Artikolu 12 · Reklamar personalizzat
Parti minn: Minorenni, Reklamar u ipprezzar personalizzati
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kummerċjanti ma kinux ikunu jistgħu jimmiraw reklami lejn konsumatur abbażi tat-tfassil tal-profil bl-użu tad-data personali tal-konsumatur meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li l-konsumatur ikun minorenni, jew bl-użu ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali. Il-fornituri ta’ pjattaformi online li għalihom tapplika t-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065 huma esklużi.
It-test tal-Artikolu 12il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 12
Reklamar personalizzat
Il-kummerċjanti ma għandhomx jagħmlu reklami għall-konsumatur li jkunu mmirati fuq il-bażi ta’ tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679:
(a)bl-użu ta’ data personali tal-konsumatur meta l-kummerċjant ikun jaf b’ċertezza raġonevoli li l-konsumatur huwa minorenni;
(b)bl-użu ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali tal-konsumatur imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tobbliga lill-kummerjanti jipproċessaw data personali addizzjonali biex jivvalutaw jekk il-konsumatur huwiex minorenni.
Dan l-Artikolu ma japplikax għall-fornituri tal-pjattaformi online li għalihom tapplika t-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tar-Regolament 2022/2065.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 32 Kummerċjant jista’ jkun konxju wkoll li wħud mill-konsumaturi huma minorenni, pereżempju minħabba li…
- Premessa 58 Meta l-konsumaturi jiġu ppreżentati b’reklami bbażati fuq tekniki tal-immirar ottimizzati biex jisfruttaw…
- Premessa 59 Għalhekk, jenħtieġ li l-kummerċjanti jkunu pprojbiti milli jimmiraw reklami bbażati fuq it-tfassil ta’…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
minorenni
(16)“minorenni” jew “tfal” tfisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena;
Artikolu 3, punt (16)