Il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura, u jkun kapaċi juri, li l-ipproċessar ikun konformi mar-Regolament, filwaqt li jqis in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar u r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.
Il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fejn meħtieġ u, fejn proporzjonat, jinkludu politiki adatti ta’ protezzjoni tad-data. L-aderenza ma’ kodiċijiet ta’ kondotta approvati jew ma’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tista’ tintuża bħala element biex tintwera l-konformità.
Il-kontrollur għandu jdaħħal fis-seħħ miżuri xierqa, magħżula fid-dawl tal-ipproċessar u tar-riskji tiegħu, biex jiżgura u jkun kapaċi juri li l-ipproċessar jikkonforma mar-Regolament.
It-test tal-Artikolu 24 · verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 24
Responsabbiltà tal-kontrollur
1.
B'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta' probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura u jkun jista' juri li l-ipproċessar isir f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fejn meħtieġ.
2.
Fejn dawn ikunu proporzjonati fir-rigward ta' attivitajiet ta' pproċessar, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta' politiki adatti dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur.
3.
Il-konformità mal-kodiċijiet tal-kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 40 jew mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni approvati kif imsemmi fl-Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera l-konformità mal-obbligi tal-kontrollur.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
Premessa 74Ir-responsabbiltà tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq mill-kontrollur…
Premessa 75Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, bi probabbiltà u gravità li jvarjaw, jistgħu…
Premessa 76Il-probabbiltà u l-gravità tar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandhom jiġu…
Premessa 77Il-gwida dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa u dwar kif tintwera l-konformità mill-kontrollur jew…
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;