Artikolu 36 · Dritt għal rikors
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Kummerċjant meqjus responsabbli għal prattika kummerċjali żleali online kien ikun intitolat ifittex rimedji kontra persuna oħra li għandu relazzjoni kummerċjali magħha, meta l-att jew l-ommissjoni ta’ dik il-persuna jkunu kkawżaw ir-responsabbiltà jew ikkontribwew għaliha. L-Istati Membri kien ikollhom jiżguraw li jeżistu rimedji effettivi, proporzjonati u dissważivi li jippermettu lill-kummerċjanti jeżerċitaw dan id-dritt ta’ rikors.
It-test tal-Artikolu 36il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 36
Dritt għal rikors
1.Jekk il-kummerċjant jinżamm responsabbli għal prattika kummerċjali online żleali skont l-Artikoli 30 u 32 ta’ dan ir-Regolament, u jekk tali responsabbiltà tirriżulta mill-att jew l-ommissjoni ta’ persuna oħra li magħha l-kummerċjant ikollu relazzjoni kummerċjali, jew jekk l-att jew l-ommissjoni ta’ persuna oħra li magħha l-kummerċjant ikollu relazzjoni kummerċjali kkontribwixxiet għal tali responsabbiltà, dak il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra dik il-persuna.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu rimedji effettivi, proporzjonati u dissważivi li jippermettu lin-negozjanti jeżerċitaw id-dritt ta’ rikors imsemmi fil-paragrafu 1.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 98 Il-kummerċjanti online qed jiddependu dejjem aktar fuq il-komponenti u s-servizzi tas-software pprovduti minn…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)