Artikolu 34 · Divulgazzjoni ta’ evidenza dwar prattiki kummerċjali fl-ambjent online
Parti minn: Infurzar u penali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali kien ikollhom is-setgħa jesiġu li l-kummerċjanti jiddivulgaw l-evidenza rilevanti dwar id-disinn, it-tħaddim u l-impatt fuq l-imġieba tal-konsumatur ta’ prattika kummerċjali fl-ambjent online. Dan kien jeħtieġ li attur ikun ippreżenta fatti u evidenza suffiċjenti biex isostnu l-probabbiltà ta’ prattika kummerċjali żleali, jew li l-awtorità jkollha suspett raġonevoli. Id-divulgazzjoni kienet tkun limitata għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat.
It-test tal-Artikolu 34il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 34
Divulgazzjoni ta’ evidenza dwar prattiki kummerċjali fl-ambjent online
1.Minbarra s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 33, il-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi għandu jkollhom setgħat li jippermettulhom, fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 30 fl-Artikolu 32, fuq talba ta’ attur li jkun ippreżenta fatti u evidenza suffiċjenti biex jappoġġa l-probabbiltà ta’ prattika kummerċjali żleali fl-ambjent online, jew jekk l-awtorità amministrattiva rilevanti jkollha suspett raġonevoli ta’ prattika kummerċjali żleali fl-ambjent online, li jitolbu lill-kummerċjanti jiddivulgaw, b’mod faċilment aċċessibbli u li jinftiehem, l-evidenza rilevanti fir-rigward tad-disinn, l-operat u l-impatt fuq l-imġiba tal-konsumaturi tal-prattika kummerċjali rilevanti.
Il-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi għandu jkollhom is-setgħat li jippermettulhom jimponu penali jekk il-kummerċjant jipprovdi informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa skont is-subparagrafu 1 jew ma jipprovdix tali informazzjoni fil-limitu ta’ żmien meħtieġ.
2.Id-divulgazzjoni tal-evidenza skont il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat.
3.Meta jiddeterminaw jekk id-divulgazzjoni tal-evidenza hijiex meħtieġa u proporzjonata, il-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jikkunsidraw l-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta’ kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali.
4.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 1.
5.Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali jistgħu jikkunsidraw nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 bħala element rilevanti biex tiġi stabbilita l-iżlealtà ta’ prattika kummerċjali, abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ flimkien ma’ evidenza rilevanti oħra.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 85 Ir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi spiss ikunu kkaratterizzati minn asimmetriji…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)