Artikolu 37 · Eżerċizzju tad-delega
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont l-Artikoli 10(3) u 17(2). Is-setgħa kienet tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat u kienet tkun tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Att delegat kien jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda waħda miż-żewġ istituzzjonijiet ma toġġezzjona fi żmien xahrejn min-notifika, perjodu li jista’ jiġi estiż b’xahrejn.
It-test tal-Artikolu 37il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(3) u 17(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ, l-Artikolu 40].
3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 10(3) u 17(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(3) u 17(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Il-perijodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 122 It-tipi ta’ disinji qarrieqa użati mill-kummerċjanti fl-ambjent diġitali jistgħu jinbidlu malajr u b’mod…