Kapitolu IV Taqsima 1 Artikolu 31
Artikolu 31 · Kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kontrollur u l-proċessur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità superviżorja fit-twettiq tal-kompiti tagħha.
It-test tal-Artikolu 31verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 31
Kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja
Il-kontrollur u l-proċessur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità superviżorja fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 82 Sabiex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
kontrollur
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;
Artikolu 4, punt (7)
proċessur
“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;
Artikolu 4, punt (8)
rappreżentant
“rappreżentant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura bil-miktub mill-kontrollur jew mill-proċessur skont l-Artikolu 27, tirrappreżenta l-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-obbligi rispettivi skont dan ir-Regolament;
Artikolu 4, punt (17)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Artikolu 4, punt (21)