Artikolu 8 · Prattiki kummerċjali aggressivi
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Prattika kummerċjali kienet tkun aggressiva jekk, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel b’mod sinifikanti l-libertà tal-għażla jew tal-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott. Kien ikollha wkoll twassal, jew x’aktarx twassal, għal deċiżjoni tranżazzjonali li l-konsumatur ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.
It-test tal-Artikolu 8il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 8
Prattiki kummerċjali aggressivi
Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà tal-għażla jew l-imġiba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li huma jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 48 Id-dispożizzjonijiet dwar prattiki kummerċjali aggressivi jenħtieġ li jkopru prattiki li jfixklu b’mod…
Jissostitwixxi
- Artikolu 8 ta’ Direttiva 2005/29/KE (f’dan l-att: Artikolu 8) · Qabbel f’Eureka
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
prattika kummerċjali
(3)“prattika kummerċjali” tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, marbutin direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew provvista ta’ xi prodott lil konsumaturi;
Artikolu 3, punt (3)
prodott
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
Artikolu 3, punt (5)
deċiżjoni tranżazzjonali
(6)“deċiżjoni tranżazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u b’liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm, jiddisponi jew ikompli juża l-prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu azzjoni u kemm jekk jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni;
Artikolu 3, punt (6)
influwenza mhux xierqa
(10)“influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, anke mingħajr l-użu jew it-theddid tal-użu tal-forza fiżika, b’mod li jillimita sostanzjalment il-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata;
Artikolu 3, punt (10)