Artikolu 16 · Projbizzjoni ta’ mekkaniżmi “ħallas biex tavvanza” u “ħallas biex tirbaħ” għall-minorenni
Parti minn: Minorenni, Logħob u muniti virtwali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kummerċjanti ma kinux ikunu jistgħu joffru mekkaniżmi “ħallas biex tavvanza” u “ħallas biex tirbaħ” lill-minorenni meta l-prodotti tagħhom ikunu diretti lejn il-minorenni jew meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li l-prodott jintuża mill-minorenni.
It-test tal-Artikolu 16il-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 16
Projbizzjoni ta’ mekkaniżmi “ħallas biex tavvanza” u “ħallas biex tirbaħ” għall-minorenni
Jekk il-prodotti ta’ kummerċjant ikunu diretti lejn il-minorenni jew jekk il-kummerċjant ikun konxju b’ċertezza raġonevoli li l-prodott jintuża mill-minorenni, il-kummerċjant ma għandux joffri mekkaniżmi “ħallas biex tavvanza” u “ħallas biex tirbaħ” lill-minorenni.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 29 Jekk prodott huwiex dirett lejn il-minorenni, jew jekk kummerċjant huwiex konxju b’ċertezza raġonevoli li…
- Premessa 30 Pereżempju, id-dritt tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) [EU KIDS Act] u l-Linji Gwida dwar il-protezzjoni…
- Premessa 31 Indikaturi oġġettivi li jindikaw il-fatt li l-konsumatur huwa minorenni jinkludu wkoll il-kanali ta’…
- Premessa 65 Il-mekkaniżmi “pay-to-win” u “pay-to-progress” jistgħu jagħmluha impossibbli għall-konsumaturi li javvanzaw…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
kummerċjant
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;
Artikolu 3, punt (2)
prodott
(5)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;
Artikolu 3, punt (5)
minorenni
(16)“minorenni” jew “tfal” tfisser kwalunkwe persuna fiżika taħt l-età ta’ 18-il sena;
Artikolu 3, punt (16)
mekkaniżmi ħallas biex tavvanza u ħallas biex tirbaħ
(19)“mekkaniżmi ħallas biex tavvanza u ħallas biex tirbaħ” tfisser xiri fil-logħba jew fl-app li huwa meħtieġ jew li jiġi ppreżentat kif meħtieġ għall-progress jew is-suċċess fil-logħba jew fl-app stess, li jiġi akkwistat permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar is-Servizzi ta’ Pagament] jew bi skambju għal muniti virtwali bi ħlas;
Artikolu 3, punt (19)