Artikolu 3 · Definizzjonijiet
Parti minn: Minorenni, Logħob u muniti virtwali, Kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi, Servizz tal-klijenti u kuntratti permezz ta’ sistemi awtomatizzati
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Dan l-Artikolu fih 34 definizzjoni numerata. Fosthom hemm konsumatur, kummerċjant, prattika kummerċjali, prodott u deċiżjoni tranżazzjonali, u termini bħal interfaċċa online, kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi, kju virtwali u sistema awtomatizzata. Minorenni jew tfal kien ifisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena.
It-test tal-Artikolu 3il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
(4)“oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ;
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
(6)“deċiżjoni tranżazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u b’liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm, jiddisponi jew ikompli juża l-prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu azzjoni u kemm jekk jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni;
(7)“il-ħolqien ta’ distorsjoni materjali fl-imġiba ekonomika ta’ konsumaturi” tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni nfurmata, li bih il-konsumatur jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li l-konsumatur ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra;
(8)“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;
(9)“diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta’ sengħa u ta’ kura speċjali li kummerċjant ikun raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward tal-konsumaturi, permezz ta’ prattika onesta fis-suq jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fide fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant;
(10)“influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, anke mingħajr l-użu jew it-theddid tal-użu tal-forza fiżika, b’mod li jillimita sostanzjalment il-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata;
(11)“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, inkluż applikazzjoni mobbli, li jkunu operati minn jew f’isem kummerċjant u li jservu biex jagħtu lill-konsumaturi aċċess għall-prodotti;
(12)“suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra;
(13)“prova b’xejn” tfisser prattika kummerċjali li biha prodott jiġi offrut lill-konsumatur matul perjodu ta’ żmien stabbilit mingħajr l-obbligu ta’ ħlas permezz ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas f’fondi skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) 2027/(..);
(14)“klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;
(15)“kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi” tfisser prattika kummerċjali li biha l-kummerċjanti jużaw il-popolarità tagħhom fost l-udjenza tagħhom biex jippromwovu direttament jew indirettament prodotti bi ħlas;
(16)“minorenni” jew “tfal” tfisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena;
(17)“muniti virtwali bi ħlas” tfisser muniti virtwali akkwistati permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar is-Servizzi ta’ Pagament] jew, fejn applikabbli, bi skambju għal munita virtwali mħallsa oħra;
(18)“sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas” tfisser oġġetti virtwali, barra minn prodotti finanzjarji, li joffru premjijiet aleatorji jew probabbiltajiet varjabbli akkwistati permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [Regolament dwar Servizzi ta’ Pagament] jew bi skambju għal muniti virtwali bi ħlas;
(19)“mekkaniżmi ħallas biex tavvanza u ħallas biex tirbaħ” tfisser xiri fil-logħba jew fl-app li huwa meħtieġ jew li jiġi ppreżentat kif meħtieġ għall-progress jew is-suċċess fil-logħba jew fl-app stess, li jiġi akkwistat permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar is-Servizzi ta’ Pagament] jew bi skambju għal muniti virtwali bi ħlas;
(20)“kju virtwali” tfisser karatteristika diġitali li biha l-konsumaturi jitqiegħdu f’sistema ta’ stennija sekwenzjata qabel ma jaċċessaw l-l-interfaċċa tal-ordni, li matulu l-kummerċjanti jistgħu jibdlu l-prezz;
(21)“sistema awtomatizzata” tfisser software li jkun kapaċi jwettaq azzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet li jipproduċu effetti legali għall-utent tiegħu, inkluż il-konklużjoni ta’ kuntratti, mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-bniedem;
(22)“skema ta’ ċertifikazzjoni” tfisser skema ta’ verifika min-naħa ta’ parti terza li tiċċertifika li prodott, proċess jew negozju jkun konformi ma’ ċerti rekwiżiti, li tawtorizza l-użu ta’ tikketta tas-sostenibbiltà korrispondenti, u li t-termini tagħha, inklużi r-rekwiżiti tagħha, huma pubblikament disponibbli u jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)l-iskema hija miftuħa b’kundizzjonijiet trasparenti, leali u nondiskriminatorji għall-kummerċjanti kollha li jkunu lesti u kapaċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema;
(b)ir-rekwiżiti tal-iskema huma żviluppati mis-sid tal-iskema f’konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
(c)l-iskema tiddefinixxi l-proċeduri biex jiġi ttrattat in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-skema u tipprevedi l-irtirar jew is-sospensjoni tal-użu tat-tikketta tas-sostenibbiltà mill-kummerċjant fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-iskema; u
(d)il-monitoraġġ tal-konformità ta’ kummerċjant mar-rekwiżiti tal-iskema huwa suġġett għal proċedura oġġettiva u jsir minn parti terza li l-kompetenza u l-indipendenza tagħha kemm mis-sid tal-iskema kif ukoll mill-kummerċjant ikunu bbażati fuq standards u proċeduri internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali;
(23)“parti konsumabbli” tfisser kwalunkwe komponent ta’ oġġett li jintuża b’mod rikorrenti u li jeħtieġ li jiġi sostitwit jew reintegrat biex l-oġġett jiffunzjona kif maħsub;
(24)“durabbiltà” tfisser durabbiltà kif definit fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva (UE) 2019/771;
(25)“asserzjoni ambjentali” tfisser kwalunkwe messaġġ jew rappreżentazzjoni li ma jkunux obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, fi kwalunkwe forma, inkluża rappreżentazzjoni b’test, bi stampi, bi grafika jew b’simbolu, bħal tikketti, ismijiet ta’ ditti, ismijiet ta’ kumpaniji jew ismijiet ta’ prodotti, fil-kuntest ta’ komunikazzjoni kummerċjali, u li jiddikjaraw jew jimplikaw li prodott, kategorija ta’ prodott, ditta jew kummerċjant għandhom impatt pożittiv jew impatt żero fuq l-ambjent jew li huma anqas ta’ ħsara għall-ambjent minn prodotti, kategoriji ta’ prodotti, ditti jew kummerċjanti oħra, rispettivament, jew li jejbu l-impatt tagħhom maż-żmien;
(26)“asserzjoni ambjentali ġenerika” tfisser kwalunkwe asserzjoni ambjentali li ssir bil-miktub jew bil-fomm, inkluż permezz tal-media awdjoviżiva, li mhijiex inkluża fuq tikketta tas-sostenibbiltà, u li fiha l-ispeċifikazzjoni tal-asserzjoni ma tkunx ipprovduta f’termini ċari u prominenti fuq l-istess mezz;
(27)“prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta” tfisser prestazzjoni ambjentali konformi mar-Regolament (KE) Nru 66/2010 jew ma’ skemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ekotikkettar tat-tip I f’konformità mal-istandards EN ISO 14024, rikonoxxuti uffiċjalment fl-Istati Membri, jew l-ogħla prestazzjoni ambjentali f’konformità ma’ liġi tal-Unjoni oħra applikabbli;
(28)“funzjonalità” tfisser funzjonalità kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2019/771.”;
(29)“aġġornament tas-software” tfisser aġġornament li jkun meħtieġ biex l-oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali jinżammu konformi f’konformità mad-Direttiva(UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2019/771, inkluż aġġornament tas-sigurtà, jew aġġornament tal-funzjonalità;
(30)“tikketta tas-sostenibbiltà” tfisser kwalunkwe marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti, pubblika jew privata, ta’ natura volontarja, li għandha l-għan li tiddistingwi u tippromwovi prodott, proċess jew negozju b’referenza għall-karatteristiċi ambjentali jew soċjali, jew it-tnejn li huma u teskludi kwalunkwe tikketta obbligatorja meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali;
(31)“professjoni regolata”: tfisser attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew il-prattika tagħhom, jew wieħed mill-modalitajiet tal-prattika tagħhom, huwa kondizzjonat, b'mod dirett jew indirett, mill-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi;
(32)“kodiċi ta’ kondotta” tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta’ regoli li mhumiex imposti b’liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxu l-imġiba ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi b’rabta ma’ prattika kummerċjali jew settur ta’ negozju wieħed jew aktar;
(33)“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh;
(34)“mezz durabbli” tfisser mezz durabbli kif definit fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 2011/83/UE.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 19 Għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, ċerti kunċetti jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex…
- Premessa 20 Dan ir-Regolament jindirizza prattiki kummerċjali konnessi direttament mal-influwenza fuq id-deċiżjonijiet…
- Premessa 21 It-terminu “deċiżjoni tranżazzjonali” jenħtieġ li jkollu tifsira wiesgħa li tkopri mhux biss deċiżjonijiet…
- Premessa 22 Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ “pagament” għall-finijiet ta’ dan…
- Premessa 28 Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur għat-tfal, għall-finijiet ta’ dan…
- Premessa 77 Is-sistemi awtomatizzati pprogrammati biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jew ma’ sistemi awtomatizzati oħra…
Jissostitwixxi
- Artikolu 2(a) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (1)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(b) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (2)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(c) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (5)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(ca) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (4)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(d) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (3)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(e) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (7)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(f) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (32)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(g) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (33)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(h) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (9)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(i) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (8)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(j) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (10)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(k) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (6)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(l) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (31)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(m) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (14)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(n) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (12)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(o) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (25)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(p) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (26)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(q) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (30)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(r) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (22)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(s) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (27)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(t) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (24)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(u) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (29)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(v) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (23)) · Qabbel f’Eureka
- Artikolu 2(w) ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 3, punt (28)) · Qabbel f’Eureka