Artikolu 2 · Kamp ta’ applikazzjoni
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Ir-Regolament kien japplika għall-prattiki kummerċjali min-negozju għall-konsumatur qabel, matul u wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ prodott. Kien ikun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kuntratti, għar-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-prodotti, għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati u għar-regoli għall-professjonijiet regolati. L-Istati Membri kienu jkunu jistgħu jimponu rekwiżiti aktar restrittivi għas-servizzi finanzjarji u għall-proprjetà immobbli, u jadottaw regoli dwar żjarat mhux mitluba fid-djar u dwar vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant.
It-test tal-Artikolu 2il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għal prattiki kummerċjali min-negozju għall-konsumatur qabel, waqt u wara tranżazzjoni kummerċjali b’rabta ma’ prodott.
2.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt kuntrattwali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt.
3.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali b’rabta ma’ aspetti ta’ saħħa u sikurezza ta’ prodotti.
4.Dan ir-Regolament ma jżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
5.L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 4 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.
6.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli li jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni tal-qrati.
7.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjoni ta’ stabbiliment jew reġimi ta’ awtorizzazzjoni, jew għall-kodiċijiet deontoloġiċi ta’ kondotta jew regoli speċifiċi oħra li jiggvernaw professjonijiet regolati sabiex jinżammu livelli għolja ta’ integrità min-naħa tal-professjonisti, li l-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jimponu fuq il-professjonisti.
8.Fir-rigward ta’ “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2011/83/UE, u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn dawk imposti minn dan ir-Regolament, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 8 Sabiex jingħata sostenn lill-fiduċja tal-konsumatur, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika ugwalment għal…
- Premessa 12 Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-liġi…
- Premessa 13 Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti…
- Premessa 15 Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jadottaw…
Jissostitwixxi
- Artikolu 3(1) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(1)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(2)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(3) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(3)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(5) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(4)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(6) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(5)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(7) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(6)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(8) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(7)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 3(9) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 2(8)) · Qabbel f’Eureka
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)
prodott
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
Artikolu 3, punt (5)
professjoni regolata
(31)“professjoni regolata”: tfisser attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew il-prattika tagħhom, jew wieħed mill-modalitajiet tal-prattika tagħhom, huwa kondizzjonat, b'mod dirett jew indirett, mill-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi;
Artikolu 3, punt (31)