SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Qorti Plenarja)
21 ta’ April 2026 ( *1 )
Werrej
|
I. Il-kuntest ġuridiku |
|
|
A. Id-dritt internazzjonali |
|
|
B. Id-dritt tal-Unjoni |
|
|
1. Id‑dritt primarju |
|
|
a) It-Trattat UE |
|
|
b) It-Trattat FUE |
|
|
c) Il-Karta |
|
|
2. Id-dritt sekondarju |
|
|
a) Id-Direttiva 2000/31 |
|
|
b) Id-Direttiva 2006/123 |
|
|
c) Id-Direttiva 2010/13 |
|
|
d) Id-Direttiva 2015/1535 |
|
|
e) Id-Direttiva 2018/1808 |
|
|
f) Il-GDPR |
|
|
C. Id-dritt Ungeriż |
|
|
1. Il-Liġi Fundamentali Ungeriża |
|
|
2. Il-Kodiċi Ċivili Ungeriż |
|
|
3. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal |
|
|
4. Il-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali |
|
|
5. Il-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media |
|
|
6. Il-Liġi dwar il-Fedina Penali |
|
|
7. Il-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika |
|
|
II. Il‑proċedura prekontenzjuża u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
III. Fuq ir-rikors |
|
|
A. Fuq l-ewwel sat-tielet u l-ħames ilment, ibbażati fuq ksur tad-Direttiva 2000/31, tad-Direttiva 2006/123, tad-Direttiva 2010/13, tal-Artikolu 56 TFUE u kif ukoll tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta |
|
|
1. Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tad-Direttiva 2010/13 |
|
|
a) Fuq il‑ksur tal‑Artikolu 6a(1) tad‑Direttiva 2010/13 |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
b) Fuq il-ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/13 |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
c) Fuq il-ksur tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13 |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
d) Konklużjoni |
|
|
2. Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31 |
|
|
a) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31 |
|
|
1) Fuq l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2) Fuq l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
b) Fuq il-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet abbażi tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/31 |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
c) Konklużjoni |
|
|
3. Fuq it-tielet ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE |
|
|
a) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE |
|
|
1) Fuq l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2) Fuq l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
3) Fuq l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
b) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
c) Konklużjoni |
|
|
4. Fuq il-ħames ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta |
|
|
a) Fuq l-applikabbiltà tal-Karta għall-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u għall-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika |
|
|
b) Fuq l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 21 tal-Karta |
|
|
c) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjonijiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet ggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta |
|
|
1) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjoni tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit fl-Artikolu 7 tal-Karta |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjoni tal-libertà ta’ espressjoni ggarantita fl-Artikolu 11 tal-Karta |
|
|
i) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
d) Fuq il-ġustifikazzjoni tal-limitazzjonijiet tad-drittijiet u tal-libertajiet ggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta |
|
|
e) Fuq l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 1 tal-Karta |
|
|
1) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
f) Konklużjoni |
|
|
B. Fuq is-sitt ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
a) Fuq in-natura vinkolanti tal-Artikolu 2 TUE |
|
|
b) Fuq il-ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 2 TUE |
|
|
C. Fuq ir-raba’ lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-GDPR u tal-Artikolu 8(2) tal-Karta |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
Fuq l-ispejjeż |
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi restrizzjonijiet fir-rigward tad-diverġenzi mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità sabiex jiġu protetti t-tfal – Direttivi 2000/31/KE, 2006/123/KE, 2010/13/UE – Regolament (UE) 2016/679 – Restrizzjonijiet fuq l-edukazzjoni sesswali – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Valuri tal-Unjoni Ewropea stipulati fl-Artikolu 2 TUE – Invokazzjoni ta’ ksur ta’ dawn il-valuri f’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ta’ data personali”
Fil-Kawża C‑769/22,
li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fid‑19 ta’ Diċembru 2022,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata inizjalment minn V. Di Bucci, L. Malferrari, J. Tomkin u K. Talabér-Ritz, sussegwentement minn D. Calleja Crespo, L. Malferrari, J. Tomkin u K. Talabér-Ritz, bħala aġenti,
rikorrenti,
sostnuta minn:
Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat minn C. Jacob, M. Jacobs, C. Pochet, A. Van Baelen u L. Van den Broeck, bħala aġenti,
Ir-Renju tad-Danimarka, irrappreżentat minn D. Elkan, J. Farver Kronborg u C. A.-S. Maertens, bħala aġenti,
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, irrappreżentata minn J. Möller, R. Kanitz u N. Scheffel, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tal-Estonja, irrappreżentata minn H. Hirsik u M. Kriisa, bħala aġenti,
L-Irlanda, irrappreżentata inizjalment minn M. Browne, Chief State Solicitor, A. Joyce, M. Lane u D. O’Reilly, bħala aġenti, sussegwentement minn M. Browne, Chief State Solicitor, R. Fanning, Attorney General, A. Burke u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn B. Quigley, SC, u S. Brittain, BL,
Ir-Repubblika Ellenika, irrappreżentata minn K. Boskovits, bħala aġent,
Ir-Renju ta’ Spanja, irrappreżentat minn A. Gavela Llopis, A. Pérez-Zurita Gutiérrez u J. Ruiz Sánchez, bħala aġenti,
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata inizjalment minn B. Fodda, E. Leclerc u T. Stéhelin, sussegwentement minn B. Fodda u T. Stéhelin, bħala aġenti,
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, irrappreżentat minn A. Germeaux u T. Schell, bħala aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avocat,
Ir-Repubblika ta’ Malta, irrappreżentata minn A. Buhagiar, bħala aġent, assistita minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado,
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, irrappreżentat minn M. K. Bulterman, C. S. Schillemans u J. Langer, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tal-Awstrija, irrappreżentata minn A. Posch u J. Schmoll, bħala aġenti,
Ir-Repubblika Portugiża, irrappreżentata minn P. Barros da Costa, L. Medeiros u A. Pimenta, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tas-Slovenja, irrappreżentata minn A. Vran, bħala aġent,
Ir-Repubblika tal-Finlandja, irrappreżentata minn H. Leppo, bħala aġent,
Ir-Renju tal-Isvezja, irrappreżentat inizjalment minn H. Eklinder, F.‑L. Göransson, C. Meyer-Seitz, A. M. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Shev u O. Simonsson, bħala aġenti, sussegwentement minn H. Eklinder, F.-L. Göransson, C. Meyer-Seitz, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson u O. Simonsson, bħala aġenti,
Il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn G. Corstens, E. Paladini u A. Tamás, bħala aġenti,
intervenjenti,
vs
L-Ungerija, irrappreżentata minn M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,
konvenuta,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Seduta Plenarja),
komposta minn K. Lenaerts, President, T. von Danwitz, Viċi President, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos, I. Jarukaitis, M. L. Arastey Sahún (Relatriċi), I. Ziemele, J. Passer, O. Spineanu-Matei, M. Condinanzi u F. Schalin, Presidenti ta’ Awla, S. Rodin, E. Regan, N. Piçarra, A. Kumin, N. Jääskinen, D. Gratsias, M. Gavalec, B. Smulders, S. Gervasoni, N. Fenger u R. Frendo, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,
Reġistratur: I. Illéssy, amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑19 ta’ Novembru 2024,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali fis-seduta tal‑5 ta’ Ġunju 2025,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt internazzjonali
|
2 |
L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali, iffirmata fi Strasbourg fil‑5 ta’ Mejju 1989, jistipula: “Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni b’mod konformi mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni [Ewropea] għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 [iktar ’il quddiem il-‘KEDB’], u għandhom jiggarantixxu l-libertà ta’ riċezzjoni u ma għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjoni mill-ġdid fit-territorju tagħhom ta’ servizzi ta’ programmi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
3 |
L-Artikolu 7(2) ta’ din il-konvenzjoni jipprevedi: “L-elementi tas-servizzi ta’ programmi li jistgħu jippreġudikaw l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tat-tfal jew tal-adolexxenti ma għandhomx jiġu trażmessi meta dawn tal-aħħar jistgħu, minħabba l-ħin ta’ trażmissjoni u ta’ riċezzjoni, jarawhom.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
B. Id-dritt tal-Unjoni
1. Id‑dritt primarju
a) It-Trattat UE
|
4 |
L-Artikolu 2 TUE jipprevedi: “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.” |
|
5 |
L-Artikolu 4(2) u (3) TUE jipprovdi: “2. L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza ta’ l-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. Hija għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali ta’ l-Istat, iż-żamma ta’ l-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. B’mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa’ r-responsabbiltà unika ta’ kull Stat Membru. 3. Skond il-prinċipju tal-koperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jitwettqu. L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’periklu l-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Unjoni.” |
|
6 |
L-Artikolu 7 TUE jipprovdi: “1. Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura. Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi. 2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu. 3. Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi. L-obbligi ta’ l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat. […]” |
|
7 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE: “Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.” |
|
8 |
L-Artikolu 49 TUE jipprovdi: “Kull Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 u jimpenja ruħu sabiex jippromwovihom jista’ japplika sabiex jsir membru ta’ l-Unjoni. […] […]” |
b) It-Trattat FUE
|
9 |
L-Artikolu 16(1) TFUE jipprovdi: “Kull persuna għandha jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha.” |
|
10 |
L-Artikolu 34 TFUE jipprovdi: “Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri.” |
|
11 |
L-Artikolu 36 TFUE jipprevedi: “Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 34 u 35 inklużi m’għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, esportazzjoni jew transitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni jew ta’ annimali, jew il-preservazzjoni tal-pjanti, il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m’għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.” |
|
12 |
Skont l-Artikolu 56 TFUE: “Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għal servizzi mogħtija minn ċittadini ta’ Stat terz li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.” |
|
13 |
L-Artikolu 57 TFUE huwa fformulat kif ġej: “Servizzi fis-sens tat-Trattati għandhom jitqiesu li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni. […]” |
|
14 |
L-Artikolu 165 TFUE jipprevedi: “1. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tinkoraġġixxi koperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom. […]” |
|
15 |
L-Artikolu 166(1) TFUE jipprovdi: “L-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-formazzjoni vokazzjonali.” |
|
16 |
L-Artikolu 258 TFUE jipprovdi li: “Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.” |
c) Il-Karta
|
17 |
L-Artikolu 1 tal-Karta huwa fformulat kif ġej: “Id-dinjità tal-bniedem hija invjolabbli. Hija għandha tkun irrispettata u protetta.” |
|
18 |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprovdi: “Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-kommunikazzjonijiet tagħha.” |
|
19 |
Skont l-Artikolu 8 tal-Karta: “1. Kull persuna għandha jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha. 2. Din id-data għandha tiġi ttrattata b’mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha. […]” |
|
20 |
L-Artikolu 11 tal-Karta jipprevedi: “1. Kull persuna għandha d-dritt għal-libertà ta’ l-espressjoni. Dan id-dritt jinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li tirċievi jew tagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u indipendentement mill-fruntieri. 2. Il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni għandhom ikunu rrispettati.” |
|
21 |
L-Artikolu 14(3) tal-Karta jipprovdi: “Il-libertà li jiġu mwaqqfa stabbilimenti ta’ tagħlim b’rispett għall-prinċipji demokratiċi kif ukoll id-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom, skond it-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom għandhom jiġu rispettati, skond il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ din il-libertà u dan id-dritt.” |
|
22 |
Skont l-Artikolu 20 tal-Karta: “Kull persuna hija ugwali f’għajnejn il-liġi.” |
|
23 |
L-Artikolu 21 tal-Karta jaqra kif ġej: “1. Kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali għandha tkun projbita. […]” |
|
24 |
L-Artikolu 24 tal-Karta jipprevedi: “1. It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-ġid tagħhom. Huma jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom liberament. Dawn l-opinjonijiet għandhom jitqiesu f’materji li jirrigwardawhom skond l-età u l-maturità tagħhom. 2. Fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja. […]” |
|
25 |
L-Artikolu 52 tal-Karta jipprovdi: “1. Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. […] 3. Safejn din il-Karta fiha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-[KEDB], it-tifsira u l-ambitu ta’ dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija. Din id-dispożizzjoni ma żżommx lil-liġi ta’ l-Unjoni milli jipprevedi protezzjoni aktar estensiva.” […] |
2. Id-dritt sekondarju
a) Id-Direttiva 2000/31
|
26 |
Il-premessi 8, 10, 18, 21 u 22 tad-Direttiva 2000/31 jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
|
|
27 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/31 jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Din id-Direttiva tfittex li tikkontribwixxi għal funzjonament sewwa tas-suq intern billi tassigura l-moviment liberu bejn l-Istati Membri ta’ servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni. 2. Din id-Direttiva tressaq, sal-limiti meħtieġa għall-akkwist tal-għanijiet stipulati fil-paragrafu 1, ċerti disposizzjonijiet nazzjonali dwar servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni li jirrigwardaw is-suq intern, l-istabbiliment ta’ dawk li jipprovdu servizzi, komunikazzjonijiet kummerċjali, kuntratti elettroniċi, ir-responsabbilità ta’ intermedjarji, kodiċi ta’ kondotta, ftehim fuq kwistjonijiet barra mill-qorti, azzjonijiet ġudizzjarji u koperazzjoni bejn Stati Membri.” |
|
28 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, dawn it-termini li ġejjin għandu jkollhom dawn it-tifsiriet:
[…]
|
|
29 |
Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva: “1. Kull Stat Membru għandu jassigura li s-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni provduti minn dak li jipprovdi servizz li jkun stabbilit fit-territorju tiegħu ikun konformi mad-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru f’dak il-każ li huwa fil-qasam ikkordinat. 2. L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jidħlu fil-qasam ikkordinat, jillimitaw il-libertà li jkunu provduti servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor. 3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu applikabbli fl-oqsma li hemm referenza għalihom fl-Anness. 4. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jidderogaw mill-paragrafu 2 fir-rigward ta’ servizz partikolari għas-soċjetà [minn soċjetà] ta’ l-informazzjoni jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu mwettqa:
5. L-Istati Membri jistgħu, f’każ ta’ urġenza, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4(b). Meta dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom ikunu innotifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, b’indikazzjonijiet tar-raġunijiet il-għala l-Istat Membru jikkunsidra li hemm urġenza. 6. Mingħajr preġudizzju għal possibilità ta’ l-Istat Membru li jipproċedi bil-miżuri f’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha teżamina il-kompatibilità tal-miżuri notifikati minn liġi ta’ Komunità fl-iqsar żmien possibbli; meta dan jasal għal konklużjoni li l-miżura tkun inkompatibbli mal-liġi tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru f’dak il-każ li jibqa’ lura milli jieħu xi miżuri proposti jew biex iwaqqaf urġentement il-miżuri f’dak il-każ.” |
|
30 |
L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bidu u l-prattika ta’ l-attività ta’ dak li jipprovdi servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni ma jkunux jistgħu jsiru suġġetti għal awtorizzazzjoni bil-quddiem jew ta’ ħtiġijiet oħra li jkollhom effett ekwivalenti. 2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal skemi ta’ awtorizzazzjoni li ma humiex speċifikament u esklussivament immirati lejn servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni […]” |
b) Id-Direttiva 2006/123
|
31 |
Il-premessi 7, 9 u 27 tad-Direttiva 2006/123 jiddikjaraw:
[…]
[…]
|
|
32 |
L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jħaffu l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi, filwaqt li tinżamm kwalità għolja tas-servizzi.” |
|
33 |
L-Artikolu 2(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprevedi: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi pprovduti mill-fornituri stabbiliti fi Stat Membru. 2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn l-attivitajiet:
[…]
[…]
[…]
[…]” |
|
34 |
L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva jaqra kif ġej: “Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att Komunitarju ieħor li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ l-att Komunitarju l-ieħor jipprevalu u għandhom japplikaw f’dawk is-setturi jew professjonijiet speċifiċi. Dawn jinkludu:
|
|
35 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 jiddefinixxi, rispettivament fil-punti 1 u 7, “servizz” bħala attività ekonomika li ma ssirx f’kuntest ta’ impjieg, normalment eżerċitata għal remunerazzjoni, prevista fl-Artikolu 57 TFUE, u “rekwiżit” bħala kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri jew bħala riżultat tal-ġurisprudenza, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju tal-awtonomija legali tagħhom. |
|
36 |
Skont l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva: “1. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt tal-fornituri li jfornu servizzi fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn huma stabbiliti. L-Istat Membru fejn ġie provdut is-servizz għandu jiżgura aċċess liberu u eżerċizzju liberu ta’ attività ta’ servizz fi ħdan it-territorju tiegħu. L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu l-aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom soġġett għal konformità ma’ xi rekwiżit li ma jirrispettax il-prinċipji li ġejjin:
2. L-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw il-libertà għall-provvista ta’ servizzi f’każ ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor billi jimponu xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
3. L-Istat Membru fejn il-fornitur imur m’għandux ikun imxekkel milli jimponi rekwiżiti fir-rigward tal-provvista ta’ attività ta’ servizz, fejn ikunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent u skond il-paragrafu 1. Dak l-Istat Membru lanqas m’għandu jkun imxekkel milli japplika, bi qbil mal-liġi Komunitarja, ir-regoli tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta’ impjieg, inklużi dawk stabbiliti fi ftehim kollettiv. […]” |
|
37 |
L-Artikolu 19 tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti fuq riċevitur li jillimitaw l-użu ta’ servizz provdut minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, b’mod partikolari r-rekwiżiti li ġejjin:
|
c) Id-Direttiva 2010/13
|
38 |
Il-premessi 11, 18, 31, 33, 41, 60, 83 u 104 tad-Direttiva 2010/13 jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
39 |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13 jipprovdi: “Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]
[…]” |
|
40 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha trasmessi minn fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkunu konformi mar-regoli fis-sistema tal-liġi applikabbli għal servizzi tal-media awdjoviżiva maħsuba għall-pubbliku f’dak l-Istat Membru. […]” |
|
41 |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jaqra kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u m’għandhomx jirrestrinġu fit-territorju tagħhom re-trasmissjonijiet ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħrajn għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. 2. Stat Membru jista’ proviżorjament jidderoga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor manifestament, serjament u gravement jikser il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6a(1) jew jippreġudika jew jippreżenta riskju ta’ preġudizzju serju u gravi għas-saħħa pubblika. Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat u wara li [l-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA)] jkun intalab jagħti opinjoni f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. […]” |
|
42 |
Skont l-Artikolu 4 tal-istess direttiva: “1. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma’ regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, dment li tali regoli jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. 2. Fejn Stat Membru:
huwa jista’ jitlob lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni biex jindirizza kwalunkwe problema identifikata fir-rigward ta’ dan il-paragrafu. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jikkooperaw b’mod sinċier u rapidu bil-ħsieb li jiksbu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma. Meta jirċievi talba sostanzjata skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-media biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali inkwistjoni. L-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma regolarment lill-Istat Membru li jagħmel talba dwar il-passi meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-problemi identifikati. Fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jispjega r-raġunijiet fejn ma tkunx instabet soluzzjoni. Kull wieħed mill-Istati Membri jista’ jistieden lill-Kumitat ta’ Kuntatt biex jeżamina l-każ fi kwalunkwe ħin. 3. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jadotta miżuri xierqa kontra l-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat fejn:
Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b’mod nondiskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu. 4. Stat Membru jista’ biss jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
5. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li mhumiex, hija għandha tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat biex iżomm lura milli jieħu l-miżuri maħsuba. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu d-deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika, titlob lill-Istat Membru kkonċernat, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. It-terminu ta’ żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien stipulat ma għandux idum iktar minn xahar. 6. L-Istati Membri għandhom, b’mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-liġi nazzjonali tagħhom, li l-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw b’mod effikaċi ma’ din id-Direttiva. 7. Id-Direttiva [2000/31] għandha tapplika dment li ma ġiex previst mod ieħor f’din id-Direttiva. Fil-każ ta’ konflitt bejn id-Direttiva 2000/31/KE u din id-Direttiva, din id-Direttiva għandha tipprevali, dment li ma ġiex previst mod ieħor f’din id-Direttiva.” |
|
43 |
L-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2010/13 jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jħarsu d-dinjità umana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mezzi xierqa li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda:
|
|
44 |
L-Artikolu 6a ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva provduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b’tali mod li jkun żgurat li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jisimgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħra. Huma għandhom ikunu proporzjonati għall-ħsara potenzjali tal-programm. L-aktar kontenut ta’ ħsara, bħal vjolenza u pornografija bla ħlas, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti. […]” |
|
45 |
L-Artikolu 9(1)(c) u (g) tal-imsemmija direttiva jaqra kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: […]
[…]
|
|
46 |
Skont l-Artikolu 28b tal-istess direttiva: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-[Direttiva 2000/31], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-pjattaformi ta’ video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jiġu kkummerċjalizzati, jinbiegħu jew jiġu organizzati minn dawk il-fornituri tal-pjattaformi ta’ video-sharing. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li mhumiex ikkummerċjalizzati, mibjugħa jew organizzati minn dawk il-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing, b’kont meħud tal-kontroll limitat eżerċitat minn dawk il-pjattaformi ta’ video-sharing fuq dawk il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing jinfurmaw b’mod ċar lill-utenti meta l-programmi u l-videos iġġenerati mill-utenti jkun fihom komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, dment li tali komunikazzjonijiet huma ddikjarati taħt il-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 jew il-fornitur jkun jaf dwar dan il-fatt. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) li għandhom l-għan li jnaqqsu effettivament l-esponiment ta’ tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel u xorb li fihom nutrijenti, u sustanzi b’effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b’mod partikolari xaħam, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex rakkomandat. L-għan ta’ dawk il-kodiċijiet għandu jkun li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta’ tali ikel u xorb. 3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-miżuri xierqa għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista’ jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta’ persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inkluż dawk tal-fornituri tal-pjattaformi ta’ video-sharing u l-utenti li jkunu ħolqu jew tellgħu l-kontenut, kif ukoll l-interess pubbliku ġenerali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta’ pjattaformi ta’ video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu prattikabbli u proporzjonati, b’kont meħud tad-daqs ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing u n-natura tas-servizz li jiġi pprovdut. Dawk il-miżuri ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta’ kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella’ li ma jikkonformax mal-Artikolu 15 tad-[Direttiva 2000/31]. Għall-iskopijiet tal-protezzjoni tal-minuri, prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-aktar kontenut ta’ ħsara għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti tal-kontroll tal-aċċess. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq:
Data personali ta’ minorenni miġbura jew iġġenerata b’mod ieħor mill-fornituri ta’ pjattaformi ta’ video-sharing skont il-punti (f) u (h) tat-tielet subparagrafu ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta’ profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba. 4. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1). 5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 meħudin minn fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali bil-valutazzjoni ta’ dawk il-miżuri. 6. L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing miżuri li huma aktar dettaljati jew stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta jadottaw tali miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju dawk stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 15 tad-[Direttiva 2000/31] jew fl-Artikolu 25 tad-[Direttiva 2011/93]. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mekkaniżmi ta’ rimedju barra mill-qorti jkunu disponibbli għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing b’rabta mal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3. Mekkaniżmi bħal dawn għandhom jagħmluha possibbli li t-tilwimiet jiġu solvuti b’mod imparzjali u m’għandhomx iċaħħdu lill-utent mill-protezzjoni legali mogħtija mil-liġi nazzjonali. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom quddiem qorti fir-rigward ta’ fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing skont il-paragrafi 1 u 3. 9. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-fornituri ta’ pjattaformi ta’ video-sharing biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta koregolatorji msemmija fil-paragrafu 4. 10. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz tal-kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4a(2).” |
d) Id-Direttiva 2015/1535
|
47 |
L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2015/1535 jiddefinixxi bħala “servizz”“kull servizz tas-Soċjetà tal-Informatika, jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal remunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi”. |
|
48 |
L-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li: “Soġġetti għall-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir-regolament tekniku, fejn dawk ir-raġunijiet ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz. Fejn ikun xieraq, u għajr jekk ma jkunux diġà bagħtuh b’komunikazzjoni minn qabel, l-Istati Membri għandhom simultanjament jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet bażiċi leġislattivi jew regolatorji interessati prinċipalment u direttament lill-Kummissjoni, jekk it-tagħrif ta’ dan it-test ikun meħtieġ biex jistma l-implikazzjonijiet tal-abozz ta’ regolament tekniku. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-abbozz tar-regolament tekniku mill-ġdid lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu jekk jagħmlu tibdil lill-abbozz li jkollu l-effett li jibdel b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, iqassru l-iskeda imfassla oriġinarjament għall-implimentazzjoni, iżidu l-ispeċifikazzjonijiet jew il-ħtiġijiet jew jagħmlu lil dawn tal-aħħar iktar stretti. […] Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mill-ewwel lill-Istati Membri l-oħra bl-abbozz tar-regolament tekniku u d-dokumenti kollha li jkunu ntbagħtulha; tista’ wkoll tirreferi dan l-abbozz, għal opinjoni, lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, lill-kumitat responsabbli mill-qasam involut inkwistjoni. Rigward l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew ir-regoli dwar servizzi li hemm referenza għalihom fil-punt (iii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva, il-kummenti jew l-opinjonijiet dettaljati tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri jista’ jkollhom x’jaqsmu biss mal-aspetti li jistgħu jfixklu l-kummerċ jew, rigward ir-regoli dwar servizzi, il-moviment liberu tas-servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment ta’ operaturi tas-servizz u mhux l-aspetti fiskali jew finanzjarji tal-miżura.” |
e) Id-Direttiva 2018/1808
|
49 |
Il-premessa 20 tad-Direttiva 2018/1808 tiddikjara: “Il-miżuri adatti għall-protezzjoni tal-minorenni applikabbli għas-servizzi tax-xandir televiżiv jenħtieġ li japplikaw ukoll għal servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Dak għandu jżid il-livell ta’ protezzjoni. L-approċċ ta’ armonizzazzjoni minima jippermetti li l-Istati Membri jiżviluppaw livell ogħla ta’ protezzjoni [kontra] kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. L-aktar kontenut ta’ ħsara, li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali ta’ minorenni, iżda li mhux bilfors jikkostitwixxi reat kriminali, għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti bħall-kriptaġġ u kontrolli effettivi tal-ġenituri, mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ miżuri aktar stretti mill-Istati Membri.” |
f) Il-GDPR
|
50 |
Il-premessi 1, 4, 10 u 154 tal-GDPR jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
|
|
51 |
L-Artikolu 1 tal-GDPR jipprovdi: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-data personali. 2. Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta’ data personali. 3. Il-moviment liberu tad-data personali fl-Unjoni għandu jkun la ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet marbutin mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.” |
|
52 |
L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “1. Id-data personali għandha:
[…]
[…]” |
|
53 |
L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament jaqra kif ġej: “1. L-ipproċessar għandu jkun legali biss jekk u safejn mill-inqas ikun japplika wieħed mill-punti li ġejjin:
Il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-ipproċessar li jitwettaq minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. […]” |
|
54 |
Skont l-Artikolu 10 tal-istess regolament: “L-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati jew relatata ma’ miżuri ta’ sigurtà abbażi tal-Artikolu 6(1) għandu jsir biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew meta l-ipproċessar ikun awtorizzat minn liġi tal-Unjoni jew liġi ta’ Stat Membru li tipprevedi salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Kwalunkwe reġistru komprensiv ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.” |
|
55 |
L-Artikolu 24 tal-GDPR jipprovdi: “1. B’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar isir f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fejn meħtieġ. 2. Fejn dawn ikunu proporzjonati fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ pproċessar, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ politiki adatti dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur. 3. Il-konformità mal-kodiċijiet tal-kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 40 jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati kif imsemmi fl-Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera l-konformità mal-obbligi tal-kontrollur.” |
|
56 |
L-Artikolu 86 ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “Id-data personali f’dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jew korp privat għat-twettiq ta’ kompitu li jitwettaq fl-interess pubbliku tista’ tiġi żvelata mill-awtorità jew il-korp f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li għaliha tkun soġġetta l-awtorità jew il-korp pubbliku sabiex jiġi rikonċiljat l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali mad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali skont dan ir-Regolament.” |
C. Id-dritt Ungeriż
1. Il-Liġi Fundamentali Ungeriża
|
57 |
L-Artikolu XV(5) tal-Magyarország Alaptörvénye (il-Liġi Fundamentali Ungeriża), fil-verżjoni tagħha applikabbli għal din il-kawża, jipprevedi: “L-Ungerija għandha tipproteġi permezz ta’ miżuri speċjali l-familji, it-tfal, in-nisa, il-persuni anzjani u l-persuni b’diżabbiltà”. |
|
58 |
L-Artikolu XVI ta’ din il-liġi fundamentali jipprovdi: “1. It-tfal kollha għandhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tajjeb tagħhom L-Ungerija għandha tipproteġi d-dritt tat-tfal li jidentifikaw lilhom innifishom skont is-sess tagħhom mat-twelid, u għandha tiżgura edukazzjoni bbażata fuq valuri bbażati fuq l-identità kostituzzjonali tal-patrija tagħna u l-kultura Kristjana tagħha. 2. Il-ġenituri għandhom id-dritt li jagħżlu l-edukazzjoni li għandha tingħata lil uliedhom.” |
2. Il-Kodiċi Ċivili Ungeriż
|
59 |
L-Artikolu 4:146 tal-a polgári törvénykönyvről szóló 2013. évi V. törvény (il-Liġi Nru V tal‑2013 li Tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Ċivili Ungeriż”) jipprevedi: “1. It-tfal minuri għandhom ikunu suġġetti għall-awtorità tal-ġenituri jew għat-tutela. 2. L-awtorità tal-ġenituri għandha tinkludi d-dritt u l-obbligu li jagħżlu l-isem tat-tfal minuri, li jiddeċiedu dwar il-manteniment u l-edukazzjoni li dawn għandhom jingħataw u kif ukoll dwar ir-residenza tagħhom, li jamministraw il-beni tagħhom u jiżguraw ir-rappreżentanza legali tagħhom, kif ukoll id-dritt li jaħtru tutur u li jeskludu persuna mit‑tutela.” |
|
60 |
L-Artikolu 4:224 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi: “Sakemm din il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, it-tutur huwa l-gwardjan, l-edukatur, l-amministratur tal-beni u r-rappreżentant legali tal-minuri taħt tutela.” |
|
61 |
Skont l-Artikolu 8:1(1) tal-imsemmi kodiċi: “Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-liġi: […]
[…]” |
3. Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal
|
62 |
L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru XXXI tal‑1997 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Amministrazzjoni tat-Tutela, kif emendata bil-Liġi Emendatorja (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal”), jipprovdi: “Din il-liġi għandha l-għan li tistabbilixxi r-regoli bażiċi li skonthom l-Istat, l-awtoritajiet lokali u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal, kif ukoll organizzazzjonijiet oħra li ma għandhomx personalità ġuridika għandhom jikkontribwixxu, permezz ta’ servizzi u miżuri speċifiċi, għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-interessi legali tat-tfal u għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri, u għandhom jiżguraw il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà tat-tfal, jagħmlu tajjeb għall-assenza ta’ kura tal-ġenituri u jiżguraw l-integrazzjoni soċjali tal-adulti żgħażagħ li jkunu telqu mill-iskema ta’ protezzjoni tat-tfal.” |
|
63 |
L-Artikolu 4 ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej: “1. Din il-liġi tapplika:
[…] 3. Minbarra l-persuni msemmija fil-paragrafu [1], din il-liġi tapplika wkoll għall-protezzjoni ta’ minuri ta’ nazzjonalità li ma hijiex Ungeriża li jirrisjedi fit-territorju tal-Ungerija fil-każ fejn l-assenza ta’ tqegħid temporanju, ta’ tqegħid taħt sorveljanza edukattiva jew ta’ ħatra ta’ tutur tqiegħed lill-minuri f’perikolu jew tikkawża dannu inevitabbli.” |
|
64 |
L-Artikolu 5(s) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jiddefinixxi l-kunċett ta’ “amministratur” kif ġej:
|
|
65 |
Skont l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal: “Sabiex jiġu ggarantiti l-għanijiet ta’ din il-liġi u d-drittijiet tat-tfal, huwa pprojbit li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn timintax-il sena kontenut pornografiku, kif ukoll kontenut li juri s-sesswalità fiha nnifisha, jew li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità.” |
4. Il-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali
|
66 |
L-Artikolu 8(1) u (1a) tal-Liġi Nru XLVIII tal‑2008 dwar il-Kundizzjonijiet Bażiċi u Ċerti Restrizzjonijiet Applikabbli għall-Attivitajiet ta’ Reklamar Kummerċjali, kif emendata bil-Liġi Emendatorja (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali”), jipprovdi: “1. Ir-reklamar li jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali, emozzjonali jew morali tat-tfal u tal-minuri huwa pprojbit. 1a. Huwa pprojbit li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn tmintax-il sena reklami li juru s-sesswalità fiha nnifisha, jew li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità.” |
5. Il-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media
|
67 |
Skont l-Artikolu 9 tal-Liġi Nru CLXXXV tal‑2010 dwar is-Servizzi tal-Media u dwar il-Mezzi ta’ Komunikazzjoni tal-Massa, kif emendata bil-Liġi Emendatorja (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar is-Servizzi tal-Media”): “1. Il-fornitur ta’ servizzi tal-media lineari għandu jikklassifika l-programmi kollha li jkun beħsiebu jxandar, bl-eċċezzjoni ta’ programmi ta’ informazzjoni, programmi ta’ informazzjoni politika, programmi sportivi, riklami ta’ programmi, reklamar politiku, telebejgħ, messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni u reklami ta’ interess pubbliku, f’waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafi 2 sa 7 qabel ma dawn jiġu mxandra. […] 6. Il-programmi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, b’mod partikolari billi jkollhom bħala element determinanti l-promozzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-vjolenza, tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, kif ukoll ir-rappreżentazzjoni diretta, naturalista jew gratwita tas-sesswalità, għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategorija V. Dawn il-programmi huma kklassifikati fil-Kategorija: Mhux xierqa għal persuni taħt it-tmintax-il sena. 7. L-emissjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara serja għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, b’mod partikolari minħabba l-kontenut pornografiku tagħhom, in-natura eċċessivament vjolenti tagħhom jew minħabba l-fatt li dawn jirrappreżentaw vjolenza gratwita, għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategorija VI. 8. Il-Kunsill tal-Media għandu jippubblika, f’rakkomandazzjoni, l-prinċipji ewlenin tal-prattika tiegħu fl-applikazzjoni tal-kriterji ddettaljati li jirregolaw il-klassifikazzjoni skont il-paragrafi 2 sa 7, is-sinjali li għandhom jintużaw qabel u matul il-pubblikazzjoni ta’ kull programm u l-mod kif tiġi kkomunikata l-klassifikazzjoni, fejn dan ikun iġġustifikat mill-interess pubbliku tal-protezzjoni tal-minuri jew min-neċessità li tiġi żgurata protezzjoni uniformi tal-minuri. […]” |
|
68 |
L-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi jipprevedi li programm tal-Kategorija V jista’ jixxandar biss bejn l‑22:00 u l‑5:00. |
|
69 |
L-Artikolu 24(1) tal-imsemmija liġi jipprovdi: “Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ppubblikati fil-kuntest tas-servizzi tal-media […] ma għandhomx jinkludu diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, iċ-ċittadinanza, in-nazzjonalità, ir-reliġjon jew il-konvinzjonijiet filosofiċi, diżabbiltà fiżika jew mentali, l-età jew l-orjentament sesswali, u ma għandhomx jippromwovu tali diskriminazzjoni.” |
|
70 |
L-Artikolu 32(4a) tal-istess liġi jipprovdi: “Il-programmi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tajjeb tat-tfal, b’mod partikolari billi jkollhom bħala element determinanti r-rappreżentazzjoni tas-sesswalità fiha nnifisha, il-pornografija, kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala avviż ta’ interess pubbliku jew messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni.” |
|
71 |
L-Artikolu 179 tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jipprovdi: “[…] 2. Fil-każ ta’ problemi identifikati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-liġi u tal-Liġi dwar l-[a sajtószabadságról és a médiatartalmak alapvető szabályairól szóló 2010. évi CIV. törvény (il-Liġi Nru CIV tal-2010 dwar il-Libertà tal-Istampa u r-Regoli Fundamentali Applikabbli għall-Kontenut Imxandar mill-Media)], il-Kunsill tal-Media għandu jitlob lill-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur tas-servizzi tal-media msemmi fil-paragrafu 1 sabiex jimplimenta azzjoni effikaċi. F’dan il-kuntest, il-Kunsill tal-Media għandu jitlob lill-Istat Membru jintervjeni sabiex itemm l-okkorrenzi ta’ ksur irrapportati mill-Kunsill tal-Media. […] 4. Il-Kunsill tal-Media jista’ japplika l-konsegwenzi ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 187(3)(b) u (c), u (4) kontra l-fornitur ta’ servizzi tal-media msemmi fil-paragrafu 1 jekk:
|
|
72 |
L-Artikolu 187(3) ta’ din il-liġi jipprevedi: “Il-Kunsill tal-Media u l-Uffiċċju [tal-Awtorità Nazzjonali tal-Media u tat-Telekomunikazzjonijiet] għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw, fid-dawl tal-paragrafi 2 u 8, il-konsegwenzi ġuridiċi li ġejjin:
|
6. Il-Liġi dwar il-Fedina Penali
|
73 |
L-Artikolu 67(1) tal-Liġi Nru XLVII tal-2009 dwar il-Fedina Penali, ir-Reġistru tas-Sentenzi Mogħtija Kontra Ċittadini Ungeriżi minn Qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Reġistrazzjoni ta’ Data Bijometrika f’Materji Kriminali u Repressivi, kif emendata bil-Liġi Emendatorja (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Fedina Penali”), huwa fformulat kif ġej: “Is-servizz tal-fedina penali, abbażi tas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-fedini penali u konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi:
[…]” |
|
74 |
L-Artikolu 75/B(1) u (3) ta’ din il-liġi jaqra kif ġej: “1. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal u jiġu preklużi r-reati kontra l-libertà u l-moralità sesswali mwettqa bi ħsara għat-tfal jew bl-isfruttament tagħhom, bl-għan li jiġu kkontrollati l-persuni f’kuntatt dirett mat-tfal, fil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 u fl-Artikolu 75/C, il-korp tal-fedina penali aċċessibbli permezz ta’ interface li tista’ tintuża wara identifikazzjoni permezz ta’ servizz ta’ identifikazzjoni elettroniku pprovdut b’mod obbligatorju mill-gvern konformement mal-Liġi dwar ir-Regoli Ġenerali dwar l-Amministrazzjoni Elettronika u s-Servizzi Fiduċjarji (iktar ’il quddiem: interface) għandu jipprovdi aċċess għad-[data li ġejja dwar is-suġġett tad-data:] […] 3. Id-disponibbiltà tad-data dwar is-suġġett tad-data permezz tal-interface tista’ tinbeda jekk:
|
7. Il-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika
|
75 |
L-Artikolu 9(12) tal-Liġi Nru CXC tal‑2011 dwar l-Edukazzjoni Pubblika Nazzjonali, kif emendata bil-Liġi Emendatorja (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika”), huwa fformulat kif ġej: “Fl-attivitajiet organizzati għall-istudenti dwar il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali, għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XVI(1) tal-Liġi Fundamentali [Ungeriża]. Dawn l-attivitajiet ma għandux ikollhom l-għan li jippromwovu d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità.” |
II. Il‑proċedura prekontenzjuża u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
76 |
Fil‑15 ta’ Ġunju 2021, l-Ungerija adottat il-Liġi Emendatorja, li daħlet fis-seħħ fit‑8 ta’ Lulju 2021. |
|
77 |
Fil‑15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lil dan l-Istat Membru, li fiha hija indikat li, bl-adozzjoni ta’ din il-liġi, l-imsemmi Stat Membru kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6a, l-Artikolu 9(1)(c)(ii) u taħt l-Artikolu 28b tad-Direttiva 2010/13, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535, l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123, l-Artikoli 6 u 10 tal-GDPR, l-Artikoli 34, 36 u 56 TFUE, l-Artikoli 1, 7, 8, 11 u 21 tal-Karta u kif ukoll l-Artikolu 2 TUE. |
|
78 |
Permezz ta’ ittra tal‑15 ta’ Settembru 2021, l-Ungerija kkontestat l-allegati nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu. |
|
79 |
Fit‑2 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata li fiha hija tenniet li l-Liġi Emendatorja kienet tikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-punt 77 ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, din l-istituzzjoni stiednet lill-Ungerija tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-opinjoni motivata f’terminu ta’ xahrejn minn meta tirċeviha. |
|
80 |
Permezz ta’ ittra tat‑2 ta’ Frar 2022, l-Ungerija wieġbet għall-imsemmija opinjoni motivata billi tenniet il-fehma tagħha li l-Liġi Emendatorja hija konformi mad-dritt tal-Unjoni. |
|
81 |
Fid‑19 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors. |
|
82 |
Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑20 ta’ Marzu, tal-4 ta’ Mejju u tad‑29 ta’ Ġunju 2023, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u kif ukoll il-Parlament Ewropew ġew ammessi jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. |
III. Fuq ir-rikors
|
83 |
Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka sitt ilmenti, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 6a(1) u tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-GDPR u kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tal-Karta, il-ħames wieħed, fuq ksur tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta u, is-sitt wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE. |
A. Fuq l-ewwel sat-tielet u l-ħames ilment, ibbażati fuq ksur tad-Direttiva 2000/31, tad-Direttiva 2006/123, tad-Direttiva 2010/13, tal-Artikolu 56 TFUE u kif ukoll tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta
|
84 |
B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm, fil-kuntest tal-ħames ilment, il-Kummissjoni invokat, b’mod partikolari, ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta, li jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni, l-argument li hija tressaq insostenn tal-ewwel tliet ilmenti tagħha jirreferi wkoll għal dan il-ksur, peress li fil-fehma tagħha dan jikkontribwixxi għall-ksur tad-Direttiva 2000/31, tad-Direttiva 2006/123, tad-Direttiva 2010/13 u tal-Artikolu 56 TFUE invokat fil-kuntest ta’ dawn l-ilmenti tal-aħħar. Konsegwentement, dawn għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-argumenti kollha mressqa mill-Kummissjoni maħsuba sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta pprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta, kif ukoll tal-argument tal-Ungerija li jikkontesta l-eżistenza ta’ tali diskriminazzjoni f’dan il-każ. |
1. Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tad-Direttiva 2010/13
|
85 |
L-ewwel ilment jinkludi tliet partijiet, ibbażati fuq il-ksur, l-ewwel, tal-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, it-tieni, tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, u, it-tielet, tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tal-imsemmija direttiva. |
a) Fuq il‑ksur tal‑Artikolu 6a(1) tad‑Direttiva 2010/13
1) L-argumenti tal-partijiet
|
86 |
Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel ilment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, li abbażi tiegħu l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jkunu disponibbli biss taħt kundizzjonijiet tali li l-minuri ma jkunux normalment jistgħu jarawhom jew jisimgħuhom. |
|
87 |
Din l-istituzzjoni tirrileva f’dan ir-rigward, minn naħa, li, skont l-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, il-fornituri ta’ servizzi tal-media lineari huma obbligati jikklassifikaw il-programmi li huma jxandru konformement mal-paragrafi 2 sa 7 tal-Artikolu 9 ta’ din il-liġi. Skont l-Artikolu 9(6) tal-imsemmija liġi, il-klassifikazzjoni fil-Kategorija V, li tinkludi l-programmi “mhux xierqa għal persuni taħt it-tmintax-il sena”, tapplika għall-programmi li jista’ jkollhom influwenza negattiva fuq l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, b’mod partikolari billi jkollhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 10(1)(d) tal-istess liġi jipprevedi li programm tal-Kategorija V jista’ jixxandar biss bejn l-22:00 u l-5:00. |
|
88 |
Il-Kummissjoni ssostni, f’dan il-kuntest, li l-limitazzjoni ta’ xandir prevista fl-Artikolu 9(1) u (6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma tapplikax għal ċerti kategoriji speċifiċi ta’ programmi, b’mod partikolari għall-avviżi ta’ interess pubbliku u għall-messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni. Skont din l-istituzzjoni, avviż ta’ interess pubbliku huwa klip qasir ta’ informazzjoni maħsub sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għal kwistjoni importanti. Bl-istess mod, messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni jista’ jiġi interpretat bħala li jirreferi għal komunikazzjoni jew messaġġ maħsub fl-interess tal-pubbliku, li jkun imxandar mingħajr interess kummerċjali, għal finijiet mhux ta’ reklamar, bi ħlas jew le, u li jkun intiż li jinfluwenza lit-telespettatur jew lis-semmiegħ ta’ servizz tal-media sabiex jintlaħaq għan ta’ interess ġenerali. |
|
89 |
Madankollu, l-Artikolu 32(4a) ta’ din il-liġi jeskludi espressament mill-kunċetti ta’ “avviż ta’ interess pubbliku” u ta’ “messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tagħha, il-programmi li “jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tajjeb tat-tfal, b’mod partikolari billi jkollhom, bħala element determinanti […] il-promozzjoni u r-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità”. L-aċċess għall-programmi li huma ta’ natura ta’ servizz pubbliku huwa għalhekk limitat ħafna għall-programmi li jinkludu xeni li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
90 |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jikkostitwixxu restrizzjoni għall-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi li tmur kontra l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13. |
|
91 |
Skont din l-istituzzjoni, din ir-restrizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata mill-għan ta’ prevenzjoni ta’ theddida għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, peress li s-sempliċi rappreżentazzjoni tal-omosesswalità jew tal-ħajja ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru ma tippreġudikax tali żvilupp. Dawn il-miżuri ma humiex xierqa sabiex jikkumbattu tali theddida u lanqas ma huma proporzjonati, sa fejn l-Ungerija ma wrietx l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn ir-restrizzjonijiet inkwistjoni u l-interess ġenerali invokat. |
|
92 |
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri ma humiex kompletament liberi, fl-assenza ta’ prova ta’ dannu potenzjali għall-minuri, li jiddikjaraw li ċertu kontenut huwa potenzjalment ta’ ħsara. La l-fatt li l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13 iwettaq armonizzazzjoni minima, la l-prinċipju ta’ prekawzjoni u lanqas il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma jwasslu għal konklużjoni differenti. |
|
93 |
Il-Kummissjoni ssostni, f’dan il-kuntest, li restrizzjoni għall-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi fl-ebda każ ma tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13 meta din tirrigwarda kontenut speċifikament b’riferiment għas-sess jew għall-orjentazzjoni sesswali, peress li tali restrizzjoni tmur, min-natura tagħha stess, kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta. Hija tfakkar, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza stabbilita li minnha jirriżulta li l-Istati Membri ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tad-dritt sekondarju li tmur kontra, b’mod partikolari, id-drittijiet fundamentali protetti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. |
|
94 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tas‑27 ta’ April 2006, Richards (C‑423/04, EU:C:2006:256, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata), li tipprovdi li d-Direttiva 2010/13 tapplika wkoll għad-diskriminazzjonijiet li joriġinaw mill-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess tal-persuna kkonċernata, tkopri wkoll id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid. |
|
95 |
Issa, ir-restrizzjoni fuq ix-xandir ta’ programmi li għandhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità telimina d-dehra effettiva, f’dawn il-programmi, ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali kif ukoll tal-mod ta’ ħajja tagħhom, minkejja li dawn il-persuni jagħmlu parti integrali minn soċjetà kkaratterizzata mid-diversità u mill-pluraliżmu, konformement mal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE. L-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jwassal għalhekk għal diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, ipprojbita mill-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
96 |
Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, din id-diskriminazzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 24(2) u tal-Artikolu 14(3) tal-Karta. |
|
97 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, il-Kummissjoni ssostni li l-minuri jistgħu jiġu protetti kontra kontenut mhux adattat għall-età tagħhom, mingħajr ma ssir diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali. Barra minn hekk, huwa perfettament possibbli li tiġi ppreżentata d-diversità tal-ġeneru b’mod adattat għall-età. Minn dan isegwi li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma jikkostitwixxix mezz neċessarju jew xieraq li jiżgura l-protezzjoni tal-minuri. |
|
98 |
Għall-kuntrarju, id-differenza fit-trattament ibbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali magħmula minn din id-dispożizzjoni hija ta’ natura li tiffavorixxi s-sentiment ta’ stigmatizzazzjoni u ta’ aljenazzjoni tal-persuni, b’mod partikolari taż-żgħażagħ u tal-adolexxenti li l-identità sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom ma tissodisfax l-“istandards soċjali tradizzjonali”, b’mod li dawn ir-restrizzjonijiet iktar jikkawżaw ħsara milli jipprevjenuha, b’mod partikolari fir-rigward tal-minuri. |
|
99 |
Fir-rigward tar-rilevanza, f’dan ir-rigward, tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-Qorti EDB tal‑20 ta’ Ġunju 2017, Bayev et vs Ir-Russja (CE:ECHR:2017:0620JUD006766709), ikkontestata mill-Ungerija, il-Kummissjoni ssostni li dik il-qorti, f’dik is-sentenza, ċaħdet l-allegazzjoni li s-sempliċi riferiment għall-omosesswalità jew dibattitu pubbliku miftuħ dwar il-minoranzi sesswali jikkawża ħsara lit-tfal jew lill-adulti vulnerabbli, filwaqt li enfasizzat ir-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni u d-dibattitu huma verament ta’ benefiċċju għall-koeżjoni soċjali. Il-protezzjoni kontra r-riskju ta’ sfruttament u ta’ korruzzjoni tal-minuri minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom ma tistax tkun limitata għar-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. Bħala prinċipju, dan l-obbligu pożittiv għandu jkun rilevanti wkoll għar-relazzjonijiet bejn persuni ta’ sess oppost. |
|
100 |
Din l-istituzzjoni żżid li l-Qorti Ewropea tad-Drittjiet tal-Bniedem affermat mill-ġdid din il-ġurisprudenza fis-sentenza tagħha tat‑23 ta’ Jannar 2023, Macatė vs Il-Litwanja (CE:ECHR:2023:0123JUD006143519, punt 210), li fil-kuntest tagħha hija enfasizzat li ma kienet teżisti ebda prova xjentifika u ebda data soċjoloġika li tissuġġerixxi li dibattitu pubbliku miftuħ dwar l-istatus soċjali tal-minoranzi sesswali jikkawża ħsara lit-tfal u li, sa fejn il-minuri li huma xhieda ta’ manifestazzjonijiet favur id-drittijiet tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali huma esposti għall-ideat ta’ diversità, ta’ ugwaljanza u ta’ tolleranza, l-adozzjoni ta’ dawn l-opinjonijiet tista’ biss tiffavorixxi l-koeżjoni soċjali. |
|
101 |
Issa, f’dan il-każ, l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jimplika li s-sempliċi rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità hija daqstant ta’ ħsara daqs ir-rappreżentazzjoni gratwita tal-vjolenza, tal-pornografija jew tas-sesswalità. L-Ungerija lanqas ma wriet li huwa fl-aħjar interess tat-tfal li jiġi żgurat li r-rappreżentazzjoni ta’ kontenut jew ta’ stili ta’ ħajja ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru tkun aċċessibbli għalihom biss mill-età ta’ 18-il sena. |
|
102 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-Artikolu 14(3) tal-Karta, il-Kummissjoni tikkontesta li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jipproteġi l-libertà tal-ġenituri li jrabbu t-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku personali tagħhom, peress li l-Ungerija ma pprovdietx spjegazzjoni konvinċenti dwar il-mod kif din ir-restrizzjoni, jew saħansitra l-assenza ta’ restrizzjonijiet dwar il-kontenut, taffettwa d-dritt tal-ġenituri li jrabbu lil uliedhom b’mod liberu. |
|
103 |
Minn naħa, id-drittijiet tal-ġenituri skont l-Artikolu 14(3) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tagħha, kif ukoll tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Min-naħa l-oħra, dan l-Artikolu 14 huwa bbażat fuq id-dritt għall-edukazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB. |
|
104 |
Issa, id-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 14(3) tal-Karta, ma jistax jiġi interpretat bħala li jiġġustifika l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ leġiżlazzjoni li tippreġudika, b’mod diskriminatorju, il-libertà ta’ espressjoni u d-dinjità tal-bniedem ta’ ħaddieħor, inklużi minuri. |
|
105 |
Barra minn hekk, mis-sentenza tal-Qorti EDB tas‑7 ta’ Diċembru 1976, Kjeldsen, Busk Madsen u Pedersen vs Id-Danimarka (CE:ECHR:1976:1207JUD000509571, punt 50), jirriżulta li t-tieni sentenza tal-Artikolu 2 ta’ dan il-protokoll addizzjonali hija intiża li tissalvagwardja l-possibbiltà ta’ pluraliżmu edukattiv, essenzjali għall-preżervazzjoni tas-“soċjetà demokratika” kif ikkonċepita mill-KEDB. |
|
106 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Artikolu 9(1) u (6), u kif ukoll l-Artikolu 32(4a) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma jistgħux jitqiesu li huma “regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti”, fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13, peress li tali regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti huma awtorizzati biss sa fejn dawn ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, li ma huwiex il-każ hawnhekk. |
|
107 |
L-Ungerija tirrileva, minn naħa, li, skont l-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali, huma l-fornituri ta’ kontenut tal-media li għandhom jiżguraw li l-programmi li jistgħu jippreġudikaw l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tat-tfal jew tal-adolexxenti ma jiġux trażmessi meta dawn tal-aħħar ikunu jistgħu, minħabba l-ħin ta’ trażmissjoni u ta’ riċezzjoni ta’ dawn il-programmi, jaraw dawn il-programmi. Min-naħa l-oħra, il-fornituri tas-servizzi tal-media jassumu responsabbiltà simili skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13. Għalhekk, l-Artikolu 6a u l-premessa 60 ta’ din id-direttiva jenfasizzaw speċifikament in-neċessità u l-importanza tal-protezzjoni tal-minuri u jipprevedu miżuri għal dan l-għan. |
|
108 |
F’dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jikkontesta l-premessa li fuqha huwa bbażat ir-raġunament tal-Kummissjoni, li l-adozzjoni ta’ miżuri abbażi tal-Artikolu 6a(1) tal-imsemmija direttiva tippreżupponi li qabelxejn jiġi stabbilit li l-kontenut tal-media inkwistjoni jkun effettivament ta’ ħsara għall-iżvilupp tal-minuri. |
|
109 |
Fil-fatt, peress li huwa impossibbli li jiġi evalwat l-impatt reali ta’ tali kontenut tal-media, huma l-Istati Membri li għandhom jidentifikaw, fid-dawl tan-natura minima tal-armonizzazzjoni mwettqa mill-Artikolu 6a(1) tal-istess direttiva u konformement mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-kontenut tal-media, l-elementi tal-programm jew il-modi ta’ preżentazzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom. Fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-Ungerija tirrileva li l-kunċett ta’ “saħħa tal-bniedem” jinkludi s-saħħa mentali u żvilupp psikoloġiku b’saħħtu. Dan il-prinċipju jista’ għalhekk jiġi invokat sabiex jiġi sostnut li ma teżistix prova xjentifika affidabbli li turi li d-disponibbiltà ta’ kontenut potenzjalment ta’ ħsara għall-minuri ma tistax tfixkel l-iżvilupp b’saħħtu tagħhom. |
|
110 |
Id-determinazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-kontenut tal-media meqjus li jikkawża ħsara, imwettqa abbażi tal-valuri u tal-perċezzjonijiet kulturali u morali tal-Istati Membri, kif ukoll il-livell ta’ protezzjoni li għandu jingħata, ma humiex madankollu armonizzati mid-Direttiva 2010/13, u għalhekk jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. |
|
111 |
Barra minn hekk, kull Stat Membru huwa liberu, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, li jiddetermina u jippromwovi l-protezzjoni tat-tfal u d-dritt tal-ġenituri li jrabbu t-tfal tagħhom skont it-twemmin personali tagħhom. |
|
112 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kontenut tar-regoli li jirregolaw, fir-rigward tal-Kategorija V, il-klassifikazzjoni tal-programmi skont l-età, l-Ungerija ssostni li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma jistax jiġi interpretat fis-sens li ċertu kontenut huwa kklassifikat, b’mod inkundizzjonat, f’din il-kategorija jew li dan il-kontenut jitqies li huwa ta’ ħsara jew dannuż għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. |
|
113 |
Fil-fatt, il-klassifikazzjoni ta’ programm fl-imsemmija kategorija tiddependi mill-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Minn naħa, huwa meħtieġ li dan il-programm jista’ jkollu influwenza negattiva fuq l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. Min-naħa l-oħra, din l-influwenza negattiva tista’ teżisti biss jekk l-elementi potenzjalment dannużi jkunu ta’ natura determinanti tal-imsemmi programm. |
|
114 |
F’dan il-kuntest, sakemm l-omosesswalità jew il-ħajja ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru ma jikkostitwixxux it-tema ċentrali ta’ programm, is-sempliċi rappreżentazzjoni tagħhom ma għandhiex tali natura determinanti. |
|
115 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tan-natura ġġustifikata u proporzjonata tal-miżuri inkwistjoni, l-Ungerija tfakkar, minn naħa, li l-għan fundamentali ta’ interess ġenerali tagħhom huwa li l-minuri jiġu protetti mill-kontenut tal-media dannuż li l-effetti dannużi potenzjonali tiegħu ma jitkejlux mill-minuri nnifishom. |
|
116 |
Peress li huwa xjentifikament aċċettat li l-iżvilupp tal-identità sesswali u tal-orjentazzjoni sesswali huwa influwenzat mill-edukazzjoni, mill-kultura, mill-media u mis-soċjetà, it-tagħlim, l-informazzjoni u l-edukazzjoni għandhom jiġu adattati għall-età u għall-iżvilupp konjittiv u emozzjonali tal-grupp tal-età kkonċernat. |
|
117 |
Min-naħa l-oħra, ir-restrizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma twassalx għall-esklużjoni ta’ ċerti persuni jew ta’ ċerti tipi ta’ ħajja mill-ispazju pubbliku u għalhekk ma twassalx għal diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali jew fuq l-identità sesswali. L-Ungerija tenfasizza li din id-dispożizzjoni ma hijiex maħsuba sabiex teskludi mill-komunikazzjonijiet pubbliċi l-“persuni u l-ħajjiet” li jirrappreżentaw l-omosesswalità, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew identità li ma tikkorrispondix mas-sess assenjat mat-twelid. Ir-raġuni warajha hija l-protezzjoni tal-minuri, raġuni li għaliha ebda restrizzjoni jew projbizzjoni ma hija imposta fuq l-adulti. |
|
118 |
Għal din ir-raġuni, dan l-Istat Membru jikkontesta r-rilevanza tas-sentenza tal-Qorti EDB tal-20 ta’ Ġunju 2017, Bayev et vs Ir-Russja (CE:ECHR:2017:0620JUD006766709), peress li, kuntrarjament għas-sitwazzjoni inkwistjoni f’din is-sentenza tal-aħħar, f’dan il-każ ma jistax ikun inkwistjoni nuqqas ta’ speċifiċità tal-miżuri adottati. Huwa jenfasizza f’dan il-kuntest li l-miżuri inkwistjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, jippreċiżaw espressament il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, billi jirreferu għar-rapporti li, fil-ħajja ta’ kuljum, jista’ jkollhom effett fuq l-iżvilupp b’saħħu tal-minuri, fir-rigward b’mod partikolari tal-ambjent edukattiv u tal-media. Fir-rigward tar-rilevanza tas-sentenza tal-Qorti EDB tat-23 ta’ Jannar 2023, Macatė vs Il-Litwanja (CE:ECHR:2023:0123JUD006143519), l-Ungerija ssostni li dawn l-istess miżuri ma jipprojbixxux b’mod ġenerali l-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi li jirrappreżentaw jew jippromwovu l-kontenut speċifiku, u ma jaffettwawx id-dritt tal-ġenituri jew tat-tuturi li jinformaw lill-minuri b’dawn il-kwistjonijiet u li jiddiskutuhom. |
|
119 |
Għalhekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jirrikonoxxu l-aħjar interess tal-minuri u l-marġni ta’ evalwazzjoni li għandhom l-Istati Membri fir-regolamentazzjoni ta’ kwistjonijiet sensittivi. Ir-rikonoxximent ta’ dan il-marġni ta’ evalwazzjoni, kif ippreċiżat mis-sentenza tal-Qorti EDB tas‑7 ta’ Diċembru 1976, Handyside vs Ir-Renju Unit (CE:ECHR:1976:1207JUD000549372, punt 48), jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw jekk jeżistix bżonn soċjali imperattiv li jirrestrinġu dritt partikolari u, fl-affermattiv, il-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex tingħata risposta għalih. |
|
120 |
L-Ungerija ssostni għalhekk li r-restrizzjoni fuq ix-xandir ta’ ċerti programmi introdotta mill-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media hija ġġustifikata mill-aħjar interess tat-tfal, protett mill-Artikolu 24(2) tal-Karta, sa fejn tali miżuri ta’ protezzjoni tat-tfal għandhom jitqiesu li huma ġġustifikati fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-preżenza ta’ kontenut li jista’ jiġi preżunt li għandu impatt negattiv fuq l-iżvilupp b’saħħtu tal-minuri. |
|
121 |
Din ir-restrizzjoni hija ġġustifikata wkoll fid-dawl tal-Artikolu 14(3) tal-Karta. Skont l-Ungerija, f’dan ir-rigward mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2021, WABE u MH Müller Handel (C‑804/18 u C‑341/19, EU:C:2021:594), jirriżulta li d-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom jikkostitwixxi raġuni oġġettiva xierqa sabiex tiġġustifika restrizzjonijiet għad-drittijiet stabbiliti mill-Karta. |
|
122 |
L-Ungerija żżid li l-miżuri inkwistjoni fil-kuntest ta’ din il-parti tal-ewwel ilment ma jimponux restrizzjoni ġenerali fuq ix-xandir ta’ kontenut tal-media għat-tipi kollha ta’ media u għall-pjattaformi Komunitarji u pubbliċi kollha, iżda biss għas-servizzi ta’ media lineari, b’tali mod li ma jistax ikollhom bħala effett l-esklużjoni mill-ispazju pubbliku ta’ tema jew ta’ persuna. |
|
123 |
Fir-rigward tal-projbizzjoni li l-kontenut ikkonċernat jiġi kklassifikat bħala avviż ta’ interess pubbliku u bħala messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni, konformement mal-Artikolu 32(4a) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, l-Ungerija ssostni li l-messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni ta’ interess ġenerali huma forma ta’ promozzjoni, permezz tar-reklamar, li sservi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali jew ta’ politika soċjali segwiti minn diversi organi jew organizzazzjonijiet kemm pubbliċi kif ukoll mhux governattivi. Għaldaqstant, programm li għandu bħala element determinanti l-preżentazzjoni jew il-promozzjoni ta’ kontenut potenzjalment ta’ ħsara għall-minuri ma jistax jitqies li huwa avviż ta’ interess pubbliku jew messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni. Issa, dan l-Artikolu 32(4a) ma jeskludix il-klassifikazzjoni bħala avviż ta’ interess pubbliku jew messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni ta’ programmi li sempliċement jippreżentaw jew jippromwovu l-kontenut inkwistjoni, mingħajr ma dan jikkostitwixxi element determinanti tal-programm inkwistjoni. Barra minn hekk, l-imsemmi Artikolu 32(4a) ma jipprevedix projbizzjoni ġenerali ta’ xandir tal-imsemmi kontenut. |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
124 |
B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, bħalma jsegwi mit-titolu tagħha u mill-premessa 11 tagħha, id-Direttiva 2010/13 hija intiża għall-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-provvista ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva sabiex jintlaħaq suq intern reali ta’ dawn is-servizzi. Għal dan l-għan, din id-direttiva tistabbilixxi sett minimu ta’ regoli kkoordinati applikabbli għas-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva, li wħud minnhom, kif jirriżulta mill-premessa 18 tagħha, jikkonċernaw il-kontenut ta’ dawn is-servizzi (sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2025, Makeleio u Zougla, C‑555/23 u C‑556/23, EU:C:2025:484, punt 60). |
|
125 |
Min-naħa l-oħra, kif tiddikjara l-premessa 20 tad-Direttiva 2018/1808, li emendat id-Direttiva 2010/13 billi inkludiet fiha l-Artikolu 6a(1), li l-ksur tiegħu huwa invokat fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel ilment, dan l-approċċ intiż għal armonizzazzjoni minima jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu livell ogħla ta’ protezzjoni kontra l-kontenut li jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. |
|
126 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6a(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jkunu disponibbli biss taħt kundizzjonijiet li jiżguraw li l-minuri normalment ma jisimgħuhomx jew ma jarawhomx. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-użu tal-għodod li jippermettu l-verifika tal-età jew miżuri tekniċi oħra. Dawn għandhom ikunu proporzjonati għall-ħsara li l-programm jista’ jikkawża. |
|
127 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, kif ġie enfasizzat fil-punt 125 ta’ din is-sentenza, din id-dispożizzjoni ma tipprevedix armonizzazzjoni kompleta, iżda armonizzazzjoni minima. Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tar-regoli applikabbli għall-klassifikazzjoni u għall-ittikkettar tal-programmi awdjoviżivi, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw il-livell li fih huma jixtiequ jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni minuri mill-kontenut awdjoviżiv li jista’ jkun ta’ ħsara għall-benesseri u għall-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, il-miżuri adottati minn Stat Membru sabiex jipproteġi lill-minuri minn kontenut awdjoviżiv li jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom ma jikkorrispondux neċessarjament ma’ perspettiva kondiviża mill-Istati Membri kollha f’dak li jirrigwarda l-livell u l-modalitajiet ta’ din il-protezzjoni, peress li din il-perspettiva tista’ fil-fatt tvarja minn Stat Membru għal ieħor skont kunsiderazzjonijiet b’mod partikolari ta’ natura morali jew kulturali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑19 ta’ Novembru 2020, ZW, C‑454/19, EU:C:2020:947, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-23 ta’ Marzu 2023, Booky.fi, C‑662/21, EU:C:2023:239, punt 56 u 57). |
|
128 |
Għaldaqstant, kif issostni l-Ungerija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddefinixxu s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2020, Vivendi, C‑719/18, EU:C:2020:627, punt 47), bil-kundizzjoni, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, li l-miżuri xierqa li huma jieħdu fuq din il-bażi jkunu proporzjonati għad-dannu li l-programm ikkonċernat jista’ jikkawża. Dan ir-rekwiżit tal-aħħar jimplika li dawn il-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-protezzjoni ta’ dan l-iżvilupp u ma jkunux ta’ natura sproporzjonata fir-rigward ta’ dan l-għan (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2024, Network One Distribution, C‑506/23, EU:C:2004:1003, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
129 |
Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jorbtu lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’tali mod li dawn huma obbligati japplikaw din il-leġiżlazzjoni f’kundizzjonijiet li ma jiksrux l-imsemmija rekwiżiti. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ test tad-dritt sekondarju li tikkunfliġġi ma’ dawn id-drittijiet fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Ġunju 2007, Ordre des barreaux francophones et germanophone et, C‑305/05, EU:C:2007:383, punt 28; tad‑29 ta’ April 2015, Léger, C‑528/13, EU:C:2015:288, punt 41, u tat‑3 ta’ Ġunju 2025, Kinsa, C‑460/23, EU:C:2025:392, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
130 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, li jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħhom u li issa huma stabbiliti fil-Karta (sentenzi tat‑13 ta’ Mejju 2014, Google Spain u Google, C‑131/12, EU:C:2014:317, punt 68; tal‑25 ta’ Mejju 2016, Meroni, C‑559/14, EU:C:2016:349, punt 45 u tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Bank Melli Iran, C‑124/20, EU:C:2021:1035, punt 70). |
|
131 |
Minn dan isegwi li, meta jadottaw miżuri abbażi tal-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, l-Istati Membri ma jistgħux jiksru, b’mod partikolari, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, stabbilita fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, peress li din il-projbizzjoni hija ta’ natura imperattiva bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2025, Wojewoda Mazowiecki, C‑713/23, EU:C:2025:917, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan il-prinċipju ġenerali jipprekludi b’mod partikolari li sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti meta din id-differenza fit-trattament ma tkunx tista’ tiġi oġġettivament iġġustifikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Marzu 2011, Association belge des Consommateurs Test-Achats et, C‑236/09, EU:C:2011:100, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
132 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni pprojbita tista’ tirriżulta, b’mod partikolari, min-natura offensiva u/jew stigmatizzanti ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-persuni kkonċernati (ara, fir-rigward tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika, is-sentenza tat‑18 ta’ Diċembru 2025, Slagelse Almennyttige Boligselskab, Afdeling Schackenborgvænge, C‑417/23, EU:C:2025:1017, punt 126 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
133 |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, din ma tistax, skont ġurisprudenza stabbilita, tiġi ridotta biss għad-diskriminazzjonijiet li jirriżultaw mill-appartenenza għal sess jew ieħor. Fid-dawl tal-għan tiegħu u tan-natura tad-drittijiet li l-Artikolu 21(1) tal-Karta huwa intiż li jipproteġi, dan ma huwiex intiż li japplika biss għad-diskriminazzjonijiet li joriġinaw mill-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess tal-persuna kkonċernata, jiġifieri konverżjoni sesswali, iżda wkoll għad-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas‑27 ta’ April 2006, Richards, C‑423/04, EU:C:2006:256, punt 24; tas‑26 ta’ Ġunju 2018, MB (Assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u pensjoni tal-irtirar), C‑451/16, EU:C:2018:492, punt 35, u tad‑9 ta’ Jannar 2025, Mousse, C‑394/23, EU:C:2025:2, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
134 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, jipprevedi li huma kklassifikati fil-Kategorija V, u jistgħu f’dan ir-rigward jixxandru biss bejn l-22:00 u l-5:00, il-programmi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija liġi li għandhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. L-Artikolu 32(4a) tal-istess liġi jippreċiża barra minn hekk li tali programmi ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala avviżi ta’ interess pubbliku jew messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni, li jistgħu fuq din il-bażi jkunu eżentati mil-limitazzjoni li tirriżulta minn dan l-Artikolu 9(6). L-Ungerija ssostni li tali miżuri jsegwu l-għan tal-protezzjoni tal-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri kif ukoll tad-dritt tal-ġenituri li jrabbu t-tfal tagħhom skont it-twemmin personali tagħhom. |
|
135 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jagħmlu distinzjoni bbażata direttament fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali, sa fejn jissuġġettaw għal tali ħinijiet ta’ xandir dawn il-programmi biss, bl-esklużjoni tal-programmi li l-element determinanti tagħhom huwa l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tal-identità sesswali u tal-orjentazzjoni sesswali ta’ persuni ċisġeneru u eterosesswali. Tali differenza fit-trattament tikkostitwixxi għalhekk diskriminazzjoni bħala prinċipju pprojbita mill-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
136 |
Sa fejn huma bbażati esklużivament fuq kunsiderazzjonijiet dwar l-identitajiet u l-orjentazzjonijiet sesswali rrappreżentati f’dawn il-programmi, l-imsemmija dispożizzjonijiet huma bbażati wkoll fuq il-premessa li kull rappreżentazzjoni jew promozzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, ikun xi jkun il-kontenut speċifiku tagħha, hija ta’ natura li tippreġudika l-aħjar interess tat-tfal, u dan juri preferenza għal ċerti identitajiet u orjentazzjonijiet sesswali għad-detriment ta’ oħrajn, u b’hekk jikkontribwixxi sabiex dawn tal-aħħar jiġu stigmatizzati (ara, b’analoġija, Qorti EDB, 23 ta’ Jannar 2023, Macatė vs Il‑Litwanja, CE:ECHR:2023:0123JUD006143519, punti 214 sa 216). |
|
137 |
Ma jistax jintlaqa’ f’dan il-kuntest l-argument tal-Ungerija, li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, kif ukoll l-Artikolu 32(4a) tal-imsemmija liġi, ma jipprojbixxux b’mod ġenerali x-xandir tal-programmi msemmija. |
|
138 |
Fil-fatt, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 21(1) tal-Karta jipprojbixxi “kull” diskriminazzjoni bbażata b’mod partikolari fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali. |
|
139 |
Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, id-diskriminazzjoni li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet inkwistjoni la tista’ tiġi ġġustifikata mill-promozzjoni tal-aħjar interess tat-tfal, skont l-Artikolu 24(2) tal-Karta, u lanqas mid-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 14(3) tal-Karta. |
|
140 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, kull limitazzjoni fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet rikonoxxuti minnha għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tosserva l-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u libertajiet. Fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet u libertajiet biss jekk ikunu neċessarji u jekk dawn effettivament jirriflettu għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti drittijiet u libertajiet tal-oħrajn. |
|
141 |
Issa, f’dan il-każ, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 136 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li, billi jibbażaw ruħhom fuq il-premessa li kull rappreżentazzjoni jew promozzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, irrispettivament mill-kontenut speċifiku tagħha, hija ta’ natura li tippreġudika l-aħjar interess tat-tfal, u b’hekk jiżvelaw preferenza għal ċerti identitajiet u orjentazzjonijiet sesswali għad-detriment ta’ oħrajn, li konsegwentement jiġu stigmatizzati, id-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati huma manifestament kuntrarji għar-rekwiżiti li jirriżultaw, f’soċjetà bbażata fuq il-pluraliżmu, mill-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tas-sess u tal-orjentazzjoni sesswali ggarantita mill-Artikolu 21(1) tal-Karta u għalhekk jippreġudikaw il-kontenut essenzjali ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
142 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, ksur tal-kontenut essenzjali ta’ dritt iggarantit minnha ma jista’, fl-ebda każ, jiġi ġġustifikat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2024, Ordre des avocats du Barreau de Luxembourg, C‑432/23, EU:C:2024:791, punt 74, u tat‑13 ta’ Marzu 2025, Deldits, C‑247/23, EU:C:2025:172, punti 45 u 50). |
|
143 |
Barra minn hekk, fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument tal-Ungerija bbażat fuq l-Artikolu 24(2) tal-Karta, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tafferma n-natura fundamentali tad-drittijiet tat-tfal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Jannar 2021, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Ritorn ta’ minuri mhux akkumpanjat), C‑441/19, EU:C:2021:9, punt 45). |
|
144 |
Kif issostni l-Ungerija, l-Istati Membri għandhom ċertament jieħdu inkunsiderazzjoni, meta jimplimentaw l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, l-Artikolu 24 tal-Karta, li jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li t-tfal għandhom b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni neċessarja tal-benesseri tagħhom, u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, imwettqa fost l-oħrajn mill-awtoritajiet pubbliċi, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja, sa fejn dawn ir-rekwiżiti huma riflessi fl-għan ta’ din id-direttiva li huwa, skont il-premessi 60 u 104 tagħha, dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri. |
|
145 |
Waqt tali implimentazzjoni, huma għalhekk l-Istati Membri li għandhom jevalwaw jekk il-programmi tal-fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom humiex inadegwati għall-minuri kollha jew għal parti minnhom, fid-dawl tal-livell partikolari ta’ sensittività li jirriżulta mill-età tagħhom kif ukoll tal-fatt li l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom jkun għadu ma tlestiex. |
|
146 |
Xorta jibqa’ l-fatt li l-minuri jistgħu jiġu protetti b’mod adegwat minn programmi li ma humiex adattati għall-età tagħhom, mingħajr ma ssir f’dan ir-rigward diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali bħal dik li tirriżulta, f’dan il-każ, mill-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi u kif ukoll l-Artikolu 32(4a) tal-imsemmija liġi. |
|
147 |
Fil-fatt, is-sempliċi fatt li kontenut jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità ma huwiex ta’ natura, bħala tali, li jistabbilixxi n-natura potenzjalment dannuża ta’ tali kontenut. |
|
148 |
Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, din il-konklużjoni ma tistax tiġi mqiegħda f’dubju mill-marġni ta’ evalwazzjoni li l-Istati Membri għandhom sabiex jipproteġu lill-minuri minn servizzi tal-media li ma humiex adattati għalihom, imfakkar fil-punt 128 ta’ din is-sentenza, peress li dan il-marġni ta’ evalwazzjoni għandu, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 129 tal-istess sentenza, jiġi eżerċitat filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta. |
|
149 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument tal-Ungerija bbażat fuq l-Artikolu 14(3) tal-Karta, mill-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta jirriżulta li dan l-Artikolu 14 huwa ispirat kemm mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri kif ukoll mill-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB, li jipprovdi, minn naħa, li “[ħ]add ma għandu jiġi ipprivat mid-dritt għall-edukazzjoni” u, min-naħa l-oħra, “l-Istat għandu jirrispetta d-dritt tal-ġenituri li jiżguraw dik l-edukazzjoni u dak it-tagħlim in konformità mal-konvinzjonijiet tagħhom reliġjużi u filosofiċi”. Minn dawn l-ispjegazzjonijiet jirriżulta wkoll li d-dritt tal-ġenituri stabbilit fl-Artikolu 14(3) tal-Karta għandu jiġi interpretat b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tagħha. |
|
150 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-KEDB jirriżulta li d-dritt tal-ġenituri stabbilit fit-tieni sentenza ta’ dan l-Artikolu 2 huwa bbażat fuq id-dritt fundamentali għall-investigazzjoni, iżda din it-tieni sentenza hija intiża b’mod partikolari li tissalvagwardja l-possibbiltà ta’ pluraliżmu edukattiv, essenzjali għaż-żamma tas-“soċjetà demokratika” kif inhi kkonċepita mill-KEDB (Qorti EDB, 7 ta’ Diċembru 1976, Kjeldsen, Busk Madsen u Pedersen vs Id-Danimarka, CE:ECHR:1976:1207JUD000509571, punt 50, kif ukoll Qorti EDB, 25 ta’ Ġunju 2024, L-Ukraina vs Ir-Russja (Krimea), CE:ECHR:2024:0625JUD002095814, punt 138). |
|
151 |
Fir-rigward ta’ dan il-“pluraliżmu edukattiv”, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem imsemmija fil-punt preċedenti, għandu jiġi enfasizzat li minnha jirriżulta wkoll li “ma jkunx realistiku li wieħed jistenna li t-twemmin reliġjuż jew filosofiku tal-ġenituri jitqies sistematikament bħala prijorità tkun xi tkun is-sitwazzjoni, b’mod partikolari barra mill-iskola”. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fakkret, f’dan il-kuntest, li “l-[KEDB] ma tiggarantixxix id-dritt ta’ persuna li ma tkunx ikkonfrontata b’opinjonijiet li jmorru kontra l-konvinzjonijiet tagħha stess”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Għaldaqstant, “[f]l-oqsma sensittivi daqs id-dibattitu pubbliku dwar l-edukazzjoni sesswali, li fihom il-fehmiet tal-ġenituri, il-politiki edukattivi u d-dritt tal-partijiet terzi għal-libertà tal-espressjoni għandhom ikunu bbilanċjati, l-awtoritajiet ma għandhom l-ebda għażla ħlief li jirrikorru għall-kriterji tal-oġġettività, il-pluraliżmu, il-preċiżjoni xjentifika u, fl-aħħar mill-aħħar, l-utilità ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni għall-udjenza żagħżugħa” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (Qorti EDB, 20 ta’ Ġunju 2017, Bayev et vs Ir-Russja, CE:ECHR:2017:0620JUD006766709, punt 81 u 82). |
|
152 |
Kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punt 127 tal-konklużjonijiet tagħha, id-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 14(3) tal-Karta, jikkostitwixxi għalhekk korollarju tad-dritt għall-edukazzjoni, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 14, li jippermetti lill-ġenituri jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom. |
|
153 |
Madankollu, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, dan id-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin tagħhom ma jistax jiġi interpretat bħala li huwa ta’ natura li jiġġustifika, b’mod ġenerali, li Stat Membru jkun jista’ jieħu miżuri li jikkostitwixxu diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali billi jirrestrinġi t-tixrid, fl-isfera pubblika, ta’ kontenut ikkaratterizzat mis-sempliċi fatt li dan jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. Tali restrizzjoni ta’ xandir hija, għall-kuntrarju, ta’ natura li ċċaħħad lill-ġenituri mil-libertà tal-għażla tagħhom dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal tagħhom. |
|
154 |
Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li programmi mxandra minn fornituri ta’ servizzi tal-media lineari għandhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, bl-ebda mod ma jipprekludi lill-ġenituri milli jeżerċitaw fir-rigward tat-tfal tagħhom ir-responsabbiltà tagħhom bħala edukaturi jew milli jiggwidawhom f’direzzjoni konformi mat-twemmin reliġjuż jew filosofiku tagħhom stess. |
|
155 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, u kif ukoll l-Artikolu 32(4a) tal-imsemmija liġi ma jistgħux jiġu analizzati bħala li huma miżuri xierqa, fis-sens tal-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, moqri fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta, sabiex tiggarantixxi li servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ungerija u li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jkunu disponibbli biss taħt kundizzjonijiet tali li dawn normalment ma jkunux jistgħu jisimgħu jew jaraw. |
|
156 |
Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju mill-prinċipju ta’ prekawzjoni, invokat mill-Ungerija, peress li dan il-prinċipju ma jistax, fi kwalunkwe każ, jiġġustifika l-adozzjoni, bi ksur tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, ta’ miżuri li jikkostitwixxu diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali. |
|
157 |
Hija lanqas ma tista’ tiġi kkontestata bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, invokat mill-Ungerija, sa fejn, kif tosserva l-Kummissjoni, dan l-Istat Membru ma kkontestax, permezz tar-rikors għal annullament previst fl-Artikolu 263 TFUE, il-legalità ta’ dan l-Artikolu 6a(1) abbażi ta’ dan il-prinċipju sabiex jevita l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
158 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, bħall-Artikolu 32(4a) tal-imsemmija liġi, ma humiex ta’ natura li jikkostitwixxu miżuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmi Artikolu 6a(1), moqri fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
159 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat, kif issostni l-Kummissjoni, li dan l-Artikolu 9(6), moqri flimkien ma’ dan l-Artikolu 10(1)(d), u kif ukoll dan l-Artikolu 32(4a) lanqas ma jistgħu jitqiesu li huma regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13. |
|
160 |
Fil-fatt, fi kliem din id-dispożizzjoni tal-aħħar, moqrija fid-dawl tal-premessi 41 u 83 ta’ din id-direttiva, sabiex tiġi żgurata b’mod sħiħ u adegwat il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi li t-telespettaturi huma, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jipprevedu regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti u, f’ċerti każijiet, kundizzjonijiet differenti, fl-oqsma koperti mill-imsemmija direttiva, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ġenerali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2025, Makeleio u Zougla, C‑555/23 u C‑556/23, EU:C:2025:484, punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
161 |
Minn dan isegwi li, minkejja li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti fl-oqsma kkoordinati minn din id-direttiva, tali regoli għandhom, skont din id-dispożizzjoni, ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta. |
|
162 |
Issa, peress li mill-kunsiderazzjonijiet premessi jirriżulta li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, u kif ukoll l-Artikolu 32(4a) tal-imsemmija liġi jiksru l-kontenut essenzjali tal-Artikolu 21(1) tal-Karta, dawn id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ungeriża ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jitqiesu li jikkostitwixxu regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti, fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva. |
|
163 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-ewwel parti tal-ewwel ilment hija fondata. |
b) Fuq il-ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/13
1) L-argumenti tal-partijiet
|
164 |
Permezz tat-tieni parti tal-ewwel ilment, il-Kummissjoni ssostni li l-Ungerija kisret il-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini, stabbilit fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/13. |
|
165 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, li jobbliga lill-Kunsill tal-Media, fil-każ li sseħħ problema fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, li jitlob l-implimentazzjoni ta’ miżura effikaċi mill-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur ta’ servizzi tal-media kkonċernat, u li jitlob lill-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni jintervjeni sabiex itemm l-okkorrenzi ta’ ksur irrapportati mill-Kunsill tal-Media, iwassal għal restrizzjoni tal-libertà ta’ riċezzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. |
|
166 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li dan l-Artikolu 179(2) essenzjalment ibiddel il-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini, sa fejn jistabbilixxi mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu t-tendenza li jobbliga lill-Istat Membru ta’ oriġini jiżgura l-osservanza tar-regoli tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni taħt kundizzjonijiet differenti minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva. |
|
167 |
Ċertament, l-Artikolu 3(2) tal-istess direttiva jipprovdi qafas legali li jippermetti lill-Istati Membri jidderogaw b’mod eċċezzjonali mil-libertà li jiġu rċevuti servizzi awdjoviżivi li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Madankollu, Stat Membru ma jistax joħloq dispożizzjoni speċifika parallela fid-dritt nazzjonali tiegħu bl-għan li jestendi r-regoli tiegħu stess għall-fornituri ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor u japplika livell minimu għal intervent li jkun iktar baxx minn dak previst minn din id-dispożizzjoni. |
|
168 |
L-obbligu ġenerali tal-Kunsill tal-Media, skont l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, lanqas ma jista’ validament jitqies li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti”, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13, peress li din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-Istati Membri jidderogaw mill-obbligu li jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet armonizzati minn din id-direttiva. Barra minn hekk, dan l-Artikolu 4(1) jeżiġi analiżi każ b’każ, filwaqt li l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jistabbilixxi obbligu ġenerali għall-Kunsill tal-Media. |
|
169 |
Il-Kummissjoni żżid li, sa fejn l-obbligu ta’ azzjoni fuq il-Kunsill tal-Media skont l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jkopri b’mod partikolari l-każijiet ta’ problemi kkonstatati fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ programmi b’mod konformi mal-Artikolu 9(6) ta’ din il-liġi, l-imsemmi obbligu huwa bbażat fuq kriterji diskriminatorji, għall-istess raġuni bħal dik esposta fil-punt 93 ta’ din is-sentenza. F’dan ir-rigward, din l-istituzzjoni tippreċiża li l-awtoritajiet Ungeriżi kienu diġà applikaw f’diversi każijiet l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media. |
|
170 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tosserva li l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 187(3) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, fil-każ fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-media ma jissodisfax it-talba tal-Kunsill tal-Media fi żmien xahrejn, konformement mal-Artikolu 179(4) ta’ din il-liġi, tista’ tirrestrinġi l-libertà ta’ riċezzjoni u ta’ trażmissjoni mill-ġdid prevista mid-Direttiva 2010/13, f’ċirkustanzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva. |
|
171 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tal-Ungerija bbażat fuq l-allegat marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istati Membri li jirriżulta mis-sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2011, Mesopotamia Broadcast u Roj TV (C‑244/10 u C‑245/10, EU:C:2011:607), il-Kummissjoni tirrileva li din is-sentenza tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-Direttiva 89/552, filwaqt li l-miżuri nazzjonali inkwistjoni f’dan il-każ jaqgħu fil-qasam ikkoordinat mid-Direttiva 2010/13, raġuni għal xiex il-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini huwa applikabbli. |
|
172 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punt 53 tal-imsemmija sentenza, li tali miżuri għandhom josservaw ir-rekwiżit li ma tiġix prekluża t-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma fit-territorju tal-Istat Membru ta’ riċezzjoni tal-emissjonijiet ta’ xandir televiżiv magħmula minn korp ta’ xandir minn Stat Membru ieħor. Issa, dan ir-rekwiżit ma huwiex issodisfatt f’dan il-każ, peress li jistgħu jiġu adottati sanzjonijiet kontra fornituri ta’ servizzi tal-media, inklużi fornituri ta’ servizzi tal-media transkonfinali. |
|
173 |
L-Ungerija tirribatti billi targumenta li l-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini ggarantit mid-Direttiva 2010/13 ma huwiex miksur. |
|
174 |
Fl-ewwel lok, il-bażi legali tal-proċedura prevista fl-Artikolu 179 tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma hijiex l-Artikolu 3, iżda l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva. Dan l-Artikolu 179 jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-ġlieda kontra tentattivi ta’ evażjoni tar-regoli previsti mil-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, minn fornituri ta’ servizzi tal-media li ma humiex stabbiliti fl-Ungerija iżda li jibagħtu s-servizzi kollha tagħhom jew il-parti l-kbira minnhom lejn it-territorju Ungeriż. |
|
175 |
Fit-tieni lok, il-Liġi Emendatorja ma daħlitx Artikolu 179(2) ġdid fil-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, iżda sempliċement emendat din id-dispożizzjoni, billi ppreċiżat li l-Kunsill tal-Media, meta fornitur ta’ servizzi li ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ungerija jkun wettaq ksur, ikollu l-obbligu li jitlob lill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni jieħu miżuri effikaċi. |
|
176 |
Dan l-Artikolu 179(2) jikkostitwixxi għalhekk l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni leali sabiex tinstab soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti, konformement mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2010/13. |
|
177 |
Fit-tielet lok, mis-sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2011, Mesopotamia Broadcast u Roj TV (C‑244/10 u C‑245/10, EU:C:2011:607, punt 37), jirriżulta li l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ manuvra, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ moralità jew ta’ sigurtà pubblika, dwar ir-regoli ġeneralment applikabbli fit-territorju tagħhom għal emissjonijiet televiżivi li joriġinaw minn Stat Membru ieħor. |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
178 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/13 jimponi fuq kull Stat Membru l-obbligu li jiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha trażmessi minn fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkunu konformi mar-regoli tad-dritt applikabbli għas-servizzi tal-media awdjoviżiva maħsuba għall-pubbliku f’dan l-Istat Membru. |
|
179 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw il-libertà ta’ riċezzjoni u li ma jirrestrinġux fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni mill-ġdid ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħra għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati mill-imsemmija direttiva. |
|
180 |
Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 3 madankollu jippermetti lill-Istati Membri jidderogaw provviżorjament mill-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 3 fejn servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor jikser b’mod manifest, serju u gravi l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6a(1) tal-istess direttiva jew jippreġudika jew jippreżenta riskju serju u gravi ta’ ħsara għas-saħħa pubblika. |
|
181 |
Barra minn hekk, kif tiddikjara l-premessa 33 tad-Direttiva 2010/13, il-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini, rifless fl-Artikolu 2(1) u kif ukoll fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, huwa ta’ importanza kbira għall-ħolqien ta’ suq intern. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha sabiex il-fornituri tas-servizzi tal-media jiġu żgurati ċ-ċertezza legali li hija indispensabbli għall-implimentazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ attività u għall-użu ta’ dawn is-servizzi. L-imsemmi prinċipju huwa essenzjali wkoll sabiex tiġi żgurata iċ-ċirkulazzjoni libera tal-informazzjoni u tal-programmi awdjoviżivi fis-suq intern. |
|
182 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jostakolax fit-territorju Ungeriż it-trażmissjoni mill-ġdid ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħra għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-direttiva, bi ksur tar-regola stabbilita fl-Artikolu 3(1) tagħha. |
|
183 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali, li ġiet redatta fl-istess żmien tad-Direttiva 89/552 u li għaliha din id-direttiva u kif ukoll id-Direttiva 2010/13 jirreferu, teżiġi, fl-Artikolu 4 tagħha, li jinkludi dispożizzjoni simili għall-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva tal-aħħar, li l-partijiet għal din il-konvenzjoni “għandhom jiggarantixxu l-libertà ta’ riċezzjoni” u li ma “għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjoni mill-ġdid” fit-territorju tagħhom ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Lulju 2019, Baltic Media Alliance, C‑622/17, iktar ’il quddiem is-“sentenza Baltic Media Alliance, EU:C:2019:566, punt 69). |
|
184 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tad-Direttiva 89/552, li l-Artikolu 2a(1) u (2) tagħha jikkorrispondi, essenzjalment, mal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13, li din id-direttiva tal-ewwel kienet tistabbilixxi l-prinċipju ta’ rikonoxximent, mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni, tal-funzjoni ta’ kontroll tal-Istat Membru ta’ oriġini fir-rigward tas-servizzi tal-media awdjoviżiva tal-fornituri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu (sentenza Baltic Media Alliance, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
185 |
Hija enfasizzat ukoll li l-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini applikabbli għas-servizzi tal-media awdjoviżiva u tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/552, jaqa’ biss fuq l-Istat Membru li minnu dawn is-servizzi joriġinaw u li l-Istat Membru ta’ riċezzjoni ma huwiex awtorizzat jeżerċita l-kontroll tiegħu stess għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-direttiva (sentenza Baltic Media Alliance, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
186 |
Mill-banda l-oħra, id-Direttiva 2010/13 ma tipprekludix, bħala prinċipju, l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’mod ġenerali, issegwi għan ta’ interess ġenerali mingħajr madankollu ma tistabbilixxi t-tieni kontroll tal-emissjonijiet ta’ xandir televiżiv li jiżdied ma’ dak li l-Istat Membru ta’ emissjoni huwa marbut li jwettaq (sentenza Baltic Media Alliance, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
187 |
Għaldaqstant, miżura nazzjonali li ssegwi għan ta’ interess ġenerali li tirregola ċerti aspetti tax-xandir jew tad-distribuzzjoni ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva taqa’ taħt l-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva biss jekk din tistabbilixxi t-tieni kontroll tal-emissjonijiet ta’ xandir televiżiv li jiżdied ma’ dak li l-Istat Membru ta’ emissjoni huwa marbut li jwettaq (sentenza Baltic Media Alliance, punt 74 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
188 |
Għalhekk, ma tikkostitwixxix ostakolu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, miżura nazzjonali li, b’mod ġenerali, issegwi għan ta’ ordni pubbliku u li tirregola l-modalitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ stazzjon televiżiv lill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ riċezzjoni, peress li tali modalitajiet ma jipprekludux it-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma tal-imsemmi stazzjon u tali miżura ma tistax għalhekk tiġi analizzata bħala li tistabbilixxi t-tieni kontroll tal-emissjoni tal-istazzjon inkwistjoni li jiżdied ma’ dak li l-Istat Membru ta’ emissjoni huwa marbut li jwettaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Baltic Media Alliance, punt 77). |
|
189 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jistabbilixxi obbligu fuq il-Kunsill tal-Media, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-liġi, li jitlob l-implimentazzjoni ta’ miżura effikaċi mill-Istat Membru ta’ emissjoni li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur ta’ servizzi tal-media kkonċernat. F’dan il-kuntest, il-Kunsill tal-Media għandu jitlob lil dan l-Istat Membru jintervjeni sabiex itemm l-okkorrenzi ta’ ksur li huwa jkun irrapportalu. |
|
190 |
Konformement mal-Artikolu 179(4) tal-imsemmija liġi, il-Kunsill tal-Media jista’ japplika, b’mod partikolari, il-konsegwenzi legali msemmija fl-Artikolu 187(3)(c) tal-istess liġi, li jista’ jwassal, fil-każ ta’ ksur gravi u ripetut, għas-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-dritt li jiġu pprovduti servizzi tal-media għal perijodu ta’ mhux iktar minn ġimgħa. |
|
191 |
Barra minn hekk, kif tirrileva l-Kummissjoni, dan l-Artikolu 179 huwa intiż li japplika għal programmi li jistgħu jeżerċitaw influwenza negattiva fuq l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, fis-sens tal-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media. Tali konstatazzjoni hija biżżejjed sabiex turi li l-imsemmi Artikolu 179 jaqa’ taħt l-oqsma kkoordinati mid-Direttiva 2010/13, kif juri l-Artikolu 6a tagħha, li huwa intiż preċiżament sabiex jipproteġi l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri billi jipproteġihom minn kontenut awdjoviżiv mhux adattat għall-età tagħhom. |
|
192 |
Konsegwentement, l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jista’ jistabbilixxi t-tieni kontroll ta’ emissjonijiet ta’ xandir televiżiv li jiżdied ma’ dak li l-Istat Membru ta’ emissjoni huwa marbut li jwettaq. Bħala prinċipju, dan it-tieni kontroll imur kontra d-Direttiva 2010/13 peress li jostakola t-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma fit-territorju Ungeriż ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva li joriġinaw minn Stati Membri oħra, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. |
|
193 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li d-deroga mill-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini introdotta mill-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva. |
|
194 |
Skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar, Stat Membru jista’ jidderoga provviżorjament mill-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 3 fejn servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor jikser b’mod manifest, serju u gravi speċifikament l-Artikolu 6a(1) tal-istess direttiva jew jippreġudika jew jippreżenta riskju serju u gravi ta’ ħsara għas-saħħa pubblika. |
|
195 |
Issa, minn naħa, kif ġie kkonstatat fil-punti 135 sa 155 ta’ din is-sentenza, is-sempliċi fatt li servizzi tal-media awdjoviżiva fil-forma ta’ programmi awdjoviżivi għandhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess attribwit mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, ma jistax jiġġustifika l-adozzjoni, fir-rigward ta’ dawn il-programmi, ta’ miżuri xierqa, fis-sens tal-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13, minħabba li dawn il-programmi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. |
|
196 |
Min-naħa l-oħra, konformement mal-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 127 sa 133 ta’ din is-sentenza, l-espressjoni “riskju ta’ preġudizzju serju u gravi għas-saħħa pubblika”, użata fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/13, għandha tiġi interpretata b’mod konformi, b’mod partikolari, mal-Artikolu 21(1) tal-Karta, li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali. Issa, għal raġunijiet analogi għal dawk esposti, b’mod partikolari, fil-punti 135 sa 154 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li servizzi tal-media awdjoviżiva bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, lanqas ma jistgħu jikkawżaw tali riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-saħħa pubblika, fis-sens tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, għas-sempliċi raġuni li għandhom bħala element determinanti l-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità. |
|
197 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Ungerija lanqas ma tista’ tinvoka b’mod utli kunsiderazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ordni pubbliku, il-moralità jew is-sigurtà pubblika sabiex tiġġustifika l-eżerċizzju mill-Kunsill tal-Media tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilu mill-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 179(4)(a) u l-Artikolu 187(3)(c) ta’ din il-liġi, sabiex tostakola t-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma tas-servizzi tal-media awdjoviżiva li joriġinaw minn Stati Membri oħra li għandhom il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 9(6) tal-imsemmija liġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2011, Mesopotamia Broadcast u Roj TV, C‑244/10 u C‑245/10, EU:C:2011:607, punt 37). |
|
198 |
Fit-tielet lok, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, l-Artikolu 179(2) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media lanqas jista’ jiġi bbażat fuq l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13. |
|
199 |
Kif jirriżulta mill-punt 160 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, konformement mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 4, fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jipprevedu regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti u, f’ċerti każijiet, kundizzjonijiet differenti, fl-oqsma koperti minn din id-direttiva, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ġenerali tiegħu. |
|
200 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva jippermetti b’mod eċċezzjonali, essenzjalment, li l-applikazzjoni ta’ tali regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti, adottati minn Stat Membru, tiġi imposta fuq fornitur ta’ servizzi tal-media li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor iżda li jipprovdi servizz tal-media awdjoviżiva intiż kompletament jew prinċipalment għat-territorju tal-ewwel Stat Membru. |
|
201 |
Madankollu, il-ġurisdizzjoni li l-Kunsill tal-Media jislet mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media msemmija fil-punt 197 ta’ din is-sentenza, fir-rigward ta’ programmi li għandhom il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 9(6) ta’ din il-liġi, ma tistax, fi kwalunkwe każ, tikkostitwixxi implimentazzjoni legali tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva. |
|
202 |
Fil-fatt, mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar jirriżulta li Stat Membru jista’ jinvokaha biss meta jkun eżerċita l-fakultà tiegħu, konformement mal-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva, li jadotta regoli iktar iddettaljati jew iktar stretti ta’ interess pubbliku ġenerali, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. |
|
203 |
Issa, fil-punt 162 ta’ din is-sentenza ġie kkonstatat li l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(d) ta’ din il-liġi, ma jistax jikkostitwixxi regola li tissodisfa din il-klassifikazzjoni, peress li din id-dispożizzjoni tmur kontra l-kontenut essenzjali tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
204 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li t-tieni parti tal-ewwel ilment hija fondata. |
c) Fuq il-ksur tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13
1) L-argumenti tal-partijiet
|
205 |
Permezz tat-tielet parti tal-ewwel ilment, il-Kummissjoni ssostni li l-Ungerija kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13. |
|
206 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena ta’ reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
207 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li din il-miżura tikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali prevista fl-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13, li jikkostitwixxi l-espressjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li issa huwa stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta. Fil-fatt, il-projbizzjoni tal-komunikazzjonijiet kummerċjali li jiddeskrivu diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid jew li jippromwovu jew jirrappreżentaw l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità twassal sabiex tiġi eliminata de facto r-rappreżentazzjoni, f’dawn il-komunikazzjonijiet, ta’ persuni u ta’ ħajjiet li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, meta dawn tal-aħħar jagħmlu parti integrali minn soċjetà kkaratterizzata mid-diversità u mill-pluraliżmu, konformement mal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE. |
|
208 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li, skont ġurisprudenza stabbilita dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad‑19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215), id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess ma tistax tiġi ridotta biss għad-diskriminazzjonijiet li jirriżultaw mill-appartenenza għal sess wieħed jew ieħor, peress li din id-direttiva hija intiża wkoll, fid-dawl tal-għan tagħha u tan-natura tad-drittijiet li hija intiża li tipproteġi, li tapplika għad-diskriminazzjonijiet li joriġinaw mill-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess tal-persuna kkonċernata (sentenza tas‑27 ta’ April 2006, Richards, C‑423/04, EU:C:2006:256, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, din il-ġurisprudenza għandha tapplika wkoll għad-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid. |
|
209 |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali juri, jew saħansitra jeżiġi, differenza fit-trattament skont l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, peress li jipprevedi, lil hinn mid-dispożizzjoni maħsuba sabiex tipproteġi lill-minuri minn espożizzjoni għal kull forma ta’ sesswalità, projbizzjoni tar-reklamar li jippromwovi jew li jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
210 |
Fit-tielet lok, l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13 ma jikkostitwixxix bażi legali li tippermetti deroga mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Fil-fatt, ma teżisti ebda dispożizzjoni li tawtorizza lill-Istati Membri jiġġustifikaw diskriminazzjoni diretta bbażata, fost l-oħrajn, fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali. |
|
211 |
L-Artikolu 8(1)(a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, li jistabbilixxi diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew fuq l-orjentazzjoni sesswali, lanqas ma jista’ jiġi ġġustifikat abbażi tal-Artikolu 9(1)(g) ta’ din id-direttiva, bħala miżura maħsuba sabiex tipprevjeni d-danni mentali jew morali kkawżati lill-minuri. |
|
212 |
Fir-raba’ lok, il-fatt li l-Artikolu 24(1) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jipprojbixxi l-kontenut diskriminatorju fil-komunikazzjonijiet kummerċjali ma jistax, bħala tali, jilleġittima ksur tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13 mill-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali. |
|
213 |
L-Ungerija tirribatti, fl-ewwel lok, billi targumenta li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali ma jistax jikser id-Direttiva 2010/13 peress li r-reklamar aċċessibbli fis-servizzi tal-media jitqies li jikkostitwixxi komunikazzjoni kummerċjali fis-sens tar-regoli speċjali tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media u, għaldaqstant, il-kampijiet ta’ applikazzjoni materjali rispettivi tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali u ta’ din id-direttiva ma jikkoinċidux. |
|
214 |
Barra minn hekk, il-komunikazzjonijiet kummerċjali fis-servizzi tal-media ma humiex distinti, mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-minuri, minn kontenut ieħor tal-media, b’tali mod li l-miżuri ta’ protezzjoni japplikaw bl-istess mod għall-programmi kollha. Li kieku kien mod ieħor, l-għan ta’ interess ġenerali tal-protezzjoni tal-minuri ma jkunx jista’ jintlaħaq. Issa, fir-rigward tas-servizzi tal-media, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali għandhom jiġu interpretati flimkien ma’ dawk tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media u tal‑Liġi Nru CIV tal‑2010 dwar il-Libertà tal-Istampa u r-Regoli Fundamentali Applikabbli għall-Kontenut Imxandar mill-Media. Tali interpretazzjoni konġunta turi li huma biss ir-regoli speċjali tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media li japplikaw għall-komunikazzjonijiet kummerċjali ppreżentati fis-servizzi tal-media. |
|
215 |
Fit-tieni lok, dan l-Istat Membru jsostni li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali ma jikkostitwixxix projbizzjoni ta’ xandir, iżda għandu pjuttost jiġi analizzat, skont il-prinċipju ta’ ndħil proporzjonat, bħala leġiżlazzjoni ġġustifikata u neċessarja għall-finijiet tal-protezzjoni tal-minuri. |
|
216 |
Fit-tielet lok, l-Artikolu 24(1) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media jipprevedi huwa stess projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13. |
|
217 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali ma jmurx kontra dan l-Artikolu 9(1)(c)(ii). |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
218 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 2010/13, il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva”, fis-sens ta’ din id-direttiva. |
|
219 |
L-Artikolu 1(1)(h) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ “komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva” b’mod wiesa’, kif tiddikjara l-premessa 31 tal-istess direttiva. Dan il-kunċett jirreferi għalhekk għal “immaġnijiet bil-ħoss jew mingħajru li huma ddisinjati biex jippromwovu, direttament jew indirettament, il-prodotti, is-servizzi jew ix-xbieha ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq attività ekonomika”, dawn l-immaġnijiet “jakkumpanjaw, jew huma inklużi fi, programm […] bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili jew għal finijiet ta’ promozzjoni tagħhom stess” u l-forom ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva “jinkludu, fost l-oħrajn, reklamar televiżiv, sponsorizzazzjoni, telebejgħ u inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali”. |
|
220 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludux diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, in-nazzjonalità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, u li ma jippromwovux tali diskriminazzjoni. |
|
221 |
Permezz ta’ dan l-Artikolu 9(1)(c)(ii), il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda raġuni ta’ projbizzjoni bbażata, b’mod partikolari, fuq diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, raġuni li tikkostitwixxi l-korollarju tal-obbligu ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2025, Makeleio u Zougla, C‑555/23 u C‑556/23, EU:C:2025:484, punt 70). |
|
222 |
L-imsemmi Artikolu 9(1)(c)(ii) jikkonkretizza għalhekk, fil-qasam li jkopri, il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni issa stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata b’mod partikolari fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, peress li din il-projbizzjoni, kif tfakkar fil-punt 131 ta’ din is-sentenza, hija ta’ natura imperattiva bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
223 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, “[h]uwa pprojbit li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn tmintax-il sena reklami li juru s-sesswalità fiha nnifisha, jew li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità”. |
|
224 |
F’dan ir-rigward u fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Ungerija li r-reklamar aċċessibbli fis-servizzi tal-media, kif imsemmi f’dan l-Artikolu 8(1a), għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media u tal-Liġi Nru CIV tal‑2010 dwar il-Libertà tal-Istampa u r-Regoli Fundamentali Applikabbli għall-Kontenut Imxandar mill-Media, b’tali mod li din id-dispożizzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2010/13. |
|
225 |
Fil-fatt, fid-dawl tal-portata wiesgħa ħafna tal-kunċett ta’ “reklamar” użat fl-imsemmi Artikolu 8(1a), għandu jiġi kkonstatat li dan il-kunċett jista’ jaqa’ taħt dak ta’ “komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva”, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(h) ta’ din id-direttiva, peress li dan il-kunċett tal-aħħar jista’ b’mod partikolari, kif tfakkar fil-punt 219 ta’ din is-sentenza, ikollu l-forma ta’ reklamar televiżiv u ta’ product placement. |
|
226 |
F’dan il-kuntest, l-affermazzjoni tal-Ungerija dwar l-applikazzjoni esklużiva tar-regoli speċjali tal-Att dwar is-Servizzi tal-Media għall-komunikazzjonijiet kummerċjali ppreżentati fis-servizzi tal-media ma tistax tintlaqa’. |
|
227 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jiksirx l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13. |
|
228 |
Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, imfakkra fil-punt 133 ta’ din is-sentenza, id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess ma tistax tiġi ridotta biss għad-diskriminazzjonijiet li jirriżultaw mill-appartenenza għal sess wieħed jew l-ieħor. Fid-dawl tal-għan tiegħu u tan-natura tad-drittijiet li dan l-artikolu tal-aħħar huwa intiż li jipproteġi, dan mhux biss huwa intiż li japplika għad-diskriminazzjonijiet li joriġinaw mill-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess tal-persuna kkonċernata, jiġifieri konverżjoni sesswali, iżda wkoll għad-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid |
|
229 |
Issa, peress li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jeskludi, b’mod inkundizzjonat, li reklamar li jippromwovi jew li jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena, din id-dispożizzjoni għandha titqies li tagħmel diskriminazzjoni direttament ibbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali. Fil-fatt, il-projbizzjoni li tipprevedi din id-dispożizzjoni għandha l-konsegwenza, fil-prattika, li ġġiegħel lill-fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jwettqu diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u fuq l-orjentazzjoni sesswali, peress li ċċaħħadhom minn kull possibbiltà li jwettqu tali tqegħid għad-dispożizzjoni. |
|
230 |
Konsegwentement, il-projbizzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-minuri tali reklami, skont dan l-Artikolu 8(1a), tikser l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13, interpretat fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
231 |
Din id-diskriminazzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-għan ta’ interess ġenerali li jinvoka dan l-Istat Membru, jiġifieri l-protezzjoni tal-minuri kontra r-reklami li jinkludu kontenut allegatament ta’ ħsara. |
|
232 |
Ċertament, kif jirriżulta mill-premessa 104 tad-Direttiva 2010/13, il-leġiżlatur tal-Unjoni enfasizza li l-protezzjoni tal-minuri mill-preżenza ta’ kontenut awdjoviżiv li jista’ jkun ta’ ħsara għalihom tikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali li jistħoqqlu livell għoli ta’ protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Marzu 2023, Booky.fi, C‑662/21, EU:C:2023:239, punt 40). |
|
233 |
Madankollu, b’analoġija ma’ dak li ġie kkonstatat fil-punti 135 sa 162 ta’ din is-sentenza, il-minuri jistgħu jiġu protetti b’mod adegwat kontra kontenut mhux adattat għall-età tagħhom mingħajr ma ssir, f’dan ir-rigward, diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, peress li dan jikser il-kontenut essenzjali tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
234 |
Għall-istess raġunijiet, dan l-Artikolu 8(1a) lanqas ma jista’ jikkostitwixxi miżura intiża li tipprevjeni l-okkorrenza ta’ danni mentali jew morali lill-minuri, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(g) ta’ din id-direttiva. |
|
235 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-ewwel parti tal-ewwel ilment hija fondata. |
d) Konklużjoni
|
236 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha premessi, hemm lok li jiġi konkluż li l-ewwel ilment huwa fondat. |
2. Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31
a) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31
1) Fuq l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal
i) L-argumenti tal-partijiet
|
237 |
Permezz tal-ewwel parti tat-tieni lment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija li naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31. |
|
238 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena ta’ kontenut li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
239 |
Fl-ewwel lok, din l-istituzzjoni ssostni li dan l-Artikolu 6/A jaqa’ taħt il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, peress li din id-dispożizzjoni ma teħtieġx li r-regola nazzjonali tapplika espliċitament jew esklużivament għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. |
|
240 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jista’ jkollhom effett dirett fuq is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, peress li l-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi dawn is-servizzi b’mod wiesa’. |
|
241 |
It-tieni nett, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 2022, ASADE (C‑436/20, EU:C:2022:559, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata), is-servizzi żgurati fl-interess pubbliku u mingħajr skop ta’ lukru, li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ dawk proposti minn operaturi li jfittxu li jagħmlu profitt, jitqiesu li huma attivitajiet ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE. |
|
242 |
It-tielet nett, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward il-fatt, invokat mill-Ungerija, li l-entitajiet koperti mill-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jistgħu wkoll jeżerċitaw ċerti attivitajiet mhux ekonomiċi, peress li dawn l-entitajiet jistgħu dejjem jeżerċitaw attivitajiet oħra li jikkostitwixxu servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Bl-istess mod, il-fatt li l-imsemmija entitajiet huma fornituri ta’ servizzi privati ma jistax jipprekludi l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom bħala provvisti ta’ servizzi. |
|
243 |
Ir-raba’ nett, fid-dawl tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, Papasavvas (C‑291/13, EU:C:2014:2209, punt 28), u tal‑15 ta’ Settembru 2016, Mc Fadden (C‑484/14, EU:C:2016:689, punt 41), huwa wkoll irrilevanti l-fatt li s-servizz jitħallas minn terz u mhux mir-riċevitur tiegħu. |
|
244 |
Finalment, il-ħames nett, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/31 huwa irrilevanti f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jikkostitwixxi rekwiżit u mhux skema ta’ awtorizzazzjoni. |
|
245 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “qasam ikkoordinat”, fis-sens tal-Artikolu 2(h) ta’ din id-direttiva, u din id-dispożizzjoni tal-aħħar tkopri r-rekwiżiti previsti mis-sistemi legali tal-Istati Membri u applikabbli għall-fornituri tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni jew għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, indipendentement minn jekk dawn ikunux ta’ natura ġenerali jew jekk dawn ikunux ġew maħsuba speċifikament għalihom. |
|
246 |
Fit-tielet lok, konformement mal-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, din tirrigwarda firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, persuni fiżiċi u ġuridiċi inkarigati mill-protezzjoni tat-tfal, kif ukoll organizzazzjonijiet oħra mingħajr personalità ġuridika li jikkontribwixxu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-interessi legali tat-tfal u għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri. L-applikazzjoni ta’ din il-liġi għall-organizzazzjonijiet privati tirriżulta mill-Artikolu 5(s), (sc) sa (se) tagħha, li jirreferi għall-amministraturi “mhux Statali”. |
|
247 |
Minn dan isegwi li firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati u ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi jkunu preklużi milli jipprovdu jew jużaw servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, bħax-xiri online ta’ kotba jew ta’ media elettroniċi, jekk dawn jittrażmettu kontenut li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. Dawn il-fornituri għandhom jew ineħħu dan il-kontenut minn dawn is-servizzi, jew jirrinunzjaw kompletament milli jipprovduh. |
|
248 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jista’ jipprojbixxi, jostakola jew jagħmel inqas attraenti l-provvista ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, bi ksur tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31. |
|
249 |
L-Ungerija tirribatti dan, fl-ewwel lok, billi targumenta li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ma jestendix għall-provvista ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, peress li s-servizzi rregolati minn din il-liġi ma humiex ta’ natura ekonomika, peress li l-kunċett ta’ “servizz” fis-sens tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi l-provvista ta’ tali servizz bi ħlas fil-kuntest ta’ attività ekonomika. |
|
250 |
L-ewwel nett, is-servizzi koperti mil-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jinkludu servizzi li n-natura ekonomika tagħhom ma hijiex il-fattur determinanti, peress li din il-liġi tirrigwarda servizzi pprovduti mill-Istat fil-qasam soċjali. |
|
251 |
It-tieni nett, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal japplika għal servizzi li ma humiex ipprovduti b’mezzi elettroniċi, jiġifieri s-servizzi bażiċi relatati mal-benesseri tat-tfal u s-servizzi speċjalizzati ta’ protezzjoni tat-tfal, li jinvolvu benefiċċji fi flus kif ukoll kura in natura u kura personali. Issa, il-Kummissjoni la wriet l-eżistenza ta’ servizzi kompetituri fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE, u lanqas ma indikat liema parti mis-servizzi bażiċi dwar il-benesseri tat-tfal u s-servizzi speċjalizzati ta’ protezzjoni tat-tfal tista’ taqa’ taħt din id-dispożizzjoni. |
|
252 |
Għalhekk, ma teżistix rabta bejn id-Direttiva 2000/31 u l-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, peress li din il-liġi ma tillimitax ix-xiri online bħala servizz minn soċjetà tal-informazzjoni, iżda t-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tfal ta’ kontenut potenzjalment dannuż kif ukoll l-użu ta’ tali kontenut fl-ambitu ta’ attivitajiet edukattivi. Issa, l-attività edukattiva u d-definizzjoni tal-kontenut tagħha jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 165 TFUE. Għaldaqstant, din il-liġi la tista’ tmur kontra din id-direttiva u lanqas tikser l-Artikolu 3(2) tagħha. |
|
253 |
It-tielet nett, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-projbizzjonijiet li ma jirrigwardawx speċifikament is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva hija żbaljata. Dan huwa kkonfermat mill-Artikolu 4(2) tal-istess direttiva, li jipprevedi li l-projbizzjoni ta’ awtorizzazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 4(1) tagħha hija bla ħsara għall-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li ma jikkonċernawx speċifikament u esklużivament is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. |
|
254 |
Fit-tieni lok, anki jekk jitqies li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ikopri “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tad-Direttiva 2000/31, dan l-artikolu ma jagħmilx parti mill-qasam ikkoordinat ta’ din id-direttiva. |
|
255 |
Fil-fatt, konformement mat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(h)(ii) tal-imsemmija direttiva, il-qasam ikkoordinat ma jkoprix “ħtiġijiet applikabbli għal servizzi li ma humiex ipprovduti b’mezzi elettroniċi”. Għalhekk, sabiex jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva, ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, fis-sens tagħha, għandhom jirrigwardaw speċifikament u esklużivament l-imsemmija servizzi. Issa, is-servizzi previsti f’dan l-Artikolu 6/A jinkludu servizzi li ma humiex ipprovduti b’mezzi elettroniċi. |
|
256 |
Fit-tielet lok, l-Ungerija tippreċiża li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ma għandux il-konsegwenza li l-fornituri msemmija f’din id-dispożizzjoni għandhom ineħħu l-kontenut ikkonċernat jew jirrinunzjaw li jipprovdu dawn is-servizzi transkonfinali, peress li l-imsemmija dispożizzjoni sempliċement tipprevedi li l-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ma jistgħux jippreżentaw tali kontenut lill-minuri fir-relazzjonijiet ġuridiċi rregolati minn din il-liġi. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
257 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31, moqri fid-dawl tal-premessa 8 ta’ din id-direttiva, din għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern permezz tal-ħolqien ta’ qafas legali li jiżgura l-moviment liberu tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, billi jiġu approssimati, sa fejn ikun neċessarju għat-twettiq ta’ dan l-għan, ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għal dawn is-servizzi. |
|
258 |
L-Artikolu 2(a) tal-imsemmija direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2015/1535, jiddefinixxi s-“servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni”, bħala “kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi”, bil-ħsieb premess, kif jirriżulta mill-premessa 18 tad-Direttiva 2000/31, li dawn is-servizzi jinkludu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ekonomiċi li jseħħu online. |
|
259 |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31 huwa, min-naħa tiegħu, dispożizzjoni ċentrali fl-istruttura u fis-sistema stabbilita minnha, sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju ta’ kontroll fl-Istat Membru ta’ oriġini, li huwa wkoll imsemmi fil-premessa 22 ta’ din id-direttiva, li tipprovdi li “s-superviżjoni tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni għandha ssir fis-sorsi tal-attività” (sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2023, Google Ireland et, C‑376/22, EU:C:2023:835, punt 40). |
|
260 |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, kull Stat Membru għandu jiżgura li s-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni pprovduti minn fornitur stabbilit fit-territorju tiegħu josservaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’dan l-Istat Membru li jaqgħu fil-qasam ikkoordinat, peress li dan il-qasam ikopri, kif jipprevedi l-Artikolu 2(h) tal-istess direttiva, ir-rekwiżiti previsti mis-sistemi legali tal-Istati Membri u applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni jew għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ta’ natura ġenerali kif ukoll jekk dawn ikunu maħsuba speċifikament għalihom. |
|
261 |
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(h)(i) tad-Direttiva 2000/31, il-“qasam ikkordinat” jirrigwarda rekwiżiti marbuta mal-eżerċizzju tal-attività ta’ servizz minn soċjetà tal-informazzjoni, bħar-rekwiżiti li jirrigwardaw b’mod partikolari l-aġir ta’ min jipprovdi s-servizz, il-kwalità jew il-kontenut tas-servizz, “inklużi dawk aplikabbli għal reklamar”. |
|
262 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jaqgħu taħt il-qasam ikkoordinat, jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li joriġinaw minn Stat Membru ieħor. |
|
263 |
Għalhekk, l-imsemmija direttiva hija bbażata fuq l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ kontroll fl-Istat Membru ta’ oriġini u tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, b’tali mod li, fil-kuntest tal-qasam ikkoordinat iddefinit fl-Artikolu 2(h) tal-istess direttiva, is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni huma rregolati biss fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huma stabbiliti l-fornituri ta’ dawn is-servizzi (sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2023, Google Ireland et, C‑376/22, EU:C:2023:835, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
264 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jipprovdi li, “[s]abiex jiġu ggarantiti l-għanijiet ta’ [din il-liġi] u d-drittijiet tat-tfal, huwa pprojbit li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn tmintax-il sena kontenut pornografiku, kif ukoll kontenut li juri s-sesswalità fiha nnifisha, jew li jippromwovi jew jirrappreżenta id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità”. |
|
265 |
Sabiex jiġi evalwat jekk din id-dispożizzjoni tintroduċix restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, għandu jiġi vverifikat, fl-ewwel lok, jekk il-provvisti msemmija f’dan l-Artikolu 6/A jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva. |
|
266 |
F’dan ir-rigward, ma hemmx dubju, minn naħa, li l-kontenut imsemmi f’dan l-Artikolu 6/A jista’ jiġi pprovdut mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2015/1535. |
|
267 |
Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-kundizzjoni li dan il-kontenut għandu jiġi pprovdut “normalment bi ħlas”, għandu jitfakkar li s-servizzi normalment ipprovduti bi ħlas jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi, peress li l-karatteristika essenzjali tar-remunerazzjoni tinsab fil-fatt li hija tikkostitwixxi l-korrispettiv ekonomiku għas-servizz inkwistjoni, mingħajr madankollu ma din għandha titħallas mill-benefiċjarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Settembru 2016, Mc Fadden, C‑484/14, EU:C:2016:689, punt 41, u tal‑14 ta’ Lulju 2022, ASADE, C‑436/20, EU:C:2022:559, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
268 |
Barra minn hekk, jistgħu jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi s-servizzi pprovduti bi ħlas li, mingħajr ma jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika, huma żgurati fl-interess pubbliku u mingħajr skop ta’ lukru u li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ dawk proposti minn operaturi li jfittxu li jagħmlu profitt (sentenza tal‑14 ta’ Lulju 2022, ASADE, C‑436/20, EU:C:2022:559, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
269 |
Barra minn hekk, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 323 tal-konklużjonijiet tagħha, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni tibbenefika kemm lill-fornitur kif ukoll lir-riċevitur ta’ servizzi (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2009, Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑153/08, EU:C:2009:618, punt 29, u tat‑2 ta’ Marzu 2023, Recreatieprojecten Zeeland et, C‑695/21, EU:C:2023:144, punt 13 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
270 |
F’dan il-każ, fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ persuni li għalihom jista’ japplika l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, ma jistax jiġi eskluż, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, li wħud minnhom jipprovdu servizzi ta’ natura ekonomika fl-ambitu ta’ attivitajiet skont dan l-Artikolu 6/A u li tali servizzi jaqgħu għalhekk taħt il-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni” fis-sens tad-Direttiva 2000/31. |
|
271 |
Għalhekk, ma jistax jintlaqa’ l-argument ta’ dan l-Istat Membru, li l-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal tkopri wkoll kontenut użat fil-kuntest ta’ attivitajiet edukattivi, li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, konformement mal-Artikolu 165 TFUE. |
|
272 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jekk id-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax din il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward, minn naħa, tal-kontenut tat-tagħlim u tal-organizzazzjoni tas-sistema edukattiva kif ukoll tad-diversità kulturali u lingwistika tagħhom u, min-naħa l-oħra, tal-kontenut u tal-organizzazzjoni tat-taħriġ professjonali, kif jirriżulta mill-Artikolu 165(1) u mill-Artikolu 166(1) TFUE, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà), C‑679/16, EU:C:2018:601, punt 58, u tas‑7 ta’ Settembru 2022, Cilevičs et, C‑391/20, EU:C:2022:638, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
273 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jista’ jkollu l-effett li l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġu preklużi milli jużaw, pereżempju għal finijiet edukattivi, servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni fl-ambitu tas-servizzi previsti minn din id-dispożizzjoni, anki jekk huma stess ma jipprovdux dawn is-servizzi. Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 269 ta’ din is-sentenza, tali servizzi għandhom jitqiesu li huma “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31 u, għaldaqstant, bħala li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
274 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jaqax taħt il-kunċett ta’ “qasam ikkoordinat”, fis-sens tal-Artikolu 2(h) tal-imsemmija direttiva. |
|
275 |
Kif jirriżulta mill-punti 260 u 261 ta’ din is-sentenza, il-qasam ikkoordinat, fis-sens tal-Artikolu 2(h) tal-istess direttiva, moqri fid-dawl tal-premessa 21 tagħha, ikopri r-rekwiżiti previsti mis-sistemi legali tal-Istati Membri u applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni jew għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, kemm jekk ikunu ta’ natura ġenerali kif ukoll jekk ikunu maħsuba speċifikament għalihom, sakemm dawn ir-rekwiżiti jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu. |
|
276 |
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(h)(i) tad-Direttiva 2000/31, il-“qasam ikkoordinat” jirrigwarda rekwiżiti marbuta mal-eżerċizzju tal-attività ta’ servizz minn soċjetà tal-informazzjoni, bħar-rekwiżiti li jirrigwardaw b’mod partikolari l-aġir ta’ min jipprovdi s-servizz, il-kwalità jew il-kontenut tas-servizz. |
|
277 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, li jeskludu l-preżentazzjoni ta’ ċertu kontenut lill-minuri u għandhom, għaldaqstant, jitqiesu li jimponu limitazzjonijiet għall-kontenut ta’ servizzi li jistgħu jiġu pprovduti bħala servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-attività ta’ servizz minn soċjetà tal-informazzjoni, bħar-rekwiżiti dwar il-kontenut tas-servizz, konformement mat-tieni inċiż ta’ dan l-Artikolu 2(h)(i). Huma għalhekk jaqgħu fil-qasam ikkoordinat, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(h). |
|
278 |
Minn naħa, din il-kunsiderazzjoni ma hijiex imqiegħda f’dubju miċ-ċirkustanza invokata mill-Ungerija, li din il-liġi ma tirrigwardax speċifikament ir-regolamentazzjoni ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza hija irrilevanti, fid-dawl tan-natura ġenerali tar-rekwiżiti previsti mill-imsemmija liġi li, kif ġie indikat fil-punt preċedenti, jaqgħu taħt l-istess Artikolu 2(h). |
|
279 |
Min-naħa l-oħra, lanqas ma jista’ jintlaqa’ l-argument imressaq minn dan l-Istat Membru, li s-servizzi koperti mil-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jinkludu servizzi pprovduti mhux b’mezzi elettroniċi, iżda permezz ta’ kura in natura u kura personali, peress li l-imsemmi Stat Membru ma jistabbilixxix li, minkejja l-formulazzjoni wiesgħa ħafna tal-Artikolu 6/A ta’ din il-liġi, dawn is-servizzi fl-ebda każ ma jistgħu jiġu pprovduti b’mezzi elettroniċi. |
|
280 |
Għaldaqstant, għandu jitqies li l-firxa wiesgħa ta’ servizzi koperti mill-projbizzjoni prevista fl-imsemmi Artikolu 6/A tista’ tapplika wkoll għal servizzi pprovduti b’mezzi elettroniċi. |
|
281 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li din il-projbizzjoni tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, peress li din il-projbizzjoni tnaqqas il-possibbiltà għall-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jipprovdu servizzi li jinkludu kontenut kopert mill-imsemmija projbizzjoni lill-klijenti potenzjali tagħha residenti fl-Ungerija, u għalhekk tagħmel inqas attraenti l-attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ tali servizzi f’dan l-Istat Membru tal-aħħar. |
2) Fuq l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali
i) L-argumenti tal-partijiet
|
282 |
Permezz tat-tieni parti tat-tieni lment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija li naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31. |
|
283 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena ta’ reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
284 |
Din id-dispożizzjoni timponi fuq min jirreklama, inklużi dawk li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra, obbligi ġodda li jirrestrinġu l-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi. F’dan ir-rigward, sabiex tiġi stabbilita restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, huwa biżżejjed li l-leġiżlazzjoni tapplika għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni u li din tkun tista’ tipprojbixxi, tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi ċertu kontenut, anki jekk ma tistabbilixxix projbizzjoni tar-reklamar, tista’ tillimita l-moviment liberu tas-servizzi għall-fornituri u għar-riċevituri. |
|
285 |
F’dan il-każ, minn naħa, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali japplika għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, fis-sens ta’ din id-direttiva. |
|
286 |
Min-naħa l-oħra, peress li t-tieni inċiż tal-Artikolu 2(h)(i) tal-imsemmija direttiva jsemmi espressament ir-rekwiżiti “applikabbli għal reklamar”, dan l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jaqa’ wkoll taħt il-qasam ikkoordinat fis-sens tal-istess direttiva. |
|
287 |
Ċertament, id-Direttiva 2000/31 tarmonizza biss ċerti aspetti f’dak li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Madankollu, il-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva huwa applikabbli, inklużi r-regoli proċedurali u sostantivi tiegħu. Applikazzjoni biss għall-materji koperti mill-Artikoli 6 sa 8 tal-imsemmija direttiva, dwar komunikazzjonijiet kummerċjali, tmur kontra l-kliem, l-għan u s-sistema tal-projbizzjoni ġenerali tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 3(2) tagħha. |
|
288 |
L-Ungerija tfakkar, fl-ewwel lok, li d-Direttiva 2000/31 twettaq biss, kif jirriżulta mill-premessa 10 tagħha, armonizzazzjoni minima, li ma taffettwax il-livell ta’ protezzjoni tal-għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari dak tal-protezzjoni tal-minuri previst mil-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali. |
|
289 |
Il-fatt li r-reklamar huwa suġġett, f’diversi Stati Membri, għal regoli u għal projbizzjonijiet speċifiċi għall-minuri juri li dawn ir-regoli ma jistgħux jirrendu inqas attraenti l-provvista transkonfinali ta’ servizzi fil-qasam tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva jikkonferma, barra minn hekk, tali interpretazzjoni. |
|
290 |
Fit-tieni lok, il-kunċett ta’ “qasam ikkoordinat”, fis-sens tal-Artikolu 2(h) tal-imsemmija direttiva, ma jestendix għar-rekwiżiti dwar is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, li ma humiex f’relazzjoni anċillari u inseparabbli ma’ dawn is-servizzi. Għaldaqstant, l-istess direttiva ma tistax tipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri intiżi għall-protezzjoni tal-minuri. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
291 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-Ungerija ma tikkontestax, f’dan il-każ, li s-servizzi ta’ reklamar imsemmija fl-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jistgħu jikkostitwixxu “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2015/1535, u li għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31. |
|
292 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat, fid-dawl tal-portata tal-kunċett ta’ “qasam ikkoordinat” fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(h)(i) tad-Direttiva 2000/31, imfakkar fil-punt 261 ta’ din is-sentenza, li l-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ minuri ta’ reklamar li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, konformement ma’ dan l-Artikolu 8(1a), taqa’ fil-fatt taħt dan il-kunċett, peress li dan jirrigwarda espressament “il-ħtiġijiet li jirrigwardaw il-kwalità jew kontenut tas-servizz inklużi dawk applikabbli għal reklamar”. |
|
293 |
Ma jistax jintlaqa’, f’dan il-kuntest, l-argument tal-Ungerija, li l-imsemmi Artikolu 8(1a) ma jirrigwardax speċifikament is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni u ma jagħmilx parti mill-“qasam ikkoordinat”, sa fejn dan il-qasam ma jestendix għar-rekwiżiti dwar is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li ma jinsabux f’relazzjoni anċillari u inseparabbli ma’ dawn is-servizzi. |
|
294 |
Fil-fatt, skont il-kliem tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2000/31, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “qasam ikkordinat” ir-rekwiżiti previsti mis-sistemi legali tal-Istati Membri u applikabbli għal min jipprovdi servizz minn soċjetà tal-informazzjoni jew għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, indipendentement minn jekk dawn ikunux ta’ natura ġenerali jew maħsuba speċifikament għalihom. |
|
295 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ma huwiex meħtieġ li rekwiżit ikollu fit-totalità tiegħu “bħala skop u għan speċifiku” li jirregola servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, peress li huwa biżżejjed li dan ir-rekwiżit ifittex dan l-iskop jew dan l-għan f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2019, VG Media, C‑299/17, EU:C:2019:716, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
296 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jirrestrinġi l-moviment liberu tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, sa fejn din id-dispożizzjoni tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi tipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-minuri ta’ reklamar li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
b) Fuq il-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet abbażi tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/31
1) L-argumenti tal-partijiet
|
297 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Ungerija ma tistax tidderoga, abbażi tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/31, mill-projbizzjoni, prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, tar-restrizzjonijiet għas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li joriġinaw minn Stati Membri oħra. |
|
298 |
Il-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ minuri ta’ kontenut jew reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, kif previst fl-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, minn naħa, u fl-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, min-naħa l-oħra, ma tistax titqies li hija neċessarja fid-dawl tal-għanijiet ta’ interess ġenerali li jinsabu f’dan l-Artikolu 3(4). |
|
299 |
Għalkemm il-protezzjoni tat-tfal jew il-protezzjoni tad-dritt tal-ġenitur li jrabbi lill-wild tiegħu tikkostitwixxi interess pubbliku leġittimu, l-invokazzjoni tiegħu ma hijiex biżżejjed fiha nnifisha sabiex tiġġustifika deroga mill-projbizzjoni tar-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, peress li l-kunċetti ta’ “ordni pubbliku”, ta’ “sigurtà pubblika” jew ta’ “saħħa pubblika” ma jistgħux jiġu ddefiniti mill-Istati Membri b’mod diskrezzjonali. Fid-dawl tas-sentenza tal‑14 ta’ Frar 2019, Milivojević (C‑630/17, EU:C:2019:123), għandu jkun hemm prova konkreta fl-isfond taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni tal-eżistenza ta’ theddida reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà. |
|
300 |
L-Ungerija ssostni li l-Kummissjoni stess ammettiet, fir-rikors tagħha, li l-għan tal-protezzjoni tal-minuri jinsab espressament fost l-għanijiet ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għall-provvista ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, bħala prinċipju pprojbita mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31. Issa, dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod effettiv permezz ta’ miżuri inqas restrittivi. |
|
301 |
Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali huma meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali tal-protezzjoni tal-minuri u tad-dritt tal-ġenituri li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom. |
|
302 |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ theddida reali u suffiċjentement gravi li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà, l-Ungerija tosserva li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ evalwazzjoni fir-rigward kemm tal-miżuri meħuda sabiex jipproteġu l-għan inkwistjoni kif ukoll tar-rigorożità ta’ dawn il-miżuri. |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
303 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(4)(a) tad-Direttiva 2000/31, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta’ servizz speċifiku minn soċjetà tal-informazzjoni, jieħdu miżuri li jidderogaw mill-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, sakemm, l-ewwel nett, dawn ikunu neċessarji sabiex jiġi ggarantit l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-konsumaturi, it-tieni nett, dawn jittieħdu kontra servizz minn soċjetà tal-informazzjoni li effettivament jippreġudika dawn l-għanijiet jew jikkostitwixxi riskju serju u gravi ta’ ħsara għal dawn tal-aħħar u, fl-aħħar nett, dawn ikunu proporzjonati mal-imsemmija għanijiet (sentenza tas‑27 ta’ Frar 2025, Apothekerkammer Nordrhein, (C‑517/23, EU:C:2025:122, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
304 |
Skont il-formulazzjoni stess tal-ewwel inċiż ta’ dan l-Artikolu 3(4)(a)(i), il-kunċett ta’ “ordni pubbliku” li jinsab fih ikopri b’mod partikolari “il-protezzjoni ta’ minuri”, li jikkorrispondi mal-għan prinċipalment invokat f’dan il-każ mill-Ungerija sabiex tiġġustifika r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni inkwistjoni fil-kuntest tat-tieni lment. |
|
305 |
Madankollu, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 129 sa 133 ta’ din is-sentenza, Stat Membru ma jistax jibbaża ruħu fuq interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2000/31 li tikser il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, stabbilita fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, peress li din il-projbizzjoni hija ta’ natura imperattiva sa fejn tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
306 |
Issa, għal raġunijiet analogi għal dawk esposti fil-punti 135 sa 162 kif ukoll fil-punti 229 sa 233 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li kemm l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kif ukoll l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jwettqu diskriminazzjoni direttament ibbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jiksru l-kontenut essenzjali tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
307 |
Għaldaqstant, ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, stabbiliti rispettivament mill-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u mill-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, ma jistgħux jitqiesu li huma neċessarji, fis-sens tal-Artikolu 3(4)(a)(i) tad-Direttiva 2000/31, sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tal-għan leġittimu tal-protezzjoni tal-minuri. |
|
308 |
Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li, bħalma jsegwi mill-kliem stess tal-Artikolu 3(4)(a)(ii) ta’ din id-direttiva, huma biss il-miżuri “meħuda kontra servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” li jistgħu jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni. |
|
309 |
Issa, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li miżuri ġenerali u astratti li jikkonċernaw kategorija ta’ servizzi partikolari minn soċjetà tal-informazzjoni deskritta b’termini ġenerali u li japplikaw mingħajr distinzjoni għal kull fornitur ta’ din il-kategorija ta’ servizzi ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “miżuri meħuda kontra servizz partikolari minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” hemm previst (sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2024, Airbnb Ireland u Amazon Services Europe, C‑662/22 u C‑667/22, EU:C:2024:432, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
310 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali huma miżuri ġenerali u astratti, b’tali mod li ma jissodisfawx il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(4)(a)(ii) tad-Direttiva 2000/31. |
c) Konklużjoni
|
311 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha premessi, hemm lok li jiġi konkluż li t-tieni lment huwa fondat. |
3. Fuq it-tielet ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE
a) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE
1) Fuq l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal
i) L-argumenti tal-partijiet
|
312 |
Permezz tal-ewwel parti tat-tielet ilment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 kif ukoll taħt l-Artikolu 56 TFUE. |
|
313 |
Hija tfakkar, f’dan il-kuntest, li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jipprevedi l-projbizzjoni li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuni li jkollhom inqas minn 18‑il sena kontenut li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità u li, minħabba f’hekk, dan l-Artikolu 6/A jista’ jaffettwa l-provvista transkonfinali ta’ servizzi. |
|
314 |
Dan l-Artikolu 6/A japplika għall-provvista ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni u jkopri mhux biss is-servizzi pprovduti minn organi pubbliċi, iżda wkoll is-servizzi pprovduti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, kif ukoll minn organizzazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika. L-imsemmi Artikolu 6/A fil-fatt jindirizza lill-korpi pubbliċi jew privati li jikkontribwixxu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u għall-protezzjoni tal-interessi legali tat-tfal, kif ukoll it-twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri. |
|
315 |
Peress li jistgħu jiġu pprovduti wkoll bi ħlas, dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tat-Trattat FUE u tad-Direttiva 2006/123. F’dan ir-rigward, in-natura mingħajr skop ta’ lukru ta’ servizz li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, anki jekk ipprovdut minn entitajiet privati, ma tipprekludix li dan jiġi kklassifikat bħala “servizz” fis-sens tad-dritt tal-Unjoni. Dan jirriżulta wkoll mill-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 5(s) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, li jirreferi għall-“kundizzjonijiet neċessarji għall-eżerċizzju tal-attività ta’ provvista ta’ servizzi ta’ benesseri tat-tfal u ta’ protezzjoni tat-tfal”. |
|
316 |
Għalhekk, il-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor jistgħu joffru servizzi ta’ għajnuna għat-tfal fl-Ungerija lil kull persuna, fil-forma ta’ kura tat-tfal, skola tal-kindergarten, korsijiet partikolari, għajnuna tal-familja au pair jew korsijiet ta’ taħriġ. |
|
317 |
Barra minn hekk, iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jibbenefikaw mis-servizzi li għalihom japplika dan l-Artikolu 6/A matul ir-residenza tagħhom fl-Ungerija, peress li l-Artikolu 4(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ikopri wkoll it-tfal ta’ ċittadini barranin li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu f’dan l-Istat Membru matul perijodu ta’ iktar minn tliet xhur. |
|
318 |
In-natura transkonfinali ta’ dawn is-servizzi ma hijiex invalidata mill-premessa 114 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65), peress li din il-premessa ma hijiex intiża li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 jew tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
319 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ma jistax ikun is-suġġett ta’ eċċezzjoni skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123, sa fejn dan l-Artikolu 6/A jirrestrinġi kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi transkonfinali kif ukoll il-libertà li dawn jiġu rċevuti, fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
320 |
B’mod partikolari, l-imsemmi Artikolu 6/A ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(j) tal-imsemmija direttiva, li teżenta mill-applikazzjoni tagħha s-servizzi soċjali relatati mal-għajnuna għat-tfal żgurati mill-Istat. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax, minn naħa, għal servizzi pprovduti minn korpi privati f’dan il-qasam u, min-naħa l-oħra, għall-għajnuna għat-tfal b’mod ġenerali. |
|
321 |
L-Ungerija tirribatti, minn naħa, billi targumenta li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal japplika biss fil-kuntest tas-sistema istituzzjonali tal-protezzjoni tat-tfal. Min-naħa l-oħra, is-servizzi u l-miżuri intiżi sabiex jipproteġu t-tfal ma humiex servizzi ta’ natura ekonomika pprovduti bi ħlas u jaqgħu, fi kwalunkwe każ, taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2006/123. |
|
322 |
Il-fatt li dawn is-servizzi jiġu pprovduti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi kif ukoll minn organizzazzjonijiet oħra mingħajr personalità ġuridika ma jbiddilx in-natura tagħhom bħala servizzi mingħajr skop ta’ lukru, peress li l-Artikolu 5(s) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jindika l-persuni u l-organizzazzjonijiet li għandhom awtorizzazzjoni sabiex jeżerċitaw attivitajiet ta’ promozzjoni tal-benesseri tat-tfal u ta’ protezzjoni ta’ dawn tal-aħħar. |
|
323 |
Għalhekk, anki jekk l-imsemmija servizzi kienu pprovduti minn fornituri awtorizzati mill-Istat jew minn assoċjazzjonijiet tal-karità rrikonoxxuti mill-Istat, tali provvista taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2006/123. Fil-fatt, skont l-Ungerija, din il-provvista hija ekwivalenti għal dik li tirrigwarda servizzi soċjali fl-oqsma tal-għajnuna għat-tfal u tal-għajnuna għall-familji, fis-sens ta’ din id-direttiva. Dan l-Istat Membru jżid li organizzazzjonijiet privati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ natura soċjali barra mill-kuntest ta’ din il-liġi għalhekk ma humiex ikkonċernati mill-Artikolu 6/A tal-imsemmija liġi. Barra minn hekk, ma jistax ikun hemm ksur tal-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva, jiġifieri restrizzjoni għall-użu ta’ servizz ipprovdut minn fornitur li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, peress li s-servizzi koperti mil-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jistgħu jiġu pprovduti biss fl-Ungerija. |
|
324 |
F’dan ir-rigward, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-premessa 114 tad-Direttiva 2014/24, li tfakkar li “[ċ]erti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk is-servizzi li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi”. |
|
325 |
Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 6/A ta’ din il-liġi ma jaffettwax il-libertà ta’ aċċess tal-fornituri għas-suq Ungeriż, iżda jirrestrinġi, fil-kuntest ta’ servizzi koperti minnha, l-aċċess tal-minuri għall-kontenut imsemmi f’din id-dispożizzjoni. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
326 |
B’mod preliminari, fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, imsemmija fl-Artikolu 56 TFUE, għandu jitfakkar li l-portata ta’ din il-libertà hija kkonkretizzata b’mod partikolari mid-Direttiva 2006/123 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2024, Airbnb Ireland u Amazon Services Europe, C‑662/22 u C‑667/22, EU:C:2024:432, punt 47). |
|
327 |
Minn naħa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, essenzjalment, mill-premessa 7 ta’ din id-direttiva, li din tal-aħħar twettaq armonizzazzjoni mmirata sabiex tistabbilixxi qafas legali ġenerali li jkun ta’ benefiċċju għal varjetà wiesgħa ta’ servizzi filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari ta’ kull tip ta’ attività u tas-sistema regolatorja tagħhom. Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li, meta qasam ikun is-suġġett ta’ armonizzazzjoni, kull miżura nazzjonali li taqa’ taħtu għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura ta’ armonizzazzjoni (sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Reklamar għall-ispiżeriji), C‑200/24, EU:C:2025:459, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
328 |
Kif jistabbilixxi l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/123, din tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jippermettu b’mod partikolari li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li jiġi ggarantit livell għoli ta’ kwalità għas-servizzi. |
|
329 |
Skont l-Artikolu 2(1) tal-istess direttiva, din għandha tapplika għas-servizzi pprovduti mill-fornituri li jkollhom l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru, peress li, il-kunċett ta’ “servizz” huwa ddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tagħha bħala “attività ekonomika mhux imħallsa, [attività ekonomika ta’ persuna li taħdem għal rasha], normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl‑Artikolu [57 TFUE]”. |
|
330 |
Madankollu, l-Artikolu 2(2) jeskludi numru ta’ attivitajiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123, b’mod partikolari, skont il-punti (a), (i) u (j) ta’ din id-dispożizzjoni, is-servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi, l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika kif ukoll is-servizzi soċjali relatati mal-assistenza għat-tfal u mal-għajnuna lill-familji. |
|
331 |
Madankollu, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, din ma tkunx applikabbli jekk id-dispożizzjonijiet tagħha jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tal-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha f’setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi (sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2020, Star Taxi App, C‑62/19, EU:C:2020:980, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 330 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-imsemmija direttiva timponi regoli ġenerali li jippermettu l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tas-servizzi li ma humiex is-servizzi awdjoviżivi jew is-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. |
|
332 |
L-Artikolu 16(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi, barra minn hekk, fl-ewwel żewġ subparagrafi tiegħu, minn naħa, li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt tal-fornituri li jipprovdu servizzi fi Stat Membru differenti minn dak li fih huma stabbiliti u, min-naħa l-oħra, li l-Istat Membru li fih jiġi pprovdut is-servizz jiggarantixxi, b’mod partikolari, l-eżerċizzju liberu tal-attività ta’ servizz fit-territorju tiegħu. Skont it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 16(1), l-Istati Membri ma jistgħux jissuġġettaw l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha fit-territorju tagħhom għal rekwiżiti li ma jissodisfawx il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. |
|
333 |
Skont l-Artikolu 16(3) tal-istess direttiva, l-Istat Membru li fih il-fornitur jiċċaqlaq sabiex jipprovdi s-servizz tiegħu għandu l-possibbiltà li jimponi rekwiżiti dwar il-provvista tal-attività ta’ servizz meta dawn ir-rekwiżiti jkunu ġġustifikati, b’mod partikolari, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 16. |
|
334 |
Skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/123, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu fuq ir-riċevitur ta’ servizz rekwiżiti li jirrestrinġu l-użu ta’ servizz ipprovdut minn fornitur li għandu l-istabbiliment tiegħu fi Stat Membru ieħor, b’mod partikolari, skont dan l-Artikolu 19(a), l-obbligu li jikseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew li jagħmel dikjarazzjoni magħhom. |
|
335 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2020, Star Taxi App (C‑62/19, EU:C:2020:980), jekk il-fatt li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jikkostitwixxi, kif ġie deċiż fil-punti 266 sa 273 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni applikabbli għal “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, huwiex ta’ natura li jeskludi l-applikazzjoni għal dan l-Artikolu 6/A tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2006/123 u dik tal-Artikolu 56 TFUE, peress li d-Direttiva 2000/31 tirregola speċifikament il-moviment liberu tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. |
|
336 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif jirriżulta minn dawn l-istess punti ta’ din is-sentenza, li, fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ persuni li għalihom japplika l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, li tinkludi mhux biss fornituri, iżda wkoll riċevituri ta’ servizzi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, ma jistax jiġi eskluż, kif indikat essenzjalment l-Avukata Ġenerali fil-punt 331 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-projbizzjoni li l-kontenut imsemmi fl-istess artikolu jkun disponibbli hija imposta fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi li ma humiex servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, fis-sens tad-Direttiva 2000/31. |
|
337 |
Fid-dawl tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123, li jipprovdi li l-kunċett ta’ “servizz” jinkludi kull attività ekonomika li ma ssirx f’kuntest ta’ impjieg, normalment magħmula għal remunerazzjoni, prevista fl-Artikolu 57 TFUE, tali servizzi jistgħu jikkonsistu f’servizzi bażiċi fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal fl-Ungerija, bħal attivitajiet ta’ kura tat-tfal matul il-jum. |
|
338 |
Ċertament, l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jirreferi wkoll għall-korpi pubbliċi jew privati li jikkontribwixxu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u għall-protezzjoni tal-interessi legali tat-tfal kif ukoll għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri. |
|
339 |
Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, tali servizzi jistgħu wkoll jiġu pprovduti bi ħlas. |
|
340 |
Issa, minbarra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punti 267 u 268 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li ma huwiex eskluż li istituzzjoni pubblika tista’ teżerċita diversi attivitajiet, kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, sakemm ikun eskluż kull riskju ta’ sussidju “trażversali” tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha permezz ta’ fondi pubbliċi li minnhom hija tibbenefika għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, C‑74/16, EU:C:2017:496, punt 51). |
|
341 |
Tali servizzi ekonomiċi, imsemmija fl-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, jaqgħu għalhekk taħt il-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123. |
|
342 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk dawn is-servizzi humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva skont l-Artikolu 2(2)(j) tagħha, li jipprovdi li din ma tapplikax b’mod partikolari għas-servizzi soċjali relatati mal-għajnuna għat-tfal. |
|
343 |
Ċertament, minn qari flimkien ta’ din id-dispożizzjoni u tal-premessa 27 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li huma biss is-“servizzi soċjali” li jissodisfaw żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li jaqgħu taħt tali kunċett. Filwaqt li l-ewwel kundizzjoni tirrigwarda n-natura tal-attivitajiet eżerċitati, it-tieni kundizzjoni tirrigwarda l-istatus tal-fornitur tas-servizzi, li jistgħu jiġu żgurati mill-Istat innifsu, minn assoċjazzjoni tal-karità rrikonoxxuta bħala tali mill-Istat jew inkella minn fornitur ta’ servizzi privat inkarigat minn dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2013, Femarbel, C‑57/12, EU:C:2013:517, punti 42 sa 44). |
|
344 |
F’dan ir-rigward, fornitur ta’ servizzi privat għandu jitqies li huwa inkarigat mill-Istat sa fejn huwa għandu l-“obbligu” li jipprovdi s-servizzi soċjali li ġew fdati lilu (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2013, Femarbel, C‑57/12, EU:C:2013:517, punt 46). |
|
345 |
Issa, l-Ungerija ma wrietx li s-servizzi u l-miżuri speċifiċi kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal huma żgurati mill-Istat, minn assoċjazzjoni tal-karità rrikonoxxuta bħala tali mill-Istat jew minn fornitur ta’ servizzi privat inkarigat minn dan tal-aħħar. |
|
346 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal għandhiex tiġi analizzata bħala li hija rekwiżit ta’ natura li jirrestrinġi l-moviment liberu tas-servizzi, fis-sens tad-Direttiva 2006/123. |
|
347 |
Il-kunċett ta’ “rekwiżit” huwa ddefinit fil-punt 7 tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li dan il-kunċett jinkludi kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri jew bħala riżultat tal-ġurisprudenza, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju tal-awtonomija legali tagħhom. |
|
348 |
Din id-definizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, li tipprovdi li din tapplika esklużivament għar-rekwiżiti li jaffettwaw l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju ta’ din l-attività u għalhekk ma tapplikax għar-rekwiżiti li ma jirregolawx jew li ma jaffettwawx speċifikament l-imsemmija attività, iżda li għandhom jiġu osservati mill-fornituri ta’ tali servizzi bl-istess mod bħal persuni li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑30 ta’ Jannar 2018, X u Visser, C‑360/15 u C‑31/16, EU:C:2018:44, punt 123, u tat‑22 ta’ Settembru 2020, Cali Apartments, C‑724/18 u C‑727/18, EU:C:2020:743, punt 40). |
|
349 |
Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, għandhom jiġu kkunsidrati bħala restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi r-rekwiżiti kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew irendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Reklamar għall-ispiżeriji), C‑200/24, EU:C:2025:459, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
350 |
Il-kunċett ta’ “restrizzjoni”, fis-sens tad-Direttiva 2006/123, ikopri r-rekwiżiti meħuda minn Stat Membru li, għalkemm applikabbli mingħajr distinzjoni, jaffettwaw l-aċċess għas-suq tal-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra (sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Reklamar għall-ispiżeriji), C‑200/24, EU:C:2025:459, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata), billi jipprojbixxu, jostakolaw jew irendu inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, fejn jipprovdi legalment servizzi analogi (sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2013, Konstantinides, C‑475/11, EU:C:2013:542, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
351 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 348 sa 350 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal mhux biss inaqqas il-possibbiltà għall-fornituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jipprovdu servizzi li jinkludu l-kontenut imsemmi fl-imsemmi artikolu lill-klijentela potenzjali tagħhom residenti fl-Ungerija, iżda jagħmel ir-riċezzjoni ta’ dawn is-servizzi inqas attraenti għar-riċevituri tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu. |
|
352 |
Minn dan isegwi li l-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi rekwiżit ta’ natura li jirrestrinġi l-moviment liberu tas-servizzi, fis-sens tad-Direttiva 2006/123. |
2) Fuq l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali
i) L-argumenti tal-partijiet
|
353 |
Permezz tat-tieni parti tat-tielet ilment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll taħt l-Artikolu 56 TFUE. |
|
354 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità u, minħabba f’hekk, jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ reklamar b’mod transkonfinali. |
|
355 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li dan l-Artikolu 8(1a) jaffettwa mhux biss is-servizzi ta’ reklamar offline, bħad-disinn u l-pubblikazzjoni ta’ posters, avviżi tal-istampa jew leaflets, iżda wkoll l-attivitajiet kummerċjali kollha b’mod ġenerali li jużaw ir-reklamar sabiex jippromwovu oġġetti u servizzi. |
|
356 |
L-imsemmi Artikolu 8(1a) jirrigwarda għalhekk kemm ir-reklamar b’mezzi elettroniċi u r-reklamar fiżiku, kif ukoll ir-reklamar b’mezzi oħra, bħalma huwa l-mezz tat-telefon. |
|
357 |
Għaldaqstant, is-servizzi msemmija fl-imsemmi Artikolu 8(1a) jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 kif ukoll taħt l-Artikolu 56 TFUE. F’dan ir-rigward, la l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva u lanqas l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2)(ċ) u (g) tagħha ma japplikaw f’dan il-każ. |
|
358 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi, il-Kummissjoni tirrileva, l-ewwel nett, li, għalkemm l-istess Artikolu 8(1a) ma jipprojbixxix, b’mod ġenerali, ix-xandir ta’ reklami b’kontenut sensittiv, din id-dispożizzjoni twassal għal projbizzjoni ta’ kull reklamar li jirreferi jew jalludi għal kontenut li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità. |
|
359 |
Issa, mis-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2013, Konstantinides (C‑475/11, EU:C:2013:542, punt 56), jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar li għandu ċertu kontenut tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
|
360 |
F’dan ir-rigward, effetti restrittivi potenzjali huma suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ restrizzjoni, peress li din tinkludi wkoll miżuri li jistgħu jiskoraġġixxu jew jirrendu inqas attraenti l-provvista transkonfinali ta’ servizzi, kif jirriżulta mis-sentenzi tas‑17 ta’ Lulju 2008, Corporación Dermoestética (C‑500/06, EU:C:2008:421, punti 33 u 34), kif ukoll tad‑19 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑577/10, EU:C:2012:814, punt 38). |
|
361 |
It-tieni nett, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jaffettwa wkoll servizzi transkonfinali li ma jikkostitwixxux, fihom innifishom, reklamar, iżda li jkunu akkumpanjati minn reklamar li jirrappreżenta jew jippromwovi l-omosesswalità, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, jiġifieri “reklamar ta’ akkumpanjament”. |
|
362 |
L-Ungerija ssostni li r-restrizzjoni tas-servizzi ta’ reklamar offline, skont dan l-Artikolu 8(1a), ma tippermettix, fiha nnifisha, li jiġi konkluż li l-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali jkun ostakolat jew isir inqas attraenti. |
|
363 |
Dan l-Istat Membru jippreċiża li l-imsemmi Artikolu 8(1a) ma huwiex intiż li jistabbilixxi projbizzjoni ġenerali, iżda li jillimita l-aċċessibbiltà għar-reklamar li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, għall-pubbliku fil-mira ta’ persuni ta’ inqas minn 18‑il sena. Promozzjoni ta’ tali kontenut timplika li dawn it-tipi ta’ aġir huma ppreżentati b’mod iktar favorevoli jew iktar vantaġġuż mill-istandards sesswali ġeneralment aċċettati fis-soċjetà kkonċernata. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk ir-reklamar jinkoraġġixxi espressament lill-minuri sabiex isiru omosesswali jew sabiex ibiddlu l-ġeneru tagħhom. |
|
364 |
L-istess Artikolu 8(1a) għalhekk jifformula biss projbizzjoni ta’ ċertu kontenut għar-reklamar indirizzat lill-minuri, iżda ma jimplikax projbizzjoni li jiġu ordnati, mixtrija jew offruti servizzi transkonfinali ta’ reklamar li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
365 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li mill-punt 291 ta’ din is-sentenza jirriżulta li s-servizzi ta’ reklamar imsemmija fl-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jistgħu jikkostitwixxu “servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2015/1535, u li għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31. |
|
366 |
Issa, kif enfasizzat l-Avukata Ġenerali fil-punt 333 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jistax jiġi eskluż, fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni partikolarment wiesa’ tal-projbizzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu 8(1a), li tipprevedi “reklamar […] li jippromwovi jew jirrappreżenta diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità”, li huma koperti minn din id-dispożizzjoni reklami mwettqa b’mod differenti minn dawk li jsiru permezz ta’ servizz ta’ media awdjoviżiva jew b’mezzi elettroniċi, pereżempju permezz ta’ posters, kif ukoll forom oħra ta’ reklamar, bħar-reklamar ta’ akkumpanjament. |
|
367 |
Konformement mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/123, is-servizzi ta’ reklamar imsemmija fl-imsemmi Artikolu 8(1a) jistgħu għalhekk jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, sa fejn dawn is-servizzi ma humiex irregolati minn dispożizzjoni ta’ att ieħor tad-dritt tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tal-aċċess għal attività ta’ servizz jew tal-eżerċizzju tagħha f’setturi speċifiċi u li jidħol f’kunflitt mal-imsemmija direttiva. |
|
368 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi ppreċiżat li s-servizzi ta’ reklamar li ma humiex awdjoviżivi jew elettroniċi, bħal dawk previsti fil-punt 366 ta’ din is-sentenza, ma jistgħux jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2)(ċ) u (g) tal-istess direttiva li jirrigwardaw is-servizzi u n-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u kif ukoll is-servizzi awdjoviżivi. |
|
369 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali għandhiex tiġi analizzata bħala li tikkostitwixxi rekwiżit ta’ natura li jirrestrinġi l-moviment liberu tas-servizzi, fis-sens tad-Direttiva 2006/123, u, b’estensjoni, bħala li tinvolvi restrizzjoni għal dan il-moviment liberu, fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
370 |
Għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa, li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi, b’mod ġenerali u assolut, kull reklamar għal ċerta attività hija tali li tirrestrinġi l-possibbiltà, għall-persuni li jeżerċitaw din l-attività, li jsiru magħrufa mill-klijenti potenzjali tagħhom u li jippromwovu s-servizzi li huma jipproponu li joffru lil dawn tal-aħħar. Konsegwentement, tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandha titqies bħala li tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Reklamar għall-ispiżeriji), C‑200/24, EU:C:2025:459, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
371 |
Min-naħa l-oħra, skont din il-ġurisprudenza, anki jekk leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistabbilixxix tali projbizzjoni ġenerali u assoluta tar-reklamar jew ta’ forma speċifika ta’ reklamar, tali leġiżlazzjoni tista’ tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ reklamar ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2013, Konstantinides, C‑475/11, EU:C:2013:542, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
372 |
Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jista’ għalhekk jillimita l-ordni, ix-xiri jew il-provvista ta’ natura transkonfinali tas-servizzi ta’ reklamar. |
|
373 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 370 u 371 ta’ din is-sentenza, il-projbizzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu 8(1a) tikkostitwixxi rekwiżit li jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fis-sens tad-Direttiva 2006/123, sa fejn din id-dispożizzjoni tirrestrinġi l-possibbiltà, għall-persuni li jipprovdu servizzi ta’ reklamar, li jippromwovu dawn is-servizzi fl-Ungerija, meta r-reklamar li huma jipproponu, li jinkludi kontenut imsemmi fl-imsemmi artikolu, jista’, fejn applikabbli, jarah jew jisimgħu minuri. |
|
374 |
Barra minn hekk, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Ungerija li r-reklamar ma jaqax taħt qasam armonizzat, raġuni li għaliha l-Istati Membri jibbenefikaw minn setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa sabiex jiddeterminaw ir-rekwiżiti li ġġib magħha l-protezzjoni tal-minuri. |
|
375 |
Fil-fatt, mill-premessa 7 tad-Direttiva 2006/123 jirriżulta, essenzjalment, li din twettaq armonizzazzjoni mmirata sabiex tistabbilixxi qafas legali ġenerali li jkun ta’ benefiċċju għal varjetà wiesgħa ta’ servizzi filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari ta’ kull tip ta’ attività u tas-sistema regolatorja tagħhom. |
|
376 |
Għaldaqstant, peress li din id-direttiva tistabbilixxi, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tagħha, dispożizzjonijiet ġenerali maħsuba sabiex jeliminaw ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tas-servizzi bejn l-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ suq intern tas-servizzi liberu u kompetittiv, dawn huma marbuta, kif tosserva l-Kummissjoni, li jeżerċitaw is-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom fil-limiti stabbiliti mill-imsemmija direttiva. |
3) Fuq l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika
i) L-argumenti tal-partijiet
|
377 |
Permezz tat-tieni parti tat-tielet ilment, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll taħt l-Artikolu 56 TFUE. |
|
378 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika jipprevedi li l-attivitajiet organizzati għall-istudenti li jikkonċernaw il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali ma għandhomx ikunu intiżi li jippromwovu d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
379 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-servizzi edukattivi msemmija jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 u tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
380 |
F’dan ir-rigward, din l-istituzzjoni tindika li s-servizzi pprovduti minn korpi privati huma koperti minn din id-direttiva u minn dan l-artikolu, bħas-servizzi edukattivi pprovduti minn fornituri stabbiliti fi Stati Membri oħra. Bl-istess mod, l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim pubbliku li l-attivitajiet prinċipali tagħhom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva jistgħu jeżerċitaw attivitajiet komplementari, ġeneralment ipprovduti bi ħlas, bħall-organizzazzjoni ta’ konferenzi. |
|
381 |
Madankollu, f’dan il-każ, ma huwiex inkwistjoni t-tagħlim pubbliku Ungeriż, iżda l-attivitajiet ekonomiċi koperti mir-regoli tas-suq intern tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni. |
|
382 |
Sa fejn l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika jestendi għall-attivitajiet li jikkonċernaw “il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali”, organizzati f’istituzzjonijiet ta’ tagħlim pubbliku, din id-dispożizzjoni taffettwa lill-fornituri ta’ servizzi esterni privati marbuta mal-istituzzjonijiet pubbliċi, bħal terzi li jorganizzaw korsijiet ta’ taħriġ, konferenzi jew rappreżentazzjonijiet artistiċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għalhekk, ma huwiex limitat għat-tagħlim, iżda jkopri wkoll attivitajiet oħra organizzati fl-iskejjel. |
|
383 |
Issa, fl-okkażjoni ta’ dawn l-attivitajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Unjoni huma lesti li joffru, spiss bi ħlas, servizzi fl-Ungerija jew lejn l-Ungerija li huma, essenzjalment, ipprojbiti skont dan l-Artikolu 9(12). |
|
384 |
Fit-tieni lok, l-imsemmi Artikolu 9(12) huwa sproporzjonat, sa fejn dan ma huwiex adattat sabiex jiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, jiġifieri dak li tiġi stabbilita sistema ta’ edukazzjoni pubblika li tiffavorixxi l-iżvilupp mentali, fiżiku u intellettwali armonjuż tat-tfal u taż-żgħażagħ, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tagħha. Din id-dispożizzjoni ma tippromwovix l-iżvilupp tal-istudenti kollha, iżda tiddiskrimina kontra parti mill-popolazzjoni Ungeriża u Ewropea. Għaldaqstant, l-istess Artikolu 9(12), billi jistabbilixxi projbizzjoni daqstant ġenerali, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju. |
|
385 |
L-Ungerija tirribatti, fl-ewwel lok, billi targumenta li l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika jkopri biss l-attivitajiet ta’ edukazzjoni pubblika, inklużi l-attivitajiet skolastiċi kif ukoll attivitajiet oħra proposti fl-ambitu tal-edukazzjoni, b’tali mod li din id-dispożizzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttiva 2006/123. |
|
386 |
Barra minn hekk, is-servizzi edukattivi u kulturali pprovduti minn organizzazzjonijiet privati lanqas ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, peress li l-Artikolu 9(12) ta’ din il-liġi ma japplikax għall-imsemmija servizzi. |
|
387 |
Mill-banda l-oħra, dan l-artikolu jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 165(1) TFUE, peress li jirregola l-kontenut tat-tagħlim, li madankollu jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-fatt li skola tipprovdi tagħlim f’diversi lingwi huwa irrilevanti fir-rigward tal-appartenenza ta’ din tal-aħħar għas-sistema ta’ edukazzjoni pubblika. |
|
388 |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika ma jipprojbixxix ir-rappreżentazzjoni tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, iżda l-promozzjoni ta’ dan il-kontenut. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiżbalja meta ssostni li ċerti organizzazzjonijiet ma humiex awtorizzati jipprovdu servizzi lill-iskejjel fl-Ungerija. Servizzi li jirrappreżentaw din id-diverġenza jistgħu fil-fatt jiġu pprovduti minn persuni li ma jkunux l-impjegati tal-istituzzjoni ta’ tagħlim, bil-kundizzjoni li dawn il-persuni jkunu rreġistrati mill-korp maħtur b’liġi. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
389 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk is-servizzi ta’ tagħlim pubbliku msemmija fl-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika humiex koperti mill-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 u, fil-każ affermattiv, jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva humiex f’kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att ieħor tad-dritt tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi marbuta mal-aċċess għal din l-attività ta’ servizz jew mal-eżerċizzju tagħha, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva. |
|
390 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, ċertament, li l-karatteristika essenzjali ta’ dan il-kunċett ta’ “servizz”, jiġifieri r-remunerazzjoni li tikkostitwixxi l-korrispettiv ekonomiku għas-servizz inkwistjoni, tkun nieqsa meta t-tagħlim jingħata fl-ambitu tas-sistema ta’ edukazzjoni pubblika, peress li l-Istat ma jimpenjax ruħu f’attivitajiet irremunerati f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑27 ta’ Settembru 1988, Humbel u Edel, 263/86, EU:C:1988:451, punti 17 u 18, u tas‑7 ta’ Diċembru 1993, Wirth (C‑109/92, EU:C:1993:916, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
391 |
Mill-banda l-oħra, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-korsijiet ipprovduti minn istituzzjonijiet ta’ tagħlim iffinanzjati, essenzjalment, minn fondi privati, b’mod partikolari mill-istudenti u l-ġenituri tagħhom, jikkostitwixxu “servizzi” fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-għan ta’ dawn l-istituzzjonijiet huwa, fil-fatt, li joffru servizz bi ħlas (sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2010, Zanotti, C‑56/09, EU:C:2010:288, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
392 |
Għalhekk jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE, l-attivitajiet ta’ tagħlim ta’ kongregazzjoni mhux iffinanzjati mill-Istat Membru kkonċernat, li jagħmlu parti mit-tagħlim preskolastiku, ekstrakurrikulari u postobbligatorju (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, C‑74/16, EU:C:2017:496, punt 57). |
|
393 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, kif issostni l-Kummissjoni, li l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika jkopri firxa wiesgħa ta’ servizzi edukattivi, peress li jipprevedi, f’termini ġenerali ħafna, li l-attivitajiet organizzati għall-istudenti li jikkonċernaw il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali ma għandhomx ikunu intiżi sabiex jippromwovu d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità. |
|
394 |
Għalhekk, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 337 tal-konklużjonijiet tagħha, din id-dispożizzjoni tidher li hija applikabbli għal servizzi edukattivi, jiġifieri f’dan il-każ servizzi ta’ edukazzjoni jew ta’ informazzjoni tal-minuri dwar il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali jew l-iżvilupp sesswali li, meta jiġu pprovduti bi ħlas barra mis-sistema ta’ tagħlim pubbliku jew fl-ambitu ta’ din is-sistema, iżda minn fornituri ta’ servizzi esterni, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizz”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123. |
|
395 |
Huwa irrilevanti f’dan ir-rigward l-argument tal-Ungerija li l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 165(1) TFUE, peress li dan l-Artikolu 9 jirregola l-kontenut tat-tagħlim. |
|
396 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 272 ta’ din is-sentenza, għalkemm l-Istati Membri huma ċertament kompetenti, skont dan l-Artikolu 165(1), f’dak li jirrigwarda l-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi rispettivi tagħhom, huma għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tas-servizzi, speċifikament tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
397 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi indikat li, sa fejn dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti wkoll b’mod differenti minn dak permezz ta’ servizz ta’ media awdjoviżiva jew ta’ mezz elettroniku, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/123 ma japplikax. |
|
398 |
Fit-tielet lok, dawn is-servizzi edukattivi ma jistgħux jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(j) ta’ din id-direttiva, li tipprovdi li din ma tapplikax b’mod partikolari għas-“servizzi soċjali” relatati mal-għajnuna għat-tfal. |
|
399 |
Fil-fatt, ma humiex koperti minn dan il-kunċett ta’ “servizzi soċjali” servizzi edukattivi normalment ipprovduti lill-istudenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, peress li l-imsemmi kunċett jipprevedi attivitajiet essenzjali sabiex jiġi ggarantit id-dritt fundamentali għad-dinjità tal-bniedem billi jiġi evitat riskju ta’ marġinalizzazzjoni tal-persuni li huma benefiċjarji tiegħu, u li jikkostitwixxu, f’dan is-sens, manifestazzjoni tal-prinċipji ta’ koeżjoni soċjali u ta’ solidarjetà (sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2013, Femarbel, C‑57/12, EU:C:2013:517, punt 43, u tat‑18 ta’ Diċembru 2025, Slagelse Almennyttige Boligselskab, Afdeling Schackenborgvænge, C‑417/23, EU:C:2025:1017, punt 64). |
|
400 |
Fir-raba’ lok, dan l-Artikolu 9(12) jikkostitwixxi rekwiżit li jista’ jirrestrinġi l-moviment liberu tas-servizzi ggarantit mill-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123, meta dawn is-servizzi, li jirrigwardaw attivitajiet organizzati għall-istudenti li jikkonċernaw il-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali, huma pprovduti bi ħlas lil hinn mis-sistema ta’ tagħlim pubbliku jew fl-ambitu ta’ din is-sistema, iżda minn fornituri ta’ servizzi esterni. |
|
401 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 349 ta’ din is-sentenza, l-imsemmi Artikolu 9(12) għandu għalhekk jitqies li jirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà. |
b) Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123 u kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE
1) L-argumenti tal-partijiet
|
402 |
Il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri nazzjonali restrittivi għandhom jissodisfaw raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, għandhom ikunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex minnhom, u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
|
403 |
Issa, la l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, la l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, u lanqas l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, ma jistgħu jitqiesu li huma ġġustifikati u proporzjonati. |
|
404 |
L-ordni pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent ma jistgħux jiġu invokati sabiex jiġġustifikaw dawn ir-restrizzjonijiet, peress li l-Ungerija ma wrietx l-eżistenza ta’ theddida reali u suffiċjentement serja li taffettwa l-interess fundamentali tas-soċjetà li hija tinvoka, jiġifieri l-protezzjoni tal-minuri. |
|
405 |
Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 403 ta’ din is-sentenza ma humiex konformi mal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123, li japplikaw ukoll għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva, u jiksru wkoll l-Artikolu 56 TFUE. |
|
406 |
L-Ungerija ssostni li dawn id-dispożizzjonijiet huma xierqa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali li tirrappreżenta l-protezzjoni tad-dritt tal-minuri għal żvilupp fiżiku, mentali, emozzjonali jew morali b’saħħtu, peress li t-tendenza tal-minuri li jkunu influwenzati minn kontenut ta’ ħsara, fl-assenza ta’ perspettiva kritika, hija ħafna ikbar minn dik tal-adulti. Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tat-tfal. |
|
407 |
B’mod partikolari, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jipprevedi li r-reklamar li jinkludi l-kontenut previst minn din id-dispożizzjoni jista’ jkompli jixxandar f’postijiet mhux iffrekwentati minn tfal jew f’pubblikazzjonijiet li għalihom it-tfal ma għandhomx aċċess, b’tali mod li l-kundizzjonijiet imfakkra, essenzjalment, fis-sentenza tas‑17 ta’ Lulju 2008, Corporación Dermoestética (C‑500/06, EU:C:2008:421, punt 35), huma ssodisfatti. |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
408 |
Skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2006/123, l-Istat Membru li fih il-fornitur jiċċaqlaq sabiex jipprovdi s-servizz tiegħu għandu l-possibbiltà li jimponi rekwiżiti dwar il-provvista tal-attività ta’ servizz meta dawn ikunu ġġustifikati, b’mod partikolari, b’raġuni ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 16. |
|
409 |
Konformement mal-punt (ċ) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, dawn ir-rekwiżiti għandhom josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jimplika li dawn għandhom ikunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq. |
|
410 |
Barra minn hekk, huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu juri li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Edukazzjoni ogħla), C‑66/18, EU:C:2020:792, punt 179 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
411 |
F’dan il-każ, l-Ungerija tinvoka f’dan ir-rigward l-iżvilupp fiżiku, mentali, emozzjonali jew morali b’saħħtu tal-minuri. |
|
412 |
Madankollu, dan l-għan ma jistax jiġġustifika r-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet ikkonstatati fil-punti 352, 373 u 400 ta’ din is-sentenza. |
|
413 |
Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 129 sa 133 ta’ din is-sentenza, Stat Membru ma jistax jibbaża ruħu fuq interpretazzjoni tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2006/123 li tikser il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, stabbilita fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, peress li din il-projbizzjoni hija ta’ natura imperattiva sa fejn tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
414 |
Issa, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 306 ta’ din is-sentenza, kemm l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kif ukoll l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali jwettqu diskriminazzjoni direttament ibbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali, inkompatibbli ma’ din il-projbizzjoni. B’hekk, dawn id-dispożizzjonijiet imorru kontra l-kontenut essenzjali tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. Barra minn hekk, għal raġunijiet analogi għal dawk imsemmija f’dan l-istess punt, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika joħloq diskriminazzjoni bbażata direttament fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali, li hija wkoll inkompatibbli mal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
|
415 |
Għaldaqstant, għandu jitqies li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, mill-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali u kif ukoll mill-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, rispettivament, ma jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2006/123, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta. |
c) Konklużjoni
|
416 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi konkluż li t-tielet ilment huwa fondat, u din il-konklużjoni ma tistax, fid-dawl ta’ dak li huwa espost fil-punti 326 sa 352, 365 sa 376 u 389 sa 401 ta’ din is-sentenza, titqiegħed f’dubju mill-allegazzjoni tal-Ungerija li t-tielet ilment ma jissodisfax ir-rekwiżiti fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-prova applikabbli għar-rikorsi intiżi għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
4. Fuq il-ħames ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta
|
417 |
Permezz tal-ħames ilment tagħha, li għandu jiġi eżaminat fir-raba’ lok, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija li naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta. |
|
418 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, l-Artikolu 8(1a) tal-Liġi dwar ir-Reklamar Kummerċjali, l-Artikolu 9(1) u (6) u l-Artikolu 32(4a) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, kif ukoll l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, id-“dispożizzjonijiet kontenzjużi”) jiksru l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta sa fejn jirrestrinġu l-aċċess għall-persuni ta’ inqas minn 18‑il sena għall-kontenut tal-media jew għall-komunikazzjonijiet kummerċjali li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
a) Fuq l-applikabbiltà tal-Karta għall-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u għall-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika
|
419 |
Qabelxejn, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Ungerija bbażat fuq il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat‑30 ta’ April 2014, Pfleger et (C‑390/12, EU:C:2014:281, punt 34), li jgħid li, sa fejn id-definizzjoni tal-kontenut tal-edukazzjoni pubblika taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li dawn il-liġijiet ma humiex suġġetti għall-osservanza tal-Karta. |
|
420 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li skontu d-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. Huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat fuq dan il-punt li mill-punti 281, 352 u 400 ta’ din is-sentenza jirriżulta b’mod partikolari li l-Artikolu 6/A tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, minn naħa, u l-Artikolu 9(12) tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Pubblika, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu rekwiżiti ta’ natura li jirrestrinġu l-moviment liberu tas-servizzi kemm fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31, kif ukoll fis-sens tal-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123. |
|
421 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita sew, tali miżuri għandhom ikunu konformi mal-Karta, li jimplika b’mod partikolari li dawn ma joħolqux limitazzjonijiet għad-drittijiet u għal-libertajiet stabbiliti minnha jew, jekk dan ikun il-każ, li dawn il-limitazzjonijiet ikunu ġġustifikati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta (sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Trasparenza assoċjattiva), C‑78/18, EU:C:2020:476, punt 103 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
b) Fuq l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 21 tal-Karta
|
422 |
Qabelxejn, għandu jintlaqa’ l-ħames ilment sa fejn dan jirrigwarda nuqqas, mill-Ungerija, li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21(1) tal-Karta. Fil-fatt, tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jirriżulta neċessarjament mill-punti 135 sa 162, 196, 203, 230, 306, 414 u 415 ta’ din is-sentenza, fejn huwa essenzjalment ikkonstatat li kull waħda mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ungeriża li hija s-suġġett tal-ewwel tliet ilmenti tikser il-kontenut essenzjali ta’ din id-dispożizzjoni. |
c) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjonijiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet ggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta
|
423 |
Qabelxejn, għandu jiġi evalwat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet kontenzjużi jillimitawx id-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta u, fil-każ affermattiv, jekk, kif issostni l-Ungerija, dawn il-limitazzjonijiet jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tagħha. |
1) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjoni tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit fl-Artikolu 7 tal-Karta
i) L-argumenti tal-partijiet
|
424 |
Il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi, li jirrestrinġu, fir-rigward tal-persuni ta’ inqas minn 18‑il sena, il-kontenut jew ir-reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, jiksru d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta. |
|
425 |
Skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit minn dan l-Artikolu 7 għandu jiġi interpretat b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 8 tal-KEDB. |
|
426 |
Konformement ma’ din il-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ “ħajja privata”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 8, li ma jistax ikun is-suġġett ta’ definizzjoni eżawrjenti, għandu jinftiehem f’sens wiesa’, bħala li jkopri l-integrità fiżika u morali ta’ persuna kif ukoll id-dritt għall-“iżvilupp personali” jew għall-awtodeterminazzjoni. |
|
427 |
Barra minn hekk, dejjem skont din il-ġurisprudenza, l-identità jew l-identifikazzjoni sesswali, l-isem, l-orjentazzjoni sesswali u l-ħajja sesswali jaqgħu wkoll fl-isfera personali protetta minn dan l-Artikolu 8, billi dan tal-aħħar għandu essenzjalment l-għan li jipproteġi lill-individwu mill-indħil arbitrarju tas-setgħat pubbliċi. |
|
428 |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk kummenti li jikkonċernaw grupp partikolari jilħqux il-livell minimu ta’ applikazzjoni tal-istess Artikolu 8, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tieħu inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-karatteristiċi tal-persuni li jifformaw dan il-grupp u, min-naħa l-oħra, il-kontenut preċiż tal-kummenti negattivi li jkunu saru fir-rigward tal-imsemmi grupp, kif ukoll il-forma u l-portata tal-kummenti u l-kuntest ġenerali li fih ikunu saru. |
|
429 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi u t-tneħħija tar-rappreżentazzjoni ta’ persuni u ta’ ħajjiet li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħhom jista’ jkollhom, fihom innifishom, effett stigmatizzanti. Din l-istigmatizzazzjoni hija msaħħa mill-fatt li test ta’ liġi jipprevedi li t-tfal għandhom ikunu protetti mir-rappreżentazzjonijiet tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. Din hija amplifikata mill-kuntest li fih taqa’ l-Liġi Emendatorja, li tista’ toħloq rabta bejn, minn naħa, il-perikoli maħluqa mill-pedofilija u, min-naħa l-oħra, ir-riskju kkawżat mis-sempliċi eżistenza ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, peress li l-messaġġ impliċitu huwa li dawn il-persuni huma perikolużi daqs il-pedofili. |
|
430 |
Dawn id-dispożizzjonijiet, li jiddiskriminaw b’mod dirett kontra l-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, iwasslu għall-marġinalizzazzjoni u l-istigmatizzazzjoni ta’ dawn il-persuni, bi ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta. |
|
431 |
L-Ungerija tirribatti billi targumenta li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li dawn jippreġudikaw id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali. Dawn id-dispożizzjonijiet la għandhom għan diskriminatorju u lanqas stigmatizzanti u ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li dawn il-persuni għandhom jitqiesu li huma ta’ ħsara jew li jirrappreżentaw perikolu għas-soċjetà. |
|
432 |
Dan l-Istat Membru jirrikonoxxi, ċertament, li l-kunċett ta’ “ħajja privata”, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-Karta, huwa wiesa’ u jinkludi d-dritt għall-iżvilupp personali u għall-awtodeterminazzjoni. |
|
433 |
Madankollu, il-Kummissjoni ma wrietx li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi jippreġudikaw id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, fis-sens ta’ dan l-artikolu, tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, billi dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-protezzjoni tal-minuri f’sitwazzjonijiet speċifiċi, mingħajr ma għandhom impatt fil-livell tas-soċjetà. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
434 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 7 tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha. |
|
435 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tenfasizza li din id-dispożizzjoni tipproteġi l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna bħala element kostituttiv u wieħed mill-aspetti l-iktar intimi tal-ħajja privata tagħha. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tinkludi d-dritt ta’ kull persuna li tistabbilixxi d-dettalji tal-identità tagħha bħala bniedem, li jinkludi d-dritt tal-persuni transġeneru għall-iżvilupp personali u għall-integrità fiżika u morali kif ukoll għar-rispett u għar-rikonoxximent tal-orjentazzjoni u tal-identità sesswali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Mirin, C‑4/23, EU:C:2024:845, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
436 |
L-Artikolu 7 tal-Karta jimponi, f’dan is-sens, fuq l-Istati Membri, minbarra obbligi negattivi bl-għan li l-persuni li ma humiex ċiġeneru, inklużi persuni transġeneru jew li ma humiex eterosesswali, ikunu protetti mill-indħil arbitrarju tas-setgħat pubbliċi, obbligi pożittivi, li jimplika wkoll l-implimentazzjoni ta’ proċeduri effikaċi u aċċessibbli li jiggarantixxu rispett effettiv tad-dritt tagħhom għall-identità sesswali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza partikolari ta’ dan id-dritt, l-Istati Membri jgawdu biss minn marġni ta’ evalwazzjoni ristrett f’dan il-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Mirin, C‑4/23, EU:C:2024:845, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
437 |
Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 52(3) tal-Karta, li huwa intiż li jiżgura l-koerenza neċessarja bejn id-drittijiet inklużi fil-Karta u d-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-KEDB mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mingħajr ostakolu għall-possibbiltà li dan id-dritt jagħti protezzjoni iktar estiża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fl-interpretazzjoni li hija tagħti fir-rigward tad-drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 7 tal-Karta, b’mod partikolari, id-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-Artikolu 8(1) tal-KEDB, kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħala livell minimu ta’ protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2022, Ordre van Vlaamse Balies et, C‑694/20, EU:C:2022:963, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑25 ta’ Novembru 2025, Wojewoda Mazowiecki, C‑713/23, EU:C:2025:917, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
438 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-kunċett ta’ “ħajja privata”, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tal-KEDB, huwa kunċett wiesa’, li ma jistax jiġi ddefinit b’mod eżawrjenti. Dan il-kunċett ikopri l-integrità fiżika u morali tal-persuna u xi drabi jinkludi aspetti tal-identità fiżika u soċjali ta’ individwu, fosthom id-dritt li jistabbilixxi u jiżviluppa relazzjonijiet ma’ persuni simili, id-dritt għall-“iżvilupp personali” jew id-dritt għall-awtodeterminazzjoni bħala tali. Barra minn hekk, l-identità sesswali, l-isem, l-orjentazzjoni sesswali u l-ħajja sesswali jaqgħu wkoll fl-isfera personali protetta minn dan l-Artikolu 8(1) (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 23 ta’ Settembru 2010, Schüth vs Il-Ġermanja, CE:ECHR:2010:0923JUD000162003, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
439 |
L-Artikolu 8 tal-KEDB jinkludi u jiggarantixxi wkoll id-dritt għal “ħajja privata soċjali”, jiġifieri l-possibbiltà għall-individwu li jiżviluppa l-identità soċjali tiegħu (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, 5 ta’ Settembru 2017, Bărbulescu vs Ir-Rumanija, CE:ECHR:2017:0905JUD006149608, punt 70). |
|
440 |
Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 8 tal-KEDB, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta għandu għalhekk rilevanza speċifika f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-identità sesswali kif ukoll tal-orjentazzjoni sesswali, u dan kemm fl-isfera personali kif ukoll fl-isfera soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2018, F, C‑473/16, EU:C:2018:36, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
441 |
F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet kontenzjużi, sa fejn jirrestrinġu l-aċċess tal-minuri għall-kontenut jew għall-komunikazzjonijiet kummerċjali li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “ħajja privata”, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-Karta. |
|
442 |
Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw l-iżvilupp tal-identità sesswali individwali ta’ persuna bħala element kostituttiv u wieħed mill-aspetti l-iktar intimi tal-ħajja privata tagħha, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 435 ta’ din is-sentenza. |
|
443 |
Issa, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmija dispożizzjonijiet jirrestrinġu l-aċċess tal-minuri biss għall-kontenut jew għall-komunikazzjonijiet kummerċjali li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, għandu jiġi kkunsidrat li tali restrizzjoni hija ta’ natura offensiva u stigmatizzanti fir-rigward tal-membri tas-soċjetà kkonċernati mill-istess dispożizzjonijiet. |
|
444 |
L-ewwel nett, din in-natura offensiva u stigmatizzanti tirriżulta mill-fatt li dawn il-membri tas-soċjetà, jiġifieri l-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru jew mhux eterosesswali, huma meqjusa li huma ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri abbażi biss tal-identità sesswali tagħhom jew tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom. |
|
445 |
It-tieni nett, il-limitazzjoni tal-kontenut jew tal-komunikazzjonijiet kummerċjali li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, skont id-dispożizzjonijiet kontenzjużi, mhux biss timmarġinalizza l-persuni mhux ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru jew li ma humiex eterosesswali, iżda ssaħħaħ fl-isfera pubblika l-perċezzjoni stigmatizzanti tal-identità sesswali tagħhom jew tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom. |
|
446 |
It-tielet nett, kif issostni essenzjalment il-Kummissjoni, il-fatt li att leġiżlattiv, bħal-Liġi Emendatorja, jipprovdi, skont it-titolu tiegħu, li huwa qiegħed jintroduċi “miżuri iktar severi kontra trasgressuri pedofili”, filwaqt li jipprevedi li l-minuri għandhom ikunu protetti mir-rappreżentazzjonijiet tad-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità, huwa wkoll ta’ natura li jżid l-effett offensiv u stigmatizzanti tad-dispożizzjonijiet kontenjużi, jew saħansitra jwassal għall-iżvilupp ta’ aġir ta’ mibegħda lejn il-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali sa fejn dawn jistgħu għalhekk jiġu assoċjati ma’ trasgressuri sesswali. |
|
447 |
Ir-raba’ nett, għalkemm l-Istati Membri għandhom obbligu pożittiv li jiggarantixxu r-rispett effettiv tad-dritt ta’ kull persuna għall-iżvilupp ta’ identità sesswali, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 436 ta’ din is-sentenza, dawn id-dispożizzjonijiet juru, kif diġà ġie kkonstatat essenzjalment fil-punt 136 tal-istess sentenza, preferenza għal ċerti tipi ta’ identitajiet personali jew sesswali, ta’ relazzjonijiet jew ta’ familji meta mqabbla ma’ oħrajn, li tikkontribwixxi għall-istigmatizzazzjoni tal-identitajiet, tar-relazzjonijiet jew tal-familji li ma jagħmlux parti minn dawn it-tipi. |
|
448 |
Konsegwentement, il-projbizzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjonijiet li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-minuri kontenut jew reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, tikkostitwixxi limitazzjoni partikolarment gravi tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, tal-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew li ma humiex eterosesswali. |
2) Fuq l-eżistenza ta’ limitazzjoni tal-libertà ta’ espressjoni ggarantita fl-Artikolu 11 tal-Karta
i) L-argumenti tal-partijiet
|
449 |
Il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi, li jirrestrinġu, fir-rigward tal-persuni ta’ inqas minn 18‑il sena, l-aċċess għall-kontenut jew għar-reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, jiksru d-dritt għal-libertà ta’ espressjoni stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta. Dan il-ksur ma huwiex limitat għall-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, peress li jirrestrinġi d-dritt ta’ kull ċittadin, indipendentement mis-sess jew mill-orjentazzjoni sesswali, li jikkomunika u jirċievi l-kontenut inkwistjoni. |
|
450 |
B’mod iktar preċiż, din l-istituzzjoni ssostni li dawn id-dispożizzjonijiet jirrestrinġu d-dritt tal-fornituri ta’ servizzi tal-media, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar, tal-fornituri li jużaw ir-reklamar fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom kif ukoll tal-fornituri ta’ servizzi edukattivi, li jxandru ċertu kontenut skont l-għanijiet tagħhom, it-twemmin tagħhom jew l-għażliet personali tagħhom. |
|
451 |
Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom effett negattiv fuq il-kapaċità tal-persuni, inklużi l-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, li jesprimu jew li jirċievu informazzjoni bl-istess mod bħallikieku xtaqu jikkomunikaw dwar relazzjonijiet jew kwistjonijiet li jikkonċernaw persuni ċisġeneru jew eterosesswali. |
|
452 |
L-istess dispożizzjonijiet ġew ifformulati f’termini estensivi u vagi, b’mod li jkopru firxa wiesgħa ta’ kontenut u jħallu marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ sabiex jiġi deċiż it-tip ta’ kontenut li jikkostitwixxi l-promozzjoni ta’ orjentazzjoni sesswali. |
|
453 |
L-Ungerija ssostni li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi ma jaffettwawx direttament id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, peress li dawn il-persuni ma humiex destinatarji ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u dawn tal-aħħar jillimitaw biss ir-rappreżentazzjoni jew il-promozzjoni tal-kontenut ikkonċernat f’ċerti oqsma speċifiċi tal-ħajja tal-minuri. |
|
454 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li l-minuri huma iktar vulnerabbli mill-adulti, sa fejn il-personalità tagħhom tkun għadha immatura, u, minħabba l-età tagħhom, huma għandhom bżonn protezzjoni speċjali mill-promozzjoni jew mir-rappreżentazzjoni ta’ ċertu kontenut sensittiv. L-imsemmija dispożizzjonijiet huma intiżi għalhekk sabiex jillimitaw ir-riċezzjoni, minn minuri, ta’ informazzjoni min-naħa ta’ sorsi indipendenti mill-ġenituri tiegħu, u mingħajr ebda kontroll minn dawn tal-aħħar. |
|
455 |
Għaldaqstant, l-istess dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jirrestrinġu d-dritt ta’ kull ċittadin li jikkomunika u jirċievi l-kontenut inkwistjoni, sa fejn ir-restrizzjoni tal-komunikazzjoni tikkonċerna biss sitwazzjonijiet speċifiċi u tirrigwarda biss lill-minuri. |
|
456 |
L-Ungerija tippreċiża li l-libertà ta’ espressjoni ma hijiex dritt fundamentali assolut, peress li din għandha diversi limitazzjonijiet, b’mod partikolari meta tkun inkwistjoni l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ħaddieħor, jiġifieri, f’dan il-każ, il-minuri kif ukoll il-ġenituri tagħhom jew it-tuturi tagħhom, li għandhom id-dritt li jkunu jistgħu jiddeċiedu huma stess dwar l-edukazzjoni tagħhom. |
ii) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
457 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 11(1) tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, li tinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li tirċievi jew li tikkomunika informazzjoni jew ideat mingħajr indħil mill-awtoritajiet pubbliċi u indipendentement mill-fruntieri. |
|
458 |
Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jipprovdi li l-libertà tal-media u l-pluraliżmu għandhom ikunu rrispettati. |
|
459 |
Kif jirriżulta mill-punt 437 ta’ din is-sentenza, konformement mal-Artikolu 52(3) tal-Karta, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fl-interpretazzjoni li hija tagħti fir-rigward tad-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 11 tal-Karta, b’mod partikolari d-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-Artikolu 10 tal-KEDB, kif interpretati fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħala livell minimu ta’ protezzjoni. |
|
460 |
Il-libertà ta’ espressjoni tikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet essenzjali għall-progress f’soċjetà demokratika u għall-iżvilupp ta’ kull individwu u tipproteġi, bħala prinċipju, mhux biss l-“informazzjoni” jew l-“ideat” milqugħa b’mod favorevoli jew meqjusa li huma inoffensivi jew indifferenti, iżda wkoll dawk li joffendu, jixxukkjaw jew joħolqu tħassib, u dan sabiex jiġu ggarantiti l-pluraliżmu, it-tolleranza u l-ispirtu ta’ trasparenza li mingħajrhom ma jkunx hemm soċjetà demokratika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2023, Migracijos departamentas (Raġunijiet ta’ persekuzzjoni bbażati fuq opinjonijiet politiċi), C‑280/21, EU:C:2023:13, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
461 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rilevanti għall-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu 11, għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċetti ta’ “informazzjoni” jew ta’ “ideat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2023, Migracijos departamentas (Raġunijiet ta’ persekuzzjoni bbażati fuq opinjonijiet politiċi), C‑280/21, EU:C:2023:13, punt 32). |
|
462 |
Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 10 tal-KEDB jiggarantixxi l-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni lil kull persuna u jirrigwarda mhux biss il-kontenut tal-informazzjoni, iżda wkoll il-mezzi għat-tixrid tagħha, sa fejn kull restrizzjoni għal dawn il-mezzi taffettwa d-dritt li wieħed jirċievi u jikkomunika informazzjoni (sentenza tas‑26 ta’ April 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑401/19, EU:C:2022:297, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
463 |
Din il-libertà tapplika b’mod partikolari għax-xandir minn imprenditur ta’ informazzjoni ta’ natura kummerċjali, b’mod partikolari fil-forma ta’ messaġġi ta’ reklamar (sentenza tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr, C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
464 |
Minbarra l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi informazzjoni, iggarantita mill-Artikolu 11(1) tal-Karta, il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu 11 huwa intiż li jippromwovi l-pluraliżmu fil-produzzjoni u fil-programmazzjoni tal-informazzjoni fl-Unjoni (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2013, Sky Österreich, C‑283/11, EU:C:2013:28, punt 51). |
|
465 |
Għalhekk mill-ġurisprudenza jirriżulta li miżura nazzjonali, sa fejn tillimita l-possibbiltajiet ta’ xandir jew tipprojbixxi l-aċċess għal ċertu kontenut jew reklamar li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, tikkostitwixxi ksur, min-naħa tal-fornituri kkonċernati, tal-libertà ta’ espressjoni stabbilita fl-Artikolu 11 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr, C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 82 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
466 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi jirrestrinġu d-dritt tal-fornituri ta’ servizzi tal-media, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar, tal-fornituri li jużaw ir-reklamar fl-ambitu tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom u kif ukoll tal-fornituri ta’ servizzi edukattivi li jxandru kontenut jew reklamar li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. Dawn id-dispożizzjonijiet għalhekk jillimitaw id-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ “informazzjoni” ggarantit fl-Artikolu 11 tal-Karta u, b’estensjoni, il-pluraliżmu fil-produzzjoni u l-programmazzjoni tal-informazzjoni fl-Unjoni. |
|
467 |
Fit-tieni lok, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom ukoll l-effett li jirrestrinġu d-dritt ta’ kull persuna, iggarantit fl-Artikolu 11 tal-Karta, li tirċievi informazzjoni li tippromwovi jew tirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità. |
|
468 |
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet kontenzjużi jillimitaw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni mhux biss fir-rigward tal-minuri, iżda wkoll fir-rigward tal-pubbliku ġenerali li jixtieq jirċievi tali kontenut, kif ukoll fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi li jxandru dan il-kontenut fil-forma ta’ reklami, ta’ avviżi ta’ interess pubbliku jew ta’ messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni mxandra fl-isfera pubblika. |
|
469 |
Fit-tielet lok, ma jistax jintlaqa’, f’dan il-kuntest, l-argument tal-Ungerija li dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx direttament id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, peress li dawn il-persuni ma humiex destinatarji tal-imsemmija dispożizzjonijiet. |
|
470 |
Fil-fatt, l-Artikolu 11 tal-Karta japplika, kif jirriżulta mill-punti 466 sa 468 ta’ din is-sentenza, għal kull projbizzjoni jew limitazzjoni tax-xandir jew ta’ riċezzjoni tal-kontenut previst minn dawn l-istess dispożizzjonijiet u mhux biss għall-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jesprimu lilhom innifishom il-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew dawk li ma humiex eterosesswali. |
|
471 |
Konsegwentement, il-projbizzjoni li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-minuri kontenut jew reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, kif prevista mid-dispożizzjonijiet kontenzjużi, tikkostitwixxi ndħil partikolarment gravi fil-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, iggarantita mill-Artikolu 11 tal-Karta. |
d) Fuq il-ġustifikazzjoni tal-limitazzjonijiet tad-drittijiet u tal-libertajiet ggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta
|
472 |
Il-Kummissjoni ssostni, għal raġunijiet essenzjalment analogi għal dawk esposti fil-punti 96 sa 105 ta’ din is-sentenza, li l-limitazzjonijiet tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta ma jistgħux jitqiesu li huma ġġustifikati jew proporzjonati fid-dawl tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Min-naħa tagħha, l-Ungerija ssostni, għal raġunijiet essenzjalment analogi għal dawk esposti fil-punti 115 sa 122 ta’ din is-sentenza, li dawn il-limitazzjonijiet huma neċessarji u proporzjonati għall-għanijiet imfittxija minnhom, jiġifieri, minn naħa, l-aħjar interess tat-tfal, li l-Artikolu 24(2) tal-Karta jeżiġi li jiġi segwit, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tad-dritt tal-ġenituri li jiżguraw l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom konformement mat-twemmin reliġjuż, filosofiku u pedagoġiku tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 14(3) tal-Karta. |
|
473 |
Issa, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet magħmula fil-punti 135 sa 162 ta’ din is-sentenza, li huma kompletament trasponibbli għall-eżami tal-indħil partikolarment gravi fid-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti fl-Artikoli 7 u 11 tal-Karta li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet inkwistjoni tal-Liġi Emendatorja, għandu jitqies li dan l-indħil ma jistax jiġi ġġustifikat mit-tfittxija ta’ dawn l-għanijiet. |
e) Fuq l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 1 tal-Karta
|
474 |
Hija wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-eżami tal-ħames ilment, li għandha tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet kontenzjużi jiksrux ukoll l-Artikolu 1 tal-Karta. |
1) L-argumenti tal-partijiet
|
475 |
Il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi jiksru l-Artikolu 1 tal-Karta, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet mhux biss jikkostitwixxu diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u l-orjentazzjoni sesswali, iżda jissuġġettaw ukoll il-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni tal-omosesswalità jew tad-diverġenza mis-sess assenjat mat-twelid u l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess għall-istess regoli u restrizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għax-xandir tal-pedofilija, tal-vjolenza u tal-pornografija tal-minuri. |
|
476 |
L-imsemmija dispożizzjonijiet jassoċjaw għalhekk l-omosesswalità, id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid u l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess ma’ ksur gravi, inkluż ksur li jinvolvi atti ta’ krudeltà. |
|
477 |
Il-konsegwenza ta’ tali kwalifika hija li l-persuni li ma humiex eterosesswali, jew li s-sess jew l-identità sesswali tagħhom ma tikkorrispondix mas-sess assenjat mat-twelid, jitqiesu li huma “ekwivalenti”, fil-livell morali u ġuridiku, għal persuni li jikkostitwixxu theddida fundamentali għas-soċjetà. |
|
478 |
L-assoċjazzjoni tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali mal-pedofilija, mal-vjolenza u mal-pornografija f’atti legali li għandhom saħħa vinkolanti jkollha l-effett li trendi lil dawn il-persuni “mistmerra” mis-soċjetà jew li jistħoqqilhom l-ostraċiżmu jew it-tneħħija mis-soċjetà. |
|
479 |
F’dan ir-rigward, il-preġudizzju għad-dinjità tal-bniedem, fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Karta, huwa aggravat mill-kuntest li fih ġew adottati d-dispożizzjonijiet kontenzjużi. Il-Kummissjoni tenfasizza fuq dan il-punt li dawn id-dispożizzjonijiet ġew proposti u adottati mill-organi ta’ Stat Membru u għandhom saħħa ta’ liġi, fatt li jsaħħaħ l-effett ostraċizzanti u stigmatizzanti tagħhom, konformement mal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-Qorti EDB tat‑23 ta’ Jannar 2023, Macatė vs Il-Litwanja (CE:ECHR:2023:0123JUD006143519). |
|
480 |
Barra minn hekk, l-argument tal-Ungerija li t-titolu tal-Liġi Emendatorja, jiġifieri “Liġi Nru LXXIX tal‑2021 li Tintroduċi Miżuri Iktar Severi Kontra Trasgressuri Pedofili u li Temenda Ċerti Liġijiet għall-Protezzjoni tat-Tfal”, huwa biss titolu sintetiku konformi mar-rekwiżiti leġiżlattivi Ungeriżi, li jindika l-oqsma u t-testi normattivi kkonċernati mill-emendi li għalihom tirreferi l-liġi, jikkostitwixxi oġġezzjoni qarrieqa. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jenfasizzaw il-leġiżlazzjoni u r-restrizzjoni tal-kontenut li jikkonċerna l-persuni u l-modi ta’ ħajja li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali. |
|
481 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-adozzjoni ta’ miżuri li jiddiskriminaw u jistigmatizzaw persuna abbażi ta’ raġuni waħda jew iktar elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta tista’ tiġi interpretata bħala li tikkostitwixxi preġudizzju għad-dinjità ta’ din il-persuna. |
|
482 |
L-Ungerija tikkontesta, minn naħa, li l-kontenut kopert mid-dispożizzjonijiet kontenzjużi huwa suġġett għall-istess restrizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għax-xandir tal-vjolenza u tal-pornografija tal-minuri. Fil-fatt, dan ix-xandir ma jaqax taħt il-Kategorija V, imsemmija fl-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media iżda taħt il-Kategorija VI, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu. |
|
483 |
Min-naħa l-oħra, dan l-Istat Membru jsostni, billi jirreferi għall-argument ibbażat fuq it-titolu tal-Liġi Emendatorja espost fil-punt 480 ta’ din is-sentenza, li ma hemmx bażi sabiex jiġi konkluż li l-kontenut potenzjalment dannuż għall-minuri, li huwa s-suġġett tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi, jirrifletti ġudizzju ta’ valur negattiv tal-Ungerija, lanqas intenzjoni jew interpretazzjoni stigmatizzanti, jew rieda li tiġi ppreġudikata d-dinjità tal-bniedem. |
|
484 |
Barra minn hekk, fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti EDB tat‑23 ta’ Jannar 2023, Macatė vs Il-Litwanja (CE:ECHR:2023:0123JUD006143519), dan l-Istat Membru jirribatti billi jargumenta li minn din ma tista’ tinsilet ebda konklużjoni sostantiva fir-rigward tal-konformità tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi mal-Karta, peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprojbixxux li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-minuri ċerta informazzjoni, b’mod ġenerali, iżda biss li tali informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom f’kuntesti speċifiċi u għal raġunijiet partikolari. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa għalhekk ħafna iktar ristrett mir-regola nazzjonali inkwistjoni f’din is-sentenza tal-aħħar. |
2) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
485 |
Skont l-Artikolu 1 tal-Karta, id-dinjità tal-bniedem hija invjolabbli. Hija għandha tkun irrispettata u protetta. |
|
486 |
Mill-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta jirriżulta li d-dinjità tal-persuna tal-bniedem, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 1, ma hijiex biss dritt fundamentali fiha nnifisha, iżda tikkostitwixxi l-bażi stess tad-drittijiet fundamentali. F’dan ir-rigward, dawn l-ispjegazzjonijiet jirreferu b’mod partikolari għad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl‑10 ta’ Diċembru 1948, li inkludiet id-dinjità tal-bniedem fil-preambolu tagħha, li tippreċiża li “r-rikonoxximent tad-dinjità inerenti għall-membri kollha tal-familja tal-bniedem u tad-drittijiet ugwali u inaljenabbli tagħhom jikkostitwixxi l-bażi tal-libertà, tal-ġustizzja u tal-paċi fid-dinja”. Minn dan jirriżulta, skont l-imsemmija spjegazzjonijiet, li l-ebda wieħed mid-drittijiet inklużi f’din il-karta ma jista’ jintuża sabiex jippreġudika d-dinjità ta’ persuna oħra u li d-dinjità tal-bniedem tagħmel parti mis-sustanza tad-drittijiet inklużi fiha. Għaldaqstant din ma tistax tiġi ppreġudikata, anki meta jkun hemm limitazzjoni ta’ dritt. |
|
487 |
F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punti 444 u 445 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi għandhom bħala konsegwenza li jistigmatizzaw u li jimmarġinalizzaw lill-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew li ma humiex eterosesswali, li jifformaw grupp minoritarju ta’ persuni, biss minħabba l-identità sesswali tagħhom jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. |
|
488 |
Għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-punt 446 ta’ din is-sentenza, jirriżulta, barra minn hekk, mit-titolu tal-Liġi Emendatorja, flimkien mal-effett stigmatizzanti u marġinalizzanti tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi, li l-Ungerija wettqet, fl-ambitu ta’ att leġiżlattiv li għandu saħħa vinkolanti, assoċjazzjoni bejn, minn naħa, il-fatt li wieħed ma jkunx ċisġeneru jew eterosesswali u, min-naħa l-oħra, id-delinkwenza marbuta mal-pedofilija. Issa, tali assoċjazzjoni, permezz tal-effett offensiv u stigmatizzanti tagħha għall-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew li ma humiex eterosesswali, li hija, barra minn hekk, ta’ natura li twassal sabiex jiġi żviluppat aġir ta’ mibegħda lejn tali persuni, tippreġudika d-dinjità tal-bniedem ta’ dawn tal-aħħar, fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Karta. |
|
489 |
Kif issostni l-Kummissjoni, din l-assoċjazzjoni u din l-istigmatizzazzjoni jwasslu sabiex grupp ta’ persuni, li jagħmlu parti integrali minn soċjetà kkaratterizzata mill-pluraliżmu, jiġi ttrattat bħala theddida għal din is-soċjetà li jistħoqqilha trattament legali partikolari li jwassal sabiex tiġi stabbilita, miżmuma jew imsaħħa l-“inviżibbiltá” soċjali ta’ tali grupp ta’ persuni, bi ksur tal-Artikolu 1 tal-Karta. |
|
490 |
Dawn il-konstatazzjonijiet ma jistgħux jitqiegħdu f’dubju mill-argument tal-Ungerija li x-xandir tal-vjolenza u tal-pornografija mal-minuri, skont l-Artikolu 9(6) tal-Liġi dwar is-Servizzi tal-Media, ma jaqax taħt il-Kategorija V, iżda taħt il-Kategorija VI, konformement mal-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu. |
|
491 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-distinzjoni bejn kategoriji ta’ xandir ma tippreġudikax il-konstatazzjoni li l-assoċjazzjoni tal-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew li ma humiex eterosesswali mat-trasgressuri pedofili tirriżulta mit-titolu tal-Liġi Emendatorja, flimkien mal-effett stigmatizzanti u marġinalizzanti tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi. |
|
492 |
Konsegwentement, il-projbizzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-minuri kontenut jew reklami li jippromwovu jew jirrappreżentaw id-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess u l-omosesswalità, kif prevista mid-dispożizzjonijiet kontenzjużi, tikser id-dinjità tal-bniedem, protetta mill-Artikolu 1 tal-Karta, tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali. |
f) Konklużjoni
|
493 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha premessi, għandu jiġi konkluż li l-ħames ilment huwa fondat, peress li din il-konklużjoni ma tistax, fid-dawl ta’ dak li huwa espost fil-punti 434 sa 448, 457 sa 471 u 485 sa 492 ta’ din is-sentenza, titqiegħed f’dubju mill-allegazzjoni tal-Ungerija li l-ħames ilment ma jissodisfax ir-rekwiżiti fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-prova applikabbli għar-rikorsi intiżi għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
B. Fuq is-sitt ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE
1. L-argumenti tal-partijiet
|
494 |
Permezz tas-sitt ilment tagħha, li għandu jiġi eżaminat fil-ħames lok, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli, billi adottat il-Liġi Emendatorja, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 TUE, peress li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi li huma s-suġġett tal-ewwel tliet ilmenti u kif ukoll tal-ħames ilment jiksru l-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza u kif ukoll tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem imsemmija f’dan l-artikolu. |
|
495 |
L-imsemmija liġi hija r-riflessjoni u l-espressjoni ta’ politika deliberata u kkoordinata intiża sabiex timmarġinalizza u teskludi grupp soċjali speċifiku li jagħmel parti integrali mis-soċjetà Ungeriża u mis-soċjetà Ewropea, jiġifieri l-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, f’kontradizzjoni diretta mal-valuri fundaturi tal-Unjoni, imsemmija f’dan l-Artikolu 2, peress li l-okkorrenzi ta’ ksur imwettqa huma partikolarment gravi, numerużi u flagranti. |
|
496 |
Fid-dawl tal-portata tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-okkorrenzi ta’ ksur ikkombinati tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta, il-Kummissjoni tqis li dawn l-okkorrenzi ta’ ksur jirriflettu intenzjoni ċara li jiġu stigmatizzati l-persuni li jagħmlu parti minn dan il-grupp soċjali, li ma huwiex kompatibbli ma’ dawn il-valuri. |
|
497 |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Istati Membri huma marbuta, abbażi tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE, li jiżguraw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-applikazzjoni u l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u li jieħdu, għal dan l-għan, kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jiżguraw li jitwettqu l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
|
498 |
L-Artikolu 49 TUE, li jipprevedi l-possibbiltà għal kull Stat Ewropew li jitlob li jsir Membru tal-Unjoni, jispeċifika wkoll li l-Unjoni tiġbor fi ħdanha Stati li b’mod liberu u volontarju aderixxew għall-valuri komuni attwalment previsti fl-Artikolu 2 TUE, li josservaw dawn il-valuri u li jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-istess valuri. |
|
499 |
Peress li l-imsemmija valuri jiddefinixxu l-identità stess tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Unjoni għandha għalhekk tkun f’pożizzjoni, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha previsti mit-Trattati, li tiddefendi l-istess valuri. |
|
500 |
Issa, il-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE ma tikkostitwixxix l-uniku mezz sabiex jiġu protetti dawn il-valuri. |
|
501 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkonstatat li, minbarra din il-proċedura, diversi dispożizzjonijiet tat-Trattati, ta’ spiss ikkonkretizzati permezz ta’ atti tad-dritt sekondarju, jagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-kompetenza li jeżaminaw, li jikkonstataw u, jekk ikun il-każ, li jissanzjonaw ksur ta’ dawn il-valuri mwettaq fi Stat Membru. |
|
502 |
Barra minn hekk, l-imsemmija proċedura hija differenti mir-rikorsi għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fis-sens li, l-ewwel nett, ir-rekwiżiti previsti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tal-Unjoni ma jikkoinċidux, peress li l-Artikolu 7(2) TUE jipprevedi, għall-applikazzjoni tiegħu, li Stat Membru jkun wettaq ksur “serju u persistenti” tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE. It-tieni nett, l-Artikolu 7 TUE jawtorizza s-sospensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawn it-trattati, inklużi d-drittijiet tal-vot fi ħdan il-Kunsill, filwaqt li din is-sanzjoni ma tistax tiġi imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE. |
|
503 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għalhekk ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiggarantixxi l-osservanza, mill-Istati Membri, tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. Issa, fl-assenza ta’ kwalunkwe dispożizzjoni speċifika u espressa f’dan is-sens, restrizzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiġi aċċettata. |
|
504 |
Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Artikolu 4(2) TUE ma jistax jiġi invokat sabiex issir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2 TUE. L-“identità nazzjonali”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4(2), ma hijiex raġuni ġenerali għal deroga mill-prinċipji u mid-drittijiet fundamentali applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. |
|
505 |
Din l-istituzzjoni għalhekk issostni, billi tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li Stat Membru jista’ jinvoka dan l-Artikolu 4(2) biss jekk jista’ juri li l-identità nazzjonali tiegħu hija effettivament kompromessa u li r-regoli tiegħu huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi, huma debitament iġġustifikati u proporzjonati u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
506 |
Il-Kummissjoni żżid li, billi tindika li l-minuri għandhom jiġu protetti kontra r-rappreżentazzjoni u l-promozzjoni ta’ persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali u kif ukoll mill-mod ta’ ħajja tagħhom, il-Liġi Emendatorja titlaq mill-premessa li tali kontenut huwa ta’ ħsara u jikkostitwixxi, min-natura u mill-eżistenza tiegħu, perikolu għas-soċjetà. L-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni tirrifletti l-approċċ li d-diversità tal-ġeneru hija ekwivalenti għal “prodott” potenzjalment perikoluż. |
|
507 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-obbligi legali li jirriżultaw mill-Artikolu 2 TUE, din l-istituzzjoni hija tal-fehma li xejn fil-formulazzjoni tiegħu ma jissuġġerixxi li dan l-artikolu ma huwiex legalment vinkolanti. |
|
508 |
L-ewwel nett, mill-preambolu tat-Trattat UE jirriżulta li dan l-Artikolu 2 ma huwiex purament programmatiku. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-imsemmi Artikolu 2 TUE ma jikkostitwixxix sempliċi artikolazzjoni ta’ linji gwida jew ta’ intenzjonijiet ta’ natura politika, iżda jinkludi valuri li jaqgħu taħt l-identità nnifisha tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni. |
|
509 |
Sussegwentement, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni huma ddefiniti b’mod ġenerali u ta’ spiss jiġu kkonkretizzati minn dispożizzjonijiet oħra tad-dritt primarju jew tad-dritt sekondarju, mingħajr ma jkunu nieqsa minn saħħa vinkolanti jew minn ċarezza. |
|
510 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-natura legalment vinkolanti tal-Artikolu 2 TUE hija koerenti mal-fiduċja reċiproka li għandha teżisti bejn l-Istati Membri, fejn kull wieħed minnhom jaqsam mal-Istati Membri l-oħra kollha l-valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif speċifikat f’dan l-Artikolu 2. |
|
511 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, kuntrarjament għal dak li tallega l-Ungerija, l-imsemmi Artikolu 2 jippermettilha biss tikkonstata l-ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li għandu ċerta gravità jew li huwa ta’ natura orizzontali, jiġifieri, bħal f’dan il-każ, il-ksur tal-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta. |
|
512 |
Fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipju ne bis in idem, invokat ukoll mill-Ungerija, il-Kummissjoni tirrileva li f’dan il-każ ma hijiex inkwistjoni l-impożizzjoni ta’ sanzjoni peress li s-sentenza li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE hija purament dikjaratorja. Fi kwalunkwe każ, din l-istituzzjoni ssostni, billi tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-benefiċċju ta’ dan il-prinċipju huwa limitat għall-individwi. |
|
513 |
L-Ungerija tirribatti billi targumenta li l-Artikolu 2 TUE huwa dispożizzjoni ta’ natura ġenerali li ma tistax isservi bħala bażi legali għal rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, peress li dan l-artikolu jelenka l-valuri komuni tal-Unjoni. Dan l-artikolu lanqas ma jagħti lill-Kummissjoni kompetenza li tippermettilha tistħarreġ b’mod illimitat l-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri. |
|
514 |
Il-fatt li dan l-artikolu għandu saħħa vinkolanti ma jfissirx li l-ksur tiegħu jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE tikkostitwixxi l-mezz prinċipali sabiex jiġu osservati l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. |
|
515 |
Mis-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punti 157 u 158) jirriżulta li ċerti dispożizzjonijiet tal-Karta u tat-Trattat FUE jippreċiżaw il-portata tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu, jekk ikun il-każ, ikunu s-suġġett ta’ rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, b’differenza minn dan l-Artikolu 2 meħud waħdu. Għaldaqstant, huwa biss l-Artikolu 7 TUE li jipprevedi l-okkorrenzi ta’ ksur gravi tal-valuri stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 2 bħala tali. |
|
516 |
Barra minn hekk, l-Ungerija ssostni li hija ma invokatx l-osservanza tal-identità nazzjonali tagħha bl-għan li tiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tat-Trattati tal-Unjoni, peress li l-Liġi Emendatorja la tikser dawn it-trattati u lanqas id-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni. Mill-banda l-oħra, hija ssostni li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ evalwazzjoni sabiex jiddeterminaw il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi fundamentali tas-soċjetà f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mill-qrib mal-identità nazzjonali tagħhom, u tali marġni ta’ evalwazzjoni ġie enfasizzat mill-Avukat Ġenerali Collins fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Commune d’Ans (C‑148/22, EU:C:2023:378, punt 45). |
|
517 |
Fl-aħħar nett, il-fatt li Stat Membru jiġi kkundannat għal ksur kemm tad-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta u kif ukoll tal-Artikolu 2 TUE jista’ jmur kontra l-prinċipju ne bis in idem. |
|
518 |
Fi kwalunkwe każ, il-Liġi Emendatorja ma hijiex intiża li tistigmatizza lill-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali u lanqas li teskludihom mis-soċjetà. |
|
519 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-sitt ilment huwa inammissibbli jew, sussidjarjament, infondat. |
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
a) Fuq in-natura vinkolanti tal-Artikolu 2 TUE
|
520 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument tal-Ungerija li l-Artikolu 2 TUE ma jinkludix rekwiżiti konkreti li, fihom innifishom, jistgħu jikkostitwixxu l-bażi ta’ rikors għal konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għandu jitfakkar, b’mod preliminari, li l-Unjoni għandha qafas kostituzzjonali tagħha stess. Jaqgħu taħt dan il-qafas il-valuri fundaturi stabbiliti f’dan l-Artikolu 2, li jipprovdi li l-Unjoni “hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi”, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Karta u kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Trattati UE u FUE (ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/17 (CETA UE‑Kanada) tat‑30 ta’ April 2019, EU:C:2019:341, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
521 |
Skont l-Artikolu 49 TUE, l-osservanza ta’ dawn il-valuri tikkostitwixxi kundizzjoni preliminari għall-adeżjoni mal-Unjoni ta’ kull Stat Ewropew li jitlob li jsir membru tal-Unjoni, b’mod li huma miġbura flimkien Stati li aderixxew liberament u volontarjament mal-imsemmija valuri u li jimpenjaw ruħhom b’mod kontinwu li jippromwovuhom (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 124; tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 142; kif ukoll tad‑29 ta’ Marzu 2022, Getin Noble Bank, C‑132/20, EU:C:2022:235, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
522 |
Fil-fatt, meta Stat kandidat isir Stat Membru, huwa jaderixxi ma’ arranġament ġuridiku li huwa bbażat fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi mal-Istati Membri l-oħra kollha u jirrikonoxxi li dawn jikkondividu miegħu l-istess valuri komuni inklużi f’dan l-artikolu, li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Din il-premessa turi karatteristiċi speċifiċi u essenzjali tad-dritt tal-Unjoni, relatati man-natura rispettiva tiegħu, li jirriżultaw mill-awtonomija li l-imsemmi dritt igawdi fil-konfront kemm tad-drittijiet tal-Istati Membri kif ukoll tad-dritt internazzjonali. Hija timplika u tiġġustifika l-eżistenza ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u, għalhekk, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni li jimplimentahom (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 125, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 143 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
523 |
Minn dan isegwi li l-osservanza minn Stat Membru tal-valuri inklużi fl-Artikolu 2 TUE tikkostitwixxi kundizzjoni għat-tgawdija tad-drittijiet kollha li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati għal dan l-Istat Membru. Fil-fatt, l-osservanza ta’ dawn il-valuri ma għandhiex tiġi ridotta għal obbligu li għandu jiġi osservat minn Stat kandidat sabiex jaderixxi mal-Unjoni u li huwa jista’ ma jkomplix josserva wara l-adeżjoni tiegħu (sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 126, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 144 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
524 |
Barra minn hekk, Stat Membru ma jistax jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu b’mod li jwassal għal rigressjoni tal-protezzjoni tal-valuri stabbiliti f’dan l-Artikolu 2. L-Istati Membri huma għalhekk obbligati jiżguraw li tiġi evitata kull rigressjoni, fir-rigward ta’ dawn il-valuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ April 2021, Repubblika, C‑896/19, EU:C:2021:311, punti 63 u 64 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
525 |
Minn dan isegwi li l-imsemmi Artikolu 2 ma jikkostitwixxix sempliċi dikjarazzjoni ta’ linji gwida jew ta’ intenzjonijiet ta’ natura politika, iżda jinkludi valuri li jaqgħu taħt l-identità stess tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni, u li jeżiġu li l-Istati Membri jżommuhom u jippromwovuhom. Dawn il-valuri huma kkonkretizzati fi prinċipji u dispożizzjonijiet li jinkludu obbligi legalment vinkolanti iktar preċiżi għall-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 232, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 264). |
|
526 |
Ċertament, il-preambolu tal-Karta jfakkar, b’mod partikolari, li l-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ demokrazija u ta’ Stat tad-dritt u tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stipulati f’din il-karta. L-Artikoli 1, 6, 7, 10, 11, 20, 21 u 23 tagħha jikkonkretizzaw b’mod partikolari l-portata tal-valuri tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tal-ugwaljanza, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li jinsabu fl-Artikolu 2 TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 157). |
|
527 |
Madankollu, il-fatt invokat mill-Ungerija li l-valuri stabbiliti f’dan l-Artikolu 2 huma kkonkretizzati fi prinċipji u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jinkludu obbligi legalment vinkolanti iktar preċiżi għall-Istati Membri, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 525 ta’ din is-sentenza, ma jistax iqiegħed f’dubju n-natura legalment vinkolanti għall-Istati Membri ta’ dawn il-valuri. |
|
528 |
Tali interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 2 tirriżulta mhux biss mill-kliem tiegħu, iżda wkoll mill-kuntest u mill-oriġini tiegħu. |
|
529 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 2 TUE, għandu jitfakkar li mill-kliem tiegħu jirriżulta li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-Istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà kkaratterizzata mill-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. |
|
530 |
Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li dan l-Artikolu 2 jiddefinixxi l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni li l-Istati Membri, marbuta b’dawn il-valuri minħabba li jappartjenu għall-Unjoni, jimpenjaw ruħhom reċiprokament li josservaw, iżommu u jippromwovu. |
|
531 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-kuntest li fih jaqa’ l-Artikolu 2, l-istruttura ġenerali tat-Trattat UE timmilita wkoll favur tali natura vinkolanti tal-valuri stabbiliti f’dan l-artikolu. |
|
532 |
F’dan ir-rigward, il-preambolu tat-Trattat UE diġà jinkludi riferiment ġenerali għall-“valuri universali tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-bniedem, kif ukoll il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt”, b’mod li dawn il-valuri jinġabru, tal-inqas parzjalment, flimkien mal-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. Madankollu, dan il-preambolu ma għandux valur legali vinkolanti. Mill-banda l-oħra, l-inklużjoni ta’ dan l-Artikolu 2 fil-korp stess tat-Trattat UE, taħt it-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni”, issostni l-konstatazzjoni favur in-natura vinkolanti ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
533 |
L-Artikolu 49 TUE jimmilita wkoll, bħala element ta’ kuntest, favur interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 2 fis-sens li din id-dispożizzjoni hija ta’ natura legalment vinkolanti għall-Istati Membri. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 521 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 49 TUE jimplika li l-osservanza tal-valuri inklużi f’dan l-istess Artikolu 2 tikkostitwixxi kundizzjoni preliminari għall-adeżjoni mal-Unjoni ta’ kull Stat Ewropew li jitlob li jsir membru tal-Unjoni, b’mod li jiġbor flimkien Stati li aderixxew liberament u volontarjament mal-istess valuri u li jimpenjaw ruħhom b’mod kontinwu li jippromwovuhom. |
|
534 |
L-istess japplika għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattat UE li jirreferu espressament għall-valuri tal-Unjoni u li għalhekk jikkorroboraw in-natura legalment vinkolanti tal-Artikolu 2 TUE, jiġifieri l-Artikolu 3(1) u (5), l-Artikolu 7(1) u (2), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 21(2)(a), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32 u kif ukoll l-Artikolu 42(5) TUE. |
|
535 |
It-tielet nett, ix-xogħol preparatorju ta’ dan l-Artikolu 2 jikkonferma din l-interpretazzjoni. Kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 169 tal-konklużjonijiet tagħha, it-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu preċedenti għat-Trattat ta’ Lisbona, ma kienx jirreferi għall-“valuri”, iżda għall-“prinċipji” msemmija fl-imsemmi Artikolu 2. Il-kunċett ta’ “valuri” ġie introdott minn dan it-trattat billi ġie riprodott il-kliem adottat mill-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa, li jgħid li l-valuri fundamentali Ewropej “għandu jkollhom kontenut legali bażiku ċar u mhux kontroversjali, b’tali mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw l-obbligi sanzjonabbli li jirriżultaw minnhom” (Segretarjat tal-Konvenzjoni Ewropea, CONV 528/03, p. 11). |
|
536 |
Minn dan isegwi li l-valuri stabbiliti fl-istess Artikolu 2 huma, fihom innifishom, ta’ natura legalment vinkolanti, li minnha jirriżulta l-obbligu, għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li josservaw dawn il-valuri kif ukoll dak li jżommuhom u li jippromwovuhom. |
|
537 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tal-Ungerija li nuqqas ta’ twettiq ta’ tali obbligi skont l-Artikolu 2 TUE ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, peress li hija biss il-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE li tippermetti li jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tal-valuri stabbiliti f’dan l-Artikolu 2, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha previsti mit-Trattati, li tiddefendi l-valuri stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 2 (sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 127, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 145). |
|
538 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tiġi ggarantita l-premessa fundamentali li fuqha huwa bbażat dan l-ordinament ġuridiku komuni hekk maħluq, it-Trattati stabbilixxew sistema ġudizzjarja maħsuba sabiex tiżgura l-koerenza u l-unità fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati fil-kuntest tal-proċeduri stabbiliti minnhom, fosthom ir-rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu rregolat mill-Artikoli 258 sa 260 TFUE (ara, f’dan is-sens, Opinjoni 1/17 (CETA UE‑Kanada) tat‑30 ta’ April 2019, EU:C:2019:341, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
539 |
L-għan imfittex minn dan ir-rikors skont l-Artikolu 258 TFUE huwa l-konstatazzjoni oġġettiva tan-nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Edukazzjoni ogħla), C‑66/18, EU:C:2020:792, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
540 |
Fl-assenza ta’ deroga mir-regola tal-ġurisdizzjoni ġenerali li l-Artikolu 19 TUE jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiżgura l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati, din tal-aħħar tibqa’ kompetenti għall-istħarriġ tal-osservanza, mill-Istati Membri, fil-kuntest ta’ rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 2 TUE. |
|
541 |
Għalhekk, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Ungerija li jgħid li hija biss il-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE li tippermetti li jiġi kkonstatat il-ksur tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. |
|
542 |
F’dan is-sens, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, kuntrarjament għal dak li jsostni dan l-Istat Membru, minbarra l-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE, diversi dispożizzjonijiet tat-Trattati, spiss ikkonkretizzati permezz ta’ diversi atti tad-dritt sekondarju, jagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-kompetenza li jeżaminaw, li jikkonstataw u, jekk ikun il-każ, li jissanzjonaw okkorrenzi ta’ ksur ta’ dawn il-valuri inklużi fl-Artikolu 2 TUE li jkunu saru fi Stat Membru (sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 159, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 195). |
|
543 |
Minn dan isegwi, neċessarjament, li l-imsemmija valuri ma jistgħux jitqiesu li jistgħu jiġu protetti mill-Unjoni biss fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 163, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 199). |
b) Fuq il-ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 2 TUE
|
544 |
B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, minbarra l-okkorrenzi ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kkonstatati fil-punti 163, 204, 235, 311 u 416 ta’ din is-sentenza, l-Ungerija, permezz tal-adozzjoni tal-Liġi Emendatorja, kisret ukoll l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta, kif jirriżulta mill-punti 422 u 493 ta’ din is-sentenza. |
|
545 |
Għalhekk, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tevalwa jekk dawn l-okkorrenzi ta’ ksur kollha jistgħux ikunu l-bażi ta’ ksur tal-Artikolu 2 TUE. |
|
546 |
Fl-ewwel lok, kif jirriżulta essenzjalment mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 536 ta’ din is-sentenza, il-valuri stabbiliti f’dan l-Artikolu 2 jimponu obbligi legalment vinkolanti ta’ natura trażversali fl-Unjoni u jiddefinixxu l-identità stess tagħha bħala ordinament ġuridiku komuni. |
|
547 |
Madankollu, min-natura legalment vinkolanti tal-Artikolu 2 TUE ma jirriżultax li kull ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jikkonkretizza direttament jew indirettament dawn il-valuri jimplika neċessarjament ksur tal-istess Artikolu 2. |
|
548 |
Ċertament, il-ksur ta’ diversi drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta, li jikkonkretizzaw il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, jista’ jkun indizju ta’ ksur ta’ dawn il-valuri. |
|
549 |
Fil-fatt, il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri hija bbażata fuq ir-rikonoxximent tal-valuri stabbiliti f’dan l-Artikolu 2, li jimplika li, sa mill-adeżjoni, ebda wieħed minn dawn l-Istati ma jeżerċita l-kompetenzi tiegħu b’mod li jmur kontra dawn il-valuri li jiddefinixxu l-identità stess tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni, aċċettat mill-Istati Membri fuq bażi ta’ reċiproċità (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tad‑29 ta’ April 2025, Il-Kummissjoni vs Malta (Ċittadinanza permezz ta’ investiment), C‑181/23, EU:C:2025:283, punti 93 u 95). Għandu jiġi enfasizzat, f’dan il-kuntest, li l-Unjoni tiġbor fi ħdanha Stati li, kif tfakkar fil-punt 521 ta’ din is-sentenza aderixxew liberament u volontarjament mal-imsemmija valuri, b’mod partikolari mad-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta, jirrispettawhom u jimpenjaw ruħhom li jippromwovuhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2023, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Indipendenza u ħajja privata tal-imħallfin), C‑204/21, EU:C:2023:442, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
550 |
Madankollu, interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 2 li tmur lil hinn minn dik riflessa fil-punt 547 ta’ din is-sentenza tista’ ċċaħħad minn kull effettività l-limiti imposti fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet tal-Karta, li huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tagħha. |
|
551 |
Għalhekk, jistgħu jagħtu lok għall-konstatazzjoni, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ta’ ksur minn Stat Membru tal-obbligi legalment vinkolanti li jirriżultaw mill-istess Artikolu 2 biss okkorrenzi ta’ ksur manifest u partikolarment gravi ta’ wieħed jew iktar mill-valuri komuni għall-Istati Membri, peress li tali okkorrenzi ta’ ksur huma inkompatibbli mal-identità stess tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni ta’ soċjetà kkaratterizzata mill-pluraliżmu. |
|
552 |
Peress li l-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 2 TUE hija suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-portata stess ta’ din id-dispożizzjoni u mill-obbligi marbuta magħha, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Ungerija, li ksur kemm tad-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta u kif ukoll ta’ dan l-Artikolu 2 iwassal għall-impożizzjoni fuqha ta’ sanzjoni doppja għal ksur wieħed, peress li xejn ma jipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja, adita b’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, milli tikkonstata okkorrenzi ta’ ksur distinti tal-obbligi li jirriżultaw għall-Istati Membri mill-Karta u mill-imsemmi Artikolu 2. |
|
553 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li, f’dan il-każ, kif irrilevat essenzjalment l-Avukata Ġenerali fil-punt 258 tal-konklużjonijiet tagħha, il-Liġi Emendatorja tistabbilixxi ġabra kkoordinata ta’ miżuri diskriminatorji li jirriflettu l-fehma tal-leġiżlatur Ungeriż li kull kontenut li jippromwovi jew jirrappreżenta d-diverġenza mill-identità personali li tikkorrispondi mas-sess assenjat mat-twelid, l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità huwa ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri, li jiġġustifika l-limitazzjoni jew il-projbizzjoni tal-aċċess ta’ dawn il-minuri għal tali kontenut. |
|
554 |
Minn dan isegwi li din il-liġi twassal, kif jirriżulta mill-punti 487 sa 491 ta’ din is-sentenza, għall-istigmatizzazzjoni u għall-marġinalizzazzjoni tal-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali, għas-sempliċi raġuni marbuta mal-identità sesswali jew mal-orjentazzjoni sesswali tagħhom, filwaqt li dawn il-konsegwenzi huma aggravati mill-fatt li l-imsemmija liġi tassoċja, barra minn hekk, il-fatt li wieħed ma jkunx ċisġeneru jew eterosesswali mad-delinkwenza tal-pedofilija, b’mod li jissuġġerixxi li l-persuni li ma humiex ċisġeneru jew eterosesswali jikkostitwixxu theddida fundamentali għas-soċjetà Ungeriża u għas-soċjetà Ewropea u din l-assoċjazzjoni tista’ twassal għall-iżvilupp ta’ aġir ta’ mibegħda lejn dawn il-persuni. |
|
555 |
Tali stigmatizzazzjoni u tali marġinalizzazzjoni, li huma ekwivalenti għall-istabbiliment, iż-żamma jew it-tisħiħ tal-“inviżibbiltà” soċjali ta’ parti mill-membri tas-soċjetà, imorru kontra l-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi, fis-sens tal-Artikolu 2 TUE. |
|
556 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Liġi Emendatorja tippreġudika, b’mod manifest u partikolarment gravi, id-drittijiet tal-persuni li ma humiex ċisġeneru, inklużi l-persuni transġeneru, jew li ma humiex eterosesswali, kif ukoll il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi fis-sens ta’ dan l-Artikolu 2, b’tali mod li tmur kontra l-identità stess tal-Unjoni bħala ordinament ġuridiku komuni f’soċjetà kkaratterizzata mill-pluraliżmu. |
|
557 |
Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju, fit-tielet lok, bl-argument tal-Ungerija li l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 4(2) TUE, marġni ta’ evalwazzjoni sabiex jiddeterminaw il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi fundamentali tas-soċjetà f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mill-qrib mal-identità nazzjonali tagħhom. |
|
558 |
Skont dan l-Artikolu 4(2), l-Unjoni għandha tosserva b’mod partikolari l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi fundamentali politiċi u kostituzzjonali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. |
|
559 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Unjoni hija obbligata tosserva l-identità nazzjonali tal-Istati Membri, konformement mal-imsemmi Artikolu 4(2), b’tali mod li dawn l-Istati għandhom ċertu marġni ta’ evalwazzjoni sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jikkonkretizzawhom, bl-ebda mod ma jirriżulta li l-obbligi li jirriżultaw minn dan l-Artikolu 2 jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 233, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 265). |
|
560 |
Fil-fatt, filwaqt li għandhom identitajiet nazzjonali separati, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, li l-Unjoni tirrispetta, l-Istati Membri jaderixxu mal-valuri komuni li huma jikkondividu, skont l-imsemmi Artikolu 2, u li huma impenjaw ruħhom li josservaw b’mod kontinwu (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 234, u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 266). |
|
561 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) TUE għandu jinqara billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-istess livell, b’mod partikolari dan l-istess Artikoli 2, u ma jistax jeżenta lill-Istati Membri mill-osservanza tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 2024, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka (Eliġibbiltà u kwalità ta’ membru ta’ partit politiku), C‑808/21, EU:C:2024:962, punt 158, u tad‑19 ta’ Novembru 2024, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Eliġibbiltà u kwalità ta’ membru ta’ partit politiku), C‑814/21, EU:C:2024:963, punt 155 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
562 |
Għaldaqstant, dan l-Artikolu 4(2) jipproteġi biss idea ta’ identitajiet nazzjonali, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li hija konformi mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. |
|
563 |
Issa, kif jirriżulta mill-punt 556 ta’ din is-sentenza, peress li l-Liġi Emendatorja tikser il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 2, l-Ungerija ma tistax validament tinvoka l-identità nazzjonali tagħha sabiex tiġġustifika l-adozzjoni ta’ din il-liġi. |
|
564 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għandu jiġi konkluż li s-sitt ilment huwa fondat. |
C. Fuq ir-raba’ lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-GDPR u tal-Artikolu 8(2) tal-Karta
1. L-argumenti tal-partijiet
|
565 |
Permezz tar-raba’ lment tagħha, li għandu jiġi eżaminat fl-aħħar lok, il-Kummissjoni tikkritika lill-Ungerija talli naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tal-GDPR u l-Artikolu 8(2) tal-Karta. |
|
566 |
Hija tirrileva li l-Artikolu 67(1)(a) sa (d) tal-Liġi dwar il-Liġi dwar il-Fedina Penali jipprevedi l-obbligu għas-servizz tal-fedini penali li jipprovdi lil kull “persuna awtorizzata” aċċess dirett għad-data rreġistrata, li jittrażmetti d-data lill-persuna awtorizzata abbażi ta’ talba f’dan is-sens, li jiċċertifika data fuq talba tal-persuna awtorizzata u li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna awtorizzata, b’mod elettroniku, id-data rreġistrata dwar il-persuni li wettqu reati kontra l-libertà sesswali jew reati kontra l-moralità sesswali fil-konfront ta’ tfal. |
|
567 |
Din l-istituzzjoni ssostni, l-ewwel nett, li l-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali ma joffrix garanziji suffiċjenti għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data personali tagħhom, peress li din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax min huwa “awtorizzat” li jaċċedi għad-data tal-fedini penali b’mod elettroniku (“interface”). |
|
568 |
F’dan ir-rigward, indikazzjoni daqstant wiesgħa u impreċiża bħal dik prevista f’dan l-Artikolu 67(1)(a) sa (d) twassal għal inċertezza legali dwar il-persuni li għandhom aċċess għar-reġistri, bi ksur tal-Artikolu 10 tal-GDPR. |
|
569 |
Fil-fatt, skont dan l-Artikolu 10, l-aċċess għad-data personali għandu jsir abbażi ta’ kriterji oġġettivi u biss sa fejn dan l-aċċess ikun iġġustifikat u neċessarju. Issa, fir-rigward tal-Artikolu 75/B(3)(a)(ab) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, anki l-persuni li jiżguraw biss fil-qosor il-kustodja ta’ minuri jistgħu jitqiesu li għandhom rabta mill-qrib mal-minuri u, għaldaqstant, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
570 |
Fid-dawl tal-kriterju ta’ neċessità tal-aċċess għad-data kkonċernata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 75/B, dawn il-persuni jistgħu leġittimament ikunu jixtiequ jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal u jipprevjenu r-reati kontra l-libertà sesswali jew il-moralità sesswali mwettqa fil-konfront tat-tfal jew permezz tal-isfruttament tat-tfal. |
|
571 |
Madankollu, mis-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata), jirriżulta li l-kriterju ta’ neċessità ma jkunx issodisfatt meta l-għan ta’ interess ġenerali jista’ raġonevolment jintlaħaq b’mod daqstant effikaċi b’mezzi oħra inqas restrittivi. |
|
572 |
It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li l-kriterji ta’ aċċess għad-data rreġistrata fil-fedini penali, fil-kuntest tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, ma joffrux “garanziji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data”, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR, peress li dawn il-kriterji ma jistgħux jiggarantixxu li l-ipproċessar tad-data kriminali jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. |
|
573 |
Hija tippreċiża f’dan ir-rigward li, konformement mal-Artikoli 5 u 6 tal-GDPR, l-aċċess tal-pubbliku għad-data personali li tinsab fid-dokumenti uffiċjali jista’ jingħata biss jekk tintwera n-neċessità tal-iżvelar. Issa, f’dan il-każ, ebda mekkaniżmu ma ġie stabbilit sabiex tiġi evalwata n-neċessità tal-aċċess abbażi ta’ kriterji oġġettivi. |
|
574 |
It-tielet nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 86 tal-GDPR, li jikkonċerna l-iżvelar ta’ data personali li tinsab f’dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku jew korp privat għat-twettiq ta’ kompitu ta’ interess pubbliku, lanqas ma jipprevedi eżenzjonijiet u derogi mir-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. |
|
575 |
L-Ungerija tirribatti dan billi targumenta li l-garanziji meħtieġa mill-Artikoli 10 u 86 tal-GDPR huma żgurati mill-Artikolu 67(1)(a) sa (d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali u huma msaħħa b’miżuri ta’ sigurtà tad-data li jikkorrispondu mal-livell ta’ protezzjoni tad-data personali previst fl-Artikolu 5(1)(f) kif ukoll fl-Artikolu 24 tal-GDPR. |
|
576 |
L-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali jiddetermina bi preċiżjoni suffiċjenti l-persuni awtorizzati li jaċċedu għad-data tal-persuni li jkunu wettqu reati kontra l-libertà jew il-moralità sesswali fil-konfront ta’ tfal. |
|
577 |
Mill-Artikolu 75/B(3) ta’ din il-liġi jirriżulta li l-proċedura ta’ aċċess għad-data personali tal-fedina penali tas-suġġett tad-data tista’ tinbeda biss minn persuna maġġorenni li tkun membru tal-istess familja jew li tkun tiżgura l-edukazzjoni, il-kustodja jew il-manteniment tal-minuri. |
|
578 |
L-Ungerija ssostni li, skont il-punt 2 tal-Artikolu 8:1(1) tal-Kodiċi Ċivili Ungeriż, il-kunċett ta’ “membru tal-istess familja” jinkludi l-konjuġi, l-axxendenti fil-linja diretta, l-ulied adottivi, l-ulied tal-konjuġi u l-ulied foster, il-ġenituri adottivi, il-ġenituri tat-tieni żwieġ u l-ġenituri foster, u l-aħwa, kif ukoll l-imsieħba, il-konjuġi tal-axxendenti fil-linja diretta, l-axxendenti fil-linja diretta u l-aħwa tal-konjuġi, u l-konjuġi tal-aħwa. |
|
579 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 4:146(1) u mill-Artikolu 4:224 ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-wild minuri huwa suġġett għall-awtorità tal-ġenituri jew għat-tutela, u din l-awtorità tippermetti, fost l-oħrajn, li tiġi ġestita l-proprjetà tiegħu u li tiġi żgurata r-rappreżentanza legali tiegħu, li jimplika d-dritt li jintalab l-aċċess għal data skont il-Liġi dwar il-Fedina Penali. |
|
580 |
Skont l-Artikolu 75/B(1) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, l-aċċess għad-data inkwistjoni għandu jkun neċessarju, b’dan li n-neċessità u l-proporzjonalità tal-aċċess għad-data rreġistrata fil-fedina penali huma bbażati għalhekk fuq kriterji oġġettivi u suġġettivi. |
|
581 |
L-Ungerija żżid li l-funzjonament tal-interface elettronika użata fil-kuntest tal-aċċess għad-data personali mill-fedina penali tas-suġġett tad-data jipprovdi salvagwardji xierqa, f’konformità mal-Artikolu 10 tal-GDPR. Qabel ma jitlob data dwaru, l-applikant għandu jagħmel dikjarazzjoni dwar l-għanijiet tal-applikazzjoni, ibbażata fuq “kundizzjonijiet stretti ta’ riċerka”. |
|
582 |
Mill-premessa 4 tal-GDPR jirriżulta wkoll li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ma huwiex assolut iżda għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-funzjoni tiegħu fis-soċjetà u bbilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-garanzija tad-drittijiet tat-tfal stabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Karta għandha tipprevali fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Dan l-għan lanqas ma jista’ jintlaħaq b’mezzi oħra raġonevoli u effettivi daqs il-limitazzjoni neċessarja u proporzjonata tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. |
|
583 |
Fir-rigward tal-iżvelar ta’ data kriminali, skont l-Artikolu 86 tal-GDPR, l-Ungerija tosserva li, f’dan il-każ, la hija kwistjoni ta’ żvelar u lanqas ta’ rivelazzjoni tal-kontenut ta’ dokument uffiċjali. |
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
584 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-għan imfittex mill-GDPR, kif jirriżulta kemm mill-Artikolu 1 tiegħu u kif ukoll mill-premessi 1 u 10 tiegħu, huwa, b’mod partikolari, dak li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, stabbilit fl-Artikolu 8(1) tal-Karta u fl-Artikolu 16(1) TFUE (sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2025, Mousse, C‑394/23, EU:C:2025:2, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
585 |
Konformement ma’ dan l-għan, kull ipproċessar ta’ data personali għandu, b’mod partikolari, ikun konformi mal-prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ tali data stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament u jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ legalità elenkati fl-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament (sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2025, Mousse, C‑394/23, EU:C:2025:2, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
586 |
L-Artikolu 5(1)(a) tal-GDPR jipprovdi li d-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data. |
|
587 |
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ legalità tal-ipproċessar, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR jipprevedi lista eżawrjenti u limitattiva tal-każijiet li fihom ipproċessar ta’ data personali jista’ jitqies bħala li huwa legali. Għalhekk, sabiex ikun jista’ jitqies li huwa legali, ipproċessar ta’ data personali għandu jkun jaqa’ taħt wieħed mill-każijiet previsti f’din id-dispożizzjoni (sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2025, Mousse, C‑394/23, EU:C:2025:2, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
588 |
Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, meta jkun possibbli li jiġi kkonstatat li pproċessar ta’ data personali jkun neċessarju fid-dawl ta’ waħda mill-ġustifikazzjonijiet previsti fil-punti (b) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR, ma hemmx lok li jiġi ddeterminat jekk dan l-ipproċessar jaqax ukoll taħt xi waħda oħra minn dawn il-ġustifikazzjonijiet (sentenza tal‑4 ta’ Lulju 2023, Meta Platforms et (Kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ network soċjali), C‑252/21, EU:C:2023:537, punt 94 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
589 |
F’dan il-kuntest, il-ġustifikazzjonijiet previsti fil-punti (b) sa (f) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 6(1), sa fejn dawn jippermettu li pproċessar ta’ data personali mwettaq fl-assenza tal-kunsens tas-suġġett tad-data jkun legali, għandhom ikunu suġġetti għal interpretazzjoni restrittiva (sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2025, Mousse, C‑394/23, EU:C:2025:2, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
590 |
Skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR, l‑ipproċessar ikun legali jekk, u sa fejn, ikun neċessarju għat-twettiq ta’ kompitu ta’ interess pubbliku jew li jaqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika mogħtija lill-kontrollur tad-data. |
|
591 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li, fil-qasam tal-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti uffiċjali, l-Artikolu 86 tal-GDPR jipprovdi li d-data personali f’dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku jew minn korp privat għat-twettiq ta’ kompitu ta’ interess pubbliku tista’ tiġi kkomunikata minn din l-awtorità jew minn dan il-korp, konformement mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt tal-Istat Membru rilevanti, sabiex jiġi rrikonċiljat id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti uffiċjali mad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. |
|
592 |
Dan l-artikolu għandu jinqara fid-dawl, l-ewwel nett, tal-premessa 4 tal-GDPR, li tistabbilixxi b’mod partikolari li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ma huwiex dritt assolut, u t-tieni nett, tal-premessa 154 ta’ dan ir-regolament, li minnha jirriżulta b’mod partikolari li l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti uffiċjali jista’ jitqies li huwa fl-interess pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ April 2025, Ministerstvo zdravotnictví (Data dwar ir-rappreżentant ta’ persuna ġuridika), C‑710/23, EU:C:2025:231, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
593 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 67(1) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali jipprovdi li s-servizz tal-fedini penali, abbażi tas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-fedini penali u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, jipprovdi, konformement mal-punt (a) tiegħu, lill-persuna awtorizzata aċċess dirett għad-data rreġistrata; jibgħat, konformement mal-punt (b) tiegħu, id-data lill-persuna awtorizzata abbażi ta’ talba f’dan is-sens; jiċċertifika, konformement mal-punt (c) tiegħu, id-data fuq talba tal-persuna awtorizzata, u, konformement mal-punt (d) tiegħu, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna awtorizzata, b’mod elettroniku, id-data rreġistrata dwar il-persuni li wettqu reati kontra l-libertà sesswali jew reati kontra l-moralità sesswali fil-konfront ta’ tfal. |
|
594 |
Issa, l-ipproċessar tad-data dwar kundanni kriminali msemmi b’mod partikolari fl-Artikolu 67(1)(d) ta’ din il-liġi, jista’ jaqa’ taħt il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR. |
|
595 |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-data dwar kundanni kriminali u reati, l-Artikolu 10 tal-GDPR jissuġġetta l-ipproċessar tagħhom għal restrizzjonijiet addizzjonali. Konformement ma’ dan l-artikolu, l-ipproċessar ta’ din id-data “għandu jsir biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali”, sakemm ma jkunx “awtorizzat minn liġi tal-Unjoni jew liġi ta’ Stat Membru li tipprevedi salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data”. Kull reġistru komplet tal-kundanni kriminali jista’ jinżamm biss taħt il-kontroll tal-awtorità pubblika (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
596 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li la l-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR u lanqas l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament ma jipprojbixxu b’mod ġenerali u assolut li awtorità pubblika tkun awtorizzata, jew imġiegħla, tiżvela data personali lill-persuni li jitolbu dan (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
597 |
B’hekk, il-GDPR ma jipprekludix, bħala prinċipju, li data personali titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna awtorizzata meta dan ikun neċessarju għall-eżekuzzjoni ta’ funzjoni ta’ interess pubbliku jew ikun jaqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament. Dan japplika wkoll meta d-data inkwistjoni tkun taqa’ taħt dan l-Artikolu 10, sakemm il-leġiżlazzjoni li tawtorizza l-imsemmija komunikazzjoni tipprevedi garanziji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
598 |
F’dan il-każ, hija għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika jekk l-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, b’mod partikolari l-indikazzjoni tal-“persuna awtorizzata”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jissodisfax ir-rekwiżiti previsti f’dan l-Artikolu 10, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi tibbilanċja d-dritt ta’ aċċess għal din id-data mill-imsemmija “persuna awtorizzata” mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta. |
|
599 |
F’dan ir-rigward tal-aħħar, għandu jitfakkar li d-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali ma humiex prerogattivi assoluti, kif tindika l-premessa 4 tal-GDPR, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-funzjoni tagħhom fis-soċjetà u għandhom jiġu bbilanċjati ma’ drittijiet fundamentali oħra. Għalhekk jistgħu jsiru limitazzjonijiet, sakemm, konformement mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, dawn ikunu previsti mil-liġi u josservaw il-kontenut essenzjali tad-drittijiet fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Bis-saħħa ta’ dan il-prinċipju tal-aħħar, jistgħu jsiru limitazzjonijiet biss jekk dawn ikunu neċessarji u effettivament jissodisfaw għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor. Dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju u l-leġiżlazzjoni li tinvolvi l-interferenza għandha tipprevedi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-portata u l-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
600 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8(2) tal-Karta jippreċiża li d-data personali għandha, b’mod partikolari, tiġi pproċessata b’mod ġust “għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi”. |
|
601 |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk komunikazzjoni ta’ data personali dwar kundanni kriminali hijiex neċessarja għall-eżekuzzjoni ta’ kompitu ta’ interess pubbliku jew li jaqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR, u jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza tali komunikazzjoni tipprevedix garanziji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, fis-sens tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi vverifikat b’mod partikolari jekk, fid-dawl tal-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali kkawżat mill-ipproċessar ikkonċernat, dan jidhirx li huwa ġġustifikat u, b’mod partikolari, proporzjonat, għall-finijiet tat-twettiq tal-għanijiet imfittxija (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
602 |
Fir-rigward tal-gravità tal-indħil f’dawn id-drittijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-ipproċessar tad-data dwar kundanni kriminali u reati jew dwar il-miżuri ta’ sigurtà konnessi jista’, minħabba s-sensittività partikolari ta’ din id-data, jikkostitwixxi ndħil partikolarment gravi fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Fil-fatt, peress li tali data tirrigwarda aġir li jinvolvi d-diżapprovazzjoni tas-soċjetà, l-għoti ta’ aċċess għal din l-istess data jista’ jistigmatizza lill-persuna kkonċernata u jikkostitiwixxi għalhekk indħil gravi fil-ħajja privata jew professjonali tas-suġġett tad-data (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
603 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 601 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 348 tal-konklużjonijiet tagħha, l-għan imfittex mill-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, jiġifieri l-protezzjoni tal-minuri u l-prevenzjoni tar-reati kontra l-libertà jew il-moralità sesswali mwettqa fil-konfront tal-minuri jew bl-użu tagħhom, jikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut mill-Unjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 599 ta’ din is-sentenza, li jista’ jkun il-bażi tal-eżekuzzjoni ta’ kompitu ta’ interess pubbliku skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR. |
|
604 |
B’dan stabbilit, għalkemm l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti uffiċjali, fis-sens tal-Artikolu 86 tal-GDPR, bħas-sistema tal-fedini penali msemmija f’dan il-każ mil-Liġi dwar il-Fedina Penali, li fiha huma rreġistrati l-kundanni kriminali, jikkostitwixxi, kif jirriżulta mill-premessa 154 ta’ dan ir-regolament, interess pubbliku li jista’ jilleġittima l-komunikazzjoni ta’ data personali li tinsab f’tali dokumenti, dan l-aċċess għandu madankollu jiġi rrikonċiljat mad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, kif barra minn hekk jeżiġi espressament l-Artikolu 86 tal-GDPR (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Endemol Shine Finland, C‑740/22, EU:C:2024:216, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
605 |
Għalhekk, għandu jiġi vverifikat, fit-tieni lok, jekk il-komunikazzjoni ta’ din id-data, abbażi tal-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, hijiex neċessarja għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kompitu ta’ interess pubbliku, konformement mal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR, jiġifieri jekk din il-komunikazzjoni tidhirx iġġustifikata, u b’mod partikolari proporzjonata. |
|
606 |
Il-Kummissjoni ssostni li dan l-Artikolu 67(1)(d) ma joffrix garanziji suffiċjenti għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data personali tagħhom, peress li din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax b’mod ċar il-persuni awtorizzati li jaċċedu għad-data tal-fedini penali. |
|
607 |
Madankollu, l-Ungerija hija tal-fehma li l-imsemmija dispożizzjoni tiddetermina bi preċiżjoni suffiċjenti lil dawn il-persuni awtorizzati. |
|
608 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti aċċess għad-data personali għandha tipprevedi, sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-portata u l-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni u li jimponu rekwiżiti minimi, b’tali mod li l-persuni li d-data personali tagħhom tkun ikkonċernata jkollhom garanziji suffiċjenti li jippermettu li din id-data tiġi protetta b’mod effikaċi kontra r-riskji ta’ abbuż. Din il-leġiżlazzjoni għandha tindika f’liema ċirkustanzi u taħt liema kundizzjonijiet tista’ tittieħed miżura li tipprevedi l-ipproċessar ta’ tali data, b’mod li jiġi ggarantit li l-indħil ikun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi), C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 48, u tal‑5 ta’ April 2022, Commissioner of An Garda Síochána et, C‑140/20, EU:C:2022:258, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
609 |
Issa, l-ewwel nett, l-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali ma jistax jitqies li jipprevedi tali regoli ċari u preċiżi. B’mod partikolari, il-kunċett ta’ “persuna awtorizzata”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li jirrigwarda l-persuni awtorizzati jippreżentaw talba għal aċċess skont din id-dispożizzjoni, ma huwiex iddefinit b’mod suffiċjentement preċiż, la mil-Liġi dwar il-Fedina Penali u lanqas mill-Kodiċi Ċivili Ungeriż. |
|
610 |
Fil-fatt, dawn il-liġijiet ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jiddefinixxu b’mod suffiċjentement preċiż il-persuna li tista’ tiġi kklassifikata bħala “persuna awtorizzata”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 67(1)(d). |
|
611 |
Konformement mal-Artikolu 75/B(3)(a) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, moqri fid-dawl tal-punt 2 tal-Artikolu 8:1(1) tal-Kodiċi Ċivili Ungeriż, id-disponibbiltà tad-data tista’ tinbeda minn persuna maġġorenni li tkun membru tal-istess familja jew li tkun responsabbli għall-edukazzjoni, għall-kustodja jew għall-manteniment ta’ minuri. |
|
612 |
Issa, tali definizzjoni ma tosservax ir-rekwiżit li l-indħil fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali jiġi limitat għal dak li huwa strettament neċessarju, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 608 ta’ din is-sentenza, peress li ċ-ċirku ta’ persuni potenzjalment awtorizzati jippreżentaw talba għal aċċess għad-data skont l-Artikolu 67(1)(d) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali għandu portata wiesgħa ħafna, fir-rigward b’mod partikolari tal-persuni maġġorenni responsabbli għall-edukazzjoni, għall-kustodja jew għall-manteniment ta’ minuri, fis-sens tal-Artikolu 75/B(3)(a) ta’ din il-liġi. |
|
613 |
Kif enfasizzat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punt 354 tal-konklużjonijiet tagħha, għandu jiġi rrilevat li l-ipproċessar ta’ data personali dwar il-kundanni kriminali u r-reati, skont l-Artikolu 10 tal-GDPR, għandu jkun prevedibbli. Issa, dan ir-rekwiżit huwa miksur f’dan il-każ, fid-dawl tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “persuna awtorizzata”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 67(1)(d), mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. |
|
614 |
It-tieni nett, il-kundizzjonijiet materjali tal-aċċess għal din id-data lanqas ma jistgħu jitqiesu li huma suffiċjentement preċiżi sabiex jiġi osservat ir-rekwiżit ta’ “salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data”, skont l-Artikolu 10 tal-GDPR, peress li dawn is-salvagwardji jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tan-neċessità u tal-proporzjonalità. |
|
615 |
F’dan il-każ, l-Artikolu 75/B(3)(b) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, moqri flimkien mal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jipprevedi li d-data tista’ ssir disponibbli biss meta l-aċċess ikun neċessarju għall-finijiet tal-protezzjoni tat-tfal u tal-prevenzjoni tar-reati kontra l-libertà u l-moralità sesswali mwettqa għad-dannu jew bl-isfruttament tat-tfal. |
|
616 |
Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 357 tal-konklużjonijiet tagħha, dan l-Artikolu 75/B(3)(b) jagħti biss lill-applikant għal aċċess, permezz ta’ sempliċi dikjarazzjoni, l-evalwazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità ta’ tali aċċess pjuttost milli lill-awtorità kompetenti li tikkontrolla l-aċċess għall-fedini penali. |
|
617 |
Issa, fid-dawl tas-sensittività tad-data dwar il-kundanni kriminali u tal-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali tas-suġġetti tad-data, ikkawżat mill-iżvelar ta’ din id-data, għandu jitqies li tali awtodikjarazzjoni tal-applikant fir-rigward tan-neċessità tat-talba għal aċċess għall-imsemmija data manifestament ma hijiex adattata sabiex tillimita dan l-indħil għal dak li huwa strettament neċessarju. |
|
618 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 67(1)(d), moqri flimkien mal-Artikolu 75/B(3)(b) tal-Liġi dwar il-Fedina Penali, ma jipprevedix salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR, u għalhekk ma jistax jiġġustifika pproċessar ta’ data personali li tinsab fil-fedina penali tas-suġġetti tad-data fuq il-bażi li dan huwa neċessarju għat-twettiq tal-kompitu ta’ interess pubbliku, fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-GDPR. |
|
619 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għandu jiġi konkluż li r-raba’ lment huwa fondat. |
Fuq l-ispejjeż
|
620 |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dan il-każ, peress li l-Ungerija tilfet, din għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar. |
|
621 |
Skont il-kliem tal-Artikolu 140(1) ta’ dawn ir-regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Konsegwentment, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.