv madwar l-Unjoni. Tfaċċaw ukoll lakuni fl-infurzar u ostakli fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti. Din id-Direttiva għandha l-għan li temenda u tespandi d-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-istrumenti. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma ta’ għadd u natura sostanzjali, jenħtieġ li ż-żewġ strumenti, fl-interess taċ-ċarezza, jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-qafas legali eżistenti jiġi aġġornat u msaħħaħ biex jiffaċilita ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni madwar l-Unjoni. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkriminalizza r-reati ta’ korruzzjoni meta jitwettqu intenzjonalment. L-intenzjoni u l-għarfien jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi oġġettivi u fattwali. Billi din id-Direttiva tipprevedi regoli minimi, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu regoli aktar stretti rigward reati ta’ korruzzjoni. Din id-Direttiva tibni fuq il-qafas legali eżistenti u jenħtieġ li ma tiġix interpretata bħala li għandha l-għan li ddgħajjef ir-regoli nazzjonali attwali kontra l-korruzzjoni. |
|
(4) |
Il-korruzzjoni hija fenomenu tranżnazzjonali li jaffettwa s-soċjetajiet u l-ekonomiji kollha. Jenħtieġ li l-miżuri adottati fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni jirrikonoxxu dik id-dimensjoni internazzjonali. Għalhekk jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tqis il-ħidma tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO), tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC). |
|
(5) |
Manifestazzjonijiet differenti ta’ korruzzjoni jeħtieġu approċċ ikkoordinat u armonizzat fost l-Istati Membri biex jindirizzaw il-kawżi fundamentali u l-konsegwenzi tagħha b’mod effettiv. Sabiex il-korruzzjoni tiġi indirizzata b’mod effettiv, huma meħtieġa mekkaniżmi kemm preventivi kif ukoll repressivi. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu firxa wiesgħa ta’ miżuri preventivi, leġiżlattivi u kooperattivi bħala parti mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Filwaqt li l-korruzzjoni hija qabelxejn reat kriminali u reati speċifiċi ta’ korruzzjoni u reati relatati mal-korruzzjoni huma definiti fil-liġi nazzjonali u dak internazzjonali, in-nuqqasijiet fl-integrità, il-kunflitti ta’ interess mhux żvelati jew il-ksur serju tar-regoli tal-integrità jistgħu jirriżultaw f’reati ta’ korruzzjoni jekk ma jiġux indirizzati. Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni timmitiga l-ħtieġa ta’ repressjoni kriminali u għandha benefiċċji aktar wiesgħa fil-promozzjoni tal-fiduċja pubblika u fil-ġestjoni tal-imġiba tal-uffiċjali pubbliċi. Approċċi effettivi kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jibnu fuq miżuri biex jissaħħu t-trasparenza u l-integrità, inkluż permezz ta’ regolamentazzjoni f’oqsma bħall-kunflitt ta’ interess, il-lobbjar u r-revolving doors. Jenħtieġ li l-korpi pubbliċi jfittxu l-ogħla standards ta’ integrità, trasparenza u ħelsien minn influwenza indebita bħala parti importanti mill-indirizzar tal-korruzzjoni b’mod aktar wiesa’. Servizz pubbliku b’persunal ta’ livell għoli ta’ ħiliet u ta’ integrità huwa pilastru fundamentali għal Stati Membri effiċjenti, trasparenti u effettivi li jimmiraw li jeqirdu l-korruzzjoni b’mod effettiv. It-tisħiħ tat-trasparenza, l-effiċjenza u l-użu ta’ kriterji oġġettivi fir-reklutaġġ u l-promozzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi jistgħu jgħinu biex jinkiseb ir-reklutaġġ ta’ persunal bħal dan. Peress li s-settur privat ukoll jaqdi rwol ewlieni fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-korruzzjoni, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ konformità robusti u effettivi f’kumpaniji privati. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni rigward l-effettività ta’ tali mekkaniżmi ta’ konformità, li jistgħu jinkludu mappa tar-riskju, kodiċi ta’ kondotta, evalwazzjoni minn parti terza, u kontroll u awditu intern, l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ linji gwida komuni. |
|
(6) |
Filwaqt li din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-kostituzzjonijiet, il-prinċipji kostituzzjonali u l-liġijiet nazzjonali, huwa enfasizzat li l-protezzjoni mhux mistħoqqa mogħtija lil individwi – b’mod partikolari dawk li jokkupaw kariga pubblika – mill-obbligu ta’ rendikont għal reati ta’ korruzzjoni tista’ ddgħajjef il-fiduċja pubblika b’mod inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. |
|
(7) |
Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u amministrattiva tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom korpi jew unitajiet organizzazzjonali inkarigati mill-prevenzjoni u r-repressjoni tal-korruzzjoni. L-Istati Membri mhumiex obbligati, skont din id-Direttiva, joħolqu korpi jew unitajiet organizzazzjonali ġodda, bħall-qrati jew tribunali speċjalizzati, u jistgħu jiddeċiedu li jinkarigaw lill-istess korp jew unità organizzazzjonali b’funzjonijiet kemm preventivi kif ukoll repressivi kif ukoll b’kompiti relatati ma’ reati kriminali oħra, bħall-kriminalità organizzata. F’konformità mal-prinċipju tal-awtonomija tal-Istati Membri, tali korpi jew unitajiet mhux neċessarjament jeħtieġu li jkunu korpi ċentrali jew unitajiet organizzazzjonali. B’rispett sħiħ tal-awtonomija istituzzjonali u amministrattiva tal-Istati Membri, meta tali korpi kontra l-korruzzjoni jkollhom is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar każijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom jew identifikati minnhom, jew jagħtu kwalunkwe rakkomandazzjoni li jqisu meħtieġa, jenħtieġ li joperaw mingħajr interferenza żejda jew influwenza indebita ta’ oħrajn, u b’hekk ikunu mħarsa minn interventi jew pressjoni esterni żejda. Sabiex jiġi żgurat li tali korpi jew unitajiet organizzazzjonali joperaw b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-riżorsi u s-setgħat allokati lil tali korpi jew unitajiet organizzazzjonali jkunu proporzjonati mal-amministrazzjoni tajba tal-kompiti tagħhom u jippermettu għarfien speċjalizzat dwar il-prevenzjoni u r-repressjoni tal-korruzzjoni. |
|
(8) |
Sabiex iċ-ċittadini jkunu ssensibilizzati aktar dwar l-ambitu, il-karatteristiċi u l-effetti tal-korruzzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jittieħdu diversi miżuri, inkluż f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-soċjetà ċivili, id-dinja akkademika u l-media. Tali miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju, sorsi ddedikati ta’ informazzjoni, kompilazzjonijiet ta’ pubblikazzjonijiet u regolamentazzjoni rilevanti, u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u seminars miftuħa għall-pubbliku u b’lingwa aċċessibbli. |
|
(9) |
L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), li hija l-aktar strument legali internazzjonali komprensiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li jikkombina miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Din tirrikjedi li l-partijiet għall-Konvenzjoni jieħdu miżuri leġiżlattivi u miżuri oħra biex jistabbilixxu reati kriminali rigward it-tixħim, il-miżapproprjazzjoni u l-ħasil tal-flus u jikkunsidraw li jieħdu miżuri leġiżlattivi jew miżuri oħra biex jikkriminalizzaw atti addizzjonali, bħall-abbuż tal-uffiċċju, l-eżerċitar ta’ influwenza u l-arrikkiment illeċitu. F’konformità mal-impenji li jinsabu fid-dikjarazzjoni politika adottata fis-sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2021 kontra l-korruzzjoni bl-isem “Our common commitment to effectively addressing challenges and implementing measures to prevent and combat corruption and strengthen international cooperation” (L-impenn komuni tagħna li nindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi u nimplimentaw miżuri biex nipprevjenu u niġġieldu l-korruzzjoni u nsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali), jenħtieġ li l-Unjoni, sa fejn ikun possibbli, tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-UNCAC u tistabbilixxi miżuri addizzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Din id-Direttiva tibbaża fuq l-osservazzjonijiet u l-aħjar prattiki li joħorġu mill-Mekkaniżmu għar-Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-UNCAC. |
|
(10) |
B’kont meħud tal-evoluzzjoni tat-theddid ta’ korruzzjoni, l-obbligi legali tal-Unjoni u l-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, u l-iżvilupp ta’ oqfsa legali nazzjonali, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha sabiex tkopri l-imġiba korrotta b’mod aktar komprensiv. |
|
(11) |
Biex tiġi evitata l-impunità għar-reati ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jiġi definit sewwa. L-ewwel nett, jenħtieġ li l-kunċett ta’ uffiċjal pubbliku jkopri wkoll persuni li jaħdmu f’organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni u fil-qrati internazzjonali. It-tieni, billi ħafna entitajiet jew persuni jeżerċitaw funzjonijiet pubbliċi mingħajr ma jkollhom kariga formali, jenħtieġ li l-kunċett ta’ uffiċjal pubbliku jkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, li jkollhom kariga amministrattiva jew ġudizzjarja formali, kif ukoll il-persuni kollha li jipprovdu servizz pubbliku, li jkunu ngħataw awtorità pubblika jew li jkunu soġġetti għall-kontroll jew għas-superviżjoni ta’ awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tat-twettiq ta’ tali funzjoni ta’ servizz pubbliku, anki jekk ma jkollhomx kariga formali. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ uffiċjal pubbliku tkopri wkoll persuni li jaqdu funzjonijiet ta’ servizz pubbliku f’intrapriżi tal-Istat u f’dawk ikkontrollati mill-Istat, kif ukoll f’fondazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u f’kumpaniji privati li jwettqu funzjonijiet ta’ servizz pubbliku u fil-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li kwalunkwe persuna li jkollha kariga leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali tiġi assimilata ma’ uffiċjal nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-uffiċjali ta’ livell għoli jinftiehmu bħala persuni li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi, amministrattivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji ewlenin. Tali funzjonijiet jistgħu jinkludu l-parteċipazzjoni b’mod attiv fl-iżvilupp jew fl-eżekuzzjoni ta’ funzjonijiet governattivi, id-determinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki, l-infurzar tal-liġijiet, il-proposta jew l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ digrieti amministrattivi jew normattivi, it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar in-nefqa tal-gvern u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ individwi għal funzjonijiet eżekuttivi, amministrattivi, leġiżlattivi jew eżekuttivi ġudizzjarji ewlenin, kif ukoll id-deċiżjonijiet f’kawżi tal-qorti. L-uffiċjali ta’ livell għoli jistgħu jinkludu uffiċjali nazzjonali bħall-kapijiet tal-gvern ċentrali u reġjonali, il-membri tal-gvern ċentrali u reġjonali, il-viċi Ministri, is-segretarji tal-istat, il-konsulenti politiċi ewlenin, il-kapijiet u l-membri tal-uffiċċju jew tal-kabinett privat ta’ Ministru meta dawn ikunu ġew stabbiliti, kif ukoll il-membri tal-kmamar parlamentari, il-membri tal-qrati kostituzzjonali u dawk supremi, il-prosekutur ġenerali, u l-membri tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditu, kif ukoll il-membri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. |
|
(13) |
Huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas legali għall-ġlieda kontra t-tixħim u li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni jkunu mgħammra b’għodod effettivi u proporzjonati. Fil-kuntest tat-tixħim tal-uffiċjali pubbliċi, tista’ ssir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ tixħim. It-tixħim attiv fis-settur pubbliku jseħħ meta persuna twiegħed, toffri jew tagħti vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip sabiex tinfluwenza uffiċjal pubbliku. It-tixħim passiv fis-settur pubbliku jseħħ meta l-uffiċjal pubbliku jitlob jew jirċievi tali vantaġġi indebiti, jew jaċċetta l-offerta jew il-wegħda tagħhom sabiex jaġixxi jew joqgħod lura milli jaġixxi b’ċertu mod. Il-vantaġġi jistgħu jkunu tanġibbli jew intanġibbli, u pekunarji jew mhux pekunarji. Vantaġġ ma jitqiesx indebitu meta, pereżempju, ikun permess mil-liġi jew minn regoli amministrattivi jew f’każijiet ta’ rigali żgħar jew rigali ta’ valur baxx ħafna. Jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli minimi dwar it-tixħim u forom oħra ta’ korruzzjoni fis-settur privat fejn il-vittmi immedjati jinkludu kumpaniji affettwati inġustament u fejn il-kompetizzjoni ħielsa tista’ tonqos b’kull tixħim. Ir-reat ta’ tixħim fis-settur pubbliku huwa msejjes fuq ir-reati ta’ korruzzjoni passiva u attiva definiti fl-Artikoli 2 u 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li ma jiġix interpretat jew applikat b’mod li jkun aktar klementi minn dawk id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. |
|
(14) |
Imġiba minn diretturi jew ħaddiema ta’ entitajiet tas-settur privat li tikser id-dmirijiet professjonali matul attivitajiet ekonomiċi, finanzjarji jew kummerċjali tista’ tkun ta’ detriment għall-interessi ta’ kumpanija tas-settur privat, u tista’ wkoll tfixkel il-kompetizzjoni fir-rigward tax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi kummerċjali għad-detriment kemm ta’ kompetituri potenzjali kif ukoll tal-pubbliku ġenerali. Il-kriminalizzazzjoni tat-tixħim fis-settur privat għandha l-għan li tiskoraġġixxi ż-żewġ tipi ta’ ħsara. Jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-interferenza minn partijiet terzi fil-kondotta ġusta tan-negozju billi jwiegħdu, joffru jew jagħtu kwalunkwe vantaġġ indebitu lid-diretturi jew lill-ħaddiema ta’ entitajiet tas-settur privat biex dawn jaġixxu jew joqogħdu lura milli jaġixxu, bi ksur ta’ dmirijiethom (tixħim attiv fis-settur privat). Jenħtieġ li r-reat ikopri wkoll lid-diretturi u lill-ħaddiema ta’ entitajiet tas-settur privat milli jitolbu jew jirċievu kwalunkwe vantaġġ indebitu, jew milli jaċċettaw l-offerta jew il-wegħda ta’ offerta, biex jaġixxu jew joqogħdu lura milli jaġixxu, bi ksur ta’ dmirijiethom (tixħim passiv fis-settur privat). |
|
(15) |
Sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali pubbliċi, intenzjonalment, ma jikkawżax ħsara lill-interessi finanzjarji tal-entità pubblika jew privata kkonċernata bl-użu ta’ fondi għal finijiet oħra għajr dawk li kienu maħsuba għalihom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-reat ta’ miżapproprjazzjoni minn uffiċjali pubbliċi ta’ proprjetà li l-ġestjoni tagħha tkun fdata lilhom. Sabiex il-miżapproprjazzjoni tikkostitwixxi reat kriminali, jenħtieġ li din twassal għal vantaġġ għall-uffiċjal pubbliku jew għal parti terza jew għal dannu għall-interessi finanzjarji tal-entità pubblika jew privata kkonċernata. Sabiex jittieħed approċċ komprensiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jikkriminalizzaw il-miżapproprjazzjoni fis-settur privat. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiddefinux ir-reat bħala li jirrikjedi kemm l-istabbiliment tad-dannu kif ukoll tal-vantaġġ. |
|
(16) |
L-influwenza eżerċitata fuq dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet pubbliċi bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ indebitu tista’ tfixkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Sabiex dan jiġi indirizzat b’mod adegwat, jenħtieġ li l-elementi kostitwenti tar-reat tal-eżerċitar ta’ influwenza jkopru żewġ sitwazzjonijiet differenti, meta r-reat jitwettaq intenzjonalment. L-ewwel nett, jenħtieġ li r-reat ikopri l-wegħda, l-offerta jew l-għoti ta’ kwalunkwe vantaġġ indebitu bil-għan li tiġi eżerċitata influwenza illeċita bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ indebitu minn uffiċjal pubbliku. It-tieni, jenħtieġ li r-reat ikopri wkoll it-talba jew l-irċevuta ta’ kwalunkwe vantaġġ indebitu, jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta jew ta’ wegħda ta’ offerta, sabiex tiġi eżerċitata influwenza indebita bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ indebitu minn uffiċjal pubbliku. Tali mġiba jenħtieġ li tikkostitwixxi reat kriminali irrispettivament minn jekk l-influwenza kinitx allegata jew reali u minn jekk l-influwenza ġietx eżerċitata u minn jekk l-influwenza wasslitx għar-riżultat maħsub jew le. Jenħtieġ li r-reat ma jkoprix l-eżerċizzju leġittimu ta’ forom rikonoxxuti ta’ rappreżentanza tal-interessi jew legali li jistgħu jfittxu li jinfluwenzaw b’mod leġittimu t-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi iżda ma jinvolvux skambju indebitu ta’ vantaġġi. Tali forom ta’ rappreżentanza tal-interessi, bħad-difiża ta’ interessi, spiss jitwettqu f’ambjent regolat preċiżament biex in-nuqqas ta’ trasparenza ma jkunx jista’ jwassalhom biex isiru opportunitajiet għall-korruzzjoni. Regoli addizzjonali fis-seħħ li jiffunzjonaw tajjeb dwar id-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, dwar ir-“revolving doors” jew dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, ukoll jistgħu jgħinu biex jiġu evitati l-ambigwitajiet u tiġi evitata l-influwenza indebita. Għall-finijiet tar-reat tal-eżerċitar ta’ influwenza, il-vantaġġ indebitu minħabba influwenza mhux xierqa jinkludi r-remunerazzjoni għal dawk il-forom ta’ rappreżentanza fejn tali attivitajiet jitwettqu b’mod li jissodisfa l-elementi l-oħra tar-reat, inkluż minħabba ksur rilevanti tar-regoli applikabbli. |
|
(17) |
L-eżerċizzju illegali ta’ funzjonijiet pubbliċi jġorr ir-riskju li jdgħajjef il-fiduċja pubblika, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja ekonomika u jista’ jikkawża ħsara serja lill-interess pubbliku. Sabiex tiġi evitata tali ħsara, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw ksur serju tal-liġi, kemm jekk ikunu azzjonijiet jew ommissjonijiet, jew it-tnejn li huma. Ksur serju bħal dan jista’ jinkludi pereżempju l-ksur ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji mfassla biex jiggarantixxu l-aċċess liberu u kuntratti b’kundizzjonijiet ugwali għall-kandidati, jew l-applikazzjoni ħażina tal-liġi minn imħallfin jew arbitri kif jaqblilhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tar-reat tal-eżerċizzju illegali ta’ funzjonijiet pubbliċi għal ċerti kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi. Waqt l-identifikazzjoni tal-ksur serju rilevanti tal-liġi, l-Istati Membri jistgħu jqisu kwistjonijiet li jinkludu jekk imġiba twettqitx sabiex jinkiseb vantaġġ indebitu għall-uffiċjal inkwistjoni jew għal parti terza jew jekk twettqitx sabiex tikkawża dannu għad-drittijiet jew għall-interessi leġittimi ta’ persuna. |
|
(18) |
It-tfixkil tal-ġustizzja huwa reat kriminali mwettaq b’appoġġ għall-korruzzjoni, fost reati oħra. Dan huwa rikonoxxut fid-dritt kriminali tal-Istati Membri. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi kriminalizzat it-tfixkil tal-ġustizzja, li jinvolvi l-eżerċizzju ta’ forza fiżika, theddid jew intimidazzjoni, jew it-tħajjir ta’ xhieda jew evidenza falza. Jenħtieġ li azzjonijiet li l-għan tagħhom ikun li jinterferixxu fl-għoti ta’ xhieda jew fil-produzzjoni tal-evidenza, jew fl-eżerċizzju tal-kompiti uffiċjali minn uffiċjali ġudizzjarji jew tal-infurzar tal-liġi, ikunu wkoll fl-ambitu ta’ dan ir-reat. F’konformità mal-UNCAC, din id-Direttiva tapplika biss għat-tfixkil tal-ġustizzja fi proċedimenti marbuta ma’ reat ta’ korruzzjoni. Meta jittrasponu din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jistabbilixxu reat speċifiku ta’ tfixkil tal-ġustizzja relatat ma’ reati ta’ korruzzjoni, kif stabbilit fil-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva, jekk fil-liġi nazzjonali tagħhom ikun hemm dispożizzjoni ġenerali li tikkriminalizza t-tfixkil tal-ġustizzja, applikabbli għar-reati kollha, inkluż il-korruzzjoni. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jikkriminalizzaw tali mġiba permezz ta’ diversi reati kriminali fil-livell nazzjonali. |
|
(19) |
Il-korruzzjoni hija xprunata mit-tfittxija ta’ vantaġġi ekonomiċi u oħrajn mhux mistħoqqa. Sabiex jitnaqqas l-inċentiv għall-individwi u għall-organizzazzjonijiet kriminali li jwettqu atti kriminali ġodda u biex l-individwi jiġu skoraġġuti milli jaċċettaw li jsiru sidien foloz ta’ proprjetà, jenħtieġ li r-reati ta’ arrikkiment permezz tal-korruzzjoni jiġu kriminalizzati. Dan, min-naħa tiegħu, jenħtieġ li jikkomplika l-ħabi ta’ proprjetà akkwistata b’mod illeċitu u jnaqqas it-tixrid tal-korruzzjoni kif ukoll il-ħsara li ssir lis-soċjetà. It-trasparenza tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw arrikkiment illeċitu possibbli. Pereżempju, f’ġuriżdizzjonijiet fejn l-uffiċjali pubbliċi huma meħtieġa jiddikjaraw l-assi tagħhom f’intervalli regolari, inkluż meta jibdew u jlestu dmirijiethom, l-awtoritajiet jistgħu jivvalutaw jekk l-assi ddikjarati jikkorrispondux mal-introjtu ddikjarat. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw miżuri biex jiddefinixxu bħala reat kriminali punibbli l-ħabi intenzjonali jew it-travestiment tan-natura vera ta’ proprjetà, is-sors tagħha, il-post fejn tinsab, id-disponibbiltà tagħha, il-movimenti tagħha, id-drittijiet marbuta tagħha, jew is-sjieda tagħha, meta jkun magħruf li tali proprjetà tkun derivata mit-twettiq tar-reati tat-tixħim fis-settur pubbliku jew privat, il-miżapproprjazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza, it-tfixkil tal-ġustizzja, jew l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità, u l-attentat, kif jinsab f’din id-Direttiva. |
|
(21) |
Il-finanzjament politiku illegali jista’ jkun mezz li jwassal lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jkunu fl-interess tal-finanzjatur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jieħdu azzjoni xierqa kontra tipi ta’ finanzjament politiku illegali f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u r-regoli dwar l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, b’rispett sħiħ tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern u d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Filwaqt li mhuwiex regolat minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jikkriminalizzaw tali finanzjament politiku illegali fejn jirrappreżenta theddida għad-demokrazija tal-Istati Membri u tal-Unjoni. |
|
(22) |
Ir-reat kriminali ta’ arrikkiment mir-reati ta’ korruzzjoni jenħtieġ li jkopri l-imġiba ta’ uffiċjal pubbliku li jakkwista, jippossjedi jew juża proprjetà li l-uffiċjal pubbliku jaf li tkun derivata minn reati ta’ korruzzjoni mwettqa minn uffiċjal pubbliku ieħor. Ir-reati ta’ arrikkiment minn reati ta’ korruzzjoni u l-ħabi huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) u l-premessa 11 dwar l-“awtoriċiklaġġ” tagħha, fejn applikabbli. Jenħtieġ li waqt il-kunsiderazzjoni ta’ jekk proprjetà tkunx derivata minn kwalunkwe tip ta’ involviment kriminali f’reat ta’ korruzzjoni u jekk il-persuna kinitx taf bih, jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, bħall-fatt li l-valur tal-proprjetà jkun sproporzjonat għall-introjtu legali tal-persuna akkużata u li l-attività kriminali u l-akkwiżizzjoni tal-proprjetà jkunu seħħew fl-istess perjodu ta’ żmien. Jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit l-għarfien tal-elementi fattwali kollha jew taċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-involviment kriminali, inkluż l-identità tat-trasgressur. Barra minn hekk, ir-rikavat miksub minn reati ta’ korruzzjoni jistgħu jiġu kkonfiskati abbażi tad-Direttiva (UE) 2024/1260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dik id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar tipi oħra ta’ konfiska inkluż, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-konfiska tar-rikavat, jew proprjetà oħra li l-valur tagħha jikkorrispondi għar-rikavat, li ġew ittrasferiti minn persuna suspettata jew akkużata lil partijiet terzi, jew li ġew akkwistati minn partijiet terzi mingħand persuna suspettata jew akkużata, meta l-partijiet terzi rilevanti kienu jafu jew messhom kienu jafu li l-għan tat-trasferiment jew tal-akkwist kien li tiġi evitata l-konfiska. |
|
(23) |
Sabiex jiskoraġġixxu l-korruzzjoni fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta’ pieni kriminali u mhux kriminali għar-reati kriminali definiti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-livelli massimi ta’ priġunerija u ta’ pieni oħra jkunu għolja biżżejjed biex jiskoraġġixxu lit-trasgressur possibbli u biex jirriflettu l-ħsara tal-korruzzjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li dawk il-livelli jkunu proporzjonati għall-gravità ta’ kull reat ta’ korruzzjoni u jkunu konsistenti mal-livelli ta’ pieni kriminali stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pieni jiġu infurzati sal-punt meħtieġ sabiex jiskoraġġixxu t-twettiq ta’ dawk ir-reati. Jekk il-liġi nazzjonali tistabbilixxi l-eventwalità ta’ sentenzi sospiżi jew kundizzjonali, ħelsien bikri, liberazzjoni taħt kundizzjoni jew maħfra tal-persuni misjuba ħatja ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija f’din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jqisu l-gravità tar-reati kriminali kkonċernati fost fatturi oħra. |
|
(24) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax l-applikazzjoni xierqa u effettiva ta’ miżuri dixxiplinarji jew pieni għajr dawk ta’ natura kriminali, bħall-pieni amministrattivi. Il-pieni li ma jistgħux jitqiesu daqs pieni kriminali, imposti fuq l-istess persuna għall-istess imġiba, jistgħu jitqiesu meta tingħata sentenza lil dik il-persuna għal reat kriminali definit minn din id-Direttiva. Il-prinċipju tal-projbizzjoni ta’ proċess jew kastig darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat kriminali (ne bis in idem) jenħtieġ li jiġi rrispettat b’mod sħiħ. |
|
(25) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimponu, flimkien mal-priġunerija, jew bħala alternattiva għaliha, pieni jew miżuri li mhumiex neċessarjament ta’ natura kriminali, bħall-esklużjoni mill-proċeduri tal-offerti jew projbizzjonijiet temporanji fuq il-ħruġ għal kariga pubblika. Tali miżuri għandhom effett dissważiv ġenerali u jistgħu jnaqqsu r-reċidiviżmu tat-trasgressuri kkundannati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll li jistabbilixxu proċeduri għas-sospensjoni jew għar-riassenjazzjoni temporanja ta’ uffiċjal pubbliku akkużat b’reat kriminali kif imsemmi f’din id-Direttiva, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, u d-dritt għal rimedju effettiv. |
|
(26) |
Sabiex jissaħħaħ ir-rispons tal-ġustizzja kriminali għal reati li jikkonċernaw il-korruzzjoni u biex jiġi skoraġġut it-twettiq ta’ dawk ir-reati, ir-reġim ta’ pieni kontra persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġi ċċarat u jinġieb f’konformità ma’ strumenti oħra tad-dritt kriminali tal-Unjoni. Skont id-Direttivi 2009/81/KE (8), 2014/23/UE (9), 2014/24/UE (10) u 2014/25/UE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kundanna, permezz ta’ sentenza finali, għal korruzzjoni hija raġuni għal esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku jew proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu wkoll li jinkludu, fost il-pieni kriminali jew mhux kriminali jew il-miżuri li jistgħu jiġu imposti fuq persuni ġuridiċi jew fiżiċi, l-esklużjoni ta’ tali persuni ġuridiċi mill-proċeduri ta’ akkwist jew ta’ konċessjoni, sabiex ikopru wkoll il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet taħt il-livelli limitu tad-direttivi rilevanti. |
|
(27) |
Jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi ma jkunux jistgħu jevitaw ir-responsabbiltà billi jużaw intermedjarji, inkluż persuni ġuridiċi relatati, biex joffru, iwiegħdu jew ixaħħmu lil uffiċjal pubbliku f’isimhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-multi lil persuni ġuridiċi jiġu kkalkulati b’kont meħud tal-fatturat dinji tagħhom jew abbażi ta’ ammonti massimi fissi. Ir-riżoluzzjonijiet mingħajr proċess qed jiġu applikati fil-kuntest ta’ reati ta’ korruzzjoni u spiss jitqiesu bħala mod prammatiku u effiċjenti biex jiġu solvuti każijiet li altrimenti jkunu jeħtieġu ammont sinifikanti ta’ żmien u riżorsi għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni qabel ma jitressqu quddiem qorti. Madankollu, ir-riżoluzzjonijiet mingħajr proċess jistgħu wkoll jippreżentaw xi sfidi, u l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu tali sfidi. |
|
(28) |
Għalkemm ma hemm l-ebda obbligu li s-sentenzi jiħraxu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-imħallef jew il-qorti jkunu jistgħu jieħdu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi aggravanti li jinsabu f’din id-Direttiva, kif implimentati fil-liġi nazzjonali, meta jaqtgħu s-sentenzi għat-trasgressuri. Tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-imħallef jew tal-qorti li jiddeterminaw jekk iżidux mas-sentenza minħabba ċ-ċirkostanzi aggravanti speċifiċi, waqt li jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ individwali. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jipprevedu ċ-ċirkostanza aggravanti jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi li r-reati kriminali kif definit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (12) huma punibbli bħala reati kriminali separati u dan jista’ jwassal għal pieni aktar ħorox. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-imħallef jew il-qorti jkunu jistgħu jieħdu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi mitiganti li jinsabu f’din id-Direttiva, kif implimentati fil-liġi nazzjonali, meta jaqtgħu s-sentenzi għat-trasgressuri. Soġġett għad-diskrezzjoni ġudizzjarja, jenħtieġ li tali ċirkostanzi jkopru dawk il-każijiet li fihom t-trasgressuri jipprovdu informazzjoni jew jikkollaboraw b’mod ieħor mal-awtoritajiet. Bl-istess mod, meta persuni ġuridiċi jkunu implimentaw kontrolli interni ġenwini, effettivi u vvalutati kif xieraq, etika u programmi ta’ konformità, jenħtieġ li jkun possibbli li tali azzjonijiet jitqiesu bħala ċirkostanzi mitiganti meta jiġu ppenalizzati persuni ġuridiċi bħal dawn. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll pieni eħfef meta, mal-iskoperta ta’ reat, persuna ġuridika tiżvela malajr l-informazzjoni u tieħu miżuri ta’ rimedju. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jibqa’ fid-diskrezzjoni tal-imħallef jew tal-qorti li jiddeterminaw l-ammont reali tal-piena minħabba ċ-ċirkostanzi mitiganti speċifiċi, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi f’kull każ individwali, inkluż, fejn applikabbli, il-fatt li l-persuna ġuridika jkollha programmi ta’ konformità biss bħala faċċata, imsejħa wkoll “window dressing”. |
|
(30) |
Il-Membri tal-Parlament u uffiċjali pubbliċi oħra jista’ jkollhom immunità jew protezzjoni legali minn investigazzjoni jew prosekuzzjoni, li tgħin biex tissaħħaħ l-indipendenza tagħhom billi jiġu protetti minn ilmenti bla bażi, b’mod partikolari fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew il-voti mitfugħa matul it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Madankollu, tali immunitajiet jistgħu jfixklu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta’ reati ta’ korruzzjoni, inkluż billi jaffettwaw l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ persuni oħra li ma jgawdux minn immunità u li setgħu pparteċipaw fir-reat. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm bilanċ xieraq bejn, minn naħa waħda, kwalunkwe immunità jew privileġġ ġuriżdizzjonali mogħti lill-uffiċjali pubbliċi għall-atti mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, u min-naħa l-oħra, il-possibbiltà li jiġu investigati, ipproċessati u ġġudikati b’mod effettiv ir-reati ta’ korruzzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-privileġġi u l-immunitajiet fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali għar-reati msemmija f’din id-Direttiva jistgħu jitneħħew. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jibdlu l-kostituzzjonijiet nazzjonali jew il-prinċipji kostituzzjonali tagħhom meta jittrasponu din id-Direttiva. Fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali kif ukoll fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet, inkluż ir-rispett għal-libertà tal-mandat tal-Membru, jitqiesu b’mod sħiħ. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax l-eżerċizzju leġittimu ta’ forom rikonoxxuti ta’ rappreżentanza tal-interessi li jistgħu jfittxu li jinfluwenzaw b’mod leġittimu t-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi iżda ma jinvolvux skambju indebitu ta’ vantaġġi. Ir-rappreżentanza tal-interessi hija importanti għall-ħolqien ta’ politika li hija appoġġata mis-soċjetà ċivili u li tista’ tikkontribwixxi b’mod leġittimu għas-settur pubbliku. |
|
(31) |
Mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, is-setgħat diskrezzjonali skont il-liġi nazzjonali biex ma ssirx prosekuzzjoni ta’ persuni għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità ma’ regoli u kriterji ċari. Jenħtieġ li tali regoli jkollhom l-għan li jqisu l-ħtieġa, b’mod ġenerali, ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal reati ta’ korruzzjoni u jiżguraw l-effettività tal-proċess ġudizzjarju. |
|
(32) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli u għall-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi skont iċ-ċirkostanzi konkreti ta’ kull każ individwali. |
|
(33) |
Minħabba, b’mod partikolari, il-mobbiltà ta’ ċerti trasgressuri u r-rikavat li jirriżulta mill-attivitajiet kriminali, kif ukoll l-investigazzjonijiet transfruntiera kumplessi meħtieġa biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tagħhom sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinvestigaw u jipproċedu kontra dak ir-reat effettivament, inkluż meta r-reat jitwettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tagħhom. Bħala parti minn dak l-obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita wkoll f’sitwazzjonijiet fejn reat jitwettaq permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni użata fit-territorju tagħhom, kemm jekk dik it-teknoloġija tkun ibbażata fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le. |
|
(34) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed żmien biex iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kumplessi, din id-Direttiva tipprevedi perjodu minimu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara t-twettiq ta’ tali reati, mingħajr ma taffettwa lil dawk l-Istati Membri li ma jistabbilux perjodi ta’ preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar. |
|
(35) |
Jista’ jkun diffiċli li r-reati ta’ korruzzjoni jiġu identifikati u investigati, peress li jseħħu l-aktar bil-moħbi. Għalhekk, proporzjon sinifikanti ta’ reati ta’ korruzzjoni jibqa’ ma jiġix identifikat, u l-partijiet kriminali jistgħu jibbenefikaw mir-rikavat tal-korruzzjoni tagħhom. Aktar ma jdum biex jiġi identifikat reat ta’ korruzzjoni, aktar ikun diffiċli biex tinkixef l-evidenza. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għodod investigattivi xierqa biex jiġbru evidenza rilevanti ta’ reati ta’ korruzzjoni li spiss jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw taħriġ suffiċjenti, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), inkluż dwar l-użu ta’ għodod investigattivi biex jitwettqu b’suċċess il-proċedimenti u l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-rikavat mill-korruzzjoni fil-kuntest tal-irkupru u l-konfiska ta’ assi. Barra minn hekk, din id-Direttiva tiffaċilita l-ġbir ta’ informazzjoni u evidenza billi tistabbilixxi ċirkostanzi mitiganti għat-trasgressuri li jgħinu lill-awtoritajiet. Jenħtieġ li t-taħriġ tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji jikkonċerna l-investigazzjoni kriminali u l-proċedimenti kriminali ta’ reati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|
(36) |
Persuni li jirrappurtaw informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar każijiet ta’ korruzzjoni tal-passat, każijiet ta’ korruzzjoni li għaddejjin bħalissa jew każijiet ta’ korruzzjoni ppjanati, li jkunu kisbu tali informazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol, jirriskjaw li jsofru ritaljazzjoni f’dak il-kuntest. Tali rapporti ta’ informaturi jistgħu jsaħħu l-infurzar billi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jipprevjenu, jidentifikaw u jipprosekwixxu l-korruzzjoni b’mod effettiv. Minħabba l-interess pubbliku li l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati jiġu protetti minn tali atti, u li tissaħħaħ it-trasparenza, il-governanza tajba u r-responsabbiltà, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti effettivi biex l-informaturi jużaw kanali kunfidenzjali, ikunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u jkunu protetti mir-ritaljazzjoni. Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tapplika għar-rapporti ta’ ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u kif speċifikat aktar fil-miżuri rilevanti tal-Unjoni u għalhekk tapplika għar-rappurtar tar-reati kriminali kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Fir-rigward tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tkun applikabbli għar-rappurtar ta’ tali reati u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw tali reati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti. Lil hinn mill-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva (UE) 2019/1937, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw li l-persuni li jipprovdu evidenza jew li b’xi mod ieħor jikkooperaw ma’ investigazzjonijiet kriminali jkollhom aċċess għall-protezzjoni meħtieġa, f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
|
(37) |
Peress li l-pubbliku ġenerali huwa affettwat b’mod negattiv minn reati ta’ korruzzjoni u ġeneralment ma jistax jirrappreżenta lilu nnifsu bħala vittma fi proċedimenti kriminali, għall-finijiet ta’ infurzar effettiv, jenħtieġ li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom il-possibbiltà li jaġixxu f’isem l-interess ġenerali f’każijiet ta’ korruzzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali u soġġetti għar-regoli proċedurali rilevanti. Din id-Direttiva ma tirrikjedix li l-Istati Membri jintroduċu drittijiet proċedurali ġodda għall-membri tal-pubbliku kkonċernati. Madankollu, meta tali drittijiet proċedurali għal membri tal-pubbliku kkonċernati jeżistu fi Stat Membru f’sitwazzjonijiet ekwivalenti li jikkonċernaw reati kriminali għajr dawk previsti skont din id-Direttiva, bħad-dritt li jipparteċipaw fi proċedimenti bħala parti ċivili, tali drittijiet proċedurali jenħtieġ li jingħataw ukoll lill-membri tal-pubbliku kkonċernati fil-proċedimenti li jikkonċernaw ir-reati ta’ korruzzjoni definiti f’din id-Direttiva. Id-drittijiet tal-membri tal-pubbliku kkonċernati huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-vittmi kif stipulati fid-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Il-kunċetti ta’ “membri tal-pubbliku kkonċernati” u “vittmi” jenħtieġ li jibqgħu distinti u l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa japplikaw id-drittijiet tal-vittmi għall-membri tal-pubbliku kkonċernati. Din id-Direttiva ma tirrikjedix li l-Istati Membri jagħtu lill-membri tal-pubbliku kkonċernati d-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali li huma jagħtu lil kategoriji ta’ persuni għajr membri tal-pubbliku kkonċernati. |
|
(38) |
Din id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw strateġija nazzjonali dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw l-istrateġija nazzjonali f’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, il-korpi kontra l-korruzzjoni jew l-unitajiet organizzazzjonali, l-esperti indipendenti, ir-riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra. Jenħtieġ li l-istrateġija nazzjonali tqis il-ħtiġijiet, l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-Istati Membri. |
|
(39) |
L-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tad-demokrazija, u għandhom rwol ewlieni fir-rispett tal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni. Huma jaġixxu bħala gwardjani essenzjali, billi jiġbdu l-attenzjoni għat-theddid għall-istat tad-dritt, jikkontribwixxu biex dawk fis-setgħa jinżammu responsabbli, u jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili f’attivitajiet kontra l-korruzzjoni, fejn xieraq. |
|
(40) |
Il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media huma faċilitaturi ewlenin għall-istat tad-dritt, ir-responsabbiltà demokratika, l-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-media indipendenti u pluralistika, b’mod partikolari l-ġurnaliżmu investigattiv, għandha rwol importanti fl-iskrutinju tal-affarijiet pubbliċi, l-identifikazzjoni ta’ korruzzjoni possibbli u ksur tal-integrità, is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-integrità. L-Istati Membri għandhom obbligu li jiggarantixxu ambjent favorevoli għall-ġurnalisti, jipproteġu s-sikurezza tagħhom u jippromwovu b’mod proattiv il-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar il-protezzjoni, is-sikurezza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra tal-media fl-Unjoni Ewropea, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) tas-27 ta’ April 2022 kif ukoll id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jinkludu salvagwardji u standards importanti biex jiġi żgurat li l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u oħrajn ikunu jistgħu jwettqu r-rwol tagħhom mingħajr xkiel. |
|
(41) |
Biex jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-reati kriminali definiti f’din id-Direttiva, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġbru data statistika eżatta, konsistenti u komparabbli dwar dawk ir-reati. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema xierqa għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u t-trażmissjoni ta’ data statistika eżistenti dwar ir-reati definiti f’din id-Direttiva. Huwa importanti li dik id-data statistika tintuża mill-Istati Membri biex janalizzaw l-iskala u x-xejriet tar-reati relatati mal-korruzzjoni, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw data statistika rilevanti dwar proċedimenti relatati ma’ reati ta’ korruzzjoni, estratta minn data li diġà teżisti f’livell ċentralizzat jew deċentralizzat fl-Istat Membru kollu. Dik id-data tista’ tiġi analizzata u użata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istrumenti fis-Sett ta’ Għodod tal-Istat tad-Dritt, bħar-rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt. |
|
(42) |
Biex il-korruzzjoni tiġi miġġielda b’mod effettiv, huwa kruċjali l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati ta’ korruzzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi bl-użu tal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA) tal-Europol b’mod effettiv u f’waqtu f’konformità mal-liġi nazzjonali u dak tal-Unjoni. Din id-Direttiva, li għandha l-għan li tistabbilixxi definizzjonijiet komuni tar-reati ta’ korruzzjoni, jenħtieġ li sservi bħala punt ta’ riferiment għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 603/2013 (17), (UE) 2018/1240 (18) u (UE) 2018/1862 (19) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi (UE) 2016/681 (20), (UE) 2019/1153 (21) u (UE) 2023/977 (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (23). |
|
(43) |
Il-korruzzjoni hija ta’ tħassib trażversali, u l-vulnerabbiltajiet, kif ukoll l-aktar mod xieraq biex dawn jiġu indirizzati, ivarjaw minn settur għal ieħor. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri, f’intervalli xierqa, jwettqu valutazzjoni biex jidentifikaw is-setturi jew l-okkupazzjonijiet l-aktar f’riskju ta’ korruzzjoni u jiżviluppaw miżuri biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin fis-setturi jew l-okkupazzjonijiet identifikati, inkluż billi jorganizzaw regolarment, kif xieraq, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni adattati għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi jew l-okkupazzjonijiet identifikati. L-Istati Membri li għandhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali wiesgħa kontra l-korruzzjoni jistgħu jagħżlu wkoll li jindirizzaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom f’dawk l-istrateġiji, sakemm ir-riskji jiġu vvalutati u l-miżuri jiġu rieżaminati regolarment. Pereżempju, kif iddikjarat fir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Jannar 2019 intitolat “Skemi ta’ Ċittadinanza u ta’ Residenza b’Investiment fl-Unjoni Ewropea”. L-iskemi tar-residenza b’investiment huma fost is-setturi li jġorru riskji għoljin għall-korruzzjoni u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet tas-setturi l-aktar f’riskju ta’ korruzzjoni u fis-sessjonijiet ta’ taħriġ li għandhom isiru mill-Istati Membri kif previst f’din id-Direttiva. |
|
(44) |
Biex jiġi pprovdut livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bejn l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dawk nazzjonali, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jiġu allinjati ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-għan, ir-regoli applikabbli għar-reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward tal-pieni kriminali jew mhux kriminali, iċ-ċirkostanzi aggravanti u mitiganti u l-perjodi ta’ preskrizzjoni jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn din id-Direttiva. |
|
(45) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tiżgura livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkun ekwivalenti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji nazzjonali. |
|
(46) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ regoli minimi komuni dwar id-definizzjonijiet ta’ reati kriminali fil-qasam tal-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha u d-disponibbiltà ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal dawk ir-reati, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(47) |
L-effett dissważiv intenzjonat tal-applikazzjoni tal-pieni tad-dritt kriminali jeħtieġ kawtela partikolari fir-rigward tad-drittijiet fundamentali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari d-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li wieħed jagħżel impjieg u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u tal-pieni, kif ukoll il-prinċipju ta’ ne bis in idem. |
|
(48) |
F’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fil-21 ta’ Ġunju 2023. |
|
(49) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat, permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Lulju 2023, ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|
(50) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/ĠAI għandha tkompli torbot u tkun applikabbli għad-Danimarka, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u pieni kriminali u mhux kriminali fil-qasam tal-korruzzjoni, kif ukoll miżuri biex tiġi evitata u miġġielda aħjar il-korruzzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“proprjetà” tfisser fondi jew assi ta’ kwalunkwe tip, fosthom il-kriptoassi, kemm jekk korporali jew inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma, inkluża dik elettronika jew diġitali, li jixhdu t-titolu għal tali fondi jew assi jew interess fihom; |
|
(2) |
“uffiċjal pubbliku” tfisser:
|
|
(3) |
“uffiċjal tal-Unjoni” tfisser persuna li hija:
Il-membri ta’ istituzzjoni, ta’ korp, ta’ uffiċċju jew ta’ aġenzija tal-Unjoni u l-persunal ta’ tali korpi għandhom jiġu assimilati mal-uffiċjali tal-Unjoni, sa fejn ir-Regolamenti tal-Persunal ma japplikawx għalihom; |
|
(4) |
“uffiċjal nazzjonali” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha kariga eżekuttiva, amministrattiva jew ġudizzjarja fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, kemm jekk maħtura jew eletta, jew impjegat fuq kuntratt, kemm jekk permanenti jew temporanju, kemm jekk bi ħlas jew bla ħlas, irrispettivament mill-anzjanità ta’ dik il-persuna. Kwalunkwe persuna li jkollha kariga leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali għandha tiġi assimilata għal uffiċjal nazzjonali, f’konformità mal-liġi nazzjonali; |
|
(5) |
“arbitru” tfisser kwalunkwe persuna li tintalab tieħu deċiżjoni legalment vinkolanti f’tilwim imressaq mill-partijiet għall-ftehim ta’ arbitraġġ fejn l-istatus tal-arbitri jkun stipulat fil-liġi nazzjonali; |
|
(6) |
“ġurat” tfisser kwalunkwe persuna li taġixxi bħala membru ta’ korp responsabbli biex jiddeċiedi dwar il-ħtija ta’ persuna akkużata fil-qafas ta’ proċess, f’konformità mal-liġi nazzjonali; |
|
(7) |
“ksur tad-dmir” tfisser, bħala minimu, kwalunkwe mġiba li tikkostitwixxi ksur ta’ dmir statutorju jew ksur ta’ regolamenti jew struzzjonijiet professjonali li japplikaw fin-negozju ta’ persuna li fi kwalunkwe kapaċità tmexxi jew taħdem għal entità fis-settur privat; |
|
(8) |
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli, minbarra Stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi; |
|
(9) |
“uffiċjali ta’ livell għoli” tfisser uffiċjal pubbliku li huwa fdat b’ funzjonijiet eżekuttivi, amministrattivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji ewlenin f’konformità mal-liġi nazzjonali; dawn jistgħu jinkludu: kapijiet ta’ gvern ċentrali u reġjonali, membri ta’ gvern ċentrali u reġjonali, viċi Ministri, segretarji tal-istat, konsulenti politiċi ewlenin, kapijiet u membri ta’ uffiċċju privat jew ta’ kabinett ta’ Ministru meta dan ikun ġie stabbilit, membri tal-kmamar parlamentari, membri tal-qrati kostituzzjonali u supremi, prosekutur ġenerali u membri ta’ istituzzjonijiet supremi tal-awditjar kif ukoll membri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw uffiċjali ta’ livell għoli għandhom jinftiehmu mingħajr preġudizzju għall-immunitajiet u l-privileġġi stabbiliti skont kostituzzjonijiet jew liġijiet nazzjonali. |
KAPITOLU II
REATI TA’ KORRUZZJONI
Artikolu 3
Tixħim fis-settur pubbliku
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn tkun intenzjonata, l-imġiba segwenti tikkostitwixxi reat kriminali:
|
(a) |
il-wegħda, l-offerta jew l-għoti, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip lil uffiċjal pubbliku għal dak l-uffiċjal jew għal parti terza, sabiex dak l-uffiċjal jaġixxi jew joqgħod lura milli jaġixxi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dak l-uffiċjal (tixħim attiv fis-settur pubbliku); |
|
(b) |
it-talba jew l-irċevuta minn uffiċjal pubbliku, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip jew l-aċċettazzjoni tal-offerta jew il-wegħda ta’ tali vantaġġ għal dak l-uffiċjal jew għal parti terza, sabiex dak l-uffiċjal pubbliku jaġixxi jew joqgħod lura milli jaġixxi f’konformità mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dak l-uffiċjal (tixħim passiv fis-settur pubbliku). |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-arbitri u l-ġurati għandhom jitqiesu bħala uffiċjali pubbliċi.
Artikolu 4
Tixħim fis-settur privat
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta tkun intenzjonata u matul attivitajiet ekonomiċi, finanzjarji, jew ta’ negozju jew kummerċjali, l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali:
|
(a) |
il-wegħda, l-offerta jew l-għoti, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip lil persuna li fi kwalunkwe kapaċità tmexxi jew taħdem f’entità tas-settur privat, għal dik il-persuna jew għal parti terza, sabiex dik il-persuna taġixxi jew toqgħod lura milli taġixxi, bi ksur tad-dmirijiet ta’ dik il-persuna (tixħim attiv fis-settur privat); |
|
(b) |
it-talba jew l-irċevuta minn persuna li fi kwalunkwe kapaċità tmexxi jew taħdem f’entità tas-settur privat, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip jew l-aċċettazzjoni tal-offerta jew it-twegħid ta’ tali vantaġġ għal dik il-persuna jew għal parti terza, sabiex dik il-persuna taġixxi jew toqgħod lura milli taġixxi, bi ksur tad-dmirijiet ta’ dik il-persuna (tixħim passiv fis-settur privat). |
Artikolu 5
Miżapproprjazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn ikunu intenzjonati, l-impenn, l-iżborż, l-approprjazzjoni jew l-użu minn uffiċjal pubbliku ta’ proprjetà li l-ġestjoni tagħha tkun direttament jew indirettament fdata lil dak l-uffiċjal pubbliku b’mod kuntrarju għall-għan li għalih kienet maħsuba, jikkostitwixxu reat kriminali, jew meta mwettqa għall-vantaġġ ta’ dak l-uffiċjal jew għall-vantaġġ ta’ persuna jew entità oħra, jew inkella meta jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-entità pubblika jew privata kkonċernata.
2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn ikunu intenzjonati, l-impenn, l-iżborż, l-approprjazzjoni jew l-użu, matul attivitajiet ekonomiċi, finanzjarji jew ta’ negozju jew kummerċjali minn persuna li fi kwalunkwe kapaċità tmexxi jew taħdem, f’entità tas-settur privat, ta’ kwalunkwe proprjetà li l-ġestjoni tagħha tkun direttament jew indirettament fdata lil dik il-persuna b’mod li jmur kontra l-għan li għalih kienet maħsuba, jikkostitwixxu reat kriminali, jew meta mwettqa għall-vantaġġ ta’ dik il-persuna jew għall-vantaġġ ta’ persuna jew entità oħra, jew inkella meta jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-entità pubblika jew privata kkonċernata.
Artikolu 6
Eżerċitar ta’ influwenza
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn tkun intenzjonata, l-imġiba segwenti tikkostitwixxi reat kriminali:
|
(a) |
il-wegħda, l-offerta jew l-għoti, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip lil kwalunkwe persuna biex teżerċita influwenza mhux xierqa fuq azzjoni jew ommissjoni minn uffiċjal pubbliku fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dak l-uffiċjal bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ indebitu minn uffiċjal pubbliku; |
|
(b) |
it-talba jew l-irċevuta, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ vantaġġ indebitu ta’ kwalunkwe tip, jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta jew il-wegħda ta’ tali vantaġġ, minn kwalunkwe persuna biex teżerċita influwenza mhux xierqa fuq azzjoni jew ommissjoni minn uffiċjal pubbliku fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dak l-uffiċjal bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ indebitu minn uffiċjal pubbliku. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-arbitri u l-ġurati għandhom jitqiesu bħala uffiċjali pubbliċi.
2. Sabiex l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1 tkun tikkostitwixxi reat kriminali, għandu jkun irrilevanti jekk l-influwenza tiġix eżerċitata jew le jew jekk l-influwenza allegata twassalx għar-riżultati maħsuba jew le.
Artikolu 7
Eżerċizzju illegali ta’ funzjonijiet pubbliċi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn ikun intenzjonat, tal-inqas ċertu ksur serju tal-liġi fit-twettiq jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ att minn uffiċjal pubbliku fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dak l-uffiċjal jikkostitwixxu reati kriminali. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi.
Artikolu 8
Tfixkil tal-ġustizzja
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn tkun intenzjonata, l-imġiba segwenti tikkostitwixxi reat kriminali wieħed jew diversi:
|
(a) |
l-użu, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ forza fiżika, theddid jew intimidazzjoni jew it-twegħid, l-offerta jew l-għoti ta’ vantaġġ biex tiġi indotta xhieda falza jew għall-interferenza fl-għoti tax-xhieda jew fil-produzzjoni tal-evidenza fi proċediment b’rabta mat-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, 9 u 11; |
|
(b) |
l-użu, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, ta’ forza fiżika, theddid jew intimidazzjoni biex issir interferenza fl-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali minn persuna li jkollha kariga ġudizzjarja jew membru tal-infurzar tal-liġi b’rabta mat-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, 9 u 11. |
Artikolu 9
Arrikkiment minn reati ta’ korruzzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-akkwiżizzjoni, il-pussess jew l-użu intenzjonat ta’ proprjetà minn uffiċjal pubbliku li fil-mument meta tiġi riċevuta jkun jaf li tali proprjetà kienet derivata mit-twettiq minn uffiċjal pubbliku ieħor ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, 8 u 11, jikkostitwixxu reat kriminali.
Artikolu 10
Ħabi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ħabi intenzjonat jew it-travestiment tan-natura vera, is-sors, il-post, id-dispożizzjoni, il-moviment, id-drittijiet fir-rigward ta’, jew is-sjieda ta’ proprjetà, bl-għarfien li tali proprjetà ġejja mit-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, 8 u 11 jikkostitwixxu reat kriminali.
Artikolu 11
Inċitament, għajnuna u assistenza, u tentattiv
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament tat-twettiq ta’ reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 10 jikkostitwixxi reat kriminali.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għajnuna u l-assistenza fit-twettiq ta’ reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 10 jikkostitwixxi reat kriminali.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 9 u 10 jkun punibbli bħala reat kriminali, u għandhom jikkunsidraw li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq mill-inqas wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jkun punibbli bħala reat kriminali.
Artikolu 12
Pieni u miżuri għal persuni fiżiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 ikunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
|
(a) |
ir-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 3, fejn l-att li għandu jitwettaq jew li jinżamm lura milli jitwettaq mill-uffiċjal ikun bi ksur tad-dmirijiet ta’ dak l-uffiċjal, ikun punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin; |
|
(b) |
ir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 9 u 10 jkunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-anqas erba’ snin; |
|
(c) |
ir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3, fejn l-att li għandu jitwettaq jew li jinżamm lura milli jitwettaq mill-uffiċjal ma jiksirx id-dmirijiet ta’ dak l-uffiċjal, u l-Artikoli 4 u 6 jkunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin. |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-imġiba deskritta fl-Artikolu 5 ma tikkostitwix reat kriminali fejn il-vantaġġ jew id-dannu involut ikun inqas minn EUR 10 000. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-limitu ta’ EUR 10 000 jew aktar jista’ jintlaħaq permezz ta’ serje ta’ każijiet ta’ mġiba koperti mill-Artikolu 5 li tkun marbuta u tal-istess tip, fejn dik l-imġiba tkun twettqet mill-istess trasgressur.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 jistgħu jkunu soġġetti għal pieni kriminali jew mhux kriminali jew miżuri addizzjonali li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba. Tali pieni jew miżuri jistgħu jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
multi; |
|
(b) |
it-tneħħija, is-sospensjoni u r-riassenjazzjoni minn kariga pubblika; |
|
(c) |
l-iskwalifika minn:
|
|
(d) |
projbizzjonijiet temporanji fuq kandidatura għal kariga pubblika; |
|
(e) |
l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għat-twettiq ta’ attivitajiet li rriżultaw fi jew ippermettew ir-reat rilevanti; |
|
(f) |
l-esklużjonijiet mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji; |
|
(g) |
meta jkun fl-interess pubbliku, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja kollha jew ta’ parti minnha marbuta mar-reat kriminali mwettaq u l-pieni jew il-miżuri imposti, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. |
Artikolu 13
Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 meta tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju ta’ dawk il-persuni ġuridiċi minn kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fil-persuna ġuridika kkonċernata, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta’ dik il-persuna ġuridika, abbażi ta’ waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika; |
|
(b) |
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew |
|
(c) |
awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.
3. Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tipprekludi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu wettqu, inċitawjew huma aċċessorji għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11.
Artikolu 14
Pieni u miżuri għal persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tkun punibbli b’pieni jew miżuri kriminali jew mhux kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-pieni jew il-miżuri għal persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 13(1) jew (2) għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali, li l-ammont tagħhom għandu jkun proporzjonat għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u ċirkostanzi oħra tal-persuna ġuridika kkonċernata, u jistgħu jinkludu pieni jew miżuri kriminali jew mhux kriminali oħra li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba, bħal:
|
(a) |
l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika; |
|
(b) |
l-esklużjonijiet mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji; |
|
(c) |
skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet ta’ negozju; |
|
(d) |
l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għat-twettiq ta’ attivitajiet li rriżultaw jew ippermettew ir-reat rilevanti; |
|
(e) |
possibbiltà għall-awtoritajiet pubbliċi li jannullaw jew iħassru kuntratt, li fil-kuntest tiegħu jkun twettaq ir-reat; |
|
(f) |
it-tqegħid taħt is-sorveljanza ġudizzjarja; |
|
(g) |
l-istralċ ġudizzjarju; |
|
(h) |
l-għeluq ta’ stabbilimenti użati għat-twettiq tar-reat; u |
|
(i) |
meta jkun fl-interess pubbliku, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja kollha jew ta’ parti minnha marbuta mar-reat kriminali mwettaq u l-pieni jew il-miżuri imposti, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, tal-inqas persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 13(1) għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, u 9 tkun punibbli b’multi kriminali jew mhux kriminali, li l-ammont tagħhom għandu jkun proporzjonat għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna ġuridika kkonċernata. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livell massimu ta’ tali multi ma jkunx inqas minn:
|
(a) |
għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 5:
|
|
(b) |
għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9:
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għall-każijiet fejn ma jkunx possibbli li l-ammont tal-multa jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-fatturat dinji totali tal-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik li fiha jkun twettaq ir-reat, jew fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik tad-deċiżjoni li tiġi imposta l-multa.
Artikolu 15
Ċirkostanzi aggravanti
1. Sa fejn ma tkunx diġà tifforma parti mill-elementi kostitwenti tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 9, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati kriminali rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 9 sa 11, iċ-ċirkostanza li r-reati jkunu twettqu fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI titqies bħala ċirkostanza aggravanti.
2. Sa fejn iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jkunux diġà jiffurmaw parti mill-elementi kostitwenti tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 9, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 9 sa 11, waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:
|
(a) |
it-trasgressur ikun uffiċjal ta’ livell għoli; |
|
(b) |
it-trasgressur ikun preċedentement instab ħati b’sentenza finali ta’ reati tal-istess natura bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 9 sa 11; |
|
(c) |
it-trasgressur kiseb benefiċċju sostanzjali jew ir-reat ikkawża ħsara sostanzjali, sa fejn dan il-benefiċċju jew dannu jkun jista’ jiġi ddeterminat; |
|
(d) |
it-trasgressur jeżerċita funzjonijiet ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni jew aġġudikazzjoni; |
|
(e) |
it-trasgressur ikun ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni vulnerabbli ta’ persuna involuta fit-twettiq tar-reat; |
|
(f) |
it-trasgressur ikun entità marbuta b’obbligu skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), jew impjegat ta’ entità marbuta b’obbligu, jew ikollu s-setgħa, kemm jekk individwalment jew bħala parti minn organu tal-entità marbuta b’obbligu, li jirrappreżenta lil dik l-entità, jew l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet f’isem dik l-entità jew li jeżerċita kontroll fl-entità marbuta b’obbligu, u jkun wettaq ir-reat fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tiegħu jew tagħha. |
Artikolu 16
Ċirkostanzi mitiganti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11, waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanza mitiganti:
|
(a) |
it-trasgressur jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni li kieku ma kinux ikunu jistgħu jiksbu b’mod ieħor, u b’hekk jgħinhom jidentifikaw jew iressqu quddiem il-ġustizzja t-trasgressuri l-oħra; |
|
(b) |
it-trasgressur jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni li kieku ma kinux ikunu jistgħu jiksbu b’mod ieħor, u b’hekk jgħinhom isibu l-evidenza; |
|
(c) |
fejn persuna ġuridika tinżamm responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 u, sakemm ma jkunx jikkostitwixxi raġuni għall-esklużjoni tar-responsabbiltà, tkun implimentat kontrolli interni effettivi, sensibilizzazzjoni dwar l-etika, u programmi ta’ konformità biex tipprevjeni l-korruzzjoni qabel jew wara t-twettiq tar-reat; |
|
(d) |
fejn persuna ġuridika tinżamm responsabbli għal reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 u, ladarba r-reat ikun ġie skopert, ikun żvela malajr u volontarjament ir-reat lill-awtoritajiet kompetenti u jkun ħa miżuri ta’ rimedju. |
Iċ-ċirkostanzi mitiganti msemmija fil-punti (c) u (d) huma applikabbli biss għall-persuni ġuridiċi.
Artikolu 17
Privileġġi u immunitajiet fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni
Sakemm dan ma jmurx kontra l-kostituzzjonijiet, il-prinċipji kostituzzjonali u l-liġijiet tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-privileġġi fir-rigward ta’ u l-immunità mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jitneħħew.
Аrtikolu 18
Ġuriżdizzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva meta:
|
(a) |
ir-reat twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu; |
|
(b) |
it-trasgressur ikun ċittadin tiegħu. |
2. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jestendi l-ġuriżdizzjoni tiegħu għal wieħed jew aktar mir-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva li jkunu twettqu lil hinn mit-territorju tiegħu, meta:
|
(a) |
it-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu; |
|
(b) |
ir-reat ikun twettaq kontra wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew mir-residenti abitwali tiegħu; |
|
(c) |
ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu; |
|
(d) |
ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu. |
3. Meta reat kriminali msemmi f’din id-Direttiva jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Fejn ikun xieraq, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Eurojust f’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI (27).
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunx soġġett għall-kundizzjoni li l-prosekuzzjoni tkun tista’ tinbeda biss wara denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali jew wara rapport magħmul fl-Istat fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.
Artikolu 19
Perjodi ta’ preskrizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara t-twettiq ta’ dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jiġu indirizzati b’mod effettiv. It-tali perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
mill-inqas tmien snin miż-żmien meta jkun twettaq reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas erba’ snin; |
|
(b) |
mill-inqas ħames snin miż-żmien meta jkun twettaq reat kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-infurzar ta’ pieni imposti wara kundanna finali għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 11 għal biżżejjed żmien wara dik il-kundanna. Dak il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
mill-inqas għaxar snin mid-data tal-kundanna finali fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
mill-inqas ħames snin mid-data tal-kundanna finali fil-każijiet li ġejjin:
|
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni iqsar, diment li t-tali perjodu ta’ preskrizzjoni jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż fil-każ ta’ atti speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux ikun iqsar minn:
|
(a) |
ħames snin għal reati kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas erba’ snin; |
|
(b) |
tliet snin għal reati kriminali punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin; |
4. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni iqsar, diment li t-tali perjodu ta’ preskrizzjoni jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż fil-każ ta’ atti speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux ikun iqsar minn:
|
(a) |
ħames snin mid-data tal-kundanna finali fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
tliet snin mid-data tal-kundanna finali fil-każijiet li ġejjin:
|
KAPITOLU III
PREVENZJONI, RAPPURTAR U INVESTIGAZZJONI
Artikolu 20
Prevenzjoni tal-korruzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni, biex iqajmu sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku u fis-settur privat dwar l-impatt u l-ħsara tal-korruzzjoni bl-objettiv li jitnaqqas it-twettiq ġenerali ta’ reati ta’ korruzzjoni kif ukoll ir-riskju ta’ korruzzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw livell għoli ta’ integrità, trasparenza u responsabbiltà fl-amministrazzjoni pubblika u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi bil-għan li tiġi evitata l-korruzzjoni. L-Istati Membri għandhom jippromwovu kultura ta’ servizz pubbliku bbażata fuq dawk il-prinċipji, filwaqt li jiżguraw li l-uffiċjali u l-amministrazzjonijiet nazzjonali jkomplu jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li jżommu standards professjonali adegwati, u l-għarfien tagħhom ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u tar-riskji ta’ korruzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ għodod ta’ prevenzjoni. Dawk l-għodod jistgħu jinkludu, pereżempju, aċċess xieraq għal informazzjoni ta’ interess pubbliku, regoli għad-divulgazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fis-settur pubbliku, miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza fil-finanzjament tal-kandidaturi għall-uffiċjali pubbliċi eletti u l-partiti politiċi, regoli għad-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-verifika ta’ tali dikjarazzjonijiet, dikjarazzjonijiet ta’ interess minn uffiċjali nazzjonali maħtura mil-liġi nazzjonali u regolamentazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ revolving doors li jinvolvu tali uffiċjali, regoli dwar in-nuqqas ta’ rappurtar ta’ assi jew interessi sostanzjali, u regoli li jirregolaw l-interazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri biex jipprevjenu l-korruzzjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, ikunu disponibbli u mfassla apposta għar-riskji speċifiċi ta’ qasam ta’ attività. It-tali miżuri għandhom tal-anqas jinkludu attivitajiet biex tissaħħaħ l-integrità u biex jiġu evitati l-opportunitajiet għall-korruzzjoni fost:
|
(a) |
l-uffiċjali ta’ livell għoli; |
|
(b) |
l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, inkluż miżuri relatati mal-ħatra u l-imġiba tagħhom. |
5. L-Istati Membri għandhom, f’intervalli xierqa, iwettqu valutazzjoni biex jidentifikaw is-setturi jew l-okkupazzjonijiet l-aktar f’riskju ta’ korruzzjoni u jiżviluppaw miżuri biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin fis-setturi jew l-okkupazzjonijiet identifikati.
6. Wara l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, jorganizzaw regolarment attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni adattati għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi jew l-okkupazzjonijiet identifikati, inkluż dwar l-etika.
7. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dinja akkademika, tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità f’attivitajiet kontra l-korruzzjoni.
Artikolu 21
Strateġiji nazzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-politiki eżistenti, kull Stat Membru għandu jadotta u jippubblika strateġija nazzjonali dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tistabbilixxi objettivi, prijoritajiet u miżuri korrispondenti u l-mezzi biex jintlaħqu dawk l-objettivi. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li tali strateġija nazzjonali tiġi żviluppata f’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, il-korpi jew l-unitajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 22, l-esperti indipendenti, ir-riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra, u għandhom iqisu l-ħtiġijiet, l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-Istati Membri.
Artikolu 22
Korpi jew unitajiet organizzazzjonali kontra l-korruzzjoni
1. Sabiex javvanzaw il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fuq bażi komuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li korp wieħed jew aktar jew unitajiet organizzazzjonali inkarigati bil-prevenzjoni tal-korruzzjoni jkunu fis-seħħ u jkollhom l-għarfien espert meħtieġ biex jiġġieldu l-korruzzjoni. Il-kompiti ta’ tali korpi jew unitajiet organizzazzjonali jistgħu jinkludu, kif xieraq:
|
(a) |
il-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali nazzjonali, kif maħtura skont il-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli ta’ trasparenza applikabbli għall-uffiċjali nazzjonali u għall-entitajiet pubbliċi; |
|
(c) |
il-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet statutorji u r-regoli relatati mal-kunflitti ta’ interess fis-settur pubbliku; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni ta’ setturi jew impjiegi l-aktar f’riskju ta’ korruzzjoni; |
|
(e) |
il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew l-unitajiet organizzazzjonali inkarigati mir-repressjoni tal-korruzzjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ korp wieħed jew diversi korpi jew unitajiet organizzazzjonali inkarigati bir-repressjoni u l-investigazzjoni tal-korruzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korpi jew l-unitajiet organizzazzjonali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:
|
(a) |
joperaw mingħajr interferenza bla bżonn; |
|
(b) |
ikunu magħrufa mill-pubbliku; |
|
(c) |
fejn rilevanti, jieħu deċiżjonijiet jew jagħmlu rakkomandazzjonijiet f’konformità ma’ proċeduri trasparenti stabbiliti bil-liġi, b’regolamenti jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi; |
|
(d) |
jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ewlenin tagħhom u r-riżultati tagħhom. |
Artikolu 23
Riżorsi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi jew l-unitajiet organizzazzjonali inkarigati bil-prevenzjoni u r-repressjoni tal-korruzzjoni jkollhom għadd adegwat ta’ persunal kwalifikat u r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 24
Taħriġ
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdi taħriġ aġġornat għall-uffiċjali nazzjonali tiegħu biex ikunu jistgħu jidentifikaw forom differenti ta’ korruzzjoni u riskji ta’ korruzzjoni li jistgħu jseħħu fl-eżerċizzju ta’ dmirijiethom u biex jirreaġixxu b’mod f’waqtu u xieraq għal kwalunkwe attività suspettuża.
2. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdi taħriġ speċjalizzat u aġġornat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji inkarigati minn investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti kriminali ta’ reati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 25
Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw reati jew li jassistu fl-investigazzjoni tagħhom
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tkun applikabbli għar-rappurtar tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 ta’ din id-Direttiva u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw tali reati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.
2. Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe persuna li tirrapporta r-reati msemmija f’din id-Direttiva, li tipprovdi evidenza jew li b’xi mod ieħor tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, jkollha aċċess għal miżuri ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 26
Għodod ta’ investigazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod investigattivi effettivi u proporzjonati, ikunu disponibbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva. Meta jkun xieraq, dawk l-għodod għandhom jinkludu għodod investigattivi speċjali, bħal dawk użati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew f’każijiet oħra ta’ reati kriminali serji.
Artikolu 27
Iffriżar u konfiska
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu t-traċċar, l-identifikazzjoni, l-iffriżar u l-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat mir-reati kriminali msemmija fil-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri marbuta bid-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) għandhom jieħdu l-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu f’konformità ma’ dik id-Direttiva.
Artikolu 28
Skambju ta’ informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA) tal-Europol tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2023/977.
Artikolu 29
Drittijiet tal-vittmi
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2012/29/UE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw id-drittijiet rilevanti skont il-liġi applikabbli għall-vittmi ta’ reati skont din id-Direttiva, inkluż persuni ġuridiċi, fejn applikabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 30
Drittijiet għall-pubbliku kkonċernat li jipparteċipa fi proċedimenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 9 ta’ din id-Direttiva u l-persuni li jkollhom interess suffiċjenti jew li jsostnu d-dgħajfien ta’ dritt, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali, ikollhom drittijiet proċedurali xierqa fil-proċedimenti li jikkonċernaw dawk ir-reati, meta tali drittijiet proċedurali għall-pubbliku kkonċernat ikunu jeżistu fl-Istat Membru fi proċedimenti li jikkonċernaw reati kriminali oħra, pereżempju bħala parti ċivili.
Artikolu 31
Sospensjoni jew riassenjazzjoni ta’ uffiċjal pubbliku
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu proċeduri kriminali, amministrattivi jew dixxiplinari li taħthom uffiċjal pubbliku akkużat b’reat kriminali msemmi f’din id-Direttiva jista’, fejn xieraq, jiġi sospiż jew assenjat mill-ġdid temporanjament mill-awtorità kompetenti, bir-rispett dovut għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.
KAPITOLU IV
KOORDINAZZJONI U KOOPERAZZJONI
Artikolu 32
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni
Meta jkun hemm suspett li r-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva jkunu ta’ natura transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw li jirreferu l-informazzjoni relatata ma’ dawk ir-reati lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni kompetenti u xierqa.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali, l-Istati Membri, il-Europol, l-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Kummissjoni għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw ma’ xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva. Għal dak il-għan, il-Eurojust għandha, meta jkun xieraq, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni u l-OLAF jistgħu, fejn xieraq, jipprovdu assistenza.
Artikolu 33
Appoġġ mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom
1. Il-Kummissjoni għandha tħejji ħarsa ġenerali lejn ir-riskji settorjali tal-korruzzjoni fl-Unjoni u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u l-esperti madwar l-Unjoni.
2. Il-kompiti tal-Kummissjoni, permezz tan-network tal-UE kontra l-korruzzjoni, għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-prattikanti, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-esperti, ir-riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra tal-Istati Membri; |
|
(b) |
fuq talba, l-appoġġ lill-partijiet ikkonċernati kollha, u b’mod partikolari lill-Istati Membri, fl-attivitajiet tagħhom, billi jiġu żviluppati l-aħjar prattiki, materjali ta’ gwida mhux vinkolanti u metodoloġiji. |
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżorsi finanzjarji fil-livell tal-Unjoni disponibbli għall-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż programmi tal-Unjoni kontra l-korruzzjoni ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 34
Ġbir ta’ data u statistika
1. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-għoti ta’ data statistika anonimizzata dwar ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 ta’ din id-Direttiva.
2. Id-data statistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha, bħala minimu, tinkludi d-data eżistenti li ġejja, meta tkun disponibbli f’livell ċentrali:
|
(a) |
l-għadd ta’ reati kriminali rreġistrati u deċiżi mill-Istati Membri; |
|
(b) |
l-għadd ta’ kawżi miċħuda fil-qorti, inkluż l-għadd ta’ kawżi miċħuda għal raġuni ta’ skadenza tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għar-reat kriminali kkonċernat; |
|
(c) |
l-għadd ta’ riżoluzzjonijiet mingħajr proċess għal każijiet tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 11, meta tali mekkaniżmi jeżistu fi Stat Membru fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti rilevanti; |
|
(d) |
l-għadd ta’ persuni fiżiċi bi speċifikazzjoni, meta disponibbli, tal-għadd ta’ uffiċjali pubbliċi u uffiċjali ta’ livell għoli li ġew:
|
|
(e) |
l-għadd ta’ persuni ġuridiċi li ġew:
|
|
(f) |
it-tipi u l-livelli ta’ pieni imposti għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 11; |
|
(g) |
l-għadd ta’ maħfriet relatati ma’ kundanni fir-rigward tal-Artikoli 3, 4, 5 u 6. |
3. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali u fejn possibbli sal-1 ta’ Ġunju, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, jippubblikaw, f’format li jinqara mill-magni, faċilment aċċessibbli u komparabbli, id-data statistika msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena preċedenti u jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 35
Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/JHA u tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
1. Id-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/JHA hija sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni Kwadru fil-liġi nazzjonali.
Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/JHA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. B’mod partikolari, ir-referenzi għall-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/568/JHA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva.
2. Il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hija sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva.
Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, ir-referenzi għal dik il-Konvenzjoni għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. B’mod partikolari, ir-referenzi għall-Artikolu 3 ta’ dik il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 36
Emendi għad-Direttiva (UE) 2017/1371
Id-Direttiva (UE) 2017/1371 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
(*1) Id-Direttiva (UE) 2026/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2026 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2026/1021, 11.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2026/1021/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li tixħim passiv u attiv fis-settur pubbliku, meta mwettqa intenzjonalment, ikunu jikkostitwixxu reati kriminali.
|
|
(3) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Ċirkostanzi aggravanti u mitiganti L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta jitwettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4 jew 5 ta’ din id-Direttiva f’organizzazzjoni kriminali kif definit fid-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI, dan għandu jitqies bħala ċirkostanza aggravanti. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċirkostanza waħda jew aktar msemmija fl-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva (UE) 2026/1021 jistgħu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti u mitiganti, fir-rigward tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva.” |
|
(5) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Pieni għall-persuni ġuridiċi 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 6 tkun punibbli b’pieni jew miżuri kriminali jew mhux kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-pieni jew il-miżuri għal persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali, li l-ammont tagħhom għandu jkun proporzjonat għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u ċirkostanzi oħra tal-persuna ġuridika kkonċernata, u jistgħu jinkludu pieni jew miżuri kriminali jew mhux kriminali oħra li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva (UE) 2026/1021. Sa fejn il-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva, għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 4(2) u (3) ta’ din id-Direttiva, huwa applikabbli l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2026/1021.” |
|
(6) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 37
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2028.
Madankollu, għall-obbligi skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2029.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 38
Evalwazzjoni u rappurtar
1. Sal-1 ta’ Ġunju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
2. Sal-1 ta’ Ġunju 2032, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-valur miżjud ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż valutazzjoni tal-Artikolu 7 u l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jkopri wkoll l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tiddeċiedi dwar azzjonijiet xierqa ta’ segwitu.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 40
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strażburgu, id-29 ta’ April 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU C, C/2024/886, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/886/oj.
(2) ĠU C, C/2024/1048, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1048/oj.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2026.
(4) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2003/568/oj).
(5) Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1673/oj).
(7) Id-Direttiva (UE) 2024/1260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (ĠU L, 2024/1260, 2.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1260/oj).
(8) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/81/oj).
(9) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/23/oj).
(10) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).
(11) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj).
(12) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2008/841/oj).
(13) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrappurtaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/oj).
(14) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj).
(15) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj).
(16) Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/603/oj).
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1240/oj).
(19) Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1862/oj).
(20) Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/681/oj).
(21) Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1153/oj).
(22) Id-Direttiva (UE) 2023/977 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (ĠU L 134, 22.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/977/oj).
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/633/oj).
(24) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj).
(26) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).
(27) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċiżżju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2009/948/oj).
(28) Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/42/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2026/1021/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)