Meta kummerċjant jipprovdi servizz tal-konsumatur online wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, il-kummerċjant kien ikollu jiżgura li l-komunikazzjoni ma’ bniedem issir disponibbli fuq talba tal-konsumatur u meta mezzi oħra ma jkunux effettivi. L-Artikolu ma kienx japplika għas-servizzi ta’ investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), punt (2), tad-Direttiva 2014/65/UE.
Komunikazzjoni ma’ bniedem fis-servizz tal-konsumatur
Meta kummerċjant jipprovdi servizz tal-konsumatur online wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, il-kummerċjant għandu jiżgura li, fuq talba tal-konsumatur u meta mezzi oħra ma jkunux effettivi, issir disponibbli komunikazzjoni ma’ bniedem.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal servizzi ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
Premessa 76Għadd dejjem akbar ta’ kummerċjanti qed jużaw għodod online għall-komunikazzjoni mal-konsumaturi u…
(1)“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal għanijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
(2)“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiki kummerċjali koperti minn dan ir-Regolament, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;