Artikolu 35 · Penali
Parti minn: Infurzar u penali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
L-Istati Membri kienu jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għall-penali imposti f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, il-multa massima kienet tkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri kkonċernati, jew mill-inqas EUR 2 miljun meta l-informazzjoni dwar il-fatturat ma tkunx disponibbli. Il-Kummissjoni kienet tkun tista’ timponi multi li ma jaqbżux is-6 % tal-fatturat annwali dinji tal-kummerċjant għall-ksur li tinvestiga hija.
It-test tal-Artikolu 35il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 35
Penali
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.Il-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għandhom jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
(a)in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
(b)kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;
(c)kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
(d)il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
(e)il-penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħrajn f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/2394[/ir-Regolament (UE) [Regolament CPC ġdid]];
(f)kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
3.Meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394[/ir-Regolament (UE) [Regolament CPC ġdid]], huma għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:
(a)ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, 9, tal-obbligi fil-Kapitolu III u tal-Anness I; u
(b)l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstatata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerjċali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a).
4.Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.
5.L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda li taffettwa r-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
6.Il-Kummissjoni tista’ timponi multi li ma jaqbżux l6 % tal-fatturat annwali dinji tal-kummerċjant skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament CPC il-Ġdid] għal ksur ta’ dan ir-Regolament investigat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) [ir-Regolament CPC il-Ġdid].
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 87 Sabiex jiġi żgurat li l-infurzar jaġixxi bħala deterrent, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali…
- Premessa 88 Dan ir-Regolament jiżgura l-istess livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur irrispettivament mid-daqs…
- Premessa 89 Jenħtieġ li tibqa’ d-deċiżjoni tal-Istati Membri li jagħżlu t-tipi ta’ penali li għandhom jiġu imposti u li…
- Premessa 90 Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, b’mod partikolari f’każijiet ta’ ksur fi…
- Premessa 91 Dawk il-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi komuni għall-applikazzjoni ta’ penali jistgħu ma jkunux…
- Premessa 92 F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394/ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CPC ġdid]…
- Premessa 93 Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u…
- Premessa 94 Kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/2394/ ir-Regolament (UE) [Regolament CPC ġdid], meta jiġu imposti…
- Premessa 95 Jekk, bħala riżultat tal-azzjoni koordinata taħt ir-Regolament (UE) 2017/2394/ ir-Regolament (UE) [Regolament…
- Premessa 96 Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom multi…
- Premessa 97 Meta jallokaw dħul mill-multi, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jtejbu l-protezzjoni tal-interess…
Jissostitwixxi
- Artikolu 13 ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 35) · Qabbel f’Eureka
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)