SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
29 ta’ Jannar 2026 ( *1 )
“Rinviju preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Sanzjonijiet – Artikolu 58 – Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi – Artikolu 59 – Imputazzjoni, lil persuna ġuridika, ta’ ksur tal-obbligi tagħha mwettqa minn persuni fiżiċi – Kundizzjonijiet – Artikolu 60”
Fil-Kawża C‑291/24,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ April 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑25 ta’ April 2024, fil-proċedura
Steiermärkische Bank und Sparkassen AG,
KL,
TR
vs
Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, M. Condinanzi (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,
Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑9 ta’ April 2025,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Steiermärkische Bank und Sparkassen AG, KL u TR, minn S. Ficulovič u B. Fletzberger, Rechtsanwälte, |
|
– |
għall-Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA), minn D. Wagner u P. Wanek, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Manzaneque Valverde u G. von Rintelen, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑3 ta’ Lulju 2025,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73, rettifika fil-ĠU L, 2024/90601), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑30 ta’ Mejju 2018 (ĠU 2018, L 156, p. 43) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2015/849”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Steiermärkische Bank und Sparkassen AG, KL u TR u l-Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (l-Awtorità ta’ Sorveljanza tas-Swieq Finanzjarji (FMA), l-Awstrija) dwar il-legalità tad-deċiżjoni li permezz tagħha din tal-aħħar imponiet sanzjoni tad-dritt kriminali amministrattiv fuq Steiermärkische Bank und Sparkassen. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2015/849
|
3 |
Il-premessi 1 u 59 tad-Direttiva 2015/849 jistipulaw:
[...]
|
|
4 |
L-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Din id-Direttiva timmira għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu jkunu pprojbiti. ” |
|
5 |
L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet marbutin b’obbligu li ġejjin:
[...] ” |
|
6 |
L-Artikolu 5 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej: “L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fil-limiti tal-liġi tal-Unjoni. ” |
|
7 |
Il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2015/849, intitolat “Politika, proċeduri u monitoraġġ”, jinkludi t-Taqsima 4, intitolata “Sanzjonijiet”, li tinkludi l-Artikoli 58 sa 62 ta’ din id-direttiva. Dan l-Artikolu 58 jipprevedi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikoli 59 sa 61. Kwalunkwe sanzjoni jew miżura li tirriżulta għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet u miżuri amministrattivi u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidentifikaw każijiet ta’ ksur li huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali, dawn jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ infurzar f’waqtu. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn obbligi japplikaw għal persuni ġuridiċi fil-każ ta' ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet u miżuri fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali, u persuni fiżiċi oħrajn li jkunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali. ” |
|
8 |
L-Artikolu 59 tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-Artikolu japplika tal-inqas għall-ksur min-naħa tal-entitajiet marbutin b’obbligu li huwa serju, ripetut, sistematiku, jew kombinament ta’ dawn, tar-rekwiżiti stipulati fi:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u l-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dan li ġej:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’deroga minn paragrafu 2(e), fejn l-entità marbuta b’obbligu kkonċernata tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu applikati wkoll is-sanzjonijiet li ġejjin:
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jimponu tipi addizzjonali ta’ sanzjonijiet amministrattivi barra dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 jew li jimponu sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3.” |
|
9 |
L-Artikolu 60(5) u (6) tal-istess direttiva huwa mfassal kif ġej: “5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 59(1) imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta’ dik il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
6. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' superviżjoni jew ta' kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 5 ta'dan l-Artikolu ippermetta t-twettiq tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 59(1) għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna li taqa' taħt l-awtorità tagħha. ” |
Ir‑Regolament (UE) 2016/679
|
10 |
L-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2) jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu: “Kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħat kollha korrettivi li ġejjin: [...]
[...] ” |
|
11 |
L-Artikolu 3(1) sa (3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “1. Kull awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6 għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva f’kull każ individwali. 2. Il-multi amministrattivi għandhom, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, jiġu imposti flimkien ma’, jew minflok, miżuri msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 58(2). Meta jiġi deċiż jekk għandiex tiġi imposta multa amministrattiva u jiġi deċiż l-ammont tal-multa amministrattiva, f’kull każ individwali, għandha tingħata konsiderazzjoni dovuta lil dawn li ġejjin: [...] 3. Jekk kontrollur jew proċessur, intenzjonalment jew b’negliġenza, għall-istess operazzjonijiet ta’ pproċessar jew għal dawk b’rabta ma’ xulxin, jikser diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ammont totali tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-ammont speċifikat għall-ksur l-aktar gravi. 4. Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandu, f’konformità mal-paragrafu 2a, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10000000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 2 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla . [...] 5. Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandu, f’konformità mal-paragrafu 2a, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20000000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla: [...] 6. Nuqqas ta’ konformità ma’ ordni mill-awtorità superviżjorja kif imsemmija fl-Artikolu 58(2) għandu, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20000000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla. ” |
Id-dritt Awstrijak
|
12 |
L-Artikolu 34 tal-Finanzmarkt-Geldwäschegesetz (il-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus fis-Swieq Finanzjarji), tas‑26 ta’ Lulju 2017, BGBl. I, Nr. 118/2016 , fil-verżjoni tagħha tat‑28 ta’ Mejju 2021 (BGBl. I, Nr. 17/2018), (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus”) tipprevedi: “(1) Kull persuna li, bħala responsabbli [Artikolu 9 tal-Verwaltungsstrafgesetz (il-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi”)] ta’ entità marbuta b’obbligu, tikser l-obbligi stabbiliti [...] 2. l-Artikoli 5 sa 12 (miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti); ; [...] 8. l-Artikolu 23(1) sa (3) jew (6) (organizzazzjoni interna); [...] iwettaq ksur amministrattiv u huwa kkundannat mill-FMA għal multa li tista’ tammonta għal EUR 150000. (2) Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi msemmija fil-punt 2 tal-paragrafu 1 [...] ikun ksur serju, ripetut jew sistematiku jew ikollu kombinazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi, il-multa tista’ tilħaq EUR 5000000 jew id-doppju tal-benefiċċju miksub min-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu, jekk ikun possibbli li dan jiġi kkwantifikat. (3) Kull persuna li, bħala responsabbli (Artikolu 9 tal-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi) ta’ entità marbuta b’obbligu,
iwettaq ksur amministrattiv u għandu jiġi kkundannat mill-FMA għal multa li tista’ tilħaq EUR 5000000 jew id-doppju tal-benefiċċju li jirriżulta min-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu, jekk ikun possibbli li dan jiġi kkwantifikat. [...] ” |
|
13 |
L-Artikolu 35 tal-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus jipprevedi: “(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 34(1) imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta’ dik il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: 1. is-setgħa li tirrappreżenta l-persuna ġuridika; 2. awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew 3. awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika. (2) Il-persuni ġuridiċi jistgħu wkoll jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 34 (1) sa (3), meta n-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll min-naħa ta’ persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jkun għamel possibbli t-twettiq ta’ wieħed mill-ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 34(1) sa (3) għall-benefiċċju ta’ din il-persuna ġuridika minn persuna li taġixxi f’isimha. [...] ” |
|
14 |
L-Artikolu 36 ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej: “Għar-reati amministrattivi previsti minn din il-liġi federali, għandu jiġi applikat terminu ta’ tliet snin minflok it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet ġudizzjarji (Artikolu 31(1) tal-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi). F’dawn il-każijiet, it-terminu ta’ preskrizzjoni tas-sanzjonijiet (Artikolu 31(2) tal-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi) huwa ta’ ħames snin. ” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
15 |
Permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ Frar 2024, il-FMA, skont l-Artikolu 35(1) u (2) tal-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus, imponiet sanzjoni fuq Steiermärkische Bank und Sparkassen, minħabba li dan kien kiser l-obbligi tiegħu ta’ diliġenza fil-qasam tal-ħasil tal-flus. |
|
16 |
Adita b’rikors kontra din id-deċiżjoni, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija), li hija l-qorti tar-rinviju, tikklassifika din is-sanzjoni bħala “dritt kriminali amministrattiv” u tippreċiża li r-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi kienet estranja għad- “dritt kriminali amministrattiv” Awstrijak. Skont din il-qorti, l-Artikolu 35(1) u (2) tal-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus, li, essenzjalment, ittraspona fid-dritt Awstrijak id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59 tal-Artikolu 60(5) u (6) tad-Direttiva 2015/849, jikkostitwixxi waħda mill-ewwel dispożizzjonijiet li fihom ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi ġiet introdotta f’dan id-dritt. |
|
17 |
Madankollu, dan l-Artikolu 35(1) introduċa, bħala kundizzjoni addizzjonali sabiex tiġi ssanzjonata persuna ġuridika, li “nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 34” ikun twettaq għan-nom tagħha minn persuna fiżika. |
|
18 |
KL u TR huma ż-żewġ persuni fiżiċi li l-atti tagħhom huma imputabbli lil Steiermärkische Bank und Sparkassen. Huma wkoll partijiet, bħala persuni akkużati, fil-kawża prinċipali. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, skont il-ġurisprudenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), sabiex persuna ġuridika tkun punibbli, huwa neċessarju, l-ewwel, li l-persuna fiżika li l-att tagħha għandu jiġi imputat lil din il-persuna ġuridika tkun, minn qabel, kienet hija stess parti fil-proċedura kkonċernata u ġiet ittrattata f’dan il-kuntest mhux biss bħala xhud, iżda bħala persuna akkużata, bid-drittijiet kollha marbuta ma’ din il-kwalità, it-tieni, li, fid-dispożittiv tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni mogħtija fir-rigward tal-imsemmija persuna ġuridika, l-att li jikkostitwixxi ksur, illegali u kolpuż ta’ din il-persuna fiżika jew tar-rappreżentant legali tal-istess persuna ġuridika, debitament identifikati, jiġi kkonstatat, u, it-tielet, li dan l-att jiġi, f’dan id-dispożittiv, imputat lill-persuna ġuridika kkonċernata. |
|
20 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jillimitawx il-portata tal-Artikolu 60(5) tad-Direttiva 2015/849. Id-dubji ta’ din il-qorti jirrigwardaw prinċipalment il-fatt li s-“sanzjonijiet u [...] l-miżuri amministrattivi” previsti minn din id-direttiva għandhom ikunu “effettivi, proporzjonati u dissważivi”, skont il-premessa 59 u l-Artikolu 58(1) tal-imsemmija direttiva. Barra minn hekk, il-proċeduri inkwistjoni huma kumplessi, peress li l-fatti li taw lok għalihom spiss ma jkunux trasparenti u għalhekk ma jkunux magħrufa mill-awtorità pubblika, filwaqt li dawn il-proċeduri jkunu suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin mid-data tal-fatti kkonċernati. |
|
21 |
Fl-aħħar nett, l-imsemmija qorti tqis li tista’ tkun rilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima li biha hija adita l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Deutsche Wohnen (C‑807/21, EU:C:2023:950), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 58(2) u l-Artikolu 83(1) sa (6) tar-Regolament 2016/679 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha multa amministrattiva tista’ tiġi imposta fuq persuna ġuridika fil-kwalità tagħha ta’ kontrollur tad-data għal ksur imsemmi fil-paragrafi 4 sa 6 ta’ dan l-Artikolu 83 biss sa fejn dan il-ksur ikun ġie imputat minn qabel lil persuna fiżika identifikata. |
|
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Id-dritt sekondarju tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 60(5) u (4) flimkien mal-Artikolu 58(1) sa (3) moqri flimkien mal-Artikolu 59(1) tad-[Direttiva 2015/849], kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effett dirett, |
Fuq id-domanda preliminari
|
23 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 58, l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(5) u (6) tad-Direttiva 2015/849, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effett utli, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li:
|
Fuq il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont id-Direttiva 2015/849
|
24 |
Fir-rigward tal-ewwel parti tad-domanda magħmula, dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika, għandu jitfakkar, preliminarjament, li d-Direttiva 2015/849 għandha bħala għan prinċipali, kif jirriżulta mit-titolu tagħha u mill-Artikolu 1(1) u (2) tagħha, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. B’mod iktar speċifiku, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma intiżi li jistabbilixxu, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, għadd ta’ miżuri preventivi u dissważivi għall-ġlieda effettiva kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, sabiex jiġi evitat, kif jirriżulta mill-premessa 1 tal-imsemmija direttiva, li l-flussi ta’ flus illegali jkunu jistgħu jippreġudikaw l-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju tal-Unjoni, u jheddu s-suq intern tagħha u kif ukoll l-iżvilupp internazzjonali (sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Lietuvos bankas, C‑671/23, EU:C:2025:457, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2015/849, din id-direttiva tapplika għall-entitajiet, imsejħa “entitajiet marbutin b’obbligu”. Dawn l-entitajiet huma, skont il-punt 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, skont il-punt 1, l-istituzzjonijiet finanzjarji u, skont il-punt 3, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija f’dan il-punt, meta jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom. |
|
26 |
Għalhekk, l-obbligi li d-Direttiva 2015/849 timponi fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu jaqgħu kemm fuq persuni ġuridiċi kif ukoll fuq persuni fiżiċi, sakemm dawn il-persuni jistgħu jitqiesu li huma entitajiet marbuta b’obbligu, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva. |
|
27 |
Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2015/849, li japplikaw, konformement mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 59, tal-inqas għall-ksur serju, repetut, sistematiku, jew li jippreżenta kombinazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi, imwettaq minn tali entitajiet, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 58(1) ta’ din id-direttiva jimponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-entitajiet marbuta b’obbligu jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-imsemmija direttiva. |
|
28 |
Issa, xejn f’dan l-Artikolu 58(1) ma jippermetti li jitqies li r-responsabbiltà ta’ entità marbuta b’obbligu, skont l-imsemmija direttiva, tista’, peress li hija kkostitwita minn persuna ġuridika, tiddependi fuq l-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ persuna fiżika, skont id-dritt nazzjonali. |
|
29 |
Meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna ġuridika, sa fejn tali persuna tista’ taġixxi biss permezz ta’ persuni fiżiċi li l-atti tagħhom huma imputabbli lilha, id-Direttiva 2015/849 sempliċement tintroduċi regoli li jippermettu li jiġu ppreċiżati l-kundizzjonijiet li fihom, minn naħa, il-ksur li jagħti lok għar-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika għandu jiġi imputat ukoll lill-persuni fiżiċi li huma responsabbli għaliha, skont id-dritt nazzjonali, u, min-naħa l-oħra, l-aġir ta’ ċerti persuni fiżiċi jista’ jistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika. |
|
30 |
Għalhekk, minn naħa, konformement mal-Artikolu 58(3) ta’ din id-direttiva, meta obbligi japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-imsemmija direttiva, sanzjonijiet u miżuri jistgħu jiġu imposti fuq il-membri tal-korpi ta’ tmexxija u fuq il-persuni fiżiċi l-oħra li huma responsabbli, skont id-dritt nazzjonali, għal dan il-ksur. Issa, minn din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fuq persuna ġuridika bħala entità marbuta b’obbligu hija suġġetta għall-konstatazzjoni minn qabel li l-ksur ikkonċernat twettaq minn persuna fiżika. Għall-kuntrarju, ir-responsabbiltà, skont id-dritt nazzjonali, tal-persuni fiżiċi hija biss anċillari u komplementari għar-responsabbiltà, skont id-Direttiva 2015/849, tal-persuna ġuridika kkonċernata. |
|
31 |
Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 60(5) u (6) tad-Direttiva 2015/849, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna ġuridika tkun tista’ tinżamm responsabbli kemm għall-ksur imwettaq għall-benefiċċju tagħha minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala membru ta’ korp ta’ din il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan l-imsemmija persuna ġuridika, kif ukoll meta nuqqas ta’ superviżjoni jew ta’ kontroll min-naħa ta’ tali persuna tkun għamlet possibbli t-twettiq ta’ ksur għall-benefiċċju tal-istess persuna ġuridika, minn persuna suġġetta għall-awtorità tagħha. |
|
32 |
Dan l-Artikolu 60(5) u (6) jillimita ruħu, kif jirrilevaw il-FMA u l-Kummissjoni, li jindika liema huma l-persuni fiżiċi li l-aġir jew l-ommissjonijiet tagħhom, f’isem persuna ġuridika, jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tagħha. Min-naħa l-oħra, minn dan ma jirriżultax li r-responsabbiltà ta’ dawn il-persuni fiżiċi, skont id-dritt nazzjonali, għandha tiġi stabbilita minn qabel u li dawn jiġu identifikati fid-dispożittiv tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq din il-persuna ġuridika u meqjusa responsabbli għall-ksur ikkonċernat. |
|
33 |
Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-Artikoli 58 sa 60 tad-Direttiva 2015/849 fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika għall-konstatazzjoni minn qabel li l-ksur twettaq minn persuna fiżika tmur kontra r-rekwiżit, previst fl-Artikolu 58(1) ta’ din id-direttiva, li kull sanzjoni jew miżura li tirriżulta mir-responsabbiltà tal-entitajiet marbuta b’obbligu fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-imsemmija direttiva tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. Fil-fatt, tali rekwiżit jirriskja li jdgħajjef l-effettività u n-natura dissważiva tas-sanzjonijiet imposti direttament mid-Direttiva 2015/849 fuq il-persuni ġuridiċi bħala entitajiet marbuta b’obbligu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Deutsche Wohnen, C‑807/21, EU:C:2023:950, punt 51). |
|
34 |
Għandu jiġi ppreċiżat ukoll, minn naħa, li, għalkemm din l-istess direttiva twettaq biss armonizzazzjoni minima (sentenza tat‑18 ta’ April 2024, Citadeles nekustamie īpašumi, C‑22/23, EU:C:2024:327, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata), l-Istati Membri ma jistgħux madankollu jillimitaw il-portata tar-responsabbiltà li l-Artikolu 58(1) tal-imsemmija direttiva jimponi fuq dawn l-entitajiet marbuta b’obbligu, li fosthom hemm persuni ġuridiċi. |
|
35 |
Barra minn hekk, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2015/849 iħalli lill-Istati Membri l-possibbiltà li jipprevedu sanzjonijiet u miżuri differenti minn dawk elenkati f’dan l-Artikolu 59(1), xorta jibqa’ l-fatt li dawn l-Istati Membri għandhom tal-inqas jissanzjonaw il-ksur imsemmi f’din id-dispożizzjoni, imwettaq mill-entitajiet marbuta b’obbligu, u dan billi jipprevedu tal-inqas is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 59(2) u (3). (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2025, Lietuvos bankas, C‑671/23, EU:C:2025:457, punt 37). |
|
36 |
Min-naħa l-oħra, sa fejn, kif tfakkar fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi skont ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2015/849 jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta japplikaw id-dritt intern tagħhom, il-qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretawh sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva inkwistjoni sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha u, għaldaqstant, li jikkonformaw ruħhom mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa fil-fatt inerenti għas-sistema tat-Trattat FUE għaliex jippermetti lill-qrati nazzjonali jiżguraw, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta jiddeċiedu l-kawżi li jkollhom quddiemhom (sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2025, Makeleio u Zougla, C‑555/23 u C‑556/23, EU:C:2025:484, punt 85 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi jeżiġi li l-qrati nazzjonali jagħmlu dak kollu li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħhom billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt intern tagħhom kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnu, sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tad-direttiva inkwistjoni u sabiex tinstab soluzzjoni konformi mal-għan imfittex minnha (sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2025, Makeleio u Zougla, C‑555/23 u C‑556/23, EU:C:2025:484, punt 86 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
38 |
F’dan il-każ, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus b’mod konformi mad-Direttiva 2015/849. |
Fuq it-termini ta’ preskrizzjoni
|
39 |
Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda magħmula, dwar l-iffissar, mid-dritt nazzjonali, ta’ termini ta’ preskrizzjoni, għandu jitfakkar li, fl-assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jżommu d-dritt li japplikaw il-modalitajiet proċedurali previsti mill-ordinament ġuridiku intern tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tat-termini ta’ dekadenza, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Caterpillar Financial Services, C‑500/16, EU:C:2017:996, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
40 |
Sabiex jiġi vverifikat jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza huwiex osservat, għandu jiġi eżaminat jekk teżistix, minbarra regola ta’ preskrizzjoni applikabbli għar-rikorsi intiżi li jiżguraw, fid-dritt intern, il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, regola ta’ preskrizzjoni applikabbli għar-rikorsi ta’ natura interna u jekk, fid-dawl tal-għan u tal-elementi essenzjali tagħhom, iż-żewġ regoli ta’ preskrizzjoni jistgħux jitqiesu li huma simili (sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Caterpillar Financial Services, C‑500/16, EU:C:2017:996, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
41 |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, protezzjoni effettiva tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni u li dan il-prinċipju jeżiġi, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Caterpillar Financial Services, C‑500/16, EU:C:2017:996, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
42 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li jkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li jiġu stabbiliti termini raġonevoli ta’ preskrizzjoni fl-interess taċ-ċertezza legali. Pereżempju, termini ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin jew ta’ sentejn tqiesu li huma konformi mal-prinċipju ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Caterpillar Financial Services, C‑500/16, EU:C:2017:996, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
43 |
Għalhekk, terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jibdew proċeduri għal tul ta’ tliet snin mid-data tat-tmiem tal-ksur preżunt u terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin minn din id-data għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ sanzjoni, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jitqiesu li huma, bħala prinċipju, konformi mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Napfény-Toll, C‑615/21, EU:C:2023:573, punt 37) |
|
44 |
Madankollu, il-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludi ebda element intiż li juri li t-termini ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin u ta’ ħames snin previsti fl-Artikolu 36 tal-Liġi dwar il-Ħasil tal-Flus jistgħu ma jkunux konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. |
|
45 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 58(1) sa (3), l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(5) u (6) tad-Direttiva 2015/849, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq l-ispejjeż
|
46 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 58(1) sa (3), l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2018, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, |
|
għandhom jiġu interpretati fis-sens li: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.