Artikolu 27 · Rekwiżiti għal kuntratti konklużi biss permezz ta’ sistemi awtomatizzati
Parti minn: Servizz tal-klijenti u kuntratti permezz ta’ sistemi awtomatizzati
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Meta kuntratt jiġi konkluż mill-kummerċjant u mill-konsumatur biss permezz ta’ sistemi awtomatizzati, il-kummerċjant kien ikun jista’ jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE biss f’format li jinqara mill-magni u li jintuża komunement. Il-kummerċjant kien ikollu jipprovdi konferma tal-kuntratt fuq mezz durabbli, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
It-test tal-Artikolu 27il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 27
Rekwiżiti għal kuntratti konklużi biss permezz ta’ sistemi awtomatizzati
1.Jekk kuntratt jiġi konkluż mill-kummerċjant u mill-konsumatur permezz ta’ sistemi awtomatizzati biss, il-kummerċjant għandu jitħalla jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE f’format komunament użat li jinqara mill-magni biss u għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 6a.
2.L-Artikoli 8(1), (2), (3), (4) u (8) tad-Direttiva 2011/83/UE ma għandux japplika għall-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.
3.Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bil-konferma tal-kuntratt konkluż f’konformità mal-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2011/83/UE fuq mezz durabbli, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 81 Fl-istess ħin, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-kummerċjanti, meta kuntratt jiġi konkluż…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
sistema awtomatizzata
(21)“sistema awtomatizzata” tfisser software li jkun kapaċi jwettaq azzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet li jipproduċu effetti legali għall-utent tiegħu, inkluż il-konklużjoni ta’ kuntratti, mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-bniedem;
Artikolu 3, punt (21)
mezz durabbli
(34)“mezz durabbli” tfisser mezz durabbli kif definit fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 2011/83/UE.
Artikolu 3, punt (34)