Eureka Reader Definitions Sign in

Definitions › Protezzjoni tal-konsumatur (Malti)

pakkett

Defined in 1 EU act of the Protezzjoni tal-konsumatur group: Package Travel Directive First

In English: package

Package Travel Directive, Article 3(2) First adopted 2015-11-25

kombinazzjoni ta' mill-anqas żewġ tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew btala, jekk: (a) dawk is-servizzi jkunu kombinati minn kummerċjant wieħed, inklużi dawk fuq it-talba ta' jew skont l-għażla tal-vjaġġatur, qabel ma jiġi konkluż kuntratt uniku dwar is-servizzi kollha; jew (b) irrispettivament minn jekk jiġux konklużi kuntratti separati ma' fornituri ta' servizzi tal-ivvjaġġar individwali, dawk is-servizzi jkunu: (i) mixtrija minn punt uniku ta' bejgħ u dawk is-servizzi jkunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas, (ii) offruti, mibjugħa jew imħallsa bi prezz inklużiv jew totali, (iii) reklamati jew mibjugħa skont it-terminu “pakkett” jew skont xi terminu simili, (iv) kombinati wara l-konklużjoni ta' kuntratt li bih kummerċjant jintitola lill-vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta' tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar, jew (v) mixtrija mingħand kummerċjanti separati permezz ta' proċessi marbuta ta' prenotazzjoni online fejn l-isem, id-dettalji tal-ħlas u l-indirizz elettroniku tal-vjaġġatur jintbagħtu mingħand il-kummerċjant li miegħu jkun ġie konkluż l-ewwel kuntratt lill-kummerċjant jew kummerċjanti oħrajn u jiġi konkluż kuntratt mal-kummerċjant jew kummerċjanti tal-aħħar sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar. Kombinazzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar fejn mhux aktar minn tip wieħed ta' servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), jew (c) tal-punt 1 jiġi kkombinat ma' servizz turistiku wieħed jew iktar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1 ma jkunx pakkett jekk dan l-aħħar servizz jew servizzi: (a) ma jikkostitwixxux proporzjon sinifikanti tal-valur tal-kombinazzjoni u ma humiex reklamati bħala u ma jirrappreżentawx b'mod ieħor karatteristika essenzjali tal-kombinazzjoni; jew (b) jintgħażlu u jinxtraw biss wara li tkun bdiet l-eżekuzzjoni ta' servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) tal-punt 1

Every term of the Protezzjoni tal-konsumatur group · Other groups