Artikolu 14 · Muniti virtwali
Parti minn: Minorenni, Logħob u muniti virtwali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Kummerċjant li joffri muniti virtwali bi ħlas użati biex jinxtraw l-oġġetti virtwali tiegħu jew prodotti oħra kien ikollu jindika l-valur monetarju, jew il-valur monetarju stmat, ta’ dawk l-oġġetti jew prodotti. Meta l-prodotti tiegħu jkunu diretti lejn il-minorenni, jew meta jkun konxju b’ċertezza raġonevoli li l-minorenni jużaw il-prodott, il-muniti virtwali bi ħlas kienu jkunu diżattivati awtomatikament għall-minorenni u jiġu attivati biss bl-approvazzjoni tal-ġenitur jew tal-kustodju.
It-test tal-Artikolu 14il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 14
Muniti virtwali
1.Kummerċjant li joffri jew jagħmel disponibbli għall-konsumaturi muniti virtwali bi ħlas li jintużaw għall-fini tax-xiri ta’ oġġetti virtwali jew prodotti oħra offruti mill-kummerċjant, għandhom jindikaw il-valur monetarju korrispondenti ta’ dawk l-oġġetti virtwali jew prodotti oħra, jew il-valur fi flus stmat tagħhom fil-munita li fiha l-konsumatur akkwista l-ewwel munita virtwali.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ networking soċjali online jew ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing u ta’ IA ħbieb, u ta’ chatbots konverżazzjonali ġenerali soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) [EU KIDS Act].
2.Jekk l-prodotti ta’ kummerċjant ikunu diretti lejn il-minorenni jew jekk il-kummerċjant ikun konxju b’ċertezza raġonevoli li l-prodott jintuża mill-minorenni, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-muniti virtwali bi ħlas jiġu diżattivati awtomatikament għall-minorenni u għandu jiżgura li l-muniti virtwali mħallsa jkunu jistgħu jiġu attivati biss bl-approvazzjoni tal-ġenitur jew tal-kustodju.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 29 Jekk prodott huwiex dirett lejn il-minorenni, jew jekk kummerċjant huwiex konxju b’ċertezza raġonevoli li…
- Premessa 30 Pereżempju, id-dritt tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) [EU KIDS Act] u l-Linji Gwida dwar il-protezzjoni…
- Premessa 31 Indikaturi oġġettivi li jindikaw il-fatt li l-konsumatur huwa minorenni jinkludu wkoll il-kanali ta’…
- Premessa 61 Il-konsumaturi spiss ikunu esposti għal prattiki kummerċjali li jkollhom l-effett li jnaqqsu t-trasparenza…
- Premessa 62 Jista’ jkun partikolarment diffiċli għall-minorenni li jifhmu l-valur monetarju reali tal-muniti virtwali…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
oġġetti
(4)“oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti
fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
;
Artikolu 3, punt (4)
prodott
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
Artikolu 3, punt (5)
minorenni
(16)“minorenni” jew “tfal” tfisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena;
Artikolu 3, punt (16)
muniti virtwali bi ħlas
(17)“muniti virtwali bi ħlas” tfisser muniti virtwali akkwistati permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar is-Servizzi ta’ Pagament] jew, fejn applikabbli, bi skambju għal munita virtwali mħallsa oħra;
Artikolu 3, punt (17)