Artikolu 15 · Sistemi ta’ premji varjabbli
Parti minn: Minorenni, Logħob u muniti virtwali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kummerċjanti li joffru sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas kien ikollhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar it-tipi ta’ prodotti jew oġġetti virtwali disponibbli fihom u l-probabbiltà li jinkisbu. Kien ikollhom jagħmlu disponibbli għodod effettivi u faċilment aċċessibbli biex dawn is-sistemi jiġu diżattivati. Meta l-prodotti tagħhom ikunu diretti lejn il-minorenni, jew meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li l-minorenni jużaw il-prodott, ma kinux ikunu jistgħu joffru dawn is-sistemi lill-minorenni.
It-test tal-Artikolu 15il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 15
Sistemi ta’ premji varjabbli
1.Il-kummerċjanti li joffru jew jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar it-tipi ta’ prodotti jew oġġetti virtwali disponibbli f’tali sistemi ta’ premji varjabbli u l-probabbiltà li jiksbuhom.
2.Il-kummerċjanti għandhom jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi, b’mod faċilment aċċessibbli, għodod effettivi li jippermettu lil dawk il-konsumaturi jiddiżattivaw sistemi ta’ rikompesa varjabbli bi ħlas.
3.Meta l-prodotti ta’ kummerċjant ikunu diretti lejn minorenni jew meta l-kummerċjant ikun konxju b’ċertezza raġonevoli li l-prodott jintuża minn minorenni, il-kummerċjant ma għandux joffri sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas lill-minorenni. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ networking soċjali online jew ta’ servizzi ta’ pjattaforma ta’ video-sharing u ta’ IA ħbieb, u ta’ chatbots konverżazzjonali ġenerali li jkunu soġġetti għall-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) [l-Att tal-UE dwar il-KIDS].
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 29 Jekk prodott huwiex dirett lejn il-minorenni, jew jekk kummerċjant huwiex konxju b’ċertezza raġonevoli li…
- Premessa 30 Pereżempju, id-dritt tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) [EU KIDS Act] u l-Linji Gwida dwar il-protezzjoni…
- Premessa 31 Indikaturi oġġettivi li jindikaw il-fatt li l-konsumatur huwa minorenni jinkludu wkoll il-kanali ta’…
- Premessa 63 Sistemi ta’ premjijiet varjabbli li joffru premjijiet każwali jew probabbiltajiet varjabbli, bħal loot boxes…
- Premessa 64 Il-minorenni huma partikolarment esposti għall-effetti persważivi tal-prodotti li jimmassimizzaw l-infiq…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
konsumatur
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
Artikolu 3, punt (1)
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
oġġetti
(4)“oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti
fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
;
Artikolu 3, punt (4)
prodott
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
Artikolu 3, punt (5)
minorenni
(16)“minorenni” jew “tfal” tfisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena;
Artikolu 3, punt (16)
sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas
(18)“sistemi ta’ rikompensa varjabbli bi ħlas” tfisser oġġetti virtwali, barra minn prodotti finanzjarji, li joffru premjijiet aleatorji jew probabbiltajiet varjabbli akkwistati permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [Regolament dwar Servizzi ta’ Pagament] jew bi skambju għal muniti virtwali bi ħlas;
Artikolu 3, punt (18)